Giorgio Mitrovich 27 ta Awwissu 1795 13 ta Marzu 1885 kien patrijott u politiku Malti magħruf għar rwol tiegħu fil ġlied
Giorgio Mitrovich

Giorgio Mitrovich (27 ta’ Awwissu 1795 – 13 ta’ Marzu 1885) kien patrijott u politiku Malti magħruf għar-rwol tiegħu fil-ġlieda għal-libertà tal-istampa f’Malta. Kien wieħed mill-fundaturi tal- Comitato Generale Maltese, u kien ko-awtur ta’ petizzjoni fl-1832 li wasslet għal kostituzzjoni ġdida fl-1835. Huwa vvjaġġa lejn Londra bosta drabi biex ikattar l-għarfien dwar l-ilmenti Maltin, u żjara tiegħu fl-1835 irriżultat f’Kummissjoni Rjali li rrakkomandat l-abolizzjoni taċ-ċensura tal-istampa, li ġiet implimentata fl-1839. Huwa ġie elett fil-Kunsill tal-Gvern fl-1850 għal żmien qasir.
Giorgio Mitrovich | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | L-Isla, 27 Awwissu 1795 |
Nazzjonalità | Imperu Brittaniku |
Mewt | Valletta, 13 Marzu 1885 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | politiku |
Ħajja bikrija
Mitrovich twieled fis-27 ta’ Awwissu 1795 fl-Isla, u tgħammed jum wara mill-Kanonku Dun Salvatore Bonnici. Il-ġenituri tiegħu kienu Saverio Mitrovich u Adeodata née Boldoni. Missier missieru, lu kien jimsu wkoll Giorgio Mitrovich, kien oriġinarjament minn , dak iż-żmien taħt il-ħakma Venezjana. Huwa kien wasal Malta fis-snin sebgħin tas-seklu sittax u kiseb suċċess bħala kursar matul l-aħħar snin meta l- kontra l-bastimenti Musulmani kien għada legali.
Matul it-tfulija ta’ Mitrovich, Malta għaddiet minn perjodu mqalleb ta’ bidla politika. Il-ħakma tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann għal sekli sħaħ spiċċat b'invażjoni Franċiża fl-1798 u l- okkupazzjoni Franċiża sussegwenti wasslet għal rewwixta u imblokk . Malta saret protettorat Brittaniku fl-1800 u kolonja fl-1813.
Mitrovich kellu konnessjonijiet ma’ numru ta’ familji Ingliżi minn età żgħira, peress li missieru kien fir- . Huwa ħadem bħala skrivan f'żewġ djar kummerċjali Ingliżi u mbagħad stabbilixxa n-negozju tiegħu stess, iżda din l-impriża ma rnexxietx.
Ġlieda għal-libertà tal-istampa
Matul l-ewwel snin tal-ħakma Brittanika, ma kienx hemm u kien diffiċli għall-Maltin li jesprimu l-fehmiet tagħhom jew jipparteċipaw fl-amministrazzjoni jew il-finanzi tal-gżejjer. Id-Dipartiment tal-Kummissarju u s-Soċjetà Missjunarja tal-Knisja kienu l-uniċi stamperiji liċenzjati, u l-unika gazzetta kienet il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta ta’ kull ġimgħa. Mitrovich iġġieled għal-libertà tal-istampa u d-dritt li l-Maltin jesprimu ruħhom, anke jekk ma xtaqx l-indipendenza, għax kien jirrispetta u jammira lill-Ingliżi.
Mitrovich kien ko-fundatur tal-Comitato Generale Maltese, korp li kien jinkludi deputati eletti li jirrappreżentaw lill-Maltin minn professjonijiet differenti, flimkien mal-kleru u n-nobbli. Il-kumitat kien immexxi minn . Fl-1832, Mitrovich u erba’ membri oħra tal-kumitat għamlu petizzjoni magħrufa bħala l-Memorial tal-1832 fejn talbu riformi amministrattivi. Il-petizzjoni talbet għat-twaqqif ta’ Consiglio Popolare, li kellu jkun kunsill nazzjonali leġiżlattiv magħmul minn madwar 30 persuna biex jiġu eletti mill-klassijiet għolja Maltin.
Ir-Re ta kostituzzjoni ġdida lil Malta fl-1835, li stabbiliet il-Council of Seven biex jassisti lill-gvern, għalkemm il-Gvernatur xorta kellu l-awtorità finali. Il-liberali Maltin ma kinux sodisfatti b’din il-mossa, u f’Lulju 1835 Mitrovich mar Londra f’tentattiv biex ikabbar l-għarfien tal-kawża Maltija fost il-politiċi Ingliżi. Hemmhekk ippubblika pamflet bit-titlu The claims of the Maltese founded on the principles of Justice, li fih elenka d-drittijiet u l-ilmenti tal-poplu Malti, inklużi akkużi li l-Ingliżi kienu qed jieħdu impjiegi mingħand il-Maltin u kienu qed jirċievu salarji għoljin, filwaqt li l-Maltin. kienu qed jgħixu fil-faqar. Fit-test, kiteb dan li ġej dwar l-amministrazzjoni ta’ Malta:
“ | The present Lieutenant Governor, Sir , is an excellent man, but he is surrounded by persons interested in maintaining and perpetuating the present unpopular system. His disposition, I have no doubt, is good, but he is placed in a very difficult position. | ” |
Mitrovich kiteb ukoll messaġġ bl-isem ta' Indirizzo ai Maltesi da parte del loro amico Giorgio Mitrovich attualmente a Londra fl-20 ta' Novembru 1835, u kopji ta' dan il-messaġġ stampat intbagħu Malta u taqssmu madwar il-pajjiż. Huwa kiteb hekk:
“ | The English nation was surprised to hear from me about the misery, suffering and repression under which our beloved country is groaning. Many famous people of high standing in this metropolis and other places in England are moved by sentiments of justice and generosity towards the Maltese and have agreed to support in a valid manner our representations in the House of Commons, an august assembly of the fathers of the country, and be sure that we shall be heard. | ” |
Mitorvich stabbilixxa kuntatt mal-Membru Parlamentari , li għenu jikkorrispondi mas-Segretarju tal-Istat u li kompla jippromwovi l-interessi Maltin fost MP oħra. Ewart ippreżenta petizzjoni ffirmata minn 2,359 Malti lill-Parlament fil-11 ta’ Ġunju 1836.
L-isforzi ta’ Mitrovich biex iżid l-għarfien kienu ta’ suċċess, u l-Ingliżi ddeċidew li jibagħtu Kummissjoni Rjali Malta biex titkixxef dwar l-amministrazzjoni tal-gżejjer. Il-Kummissjoni waslet fl-1836 u baqgħet Malta għal sentejn. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħha kienu jinkludu l-abolizzjoni taċ-ċensura tal-istampa, u l-gvern għadda ordinanza f'dan ir-rigward fl-14 ta' Marzu 1839.
Mitrovich żar Londra numru ta’ drabi oħra, fosthom bejn l-1838 u l-1840, bil-għan li jħares il-privileġġi li kienu nkisbu. Il-vjaġġi ta’ Mitrovich lejn il-Gran Brittanja żgur li jiswewh ammont sinifikanti ta’ flus, u hu maħsub li nefaq ħafna mit-tfaddil tiegħu f’dawn il-vjaġġi, għalkemm seta’ rċieva xi appoġġ finanzjarju minn liberali Maltin oħra.
Karriera politika, aktar tard ħajja u mewt
L-ewwel elezzjoni ta’ Malta kienet l-, li saret wara li ġiet stabbilita kostituzzjoni ġdida li tissostitwixxi dik tal-1835. Mitrovich ikkontesta l-elezzjoni, iżda rċieva biss 26 minn 3,056 vot. Madankollu, aktar tard irnexxielu jikseb siġġu fil-Kunsill tal-Gvern wara r-riżenja ta’ Sir f’April 1855. Mitrovich rebaħ elezzjoni parzjali b'1,050 vot, u sar membru tal-kunsill fil-5 ta' Ġunju 1855. Huwa rriżenja madwar sena wara, bi protesta għal riżoluzzjoni mmexxija minn Giancomo Pantaleone Bruno.
Mitrovich kompla jipparteċipa fil-ġlieda tal-Maltin għad-drittijiet kostituzzjonali, u bagħat petizzjoni lis-Segretarju tal-Istat għall-Kolonji fl-1858, fejn ipprova jirriforma l-kunsill billi jifforma kumitat nazzjonali. Din il-mossa ma rnexxietx.
Mitrovich kellu familja ta' tnax u għex fil-faqar matul l-aħħar snin ta' ħajtu. Miet fit-13 ta’ Marzu 1885 fid-dar tiegħu f’Nru 69, Triq it-Teatru, bil-Belt Valletta. Il-funeral tiegħu sar tlett ijiem wara, u ġie midfun fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid.
Mitrovich huwa meqjus bħala patrijott li għamel sforzi biex itejjeb il-qagħda tal-poplu Malti. Madankollu, xi wħud interpretaw l-azzjonijiet tiegħu bħala li kienu aktar motivati mill-interess personali, jew li kien saħansitra aġent politiku. Irrispettivament mill-motivazzjonijiet tiegħu, ix-xogħol tiegħu għen biex iwitti t-triq għal riformi li ġew wara.
Mitrovich mhux magħruf ħafna f’Malta, u ġieli jingħad li huwa “minsi”. M'hemm l-ebda monumenti li jfakkruh, u l-qabar tiegħu jinsab fi stat dilapidat. Madankollu, iċ-ċentinarju tal-mewt tiegħu fl-1985 kien immarkat bil-ħruġ ta’ bolla, u pjazza fl-Isla u numru ta’ toroq f’lokalitajiet oħra isemmew għalih.
Xi wħud mid-dixxendenti ta' Mitrovich issa jgħixu fl- Afrika t'Isfel, u huma magħrufa bil-kunjom ta' Metrovich (kif kienu jissejħu bosta fergħat tal-familja wkoll waqt li kienu Malta). Fl-2018, tnejn mill-buż-buż-neputijiet tiegħu taw l-uniku ritratt magħruf tiegħu lill-. Ir-ritratt ittieħed mill-fotografu ftit qabel il-mewt ta’ Mitrovich.
Referenzi
- ^ a b ċ d e f ġ g għ h ħ i ie Mangion, Fabian (8 March 2015). "Recalling a brave, sincere patriot forgotten by Malta". Times of Malta. Arkivjat mill-orġinal fl-25 December 2018. Miġbur 24 December 2018.
- ^ a b ċ Carabott, Sarah (26 March 2018). "Family of Maltese patriot donate only photo to archive". Times of Malta. Arkivjat mill-orġinal fl-25 December 2018.
- ^ a b ċ Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. II G-Z. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 1187–1188. ISBN 9789993291329.
- ^ Attard, Francis A. (June 1994). The mAZe – A handy Guide to the Streets of Malta and Gozo. Birkirkara: Uptrend Publishing. p. 320.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Giorgio Mitrovich, X'inhi Giorgio Mitrovich? Xi tfisser Giorgio Mitrovich?
Giorgio Mitrovich 27 ta Awwissu 1795 13 ta Marzu 1885 kien patrijott u politiku Malti magħruf għar rwol tiegħu fil ġlieda għal liberta tal istampa f Malta Kien wieħed mill fundaturi tal Comitato Generale Maltese u kien ko awtur ta petizzjoni fl 1832 li wasslet għal kostituzzjoni ġdida fl 1835 Huwa vvjaġġa lejn Londra bosta drabi biex ikattar l għarfien dwar l ilmenti Maltin u zjara tiegħu fl 1835 irrizultat f Kummissjoni Rjali li rrakkomandat l abolizzjoni taċ ċensura tal istampa li ġiet implimentata fl 1839 Huwa ġie elett fil Kunsill tal Gvern fl 1850 għal zmien qasir Giorgio MitrovichĦajjaTwelid L Isla 27 Awwissu 1795Nazzjonalita Imperu BrittanikuMewt Valletta 13 Marzu 1885Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataOkkupazzjoniOkkupazzjoni politikuĦajja bikrijaMitrovich twieled fis 27 ta Awwissu 1795 fl Isla u tgħammed jum wara mill Kanonku Dun Salvatore Bonnici Il ġenituri tiegħu kienu Saverio Mitrovich u Adeodata nee Boldoni Missier missieru lu kien jimsu wkoll Giorgio Mitrovich kien oriġinarjament minn dak iz zmien taħt il ħakma Venezjana Huwa kien wasal Malta fis snin sebgħin tas seklu sittax u kiseb suċċess bħala kursar matul l aħħar snin meta l kontra l bastimenti Musulmani kien għada legali Matul it tfulija ta Mitrovich Malta għaddiet minn perjodu mqalleb ta bidla politika Il ħakma tal Kavallieri tal Ordni ta San Ġwann għal sekli sħaħ spiċċat b invazjoni Franċiza fl 1798 u l okkupazzjoni Franċiza sussegwenti wasslet għal rewwixta u imblokk Malta saret protettorat Brittaniku fl 1800 u kolonja fl 1813 Mitrovich kellu konnessjonijiet ma numru ta familji Inglizi minn eta zgħira peress li missieru kien fir Huwa ħadem bħala skrivan f zewġ djar kummerċjali Inglizi u mbagħad stabbilixxa n negozju tiegħu stess izda din l impriza ma rnexxietx Ġlieda għal liberta tal istampaMatul l ewwel snin tal ħakma Brittanika ma kienx hemm u kien diffiċli għall Maltin li jesprimu l fehmiet tagħhom jew jipparteċipaw fl amministrazzjoni jew il finanzi tal gzejjer Id Dipartiment tal Kummissarju u s Soċjeta Missjunarja tal Knisja kienu l uniċi stamperiji liċenzjati u l unika gazzetta kienet il Gazzetta tal Gvern ta Malta ta kull ġimgħa Mitrovich iġġieled għal liberta tal istampa u d dritt li l Maltin jesprimu ruħhom anke jekk ma xtaqx l indipendenza għax kien jirrispetta u jammira lill Inglizi Mitrovich kien ko fundatur tal Comitato Generale Maltese korp li kien jinkludi deputati eletti li jirrapprezentaw lill Maltin minn professjonijiet differenti flimkien mal kleru u n nobbli Il kumitat kien immexxi minn Fl 1832 Mitrovich u erba membri oħra tal kumitat għamlu petizzjoni magħrufa bħala l Memorial tal 1832 fejn talbu riformi amministrattivi Il petizzjoni talbet għat twaqqif ta Consiglio Popolare li kellu jkun kunsill nazzjonali leġizlattiv magħmul minn madwar 30 persuna biex jiġu eletti mill klassijiet għolja Maltin Ir Re ta kostituzzjoni ġdida lil Malta fl 1835 li stabbiliet il Council of Seven biex jassisti lill gvern għalkemm il Gvernatur xorta kellu l awtorita finali Il liberali Maltin ma kinux sodisfatti b din il mossa u f Lulju 1835 Mitrovich mar Londra f tentattiv biex ikabbar l għarfien tal kawza Maltija fost il politiċi Inglizi Hemmhekk ippubblika pamflet bit titlu The claims of the Maltese founded on the principles of Justice li fih elenka d drittijiet u l ilmenti tal poplu Malti inkluzi akkuzi li l Inglizi kienu qed jieħdu impjiegi mingħand il Maltin u kienu qed jirċievu salarji għoljin filwaqt li l Maltin kienu qed jgħixu fil faqar Fit test kiteb dan li ġej dwar l amministrazzjoni ta Malta The present Lieutenant Governor Sir is an excellent man but he is surrounded by persons interested in maintaining and perpetuating the present unpopular system His disposition I have no doubt is good but he is placed in a very difficult position Mitrovich kiteb ukoll messaġġ bl isem ta Indirizzo ai Maltesi da parte del loro amico Giorgio Mitrovich attualmente a Londra fl 20 ta Novembru 1835 u kopji ta dan il messaġġ stampat intbagħu Malta u taqssmu madwar il pajjiz Huwa kiteb hekk The English nation was surprised to hear from me about the misery suffering and repression under which our beloved country is groaning Many famous people of high standing in this metropolis and other places in England are moved by sentiments of justice and generosity towards the Maltese and have agreed to support in a valid manner our representations in the House of Commons an august assembly of the fathers of the country and be sure that we shall be heard Mitorvich stabbilixxa kuntatt mal Membru Parlamentari li għenu jikkorrispondi mas Segretarju tal Istat u li kompla jippromwovi l interessi Maltin fost MP oħra Ewart ipprezenta petizzjoni ffirmata minn 2 359 Malti lill Parlament fil 11 ta Ġunju 1836 L isforzi ta Mitrovich biex izid l għarfien kienu ta suċċess u l Inglizi ddeċidew li jibagħtu Kummissjoni Rjali Malta biex titkixxef dwar l amministrazzjoni tal gzejjer Il Kummissjoni waslet fl 1836 u baqgħet Malta għal sentejn Ir rakkomandazzjonijiet tagħha kienu jinkludu l abolizzjoni taċ ċensura tal istampa u l gvern għadda ordinanza f dan ir rigward fl 14 ta Marzu 1839 Mitrovich zar Londra numru ta drabi oħra fosthom bejn l 1838 u l 1840 bil għan li jħares il privileġġi li kienu nkisbu Il vjaġġi ta Mitrovich lejn il Gran Brittanja zgur li jiswewh ammont sinifikanti ta flus u hu maħsub li nefaq ħafna mit tfaddil tiegħu f dawn il vjaġġi għalkemm seta rċieva xi appoġġ finanzjarju minn liberali Maltin oħra Karriera politika aktar tard ħajja u mewtL ewwel elezzjoni ta Malta kienet l li saret wara li ġiet stabbilita kostituzzjoni ġdida li tissostitwixxi dik tal 1835 Mitrovich ikkontesta l elezzjoni izda rċieva biss 26 minn 3 056 vot Madankollu aktar tard irnexxielu jikseb siġġu fil Kunsill tal Gvern wara r rizenja ta Sir f April 1855 Mitrovich rebaħ elezzjoni parzjali b 1 050 vot u sar membru tal kunsill fil 5 ta Ġunju 1855 Huwa rrizenja madwar sena wara bi protesta għal rizoluzzjoni mmexxija minn Giancomo Pantaleone Bruno Mitrovich kompla jipparteċipa fil ġlieda tal Maltin għad drittijiet kostituzzjonali u bagħat petizzjoni lis Segretarju tal Istat għall Kolonji fl 1858 fejn ipprova jirriforma l kunsill billi jifforma kumitat nazzjonali Din il mossa ma rnexxietx Mitrovich kellu familja ta tnax u għex fil faqar matul l aħħar snin ta ħajtu Miet fit 13 ta Marzu 1885 fid dar tiegħu f Nru 69 Triq it Teatru bil Belt Valletta Il funeral tiegħu sar tlett ijiem wara u ġie midfun fiċ Ċimiterju tal Addolorata f Raħal Ġdid Il pjazza ta wara l bieb prinċipali tal Isla issemmiet Pjazzetta Ġorġ Mitrovich fl 1985 Mitrovich huwa meqjus bħala patrijott li għamel sforzi biex itejjeb il qagħda tal poplu Malti Madankollu xi wħud interpretaw l azzjonijiet tiegħu bħala li kienu aktar motivati mill interess personali jew li kien saħansitra aġent politiku Irrispettivament mill motivazzjonijiet tiegħu ix xogħol tiegħu għen biex iwitti t triq għal riformi li ġew wara Mitrovich mhux magħruf ħafna f Malta u ġieli jingħad li huwa minsi M hemm l ebda monumenti li jfakkruh u l qabar tiegħu jinsab fi stat dilapidat Madankollu iċ ċentinarju tal mewt tiegħu fl 1985 kien immarkat bil ħruġ ta bolla u pjazza fl Isla u numru ta toroq f lokalitajiet oħra isemmew għalih Xi wħud mid dixxendenti ta Mitrovich issa jgħixu fl Afrika t Isfel u huma magħrufa bil kunjom ta Metrovich kif kienu jissejħu bosta fergħat tal familja wkoll waqt li kienu Malta Fl 2018 tnejn mill buz buz neputijiet tiegħu taw l uniku ritratt magħruf tiegħu lill Ir ritratt ittieħed mill fotografu ftit qabel il mewt ta Mitrovich Referenzi a b ċ d e f ġ g għ h ħ i ie Mangion Fabian 8 March 2015 Recalling a brave sincere patriot forgotten by Malta Times of Malta Arkivjat mill orġinal fl 25 December 2018 Miġbur 24 December 2018 a b ċ Carabott Sarah 26 March 2018 Family of Maltese patriot donate only photo to archive Times of Malta Arkivjat mill orġinal fl 25 December 2018 a b ċ Schiavone Michael J 2009 Dictionary of Maltese Biographies Vol II G Z Pieta Pubblikazzjonijiet Indipendenza pp 1187 1188 ISBN 9789993291329 Attard Francis A June 1994 The mAZe A handy Guide to the Streets of Malta and Gozo Birkirkara Uptrend Publishing p 320