Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa

Konfoffa tal ilsiera

  • Paġna Ewlenija
  • Konfoffa tal ilsiera
Konfoffa tal ilsiera
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.

Il-konfoffa tal-ilsiera tal-1749 kienet konfoffa mill-ilsiera miżmuma fil-ħabsijiet Maltin biex joqtlu lill-Gran Mastru Pinto, u jwaqqgħu il-gvern tal-Ordni ta' San Ġwann.

Il-bidu

Fit-8 ta' Jannar tal-1748, fi żmien it-tmexxija tal-Gran Mastru , kien sar ammutinament fuq il-bastiment Tork, , hekk kif il-bastiment kien fi triqtu lejn il-kosta tal-Anatolja. Daqs 160 lsiera qaddiefa fuq il-bastiment, immexxija minn Qara Maħmet, Antonio Montalto u Claudio Camilleri qatlu lil kull minn opponihom u ħatfu mal-għoxrin Tork fosthom lil Mustafa Paxa, il-Gvernatur ta' Rodi, il-proprjetarju tal-bastiment. Lil dan qafluh fil-kabina tiegħu stess. Il-kapijiet ta' din ir-rewwixta ddeċidew li jsalpaw lejn Malta għax kienu jafu li hemm ser isibu min jilqagħhom. Il-Gran Mastru Pinto tabilħaqq kien kuntent b'din il-priża mhux mistennija, għax kemm il-bastiment kif ukoll it-Torok priġunieri. l-aktar il-Paxa nnifsu, kienu ser jirrendu ħafna flus.

Il-bastiment wasal Malta fit-2 ta' Frar. Minħabba l-istatura għolja tiegħu, il-Gvernatur, Mustafa Paxa kien ittrattat sew, tant li fil-Lazzarett ingħata l-aqwa sala u tħalla jżomm is-servjenti tiegħu. Wara ittieħed Sant'Iermu fejn ħallewh joqgħod fil-kwartier tal-Gvernatur tal-forti. Imbagħad ingħata anki residenza fi Strada San Giorgio kif ukoll wara ċertu żmien, residenza oħra fil-Furjana.

F'April tal-1749 ir-Re Lwiġi XV ta’ Franza, li biex iżomm il-ħbiberija diplomatika u l-kummerċali mas-Sultan Tork talab lil Gran Mastru Pinto biex jeħles lill-Paxà. Pinto ma sabx oġġezzjoni imma l-Paxà ma riedx jitlaq minn Malta u talab li jibqa' jgħix fil-gżira. Il-Gran Mastru mar kontra l-parir ta' ħafna mill-Kavallieri u ħallieh joqgħod Malta anki b'ċerta libertà li jmorru jżuruh Torok skjavi li kienu jgħixu f'Malta. Għall-ewwel il-Paxà kien jidher li kien sinċier fl-aġir tiegħu. Però, minn taħt kellu pjanijiet oħra. Bil-moħbi kien qiegħed jikkonfoffa biex jagħmel kolp ta' stat u jwaqqa' l-Ordni kompletament.

Il-pjan

Il-pjan tiegħu kien immirat lejn ribeljoni b'sorpriża li kella tkun esegwita fit-29 ta’ Ġunju, il-jum li kellha tkun iċċelebrata l-festa tal-Imnarja. Tista' tgħid li dak inhar il-Maltin minn kull belt jew raħal kienu jitilgħu l-Imdina biex igawdu din il-festa, u bosta kavallieri tal-Ordni kienu jagħmlu l-istess. Il-palazz tal-Gran Mastru kien ser ikun għaldaqstant mgħasses bi ftit kavallieri u suldati tal-Ordni waqt li fil-palazz kien ikun hemm mall-mitt qaddej skjav. Il-ftehim kien li wieħed mill-ilsiera, Imselliti, kellu jidħol fil-kmamar privati tal-Gran Mastru Pinto, u joqtlu b'daqqiet ta' sikkina vvalenta. Imbagħad, dan kellu jagħmel sinjal biex l-ilsiera servjenti ta' ġol-Palazz jeħilsu aktar ilsiera u jaħtfu l-armi mill-Armerija, u jaħtfu lil Sant'Iermu. Kien hemm anki xi ftehim biex tintbagħat flotta Ottomana mill-Afrika ta' Fuq biex jintervjenu meta jkun il-waqt u b'hekk jieħdu l-Malta minn taħt idejn l-Ordni. Dak iż-żmien kien hawn f'Malta mal-1,400 skjav, bosta minnhom maqfula fil-ħabsijiet tal-Belt, il-Birgu u l-Isla. Oħrajn kienu liberi għax kienu fil-qadi ta' proprjetarji sinjuri.

Kif inkixef il-pjan

Biss, il-konfoffa nkixfet xi jiem qabel b'inċident li seħħ fil-ħanut tax-xorb li kien hemm qrib il-Barrakka ta' Isfel, fejn kien il-ħabs tal-ilsiera. Lejla waħda, f'dan il-ħanut iltaqgħu żewġ Mislimin Torok ma' ċertu Giacomo Cassar, imlaqqam l-Armenjan. Dawn ippruvaw jipperswaduh biex jieħu sehem f'din il-konfoffa. Biss dan ma riedx anki jekk stess damu jiffitawh. F'mument minnhom inqaa argument sħun u ġlieda bejniethom. Wara li s-sitwazzjoni kkalmat u l-isiera Torok telqgħu 'l hinn, sid il-ħanut, ried ikun jaf x'ġara. Bil-mod il-mod irnexxielu jiskopri mingħand Cassar x'kienet il-biċċa. Cohen mar il-Palazz biex jinforma l-awtoritajiet b'dan il-komplott.

Ir-riżultat

Wara li sema’ dan l-istorja dwar il-pjan li l-Mustafa Paxa kien qed iħejji, Pinto mill-ewwel bagħat jarresta lill-ilsiera Misilmin kollha involuti, u bdew l-interrogazzjonijiet bit-torturi. Mill-ewwel skoprew li Mutafa Paxa kien il-perċimes. Minn 150 li ġew interrogati. 4 minnhom mietu waqt it-torturi, jew qatlu lilhom infushom. Tmienja u tletin skjav intbagħtu għall-mewt, jew fuq il-forka, fejn wara inqatgħetilhom rashom, u ġisimhom inħaraq, jew inkella ħaduhom fil-port fejn ġisimhom kien sglugat min-nies minn dirgħajhom marbuta ma' ħbula minn fuq id-dgħajjes.

Pinto ma azzardax jagħmel l-istess lil Mustafa Paxa' għax dan kien taħt il-protezzjoni tar-Re ta' Franza. Il-Gran Mastru kiteb lir-Re hekk:

Issa li tajt il-libertà lill-Paxà ta' Rodi, għandi l-unur li nipprova lill-Maestà Tiegħek id-deferenza tiegħi mingħajr riżerva għar-rieda Tiegħek. Qatt ma ħsibt li ħa nagħmel hekk xahar wara l-konfoffa ppjanata mill-Paxà, li tagħha hu kien il-kap u li kellu bħala kompliċi l-ilsiera tiegħi. It-telf ta' ħajti, li kellu jkun is-sagrifiċċju għall-mibegħda personali tal-Paxà, kellu jkun is-sinjal għall-insurrezzjoni.

Tal-parti tiegħu fil-kxif tal-komplott, il-Gran Mastru Pinto ta lil Cohen somma flus dar fi Triq il-Merkanti, Valletta.

Din ma kienetx l-ewwel komplott ta' rewwwixta tal-ilsiera li seħħet f'Malta. Fl-1631 kien sar komplott ieħor mill-ilsiera.

Bibliografija

Testa, Carmelo, The Life and Times of Grand Master Pinto. Midsea Books, 1989.

Thake, Robert, Patriotism, Deception and Censorship - De Soldanis and the 1751 Account of the Uprising of the Slaves. BDL Publishing. 2013.

Wettinger, Godrey, Slavery in the Islands of Malta and Gozo ca. 1000 - 1812. Publishers Enterprises Group. 2002.

Zammit, William, Kissing the Gallows. BDL Publishing. 2016.

Noti u referenzi

  1. ^ Testa, Carmel (1989). The Life and Times of Grand Master Pinto (bl-Ingliż). Midsea Books.
  2. ^ Testa, Carmelo. The Life and Times of Grand Master Pinto.
  3. ^ Thake, Robert (2013). Patriotism, Deception and Censorship - De Soldanis and the 1751 Account of the Uprising of the Slaves (bl-Ingliż). BDL Publishing.
  4. ^ "Allorquando, donando la libertà al pascià di Rodi, ho avuto l'onore di provare a Vostra Maestà la mia deferenza senza riserve a Sua volontà, non avrei mai potuto prevedere che un mese dopo avrei scoperto una congiura tramata dal pascià che ne era a capo e che aveva per complici i miei propri schiavi. La perdita della mia vita, che doveva essere sacrificata all'odio personale del pascià contro di me era il segnale dell'insurrezione."

Ħoloq esterni

  • Chevaliers de Malta, History of the Order, Italian Part II p.75
  • Clemente Zammit, IL-KONFOFFA TA’ L-ILSIERA, 1749, MaltaEcho.com
  • L-Irvell tal-Qassisin u l-Irvell ta' l-Ilsiera, 18 ta' Mejju 2007
  • EMMANUEL PINTO 1741-1773.
  • Pittura ta' Alberto Pullicino (1719–1765) Veduta ta' Marsamxett, il-Forti Manoel u l-Ponta ta' Dragut, sas-Sur ta' San Bastjan, mil-Berġa tal-Ġermanja
  • Sovrano Ordine di San Giovanni di Geruslaemme Cavalieri di Malta, La Storia,Capitolo XVII, La Guerra di Corsa dei Cavalieri di Malta
  • https://kliemustorja.com/2021/09/17/il-forka/


Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 22:12

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Konfoffa tal ilsiera, X'inhi Konfoffa tal ilsiera? Xi tfisser Konfoffa tal ilsiera?

Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Il konfoffa tal ilsiera tal 1749 kienet konfoffa mill ilsiera mizmuma fil ħabsijiet Maltin biex joqtlu lill Gran Mastru Pinto u jwaqqgħu il gvern tal Ordni ta San Ġwann Il biduIl Gran Mastru Pinto De Fonseca Fit 8 ta Jannar tal 1748 fi zmien it tmexxija tal Gran Mastru kien sar ammutinament fuq il bastiment Tork hekk kif il bastiment kien fi triqtu lejn il kosta tal Anatolja Daqs 160 lsiera qaddiefa fuq il bastiment immexxija minn Qara Maħmet Antonio Montalto u Claudio Camilleri qatlu lil kull minn opponihom u ħatfu mal għoxrin Tork fosthom lil Mustafa Paxa il Gvernatur ta Rodi il proprjetarju tal bastiment Lil dan qafluh fil kabina tiegħu stess Il kapijiet ta din ir rewwixta ddeċidew li jsalpaw lejn Malta għax kienu jafu li hemm ser isibu min jilqagħhom Il Gran Mastru Pinto tabilħaqq kien kuntent b din il priza mhux mistennija għax kemm il bastiment kif ukoll it Torok priġunieri l aktar il Paxa nnifsu kienu ser jirrendu ħafna flus Il bastiment wasal Malta fit 2 ta Frar Minħabba l istatura għolja tiegħu il Gvernatur Mustafa Paxa kien ittrattat sew tant li fil Lazzarett ingħata l aqwa sala u tħalla jzomm is servjenti tiegħu Wara ittieħed Sant Iermu fejn ħallewh joqgħod fil kwartier tal Gvernatur tal forti Imbagħad ingħata anki residenza fi Strada San Giorgio kif ukoll wara ċertu zmien residenza oħra fil Furjana F April tal 1749 ir Re Lwiġi XV ta Franza li biex izomm il ħbiberija diplomatika u l kummerċali mas Sultan Tork talab lil Gran Mastru Pinto biex jeħles lill Paxa Pinto ma sabx oġġezzjoni imma l Paxa ma riedx jitlaq minn Malta u talab li jibqa jgħix fil gzira Il Gran Mastru mar kontra l parir ta ħafna mill Kavallieri u ħallieh joqgħod Malta anki b ċerta liberta li jmorru jzuruh Torok skjavi li kienu jgħixu f Malta Għall ewwel il Paxa kien jidher li kien sinċier fl aġir tiegħu Pero minn taħt kellu pjanijiet oħra Bil moħbi kien qiegħed jikkonfoffa biex jagħmel kolp ta stat u jwaqqa l Ordni kompletament Il pjanIl pjan tiegħu kien immirat lejn ribeljoni b sorpriza li kella tkun esegwita fit 29 ta Ġunju il jum li kellha tkun iċċelebrata l festa tal Imnarja Tista tgħid li dak inhar il Maltin minn kull belt jew raħal kienu jitilgħu l Imdina biex igawdu din il festa u bosta kavallieri tal Ordni kienu jagħmlu l istess Il palazz tal Gran Mastru kien ser ikun għaldaqstant mgħasses bi ftit kavallieri u suldati tal Ordni waqt li fil palazz kien ikun hemm mall mitt qaddej skjav Il ftehim kien li wieħed mill ilsiera Imselliti kellu jidħol fil kmamar privati tal Gran Mastru Pinto u joqtlu b daqqiet ta sikkina vvalenta Imbagħad dan kellu jagħmel sinjal biex l ilsiera servjenti ta ġol Palazz jeħilsu aktar ilsiera u jaħtfu l armi mill Armerija u jaħtfu lil Sant Iermu Kien hemm anki xi ftehim biex tintbagħat flotta Ottomana mill Afrika ta Fuq biex jintervjenu meta jkun il waqt u b hekk jieħdu l Malta minn taħt idejn l Ordni Dak iz zmien kien hawn f Malta mal 1 400 skjav bosta minnhom maqfula fil ħabsijiet tal Belt il Birgu u l Isla Oħrajn kienu liberi għax kienu fil qadi ta proprjetarji sinjuri Kif inkixef il pjanBiss il konfoffa nkixfet xi jiem qabel b inċident li seħħ fil ħanut tax xorb li kien hemm qrib il Barrakka ta Isfel fejn kien il ħabs tal ilsiera Lejla waħda f dan il ħanut iltaqgħu zewġ Mislimin Torok ma ċertu Giacomo Cassar imlaqqam l Armenjan Dawn ippruvaw jipperswaduh biex jieħu sehem f din il konfoffa Biss dan ma riedx anki jekk stess damu jiffitawh F mument minnhom inqaa argument sħun u ġlieda bejniethom Wara li s sitwazzjoni kkalmat u l isiera Torok telqgħu l hinn sid il ħanut ried ikun jaf x ġara Bil mod il mod irnexxielu jiskopri mingħand Cassar x kienet il biċċa Cohen mar il Palazz biex jinforma l awtoritajiet b dan il komplott Ir rizultatLwiġi XV ta Franza Wara li sema dan l istorja dwar il pjan li l Mustafa Paxa kien qed iħejji Pinto mill ewwel bagħat jarresta lill ilsiera Misilmin kollha involuti u bdew l interrogazzjonijiet bit torturi Mill ewwel skoprew li Mutafa Paxa kien il perċimes Minn 150 li ġew interrogati 4 minnhom mietu waqt it torturi jew qatlu lilhom infushom Tmienja u tletin skjav intbagħtu għall mewt jew fuq il forka fejn wara inqatgħetilhom rashom u ġisimhom inħaraq jew inkella ħaduhom fil port fejn ġisimhom kien sglugat min nies minn dirgħajhom marbuta ma ħbula minn fuq id dgħajjes Pinto ma azzardax jagħmel l istess lil Mustafa Paxa għax dan kien taħt il protezzjoni tar Re ta Franza Il Gran Mastru kiteb lir Re hekk Issa li tajt il liberta lill Paxa ta Rodi għandi l unur li nipprova lill Maesta Tiegħek id deferenza tiegħi mingħajr rizerva għar rieda Tiegħek Qatt ma ħsibt li ħa nagħmel hekk xahar wara l konfoffa ppjanata mill Paxa li tagħha hu kien il kap u li kellu bħala kompliċi l ilsiera tiegħi It telf ta ħajti li kellu jkun is sagrifiċċju għall mibegħda personali tal Paxa kellu jkun is sinjal għall insurrezzjoni Tal parti tiegħu fil kxif tal komplott il Gran Mastru Pinto ta lil Cohen somma flus dar fi Triq il Merkanti Valletta Din ma kienetx l ewwel komplott ta rewwwixta tal ilsiera li seħħet f Malta Fl 1631 kien sar komplott ieħor mill ilsiera BibliografijaTesta Carmelo The Life and Times of Grand Master Pinto Midsea Books 1989 Thake Robert Patriotism Deception and Censorship De Soldanis and the 1751 Account of the Uprising of the Slaves BDL Publishing 2013 Wettinger Godrey Slavery in the Islands of Malta and Gozo ca 1000 1812 Publishers Enterprises Group 2002 Zammit William Kissing the Gallows BDL Publishing 2016 Noti u referenzi Testa Carmel 1989 The Life and Times of Grand Master Pinto bl Ingliz Midsea Books Testa Carmelo The Life and Times of Grand Master Pinto Thake Robert 2013 Patriotism Deception and Censorship De Soldanis and the 1751 Account of the Uprising of the Slaves bl Ingliz BDL Publishing Allorquando donando la liberta al pascia di Rodi ho avuto l onore di provare a Vostra Maesta la mia deferenza senza riserve a Sua volonta non avrei mai potuto prevedere che un mese dopo avrei scoperto una congiura tramata dal pascia che ne era a capo e che aveva per complici i miei propri schiavi La perdita della mia vita che doveva essere sacrificata all odio personale del pascia contro di me era il segnale dell insurrezione Ħoloq esterniChevaliers de Malta History of the Order Italian Part II p 75 Clemente Zammit IL KONFOFFA TA L ILSIERA 1749 MaltaEcho com L Irvell tal Qassisin u l Irvell ta l Ilsiera 18 ta Mejju 2007 EMMANUEL PINTO 1741 1773 Pittura ta Alberto Pullicino 1719 1765 Veduta ta Marsamxett il Forti Manoel u l Ponta ta Dragut sas Sur ta San Bastjan mil Berġa tal Ġermanja Sovrano Ordine di San Giovanni di Geruslaemme Cavalieri di Malta La Storia Capitolo XVII La Guerra di Corsa dei Cavalieri di Malta https kliemustorja com 2021 09 17 il forka

L-aħħar artikli
  • Ġunju 06, 2025

    Arabja Sawdija

  • Ġunju 13, 2025

    April

  • Ġunju 09, 2025

    Apollo (mitoloġija Rumana)

  • Ġunju 08, 2025

    Apollo (divinità)

  • Ġunju 15, 2025

    Alġiers

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq