Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Innu Ewkaristiku T Adoriam Ostia Divina Fost il bosta innijiet reliġjużi li kiteb Dun Karm wieħed li sar popolari anke b

Innijiet ta' Dun Karm Psaila

  • Paġna Ewlenija
  • Innijiet ta' Dun Karm Psaila
Innijiet ta' Dun Karm Psaila
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Innu Ewkaristiku (T’Adoriam Ostia Divina)

Fost il-bosta innijiet reliġjużi li kiteb Dun Karm, wieħed li sar popolari anke barra minn Malta kien: “T’Adoriam Ostia Divina” jew “Nadurawk ja Ħobż tas-Sema”. Is-Surmast Ġużeppi Caruana kien talbu jikteb innu għall-okkażjoni tal-Kungress Ewkaristiku li sar f’Malta fl-1913. L-innu tant intgħoġob mill-isqfijiet preżenti għall-Kungress li ħaduh magħhom u xerrduh mad-dinja kollha, tant li llum dan l-innu huwa maqlub f’diversi lingwi, pereżempju bl-Ingliż għandu t-titlu "Host Divine, we bow in worship ". Inqaleb għall-Malti mill-istess poeta fl-1924.

T'adoriam, Ostia divina,
t'adoriam, Ostia d'amor.
Tu dell'angelo il sospiro,
tu dell'uomo sei l'onor.

T'adoriam, Ostia divina,
t'adoriam, Ostia d'amor.

T'adoriam, Ostia divina,
t'adoriam, Ostia d'amor.
Tu dei forti la dolcezza,
tu dei deboli il vigor.

T'adoriam, Ostia divina,
t'adoriam, Ostia d'amor.

(l-ewwel żewġ strofi bit-Taljan)


Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin;
Jalla d-dinja tagħraf tħobbok,
Fik il-qlub huma henjin.

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin.

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin,
Insellmulek, Alla moħbi,
Inti biss taħkem is-snin.

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin.

(l-aħħar żewġ strofi maqlubin għall-Malti)

L-Innu ta' Filgħodu u l-Innu ta' Filgħaxija

L-Innu ta' Filgħodu

Reġa’ sebaħ, ja Mulejja,
Agħti tiegħek dan il-Jum:
Lejk nittajjar bil-ħsieb tiegħi
Kull filgħodu malli nqum.
Fix-xemx jiddi l-ġmiel ta’ wiċċek,
Inti ssebbaħ il-ħolqien;
Isellmulek l-art u s-sema
Kull filgħodu bl-ogħla lsien.

Rit:
Ja Mulejja niżżikħajr,
Għaliex int tal-ħajja s-Sid:
Fik is-setgħa, fik il-ħniena,
Int fawwara ta’ kull ġid.

F’dan il-lejl li għadda fuqi
Int ħaristni, Alla ħanin;
Int wennistni minn kull biżgħa,
Warrabt minni l-ħolm ħażin.
Bħal missier f’telfa ta’ mħabba
It-taħbit ta’ qalbi smajt;
Xħitt is-saħħa ġewwa sidri
Ma’ kull nifs li jiena tajt.

Rit:

F’dan il-jum tħallix, Mulejja,
Li jitnissel f’qalbi d-dnub;
Inti taf li l-għadu tagħna
Għandu x-xbiek dejjem minsub.
Tini l-Omm tal-Iben tiegħek
Biex tħarisni mit-tiġrib,
U tgħallimni b’imħabbitha
Kif inħaddan is-salib.

Rit:

L-Innu ta' Filgħaxija

Riesaq il-lejl, Mulejja,
Bil-wegħda tal-mistrieħ;
Ġa beda s-sema jħammar
Fi nżul ix-xemx sabiħ:

Dalwaqt jixirfu l-kwiekeb,
Fil-għoli tas-smewwiet;
Dalwaqt il-ħajja torqod,
Kull ħoss imut fis-skiet.

Rit:
Inti, li dejjem tgħammar,
Fis-sebħ ta’ jum bla tmiem,
Fid-dlam tal-lejl ħarisna,
Xerred ġo qlubna s-sliem.

Temmejna l-jum, Mulejja,
Imqassam ħidma u serħ,
Xi waqt miksur bin-niket;
Mogħni xi waqt bil-ferħ.

Kollox mit-tieba tiegħek,
Għax int Missier ħanin,
Li trid il-ħlejjaq kollha
Bi mħabbtek biss henjin.

Rit:

Ieqaf, Mulej, mal-fqajjar,
’Tih l-għata, ’tih l-għajxien,
Sabbar lil min hu mibki,
Serraħ lil min għajjien.

Iġbed bil-ħlewwa l-midneb,
Li regħxek mingħajr jedd,
Tħalli lil ħadd fil-biża’,
Tal-ħaqq imur jimtedd.

Rit:

Innu lill-Madonna (Fil-Ħlewwa ta' Mejju)

Fil-ħlewwa ta’ Mejju, Omm tagħna Marija
O kemm idoqq ħlejju dak ismek sabiħ
Kemm toħroġ qawwija dil-kelma minn qalbna
Bit-tama li talbna jagħtik l-akbar ġieħ.


Rit: Int l-għaxqa tas-sema
Ix-xemx tal-ħolqien
Int l-omm ta’ min ħalqek
Bik mimli kull żmien.


Jekk tiftaħ fil-ġonna il-warda Maltija
Tfakkarna o Madonna fil-lewn ta’ ħaddejk
Jekk tidħak id-dija tal-kwiekeb irżina
Tfakkarna o ħanina fid-dawl ta’ għajnejk. Rit:


Minn dejjem bint Alla, nadifa mill-ħtija
Infrixt bħal qawsalla fuq ras il-bnedmin
Int ftaħt o Marija l-għejun ta’ kull ħniena
Fuq l-aħwa ħosbiena, fuq l-aħwa ħatjin. Rit:


Għalhekk ja sultana tal-ħlewwa Marija
Int biss tama tagħna, int qawwa tar-ruħ
Bil-grazzja mimlija kull waqt insellmulek
Bil-ħrara ngħajtulek fis-siegħa tad-dmugħ. Rit:

Innu lill-Qalb ta' Ġesù (Tina l-Ħlewwa)

Tina l-ħlewwa tal-ilsna tas-sema
Biex il-ġieħ li jixraqlek nagħtuk,
Qalb ħanina li taħfer li tagħder,
Kif ħabbejtna nixtiequ nħobbuk.

Rit:
Qalb imqaddsa ta' Ġesù
Li berikt lit-tfal ċkejknin
Kebbes fina n-nar ta' mħabbtek
Żommna miegħek imħaddnin.

Biex tifdina mill-jasar ewlieni,
ta' missierek l-għamara ħallejt
Int li tgħaxxaq is-sema bi ġmielek,
ta' suritna fil-faqar inħbejt.

Rit:

L-aħħar qatra ta' demmek tajthielna,
Meta b'daqqa ta' lanza nifduk,
Int għallimtna tan-niket il-hena,
Int għallimtna fil-hemm inberkuk.

Rit:

Innu tal-Papa (Għalxejn l-għedewwa jridu...)

Oh Kbir Sultan tas-Slaten
Mill-għoli tas-Smewwiet
San Pietru jmexxi d-dgħajsa
Fil-koroh dlamijiet.

U fuq it-tron ta' Pietru
Isaltan Re Divin
Le qatt ma niċħdu lilu
Dan huwa r-re Divin.

Għalxejn l-għedewwa jridu
Iġarrfu il-ħitan
Tal-Belt tiegħek imqaddsa
Il-belt tal-Vatikan.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 15 Ġun, 2025 / 01:15

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Innijiet ta' Dun Karm Psaila, X'inhi Innijiet ta' Dun Karm Psaila? Xi tfisser Innijiet ta' Dun Karm Psaila?

Innu Ewkaristiku T Adoriam Ostia Divina Fost il bosta innijiet reliġjuzi li kiteb Dun Karm wieħed li sar popolari anke barra minn Malta kien T Adoriam Ostia Divina jew Nadurawk ja Ħobz tas Sema Is Surmast Ġuzeppi Caruana kien talbu jikteb innu għall okkazjoni tal Kungress Ewkaristiku li sar f Malta fl 1913 L innu tant intgħoġob mill isqfijiet prezenti għall Kungress li ħaduh magħhom u xerrduh mad dinja kollha tant li llum dan l innu huwa maqlub f diversi lingwi perezempju bl Ingliz għandu t titlu Host Divine we bow in worship Inqaleb għall Malti mill istess poeta fl 1924 T adoriam Ostia divina t adoriam Ostia d amor Tu dell angelo il sospiro tu dell uomo sei l onor T adoriam Ostia divina t adoriam Ostia d amor T adoriam Ostia divina t adoriam Ostia d amor Tu dei forti la dolcezza tu dei deboli il vigor T adoriam Ostia divina t adoriam Ostia d amor l ewwel zewġ strofi bit Taljan Nadurawk ja Ħobz tas sema Frott l imħabba l izjed bnin Jalla d dinja tagħraf tħobbok Fik il qlub huma henjin Nadurawk ja Ħobz tas sema Frott l imħabba l izjed bnin Nadurawk ja Ħobz tas sema Frott l imħabba l izjed bnin Insellmulek Alla moħbi Inti biss taħkem is snin Nadurawk ja Ħobz tas sema Frott l imħabba l izjed bnin l aħħar zewġ strofi maqlubin għall Malti L Innu ta Filgħodu u l Innu ta FilgħaxijaL Innu ta Filgħodu Reġa sebaħ ja Mulejja Agħti tiegħek dan il Jum Lejk nittajjar bil ħsieb tiegħi Kull filgħodu malli nqum Fix xemx jiddi l ġmiel ta wiċċek Inti ssebbaħ il ħolqien Isellmulek l art u s sema Kull filgħodu bl ogħla lsien Rit Ja Mulejja nizzikħajr Għaliex int tal ħajja s Sid Fik is setgħa fik il ħniena Int fawwara ta kull ġid F dan il lejl li għadda fuqi Int ħaristni Alla ħanin Int wennistni minn kull bizgħa Warrabt minni l ħolm ħazin Bħal missier f telfa ta mħabba It taħbit ta qalbi smajt Xħitt is saħħa ġewwa sidri Ma kull nifs li jiena tajt Rit F dan il jum tħallix Mulejja Li jitnissel f qalbi d dnub Inti taf li l għadu tagħna Għandu x xbiek dejjem minsub Tini l Omm tal Iben tiegħek Biex tħarisni mit tiġrib U tgħallimni b imħabbitha Kif inħaddan is salib Rit L Innu ta Filgħaxija Riesaq il lejl Mulejja Bil wegħda tal mistrieħ Ġa beda s sema jħammar Fi nzul ix xemx sabiħ Dalwaqt jixirfu l kwiekeb Fil għoli tas smewwiet Dalwaqt il ħajja torqod Kull ħoss imut fis skiet Rit Inti li dejjem tgħammar Fis sebħ ta jum bla tmiem Fid dlam tal lejl ħarisna Xerred ġo qlubna s sliem Temmejna l jum Mulejja Imqassam ħidma u serħ Xi waqt miksur bin niket Mogħni xi waqt bil ferħ Kollox mit tieba tiegħek Għax int Missier ħanin Li trid il ħlejjaq kollha Bi mħabbtek biss henjin Rit Ieqaf Mulej mal fqajjar Tih l għata tih l għajxien Sabbar lil min hu mibki Serraħ lil min għajjien Iġbed bil ħlewwa l midneb Li regħxek mingħajr jedd Tħalli lil ħadd fil biza Tal ħaqq imur jimtedd Rit Innu lill Madonna Fil Ħlewwa ta Mejju Fil ħlewwa ta Mejju Omm tagħna Marija O kemm idoqq ħlejju dak ismek sabiħ Kemm toħroġ qawwija dil kelma minn qalbna Bit tama li talbna jagħtik l akbar ġieħ Rit Int l għaxqa tas sema Ix xemx tal ħolqien Int l omm ta min ħalqek Bik mimli kull zmien Jekk tiftaħ fil ġonna il warda Maltija Tfakkarna o Madonna fil lewn ta ħaddejk Jekk tidħak id dija tal kwiekeb irzina Tfakkarna o ħanina fid dawl ta għajnejk Rit Minn dejjem bint Alla nadifa mill ħtija Infrixt bħal qawsalla fuq ras il bnedmin Int ftaħt o Marija l għejun ta kull ħniena Fuq l aħwa ħosbiena fuq l aħwa ħatjin Rit Għalhekk ja sultana tal ħlewwa Marija Int biss tama tagħna int qawwa tar ruħ Bil grazzja mimlija kull waqt insellmulek Bil ħrara ngħajtulek fis siegħa tad dmugħ Rit Innu lill Qalb ta Ġesu Tina l Ħlewwa Tina l ħlewwa tal ilsna tas sema Biex il ġieħ li jixraqlek nagħtuk Qalb ħanina li taħfer li tagħder Kif ħabbejtna nixtiequ nħobbuk Rit Qalb imqaddsa ta Ġesu Li berikt lit tfal ċkejknin Kebbes fina n nar ta mħabbtek Zommna miegħek imħaddnin Biex tifdina mill jasar ewlieni ta missierek l għamara ħallejt Int li tgħaxxaq is sema bi ġmielek ta suritna fil faqar inħbejt Rit L aħħar qatra ta demmek tajthielna Meta b daqqa ta lanza nifduk Int għallimtna tan niket il hena Int għallimtna fil hemm inberkuk Rit Innu tal Papa Għalxejn l għedewwa jridu Oh Kbir Sultan tas Slaten Mill għoli tas Smewwiet San Pietru jmexxi d dgħajsa Fil koroh dlamijiet U fuq it tron ta Pietru Isaltan Re Divin Le qatt ma niċħdu lilu Dan huwa r re Divin Għalxejn l għedewwa jridu Iġarrfu il ħitan Tal Belt tiegħek imqaddsa Il belt tal Vatikan

L-aħħar artikli
  • Ġunju 10, 2025

    Sħaba ta' Oort

  • Ġunju 08, 2025

    São Tomé u Príncipe

  • Ġunju 14, 2025

    São Paulo

  • Ġunju 15, 2025

    São Paulo Futebol Clube

  • Ġunju 15, 2025

    São Paulo FC

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq