Georg Simon Ohm oʊm 1 bil Ġermaniż ˈɡeːɔʁk ˈʔoːm 2 3 twieled fis 16 ta Marzu 1789 miet fis 6 ta Lulju 1854 kien fiżiku u
Georg Ohm

Georg Simon Ohm (/oʊm/, bil-Ġermaniż: [ˈɡeːɔʁk ˈʔoːm]; twieled fis-16 ta’ Marzu 1789 – miet fis-6 ta’ Lulju 1854) kien fiżiku u matematiku Ġermaniż. Bħala għalliem tal-iskola, Ohm beda r-riċerka tiegħu biċ-ċellola elettrokimika l-ġdida, ivvintata mix-xjenzat Taljan Alessandro Volta. Ohm uża tagħmir maħluq minnu stess u sab li hemm proporzjonalità diretta bejn id-differenza potenzjali (voltaġġ) applikata tul konduttur u l-kurrent elettriku li jirriżulta. Din ir-relazzjoni hija magħrufa bħala l-liġi ta’ Ohm, u l-ohm, l-unità standard tar-reżistenza elettrika, ingħatat kunjomu.
Georg Ohm | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Georg Simon Ohm |
Twelid | , 16 Marzu 1789 |
Nazzjonalità | |
Residenza | |
Mewt | Munich, 6 Lulju 1854 |
Post tad-dfin | |
Familja | |
Aħwa | uri |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Gymnasium Fridericianum Erlangen (en) (1800 - 1805) Università ta’ Erlangen-Nuremberg (1805 - 1811) |
Direttur tat-teżi | |
Lingwi | Ġermaniż |
Studenti | uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | |
Post tax-xogħol | Munich |
Impjegaturi | Università ta’ Erlangen-Nuremberg (1811 - 1812) Kaiser-Heinrich-Gymnasium (en) (1813 - 1817) Dreikönigsgymnasium (en) (1817 - 1828) Q117675332 (1833 - 1849) Università Ludwig Maximilian ta’ Munich (1849 - 1854) |
Xogħlijiet importanti | |
Premjijiet | List
|
Sħubija | |
Bijografija
Ħajja bikrija
Georg Simon Ohm twieled f’familja Protestanta f’, Brandenburg-Bayreuth (li dak iż-żmien kienet parti mill-Imperu Ruman Sagru), iben ħaddiem li jaqta’ ċ-ċwievet u jipproduċi s-sokra, , u martu , bint ħajjat f’Erlangen. Minkejja li l-ġenituri tiegħu ma kinux ingħataw edukazzjoni formali, missier Ohm kien raġel rispettat li eduka lilu nnifsu sa livell għoli u li kien kapaċi jagħti edukazzjoni tajba lil uliedu permezz tat-tagħlim tiegħu stess. Mis-sebat itfal aħwa (inkluż hu stess) li kellu fil-familja, tlieta biss għexu sa ma saru adulti: Georg Simon, Martin, li sar matematiku magħruf sew, u Elizabeth Barbara. Ommu mietet meta kellu għaxar snin.
Mit-tfulija bikrija, Georg u Martin ġew mgħallma minn missierhom li wassalhom għal standard għoli fil-matematika, fil-fiżika, fil-kimika, u fil-filosofija. Georg Simon attenda l-Gymnasium ta’ Erlangen meta kellu 11-il sena sa ma għalaq 15-il sena għalkemm hemm ma tantx irċieva wisq bħala taħriġ xjentifiku, li kien kuntrast jistona mat-tagħlim ispirat li Georg u Martin ingħataw mingħand missierhom. Din il-karatteristika wasslet biex il-familja Ohm tixbaħ lill-familja Bernoulli, kif innota , professur fl-Università ta’ Erlangen.
Ħajja universitarja
Missier Georg Ohm, inkwetat li ibnu kien qed jaħli l-opportunità edukattiva tiegħu, bagħtu l-Iżvizzera. Hemm f’Settembru 1806 Ohm aċċetta l-kariga ta’ għalliem tal-matematika fi skola f’.
Karl Christian von Langsdorf telaq mill-Università ta’ Erlangen fil-bidu tal-1809 biex jieħu kariga fl-Università ta’ , il-Ġermanja. Ohm ried jerġa’ jibda l-istudji matematiċi tiegħu ma’ Langsdorf f’Heidelberg. Madankollu, Langsdorf tah il-parir li jkompli l-istudji fil-matematika waħdu, u ssuġġerielu jaqra x-xogħlijiet ta’ , u . Ohm baqa’ sorpriż iżda ħa l-parir tiegħu. Madankollu telaq mill-kariga tiegħu ta’ għalliem fil-Monasteru ta’ Gottstatt f’Marzu 1809 biex isir għalliem tal-privat f’. Għal sentejn wettaq dmirijiet u ta l-privat filwaqt li ħa l-parir ta’ Langsdorf u kompla jistudja l-matematika waħdu. Imbagħad, f’April 1811, huwa rritorna fl-Università ta’ Erlangen.
Karriera fit-tagħlim
L-istudji ta’ Ohm stess ħejjewh għad-dottorat tiegħu li rċieva mingħand l-Università ta’ Erlangen fil-25 ta’ Ottubru 1811. Huwa minnufih ingħaqaf mal-fakultà ta’ hemmhekk bħala lettur tal-matematika iżda telaq wara tliet semestri minħabba li l-prospettivi ma kinux promettenti. Huwa ma setax jgħix biss bis-salarju tiegħu bħala lettur. Il-gvern tal-Bavarja offrielu kariga bħala għalliem tal-matematika u tal-fiżika fi skola ta’ kwalità baxxa f’Bamberg li Ohm aċċetta f’Jannar 1813. Huwa ma kienx kuntent bl-impjieg tiegħu, u beda jikteb ktieb akkademiku elementari dwar il-ġeometrija bħala mod biex juri bil-provi l-ħiliet tiegħu. L-iskola ngħalqet fi Frar 1816. Il-gvern tal-Bavarja mbagħad bagħtu fi skola ffullata f’Bamberg biex jagħti daqqa t'id bit-tagħlim tal-matematika. Wara l-assenjar tiegħu f’Bamberg, Ohm bagħat il-manuskritt lest tiegħu lir-Re tal-. Ir-re kien sodisfatt bil-ktieb ta’ Ohm, u offrielu kariga fil-Gymnasium tal-Ġiżwiti f’ fil-11 ta’ Settembru 1817. Din l-iskola kellha reputazzjoni tajba għall-edukazzjoni fix-xjenza u Ohm kellu jgħallem il-fiżika apparti l-matematika. Il- tal-fiżika kien mgħammar sew, u b’hekk Ohm seta’ jibda jagħmel l-esperimenti fil-fiżika. Bħala iben ħaddiem li jaqta’ ċ-ċwievet u jipproduċi s-sokra, Ohm kellu esperjenza prattika bl-apparati mekkaniċi.
Ohm ippubblika d-Die galvanische Kette, mathematisch bearbeitet (Iċ-Ċirkwit Galvaniku Investigat Matematikament) fl-1827. Il-kulleġġ ta’ Ohm ma apprezzax xogħlu u Ohm irreżenja mill-kariga tiegħu. Imbagħad bagħat applikazzjoni u ġie impjegat mill-Iskola Politeknika ta’ Nuremberg. Ohm beda jaħdem hemm fl-1833 u fl-1852 huwa sar professur tal-fiżika sperimentali fl-Università ta’ Munich.
Fl-1849, Ohm ippubblika l-Beiträge zur Molecular-Physik, (Dokument dwar il-Fiżika Molekolari). Fid-daħla tax-xogħol tiegħu huwa ddikjara li kien qed jittama li jikteb it-tieni u t-tielet volumi u sostna li "jekk Alla jagħtini biżżejjed għomor, ir-raba’ volum”. Madankollu, malli sab li skoperta oriġinali rreġistrata fih kienet qed tiġi antiċipata minn xjenzat Żvediż, ma riedx jippubblikaha, u stqarr: "L-episodju qanqalli fehim ċar f’moħħi tal-qawl “Il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Il-proġett li tani l-ewwel impetu biex inwettaq l-istħarriġ tiegħi sfuma fix-xejn, u ieħor ġdid, mhux magħmul minni, ħadlu postu”.
Ohm miet f’Munich fl-1854 u ġie midfun fl-Alter Südfriedhof. Ġabra tal-ittri tal-familja tiegħu ġiet ikkompilata fi ktieb Ġermaniż, u dan wera li hu kien jiffirma wħud mill-ittri tiegħu bl-espressjoni "Gott befohlen, G S Ohm", li tfisser “Imfaħħar isem Alla”.
Skoperta tal-liġi ta’ Ohm
Il-liġi ta’ Ohm dehret għall-ewwel darba fil-ktieb famuż Die galvanische Kette, mathematisch bearbeitet (1827) fejn spjega t-teorija kompluta tiegħu dwar l-. F’dan ix-xogħol, huwa ddikjara l-liġi tiegħu għall-forza elettromottiva li taġixxi bejn l-estremitajiet ta’ kwalunkwe parti ta’ ċirkwit hija l-prodott tal-qawwa tal-kurrent, u r-reżistenza ta’ dik il-parti taċ-ċirkwit.
Il-ktieb jibda fl-isfond matematiku meħtieġ għall-fehim tal-kumplament tax-xogħol tiegħu. Filwaqt li x-xogħol tiegħu influwenza ferm it-teorija u l-applikazzjonijiet tal-kurrent elettriku, dak iż-żmien ma ntlaqax b’mod favorevoli. Ohm jippreżenta t-teorija tiegħu bħala waħda ta’ azzjoni kontigwa, teorija li opponiet il-kunċett ta’ azzjoni fuq distanza. Ohm kien jemmen li l-komunikazzjoni tal-elettriku kienet isseħħ bejn “partikoli kontigwi” li huwa t-terminu li hu stess uża. Ix-xogħol tiegħu huwa bbażat fuq din l-idea, u b’mod partikolari mat-turija tad-differenzi f’dan l-approċċ xjentifiku ta’ Ohm u l-approċċi ta’ u .
Studju dwar il-qafas kunċettwali użat minn Ohm biex wasal għal-liġi ta’ Ohm ġie ppreżentat minn . Ix-xogħol ta’ Ohm kien jimmarka l-bidu nett tas-suġġett tat-teorija taċ-ċirkwiti, għalkemm dan is-suġġett ma sarx qasam importanti qabel tmiem is-seklu.
Liġi akustika ta’ Ohm
Il-liġi akustika ta’ Ohm, li xi kultant tissejjaħ il-liġi tal-fażi akustika jew sempliċement il-liġi ta’ Ohm, tiddikjara li ħoss mużikali jiġi pperċepit mill-widna bħala sett ta’ għadd ta’ tonalitajiet armoniċi puri kostitwenti. Huwa magħruf sew issa li ma tant hi preċiża.
Studju u pubblikazzjonijiet
L-ewwel xogħol tiegħu fl-1825 eżamina n-nuqqas fil-forza elettromanjetika prodotta minn wajer meta t-tul tiegħu jiżdied. Fl-1826 huwa ta deskrizzjoni tal-konduzzjoni fiċ-ċirkwiti mmudellata fuq l-istudju ta’ Fourier dwar il-konduzzjoni tas-sħana. Dan ix-xogħol kompla jqanqal id-deduzzjoni ta’ Ohm tar-riżultati minn evidenza sperimentali, u partikolarment fit-tieni xogħol tiegħu, huwa kien kapaċi jipproponi liġijiet li rnexxielhom jispjegaw ir-riżultati ta’ oħrajn li kienu qed jaħdmu fil-qasam tal-elettriku galvaniku. L-iktar xogħol importanti tiegħu kien il-fuljett li ppubblika f’Berlin fl-1827, bit-titlu Die galvanische Kette mathematisch bearbeitet. Dan ix-xogħol, li nibet mix-xogħol preċedenti tas-sentejn ta’ qabel fil-ġurnali ta’ Schweigger u Poggendorff, kien influwenza ferm l-iżvilupp tat-teorija u l-applikazzjonijiet tal-kurrent elettriku. Isem Ohm ġie inkorporat fit-terminoloġija tax-xjenza elettrika fil-Liġi ta’ Law (li ppubblika għall-ewwel darba fid-Die galvanische Kette...), il-propozjonalità tal-kurrent u l-vultaġġ f’reżister, u adottata bħala l-unità SI tar-reżistenza, l-ohm (bis-simbolu Ω).
Għalkemm ix-xogħol ta’ Ohm influwenza ferm it-teorija, fil-bidu ma tantx intlaqa’ b’entużjażmu. Madankollu, ix-xogħol tiegħu eventwalment ġie rikonoxxut mis-Soċjetà Rjali u ġie ppremjat bil-Medalja ta’ Copley fl-1841. Huwa sar membru barrani tas-Soċjetà Rjali fl-1842, u fl-1845 huwa sar membru sħiħ tal-Akkademja Bavarjana tax-Xjenzi u l-Arti. Sa ċertu punt, ġibed l-attenzjoni għad-definizzjonijiet li Ohm kien introduċa fil-qasam tal-fiżika.
Xogħlijiet
- Grundlinien zu einer zweckmäßigen Behandlung der Geometrie als höheren Bildungsmittels an vorbereitenden Lehranstalten / entworfen (Guidelines for an appropriate treatment of geometry in higher education at preparatory institutes / notes)
- Erlangen : Palm und Enke, 1817. – XXXII, 224 S., II Faltbl. : graph. Darst.
- Die galvanische Kette : mathematisch bearbeitet (The Galvanic Circuit Investigated Mathematically)
- Berlin : Riemann, 1827. – 245 S. : graph. Darst.
- Elemente der analytischen Geometrie im Raume am schiefwinkligen Coordinatensysteme (Elements of analytic geometry concerning the skew coordinate system)
- Nürnberg : Schrag, 1849. – XII, 590 S. – (Ohm, Georg S.: Beiträge zur Molecular-Physik ; 1)
- Grundzüge der Physik als Compendium zu seinen Vorlesungen (Fundamentals of physics: Compendium of lectures)
- : Schrag, 1854. – X, 563 S. : Ill., graph. Darst. Erschienen: Abth. 1 (1853) – 2 (1854)
- Biblijografija u dokumenti PDF tal-artikli u tal-kotba kollha ta’ Georg Simon Ohm
Referenzi
- ^ "Definition of ohm | Dictionary.com". www.dictionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-06.
- ^ Dudenredaktion; Kleiner, Stefan; Knöbl, Ralf (2015) [l-ewwel pubblikazzjoni fl-1962]. Das Aussprachewörterbuch [The Pronunciation Dictionary] (bil-Ġermaniż) (is-seba’ ed.). Berlin: Dudenverlag. pp. 398, 645. ISBN 978-3-411-04067-4.
- ^ Krech, Eva-Maria; Stock, Eberhard; Hirschfeld, Ursula; Anders, Lutz Christian (2009). Deutsches Aussprachewörterbuch [German Pronunciation Dictionary] (bil-Ġermaniż). Berlin: Walter de Gruyter. pp. 536, 788. ISBN 978-3-11-018202-6.
- ^ Keithley, Joseph F. (1999). The Story of Electrical and Magnetic Measurements: From 500 BC to the 1940s. John Wiley & Sons.
- ^ Ohm, Georg Simon. 20. Miġbur 2021-07-06.
- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Ohm, Georg Simon". Encyclopædia Britannica. 20 (11th ed.). Cambridge University Press. p. 34.
- ^ Kneller, Karl Alois; Kettle, Thomas Michael (1911). Christianity and the leaders of modern science; a contribution to the history of culture in the nineteenth century. Freiburg im Breisgau, pp. 17–18.
- ^ Georg Simon Ohm (2002), Georg Simon Ohm: nachgelassene Schriften und Dokumente aus seinem Leben : mit Schriftstücken seiner Vorfahren und Briefen seines Bruders Martin. Palm und Enke. p. 216; 219.
- ^ Leopold von Ranke (1966), History of the Reformation in Germany, Volume 2. F. Unger Publishing Company, p. 467.
- ^ Die galvanische kette: mathematisch, Georg Simon Ohm, p. 181.
- ^ The galvanic circuit investigated mathematically, Georg Simon Ohm, p. 202.
- ^ B. Pourprix, "G. S. Ohm théoricien de l'action contiguë," Archives internationales d'histoire des sciences 45(134) (1995), pp. 30–56.
- ^ T Archibald, "Tension and potential from Ohm to Kirchhoff," Centaurus 31 (2) (1988), pp. 141–163.
- ^ Belevitch, V, "Summary of the history of circuit theory", Proceedings of the IRE, vol 50, Iss 5, pp. 848–855, Mejju 1962.
- ^ Robert Sekuler (1974). "Spatial Vision". In Mark R. Rosenzweig (ed.). Annual Review of Psychology, Vol. 25. Annual Reviews Inc. p. 215. ISBN 978-0-8243-0225-2.
- ^ Merz, John Theodore (1903). "A history of European thought in the nineteenth century", pp. 365–366.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Georg Ohm, X'inhi Georg Ohm? Xi tfisser Georg Ohm?
Georg Simon Ohm oʊm 1 bil Ġermaniz ˈɡeːɔʁk ˈʔoːm 2 3 twieled fis 16 ta Marzu 1789 miet fis 6 ta Lulju 1854 kien fiziku u matematiku Ġermaniz Bħala għalliem tal iskola Ohm beda r riċerka tiegħu biċ ċellola elettrokimika l ġdida ivvintata mix xjenzat Taljan Alessandro Volta Ohm uza tagħmir maħluq minnu stess u sab li hemm proporzjonalita diretta bejn id differenza potenzjali voltaġġ applikata tul konduttur u l kurrent elettriku li jirrizulta Din ir relazzjoni hija magħrufa bħala l liġi ta Ohm u l ohm l unita standard tar rezistenza elettrika ingħatat kunjomu Georg OhmĦajjaIsem propju Georg Simon OhmTwelid Erlangen nbsp 16 Marzu 1789Nazzjonalita Renju tal BavarjaResidenza Prinċipat ta BayreuthMewt Munich nbsp 6 Lulju 1854Post tad dfin Alter SudfriedhofFamiljaAħwa uri Martin OhmEdukazzjoniAlma mater Gymnasium Fridericianum Erlangen en 1800 1805 Universita ta Erlangen Nuremberg 1805 1811 Direttur tat tezi Karl Christian von LangsdorfLingwi ĠermanizStudenti uri Johann Peter Gustav Lejeune Dirichlet mul OkkupazzjoniOkkupazzjoni fiziku matematiku għalliem fl universitaPost tax xogħol Munich KolnImpjegaturi Universita ta Erlangen Nuremberg nbsp 1811 nbsp 1812 Kaiser Heinrich Gymnasium en nbsp 1813 nbsp 1817 Dreikonigsgymnasium en nbsp 1817 nbsp 1828 Q117675332 nbsp 1833 nbsp 1849 Universita Ludwig Maximilian ta Munich nbsp 1849 nbsp 1854 Xogħlijiet importanti liġi ta OhmPremjijiet List Copley Medal nbsp 1841 Bavarian Maximilian Order for Science and Art nbsp 1853 Foreign Member of the Royal Society nbsp 5 Mejju 1842 honorary citizen of Nuremberg nbsp 1850 Sħubija Soċjeta Rjali Akkademja Bavarjana tax Xjenzi Akkademja tax Xjenzi Prussjana Akkademja tax Xjenzi ta Torino Werrej 1 Bijografija 1 1 Ħajja bikrija 1 2 Ħajja universitarja 1 3 Karriera fit tagħlim 2 Skoperta tal liġi ta Ohm 3 Liġi akustika ta Ohm 4 Studju u pubblikazzjonijiet 4 1 Xogħlijiet 5 ReferenziBijografijaimmodifikaĦajja bikrijaimmodifika Georg Simon Ohm twieled f familja Protestanta f Erlangen Brandenburg Bayreuth li dak iz zmien kienet parti mill Imperu Ruman Sagru iben ħaddiem li jaqta ċ ċwievet u jipproduċi s sokra Johann Wolfgang Ohm u martu Maria Elizabeth Beck bint ħajjat f Erlangen Minkejja li l ġenituri tiegħu ma kinux ingħataw edukazzjoni formali missier Ohm kien raġel rispettat li eduka lilu nnifsu sa livell għoli u li kien kapaċi jagħti edukazzjoni tajba lil uliedu permezz tat tagħlim tiegħu stess 4 Mis sebat itfal aħwa inkluz hu stess li kellu fil familja tlieta biss għexu sa ma saru adulti Georg Simon Martin li sar matematiku magħruf sew u Elizabeth Barbara Ommu mietet meta kellu għaxar snin Mit tfulija bikrija Georg u Martin ġew mgħallma minn missierhom li wassalhom għal standard għoli fil matematika fil fizika fil kimika u fil filosofija Georg Simon attenda l Gymnasium ta Erlangen meta kellu 11 il sena sa ma għalaq 15 il sena għalkemm hemm ma tantx irċieva wisq bħala taħriġ xjentifiku li kien kuntrast jistona mat tagħlim ispirat li Georg u Martin ingħataw mingħand missierhom Din il karatteristika wasslet biex il familja Ohm tixbaħ lill familja Bernoulli kif innota Karl Christian von Langsdorf professur fl Universita ta Erlangen Ħajja universitarjaimmodifika Missier Georg Ohm inkwetat li ibnu kien qed jaħli l opportunita edukattiva tiegħu bagħtu l Izvizzera Hemm f Settembru 1806 Ohm aċċetta l kariga ta għalliem tal matematika fi skola f Gottstadt bei Nidau Karl Christian von Langsdorf telaq mill Universita ta Erlangen fil bidu tal 1809 biex jieħu kariga fl Universita ta Heidelberg il Ġermanja Ohm ried jerġa jibda l istudji matematiċi tiegħu ma Langsdorf f Heidelberg Madankollu Langsdorf tah il parir li jkompli l istudji fil matematika waħdu u ssuġġerielu jaqra x xogħlijiet ta Euler Laplace u Lacroix Ohm baqa sorpriz izda ħa l parir tiegħu Madankollu telaq mill kariga tiegħu ta għalliem fil Monasteru ta Gottstatt f Marzu 1809 biex isir għalliem tal privat f Neuchatel Għal sentejn wettaq dmirijiet u ta l privat filwaqt li ħa l parir ta Langsdorf u kompla jistudja l matematika waħdu Imbagħad f April 1811 huwa rritorna fl Universita ta Erlangen Karriera fit tagħlimimmodifika nbsp Mafkar ta Ohm fl Universita Teknika ta Munich il Ġermanja L istudji ta Ohm stess ħejjewh għad dottorat tiegħu li rċieva mingħand l Universita ta Erlangen fil 25 ta Ottubru 1811 Huwa minnufih ingħaqaf mal fakulta ta hemmhekk bħala lettur tal matematika izda telaq wara tliet semestri minħabba li l prospettivi ma kinux promettenti Huwa ma setax jgħix biss bis salarju tiegħu bħala lettur Il gvern tal Bavarja offrielu kariga bħala għalliem tal matematika u tal fizika fi skola ta kwalita baxxa f Bamberg li Ohm aċċetta f Jannar 1813 Huwa ma kienx kuntent bl impjieg tiegħu u beda jikteb ktieb akkademiku elementari dwar il ġeometrija bħala mod biex juri bil provi l ħiliet tiegħu L iskola ngħalqet fi Frar 1816 Il gvern tal Bavarja mbagħad bagħtu fi skola ffullata f Bamberg biex jagħti daqqa t id bit tagħlim tal matematika Wara l assenjar tiegħu f Bamberg Ohm bagħat il manuskritt lest tiegħu lir Re Wilhelm III tal Prussja Ir re kien sodisfatt bil ktieb ta Ohm u offrielu kariga fil Gymnasium tal Ġizwiti f Koln fil 11 ta Settembru 1817 Din l iskola kellha reputazzjoni tajba għall edukazzjoni fix xjenza u Ohm kellu jgħallem il fizika apparti l matematika Il laboratorju tal fizika kien mgħammar sew u b hekk Ohm seta jibda jagħmel l esperimenti fil fizika Bħala iben ħaddiem li jaqta ċ ċwievet u jipproduċi s sokra Ohm kellu esperjenza prattika bl apparati mekkaniċi Ohm ippubblika d Die galvanische Kette mathematisch bearbeitet Iċ Ċirkwit Galvaniku Investigat Matematikament fl 1827 Il kulleġġ ta Ohm ma apprezzax xogħlu u Ohm irrezenja mill kariga tiegħu Imbagħad bagħat applikazzjoni u ġie impjegat mill Iskola Politeknika ta Nuremberg Ohm beda jaħdem hemm fl 1833 u fl 1852 huwa sar professur tal fizika sperimentali fl Universita ta Munich 5 6 Fl 1849 Ohm ippubblika l Beitrage zur Molecular Physik Dokument dwar il Fizika Molekolari Fid daħla tax xogħol tiegħu huwa ddikjara li kien qed jittama li jikteb it tieni u t tielet volumi u sostna li jekk Alla jagħtini bizzejjed għomor ir raba volum Madankollu malli sab li skoperta oriġinali rreġistrata fih kienet qed tiġi antiċipata minn xjenzat Zvediz ma riedx jippubblikaha u stqarr L episodju qanqalli fehim ċar f moħħi tal qawl Il bniedem jipproponi u Alla jiddisponi Il proġett li tani l ewwel impetu biex inwettaq l istħarriġ tiegħi sfuma fix xejn u ieħor ġdid mhux magħmul minni ħadlu postu 7 Ohm miet f Munich fl 1854 u ġie midfun fl Alter Sudfriedhof Ġabra tal ittri tal familja tiegħu ġiet ikkompilata fi ktieb Ġermaniz u dan wera li hu kien jiffirma wħud mill ittri tiegħu bl espressjoni Gott befohlen G S Ohm 8 li tfisser Imfaħħar isem Alla 9 Skoperta tal liġi ta OhmimmodifikaIl liġi ta Ohm dehret għall ewwel darba fil ktieb famuz Die galvanische Kette mathematisch bearbeitet 1827 fejn spjega t teorija kompluta tiegħu dwar l elettriku F dan ix xogħol huwa ddikjara l liġi tiegħu għall forza elettromottiva li taġixxi bejn l estremitajiet ta kwalunkwe parti ta ċirkwit hija l prodott tal qawwa tal kurrent u r rezistenza ta dik il parti taċ ċirkwit 10 11 Il ktieb jibda fl isfond matematiku meħtieġ għall fehim tal kumplament tax xogħol tiegħu Filwaqt li x xogħol tiegħu influwenza ferm it teorija u l applikazzjonijiet tal kurrent elettriku dak iz zmien ma ntlaqax b mod favorevoli Ohm jipprezenta t teorija tiegħu bħala waħda ta azzjoni kontigwa teorija li opponiet il kunċett ta azzjoni fuq distanza Ohm kien jemmen li l komunikazzjoni tal elettriku kienet isseħħ bejn partikoli kontigwi li huwa t terminu li hu stess uza Ix xogħol tiegħu huwa bbazat fuq din l idea u b mod partikolari mat turija tad differenzi f dan l approċċ xjentifiku ta Ohm u l approċċi ta Joseph Fourier u Claude Louis Navier 12 Studju dwar il qafas kunċettwali uzat minn Ohm biex wasal għal liġi ta Ohm ġie pprezentat minn Archibald 13 Ix xogħol ta Ohm kien jimmarka l bidu nett tas suġġett tat teorija taċ ċirkwiti għalkemm dan is suġġett ma sarx qasam importanti qabel tmiem is seklu 14 Liġi akustika ta OhmimmodifikaIl liġi akustika ta Ohm li xi kultant tissejjaħ il liġi tal fazi akustika jew sempliċement il liġi ta Ohm tiddikjara li ħoss muzikali jiġi pperċepit mill widna bħala sett ta għadd ta tonalitajiet armoniċi puri kostitwenti Huwa magħruf sew issa li ma tant hi preċiza 15 Studju u pubblikazzjonijietimmodifikaL ewwel xogħol tiegħu fl 1825 ezamina n nuqqas fil forza elettromanjetika prodotta minn wajer meta t tul tiegħu jizdied Fl 1826 huwa ta deskrizzjoni tal konduzzjoni fiċ ċirkwiti mmudellata fuq l istudju ta Fourier dwar il konduzzjoni tas sħana Dan ix xogħol kompla jqanqal id deduzzjoni ta Ohm tar rizultati minn evidenza sperimentali u partikolarment fit tieni xogħol tiegħu huwa kien kapaċi jipproponi liġijiet li rnexxielhom jispjegaw ir rizultati ta oħrajn li kienu qed jaħdmu fil qasam tal elettriku galvaniku L iktar xogħol importanti tiegħu kien il fuljett li ppubblika f Berlin fl 1827 bit titlu Die galvanische Kette mathematisch bearbeitet Dan ix xogħol li nibet mix xogħol preċedenti tas sentejn ta qabel fil ġurnali ta Schweigger u Poggendorff kien influwenza ferm l izvilupp tat teorija u l applikazzjonijiet tal kurrent elettriku Isem Ohm ġie inkorporat fit terminoloġija tax xjenza elettrika fil Liġi ta Law li ppubblika għall ewwel darba fid Die galvanische Kette il propozjonalita tal kurrent u l vultaġġ f rezister u adottata bħala l unita SI tar rezistenza l ohm bis simbolu W Għalkemm ix xogħol ta Ohm influwenza ferm it teorija fil bidu ma tantx intlaqa b entuzjazmu Madankollu ix xogħol tiegħu eventwalment ġie rikonoxxut mis Soċjeta Rjali u ġie ppremjat bil Medalja ta Copley fl 1841 Huwa sar membru barrani tas Soċjeta Rjali fl 1842 u fl 1845 huwa sar membru sħiħ tal Akkademja Bavarjana tax Xjenzi u l Arti Sa ċertu punt Charles Wheatstone ġibed l attenzjoni għad definizzjonijiet li Ohm kien introduċa fil qasam tal fizika 16 Xogħlijietimmodifika Grundlinien zu einer zweckmassigen Behandlung der Geometrie als hoheren Bildungsmittels an vorbereitenden Lehranstalten entworfen Guidelines for an appropriate treatment of geometry in higher education at preparatory institutes notes Erlangen nbsp Palm und Enke 1817 XXXII 224 S II Faltbl nbsp graph Darst Die galvanische Kette nbsp mathematisch bearbeitet The Galvanic Circuit Investigated Mathematically Berlin nbsp Riemann 1827 245 S nbsp graph Darst Elemente der analytischen Geometrie im Raume am schiefwinkligen Coordinatensysteme Elements of analytic geometry concerning the skew coordinate system Nurnberg nbsp Schrag 1849 XII 590 S Ohm Georg S Beitrage zur Molecular Physik nbsp 1 Grundzuge der Physik als Compendium zu seinen Vorlesungen Fundamentals of physics Compendium of lectures Nurnberg nbsp Schrag 1854 X 563 S nbsp Ill graph Darst Erschienen Abth 1 1853 2 1854 Biblijografija u dokumenti PDF tal artikli u tal kotba kollha ta Georg Simon OhmReferenziimmodifika Definition of ohm Dictionary com www dictionary com bl Ingliz Miġbur 2021 07 06 Dudenredaktion Kleiner Stefan Knobl Ralf 2015 l ewwel pubblikazzjoni fl 1962 Das Ausspracheworterbuch The Pronunciation Dictionary bil Ġermaniz is seba ed Berlin Dudenverlag pp 398 645 ISBN 978 3 411 04067 4 Krech Eva Maria Stock Eberhard Hirschfeld Ursula Anders Lutz Christian 2009 Deutsches Ausspracheworterbuch German Pronunciation Dictionary bil Ġermaniz Berlin Walter de Gruyter pp 536 788 ISBN 978 3 11 018202 6 Keithley Joseph F 1999 The Story of Electrical and Magnetic Measurements From 500 BC to the 1940s John Wiley amp Sons Ohm Georg Simon 20 Miġbur 2021 07 06 Chisholm Hugh ed 1911 Ohm Georg Simon Encyclopaedia Britannica 20 11th ed Cambridge University Press p 34 Kneller Karl Alois Kettle Thomas Michael 1911 Christianity and the leaders of modern science a contribution to the history of culture in the nineteenth century Freiburg im Breisgau pp 17 18 Georg Simon Ohm 2002 Georg Simon Ohm nachgelassene Schriften und Dokumente aus seinem Leben nbsp mit Schriftstucken seiner Vorfahren und Briefen seines Bruders Martin Palm und Enke p 216 219 Leopold von Ranke 1966 History of the Reformation in Germany Volume 2 F Unger Publishing Company p 467 Die galvanische kette mathematisch Georg Simon Ohm p 181 The galvanic circuit investigated mathematically Georg Simon Ohm p 202 B Pourprix G S Ohm theoricien de l action contigue Archives internationales d histoire des sciences 45 134 1995 pp 30 56 T Archibald Tension and potential from Ohm to Kirchhoff Centaurus 31 2 1988 pp 141 163 Belevitch V Summary of the history of circuit theory Proceedings of the IRE vol 50 Iss 5 pp 848 855 Mejju 1962 Robert Sekuler 1974 Spatial Vision In Mark R Rosenzweig ed Annual Review of Psychology Vol 25 Annual Reviews Inc p 215 ISBN 978 0 8243 0225 2 Merz John Theodore 1903 A history of European thought in the nineteenth century pp 365 366 Miksub minn https mt wikipedia org w index php title Georg Ohm amp oldid 283142