Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa
Konċilju

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Konċilju Ekumeniku huwa konferenza tal- u ta' esperti teoloġi biex jiddiskutu materji tad-duttrina u prattika Kattolika.
Il-Konċilju ta' Niċea
L-Ewwel Konċilju kien dak ta’ Niċea fis-Sena 325. Dam xahrejn u tnax-il ġurnata. Ħadu sehem 318-il Isqof, bl-Isqof Hosju ta’ Kordova ikun preżenti bħala l-Legat tal-Papa Silvestru. L-Imperatur Konstantinu kien preżenti wkoll. Lil dan il-Konċilju nafu l-Kredu ta’ Niċea, li irribatta it-tagħlim ta’ Arju u ta t-tifsira tad-Divinità ta’ l-Iben t’Alla. Kien f’dan il-Konċilju li d-data ta’ Għid ġiet iffissata, biex ma jiġix iċċelebrat fl-istess jum ta’ l-Għid tal-Lhud.
Il-Konċilju ta' Kostantinopli
It-Tieni Konċilju kien dak magħruf bħala l-Ewwel Konċilju ta’ Kostantinopli fis-sena 381 taħt il-Papa Damasu u l-Imperatur Teodosju I bis-sehem ta’ 150 isqof. Il-mira prinċipali ta’ dan il-Konċilju kienet kontra s-segwaci ta’ Macedonju li kien jargumenta bis-sħiħ kontra id-Divinità ta’ l-Ispirtu s-Santu. Fil-fatt mal-Kredu ta’ Niċea li semmejna aktar qabel żdiedu...”U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja: li ġej mill-Missier u mill-Iben; li hu meqjum u mweġġaħ flimkien mal-Missier u ma’ l-Iben...” u jibqa’ sejjer sal-kelma ’Amen’.
Il-Konċilju ta' Efesu
It-Tielet Konċilju kien dak ta’ Efesu fis-Sena 431 fejn ħadu sehem aktar minn 200 Isqof, taħt il-Presidenza ta’ San Ċirillu ta’ Lixandra, li kien jirrappreżenta lill-Papa Ċelestinu I. F’dan il-Konċilju ġiet imfissra l-unità personali ta’ Kristu, Alla u Bniedem, u Marija ġiet idikkjarata Omm Alla (Theotokos) kontra dak li kien ixandar Nestorju, Isqof ta’ Kostantinopli. Fl-istess Konċilju ġiet imġedda l-kundanna ta’ Pelagju.
Il-Konċilju ta' Kalċedonja
Ir-Raba’ Konċilju kien dak ta’ Kalċedonja sar għoxrin sena wara, fis-sena 451. Ħadu sehem 150 Isqof immexxija mill-Papa Ljun il-Kbir u mill-Imperatur Marċjanu. Ġew imfissra bir-reqqa ż-żewġ naturi ta’ Kristu, Divina u Umana, kontra dak li kien qed jgħallem Ewtike, li ġie skomunikat.
It-Tieni Konċilju ta' Kostantinopli
Il-Ħames Konċilju kien it-Tieni Konċilju ta’ Kostantinopli fis-Sena 553 fejn ħadu sehem 165 Isqof taħt it-tmexxija tal-Papa Vigilju u l-Imperatur Ġustinjanu I. Hawnhekk ġew ikkundannati t-tagħlim ta’ Origene u t-Tliet Kapitli miktuba minn Teodoret, Isqof ta’ Mopsuestia u ta’ Ibas, Isqof ta’ Edessa. Matul dan il-Konċilju ġie kkonfermat dak kollu li ħareġ mill-ewwel erba’ Konċilji, speċjalment dak li twettaq fir-Raba’ wieħed ta’ Kalċedonja li l-awtorità tiegħu kienet qed tiġi sfidata minn xi eretici.
It-Tielet Konċilju ta' Kostantinopli
Is-Sitt Konċilju kien it-Tielet Konċilju ta’ Kostantinopli li sar bejn is-snin 680 u 681 taħt il-Papa Agatu u l-Imperatur Kostantinu Pogonatus. Ħadu sehem il-Patrijarki ta’ Konstantinopli u ta’ Antjokja, 174 isqof, u l-Imperatur innifsu. Dan il-Konċilju ġab fi tmiemu il-‘Monoteliżmu’ billi ta t-tifsira taż-żewġ naturi ta’ Kristu distinti minn xulxin, dik Divina u dik umana. B’hekk ġabu fix-xejn it-tagħlim zbaljat ta’ Sergju, Pirrus, Pawlu, Mararju, u d-dixxipli tagħhom.
It-Tieni Konċilju ta' Niċea
Is-Seba’ Konċilju kien it-Tieni wieħed ta’ Niċea fis-Sena 787. Kien ġie msejjaħ mill-Imperatur Kostantinu VI u minn ommu Irene, taħt il-Papa Adrijanu I. Il-Konċilju, li ħadu sehem fih bejn 300 u 367 isqof, kien immexxi mil-Legati tal-Papa. Matulu intlaħaq ftehim dwar il-qima lejn ix-xbihat imqaddsa.
Ir-Raba' Konċilju ta' Kostantinopli
It-Tmien Konċilju kien ir-Raba’ ta’ Kostantinopli li sar fis-Sena 869 taħt il-Papa Adrijanu II u l-Imperatur Basilju. Preżenti kien hemm 102 isqfijiet, 3 legati tal-Papa, u 4 patrijarki. Kien konċilju li għarbel u ħaraq l-Atti kollha li ħarġu minn Konċilju rregolari (conciliabulum) msejjaħ minn Fozju kontra l-Papa Nikola u Injazju il-Patrijarka leġittimu ta’ Kostantinopli; ikkundanna lil Fozju li ħataf illegalment it-dinjità patrijarkali. Madankollu ix-Xiżma ta’ Fozju ntlaqgħet bil-kbir ġewwa l-Knisja Griega, u ebda konċilju ieħor ma sar fil-Lvant.
L-Ewwel Konċilju ta' Lateran
Id-Disa’ Konċilju kien l-Ewwel Konċilju Lateran, fis-sena 1123 ġewwa Ruma taħt il-Papa Kallistu II. Kien hemm mad-900 isqof u abbati. Matulu tneħħa għal kollox id-dritt tal-prinċipijiet lajċi ta’ investitura biċ-ċurkett u l-bastun ta’ isqof u l-benefiċċji ekklesjastiċi li kellhom x’jaqsmu mad-dixxiplina tal-Knisja u t-teħid lura ta’ l-Art Imqaddsa minn taħt idejn l-Islam.
It-Tieni Konċilju ta' Lateran
L-Għaxar Konċilju kien it-Tieni Konċilju tal-Lateran li nżamm ġewwa Ruma fl-1139 taħt il-Papa Innoċenz II. Ħadu sehem ma' l-1000 prelat u l-Imperatur Korradu. Il-ħsieb prinċipali kien jġieb fi tmiemhom l-iżbalji ta’ Arnoldu ta’ Brescia.
It-Tielet Konċilju ta' Lateran
Il-Ħdax-il Konċilju kien it-Tielet wieħed tal-Lateran li sar fl-1179 taħt il-Papa Alessandru III u l-Imperatur Federiku I. Kien hemm 302 isqfijiet. Matul dan il-Konċilju ġew ikkundannati l-Albigizi u l-Valdezi barra li ġew imxandra bosta digrieti dwar ir-riforma tal-morali.
Ir-Raba' Konċilju ta' Lateran
It-Tnax-il Konċilju kien ir-Raba’ wieħed tal-Lateran fl-1215, taħt il-Papa Innoċenz III. Kien hemm preżenti il-Patrijarki ta’ Konstantinopli u ta’ Ġerusalemm, 71 Arċisqof, 412-il Isqof, 800 Abbati, il-Primat tal-Maroniti, u San Duminku. Ħareġ Kredu imkabbar (simbolu) kontra l-Albiġiżi (Firmiter credimus), ġew ikkundannati l-iżbalji Trinitarjani ta’ l-Abbati Ġwakkin, u ġew ippubblikati 70 digrieti riformatorji. Dan kien l-aktar Konċilju importanti taż-Żmenijiet tan-Nofs, fil-fatt magħruf bħala l-”Konċilju l-Kbir”, peress li ta tifsira siwja tal-ħajja ekklezjastika u l-qawwa tal-papat.
L-Ewwel Konċilju ta' Lyons
t-Tlettax-il Konċilju kien l-Ewwel Konċilju ta’ Lyons fl-1245, taħt il-presidenza tal-Papa Innoċenz IV li miegħu kien hemm il-Patrijarki Latini ta’ Konstantinopli, Antjokja, u Aquileia(Venezja). Ħadu sehem 140 Isqof; Baldwinu II ta’ Kostantinopli; San Lwiġi (IX), Re ta’ Franza; Rajmondu VII, Konti ta’ Toulouse; u Rajmundu Bérenger IV, Konti ta’ Provence. Ġie skumnikat u mneħħi l-Imperatur Federiku II u ġiet mnedija kruċjata ġdida taħt il-Kmand ta’ San Lwiġi kontra s-Saraċini u l-Mongoli.
It-Tieni Konċilju ta' Lyons
L-Erbatax-il Konċilju kien it-Tieni Konċilju ta’ Lyons u sar 29 sena wara, fl-1274, taħt il-Papa Gregorju X; flimkien mal-Patrijarki ta’ Antijokja u ta’ Kostantinopli; ħmistax-il Kardinal; 500 Isqof; u aktar minn 1000 dinjitarju ieħor, fosthom Ġakbu I, Re ta’ Aragona; ambaxxaturi tar-Rejiet ta’ Franza u ta’ l-Ingilterra; ambaxxaturi ta’ l-Imperatur Mikiel Paleaologus, flimkien ma’ membri tal-Kleru Grieg; u ambaxxaturi ta’ Khan tat-Tartari. Bis-saħħa ta’ dan il-Konċilju, kif rajna minn dawk preżenti, kien hemm għaqda temporanja bejn il-Knisja Rumana u dik Griega. Il-kelma filioque ġiet miżjuda mas-simbolu ta’ Konstantinopli u sar attentat biex jinstabu riżorsi biex l-Art Imqaddsa terġa’ tintrebah minn ħdan it-Torok. Ġew ukoll stabbiliti regoli ġodda għal l-elezzjoni ta’ Papa.
Il-Konċilju ta' Vienne
Il-Ħmistax-il Konċilju kien dak ta’ Vienne ġewwa Franza fl- 1311 fuq ordni tal-Papa Klement V, l-ewwel mill-Papiet Avignon. Ħadu sehem il-Patrijarki ta’ Antjokja u ta’ Lixandra; flimkien ma’ 300 isqof, għalkemm xi awtoritajiet storiċi jsostnu li kienu 114; u tliet rejiet...Filippu IV ta’ Franza, Dwardu II ta’ l-Ingilterra, u Ġakbu II ta’ Aragona. Dan il-Konċilju ħada qatta bla ħabel kontra l-iżbalji tal-Kavallieri Templari, tal-Fraticelli, il-Begardi, u l-Begwini. Ġew mistħarrġa proġetti ta’ kruċjati ġodda, ir-riforma tal-kleru, u t-tagħlim ta’ I-ilsna Orjentali fl-Universitajiet.
Il-Konċilju ta' Konstanzu
Is-Sittax-il Konċilju kien dak imsejjaħ ta’ Konstanzu (1414-1418) li kien inżamm fi żmien ix-Xiżma l-kbira tal-Punent bil-ħsieb li jintemmu d-diversi qasmiet li kien hemm fil-Knisja. Sar leġittimu meta ġie mlaqqa’ formalment minn Gregorju XI. Dan il-fatt għen biex inqerdet ix-xiżma billi ġie elett il-Papa Martinu V, ħaġa li l-Konċilju ta’ Pisa(1403) ma kenx irnexxielu jagħmel għax bħala konċilju kien meqjus illegali. Il-Papa leġittimu kkonferma d-digrieti tas-sinodu kontra Wyclif u Hus. Dan il-konċilju kien għaldaqstant ekumeniku fl-aħħar sessjonijiet tiegħu, XLII sa XLV inklużi, u bid-digrieti tas-sessjonijiet ta’ qabel approvati minn Martinu V.
Il-Konċilju ta' Basle
Is-Sbatax-il Konċilju kien dak ta’ Basle fl-1431 meta l-Papa kien Ewgenju IV u Sigismundu Imperatur ta’ l-Imperu Ruman Qaddis. L-għan prinċipali kien il-paċi reliġjuża tal-Boħimja. Kien hemm bosta nkwiet mal-Papa u l-Konċilju ġie trasferit l-ewwel lejn Ferrara fl-1438 u mbagħad lejn Firenze fl- 1439 fejn ġiet stabbilita għaqda, għalkemm ma tantx damet, mal-Knisja Griega li min-naħa tagħha aċċettat qbil dwar punti li kienu ħolqu l-firda. Il-Konċilju ta’ Basle kien ekumeniku biss sa tmiem il-ħamsa u għoxrin sessjoni, u mid-digrieti li ħarġu l-Papa Ewgenju IV approva biss dawk li kellhom x’jaqsmu ma’ l-eliminazzjoni sħiħa ta’ l-ereżija, il-paċi qalb il-Kristjani, u r-riforma fil-Knisja, li fl-istess waqt ma dderogatx mid-drittijiet tas-Santa Sede.
Il-Ħames Konċilju ta' Lateran
It-Tmintax-il Konċilju kien il-Ħames wieħed tal-Lateran. Fil-fatt il-Papa Ġulju II kien sejjaħ dan il-Konċilju b’digriet tat- 18 ta’ Lulju 1511 minħabba bosta taħwid minn Kardinali xiżmatiċi, li mgħejuna mir-Re ta’ Franza Luigi XII, kienu ser jibdew Konċilju f’Pisa. Il-Konċilju proprju beda fl- 10 ta’ Mejju 1512 u ntemm fis- 16 ta’ Marzu 1517. L-ewwel ħames sessjonijiet, li kienu taħt Ġulju II, ikkundannaw l-għemejjel ta’ dawk il-Kardinali. F’Marzu ta’ 1513 ġie magħżul Papa Ljun X, u, dejjem bil-għajnuna ta’ l-Imperatur Massimiljanu I, ħadu sehem 15-il kardinal u mat-80 Arċisqfijiet u Isqfijiet.Kif ġara fl-ewwel ħames sessjonijiet il-biċċa l-kbira tad-digrieti kienu miżuri dixxiplinarji. Ġiet ippjanata kruċjata ġdida kontra t-Torok li ntemmet qabel ma bdiet minħabba l-ferment li qam ġewwa l-Ġermanja b’dak li beda jwettaq Luteru.
Il-Konċilju ta' Trentu
Id-19-il Konċilju kien dak ta’ Trentu li dam sejjer 18-il sena, bejn l-1545 u l-1563, taħt ħames papiet: Pawlu III, Ġulju III, Marċellu II, Pawlu IV u Piju IV, u taħt l-Imperaturi Carlu V u Ferdinandu. Kien hemm preżenti 5 Kardinali legati tas-Santa Sede, 3 Patrijarki, 33 Arċisqof, 235 Isqof, 7 Superjuri ta’ Abbatiji, 7 Ġenerali ta’ Ordnijiet Monastiċi, u 160 studjuż tad-divinità. Il-Konċilju kien ġie msejjaħ biex jeżamina u jikkundanna l-iżbalji mqajma minn Luteru u Riformatisti oħra, u biex tiġi rriformata d-dixxiplina tal-Knisja. Mill-Konċilji dan kollha kien l-aktar wieħed li dam, minnu ħarġu l-akbar numru ta’ digrieti dogmatiċi u riformatorji, u wettaq l-akbar numru ta’ riżultati pożittivi.
Konċilju Vatikan I
L-Għoxrin Konċilju kien Konċilju Vatikan l-Ewwel li tlaqqa’ minn Piju IX. Beda jiltaqa’ fit-8 ta’ Diċembru, 1869, u dam sejjer sat-18 ta’ Lulju, 1870, meta kien ġie aġġornat u baqa’ bla ma reġa’ ġie msejjaħ. Preżenti kien hem 6 Arcisqfijiet-prinċipi, 49 Kardinal, 11-il Patrijarka, 680 Arċisqof u Isqfijiet, 28 Abbati, 29 Ġenerali ta’ l-Ordnijiet...b’kollox 803 persuni. Barra kanoni importanti li għandhom x’jaqsmu mal-Fidi u l-Kostituzzjoni tal-Knisja, dan il-Konċilju pproklama l-infallibilità tal-Papa meta jitkellem ex cathedra, jiġifieri
i. bħala ragħaj u għalliem tal-Kristjani kollha, ii. bil-virtù ta’ l-awtorità suprema u appostilika tiegħu, iii. jagħti tifsira dottrinali dwar il-Fidi jew il-Morali għall- Knisja kollha.
Konċilju Vatikan II
Il-wieħed u għoxrin Konċilju, Vatikan II, li għadna kemm fakkarna l-40 Anniversarju mill-għeluq tiegħu, infetaħ mill-Papa Ġwanni XXIII fil-11 ta’ Ottubru, 1962, waqt sessjoni pubblika fejn mill-2908, imsejħa biex jagħtu s-sehem tagħhom, kien hemm 2540 preżenti...bil-medja matul is-sessjonijiet kollha kienet tvarja bejn 2100 sa ’l fuq minn 2300. Għal din l-ewwel laqgħa kien hemm rappreżentanti minn 86 gvern u għaqdiet internazzjonali. Dan minbarra numru ta’ esperti għall-konsultazzjonijiet teoloġiċi li taw sehemhom tul it-tliet snin. Preżenti wkoll kien hemm osservaturi mill-Knejjes Ortodossi u Protestanti. Fit-8 ta’ Diċembru sar l-aġġornament u beda x-xogħol fuq l-iskeda għas-sena 1963. Imma fit-3 ta’ Ġunju, 1963, miet Papa Ġwanni. Madankollu il-Papa Pawlu VI, li ġie elett 18-il ġurnata wara, ħabbar li l-Konċilju kien ser ikompli. Fil-fatt it-Tieni Sessjoni bdiet fid-29 ta’ Settembru. It-Tielet Sessjoni bdiet fl-14 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. Ir-Raba’ u l-aħħar Sessjoni bdiet fl-14 ta’ Settembru 1965 meta ġie mwaqqaf is-Sinodu ta’ l-Isqfijiet biex dawn iżommu kuntatt mal-Papa wara l-Konċilju. L-għeluq sar fit-8 ta’ Diċembru ta’ l-istess sena bl-Isqfijiet kollha jistqarru l-ubbidjenza tagħhom lejn id-Digrieti tal-Konċilju u li jmexxu ’l quddiem ix-xogħol ta’ l-istess Konċilju.
Biex dan kollu jitwettaq:
§ Twaqqfet Kummissjoni Papali għall-Media tal-Kummissjonijiet Soċjali; § Ġie ddikkjarat ġubilew mill-1 ta’ Jannar sas-26ta’ Mejju 1966 biex il-Kattolċi istudjaw id-deċiżjonijiet tal-Konċilju u jgħinnuhom biex jiksbu tiġdid spiritwali; § Fl-1965 inbidlu xi ismijiet u proċeduri ta’ Uffiċju Sagru u dipartimenti tal-Kurja Rumana bl-ewwel wieħed isir Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi; § Twaqqfu segretarjati permanenti għall-Promozzjoni ta’ l-Għaqda Kristjana, għar-Reliġjonijiet mhux Kristjani, u għal dawk li ma jemmnux.
Id-diskussjoni ġenerali kienet dwar:Il-Knisja fid-Dinja Moderna, l-ekumeniżmu.
Bħala Dokumenti ħarġu erba’ Kostituzzjonijiet:
§ Dei Verbum (Rivelazzjoni Divina) § Gaudium et Spes(Il-Knisja fid-Dinja Moderna) § Lumen Gentium(Il-Knisja) § Sacrosanctum Concilium(Il-Liturġija)
Kien hemm 9 Digrieti:
§ Ad Gentes(Attivitajiet Missjunarji); § Apostolicam Actuositatem(għal-Lajċi); § Christus Dominus(L-Isqfijiet fil-Knisja); § Inter Mirifica(Komunikazzjoni Soċjali); § Optatam Totius(Ħidma għas-Saċerdozju); § Orientalium Ecclesiarum(Knejjes tal-Lvant); § Perfectæ Caritatis(Tiġdid tal-Ħajja Reliġjuża); § Presbyterorum Ordinis(Il-ħajja Saċerdotali); § Unitatis Redintegratio(Ekumeniżmu).
Barra dan kien hemm tliet dikjarazzjonijiet:
§ Dignitatis Humanæ(Ħelsien Reliġjuż); § Gravissimum Educationis(Edukazzjoni Nisranija); § Nostra Ætate(Relazzjonijiet ma’ dawk mhumiex Nsara).
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Konċilju, X'inhi Konċilju? Xi tfisser Konċilju?
Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Konċilju Ekumeniku huwa konferenza tal u ta esperti teoloġi biex jiddiskutu materji tad duttrina u prattika Kattolika Il Konċilju ta NiċeaL Ewwel Konċilju kien dak ta Niċea fis Sena 325 Dam xahrejn u tnax il ġurnata Ħadu sehem 318 il Isqof bl Isqof Hosju ta Kordova ikun prezenti bħala l Legat tal Papa Silvestru L Imperatur Konstantinu kien prezenti wkoll Lil dan il Konċilju nafu l Kredu ta Niċea li irribatta it tagħlim ta Arju u ta t tifsira tad Divinita ta l Iben t Alla Kien f dan il Konċilju li d data ta Għid ġiet iffissata biex ma jiġix iċċelebrat fl istess jum ta l Għid tal Lhud Il Konċilju ta KostantinopliIt Tieni Konċilju kien dak magħruf bħala l Ewwel Konċilju ta Kostantinopli fis sena 381 taħt il Papa Damasu u l Imperatur Teodosju I bis sehem ta 150 isqof Il mira prinċipali ta dan il Konċilju kienet kontra s segwaci ta Macedonju li kien jargumenta bis sħiħ kontra id Divinita ta l Ispirtu s Santu Fil fatt mal Kredu ta Niċea li semmejna aktar qabel zdiedu U fl Ispirtu s Santu Mulej li jagħti l ħajja li ġej mill Missier u mill Iben li hu meqjum u mweġġaħ flimkien mal Missier u ma l Iben u jibqa sejjer sal kelma Amen Il Konċilju ta EfesuIt Tielet Konċilju kien dak ta Efesu fis Sena 431 fejn ħadu sehem aktar minn 200 Isqof taħt il Presidenza ta San Ċirillu ta Lixandra li kien jirrapprezenta lill Papa Ċelestinu I F dan il Konċilju ġiet imfissra l unita personali ta Kristu Alla u Bniedem u Marija ġiet idikkjarata Omm Alla Theotokos kontra dak li kien ixandar Nestorju Isqof ta Kostantinopli Fl istess Konċilju ġiet imġedda l kundanna ta Pelagju Il Konċilju ta KalċedonjaIr Raba Konċilju kien dak ta Kalċedonja sar għoxrin sena wara fis sena 451 Ħadu sehem 150 Isqof immexxija mill Papa Ljun il Kbir u mill Imperatur Marċjanu Ġew imfissra bir reqqa z zewġ naturi ta Kristu Divina u Umana kontra dak li kien qed jgħallem Ewtike li ġie skomunikat It Tieni Konċilju ta KostantinopliIl Ħames Konċilju kien it Tieni Konċilju ta Kostantinopli fis Sena 553 fejn ħadu sehem 165 Isqof taħt it tmexxija tal Papa Vigilju u l Imperatur Ġustinjanu I Hawnhekk ġew ikkundannati t tagħlim ta Origene u t Tliet Kapitli miktuba minn Teodoret Isqof ta Mopsuestia u ta Ibas Isqof ta Edessa Matul dan il Konċilju ġie kkonfermat dak kollu li ħareġ mill ewwel erba Konċilji speċjalment dak li twettaq fir Raba wieħed ta Kalċedonja li l awtorita tiegħu kienet qed tiġi sfidata minn xi eretici It Tielet Konċilju ta KostantinopliIs Sitt Konċilju kien it Tielet Konċilju ta Kostantinopli li sar bejn is snin 680 u 681 taħt il Papa Agatu u l Imperatur Kostantinu Pogonatus Ħadu sehem il Patrijarki ta Konstantinopli u ta Antjokja 174 isqof u l Imperatur innifsu Dan il Konċilju ġab fi tmiemu il Monotelizmu billi ta t tifsira taz zewġ naturi ta Kristu distinti minn xulxin dik Divina u dik umana B hekk ġabu fix xejn it tagħlim zbaljat ta Sergju Pirrus Pawlu Mararju u d dixxipli tagħhom It Tieni Konċilju ta NiċeaIs Seba Konċilju kien it Tieni wieħed ta Niċea fis Sena 787 Kien ġie msejjaħ mill Imperatur Kostantinu VI u minn ommu Irene taħt il Papa Adrijanu I Il Konċilju li ħadu sehem fih bejn 300 u 367 isqof kien immexxi mil Legati tal Papa Matulu intlaħaq ftehim dwar il qima lejn ix xbihat imqaddsa Ir Raba Konċilju ta KostantinopliIt Tmien Konċilju kien ir Raba ta Kostantinopli li sar fis Sena 869 taħt il Papa Adrijanu II u l Imperatur Basilju Prezenti kien hemm 102 isqfijiet 3 legati tal Papa u 4 patrijarki Kien konċilju li għarbel u ħaraq l Atti kollha li ħarġu minn Konċilju rregolari conciliabulum msejjaħ minn Fozju kontra l Papa Nikola u Injazju il Patrijarka leġittimu ta Kostantinopli ikkundanna lil Fozju li ħataf illegalment it dinjita patrijarkali Madankollu ix Xizma ta Fozju ntlaqgħet bil kbir ġewwa l Knisja Griega u ebda konċilju ieħor ma sar fil Lvant L Ewwel Konċilju ta LateranId Disa Konċilju kien l Ewwel Konċilju Lateran fis sena 1123 ġewwa Ruma taħt il Papa Kallistu II Kien hemm mad 900 isqof u abbati Matulu tneħħa għal kollox id dritt tal prinċipijiet lajċi ta investitura biċ ċurkett u l bastun ta isqof u l benefiċċji ekklesjastiċi li kellhom x jaqsmu mad dixxiplina tal Knisja u t teħid lura ta l Art Imqaddsa minn taħt idejn l Islam It Tieni Konċilju ta LateranL Għaxar Konċilju kien it Tieni Konċilju tal Lateran li nzamm ġewwa Ruma fl 1139 taħt il Papa Innoċenz II Ħadu sehem ma l 1000 prelat u l Imperatur Korradu Il ħsieb prinċipali kien jġieb fi tmiemhom l izbalji ta Arnoldu ta Brescia It Tielet Konċilju ta LateranIl Ħdax il Konċilju kien it Tielet wieħed tal Lateran li sar fl 1179 taħt il Papa Alessandru III u l Imperatur Federiku I Kien hemm 302 isqfijiet Matul dan il Konċilju ġew ikkundannati l Albigizi u l Valdezi barra li ġew imxandra bosta digrieti dwar ir riforma tal morali Ir Raba Konċilju ta LateranIt Tnax il Konċilju kien ir Raba wieħed tal Lateran fl 1215 taħt il Papa Innoċenz III Kien hemm prezenti il Patrijarki ta Konstantinopli u ta Ġerusalemm 71 Arċisqof 412 il Isqof 800 Abbati il Primat tal Maroniti u San Duminku Ħareġ Kredu imkabbar simbolu kontra l Albiġizi Firmiter credimus ġew ikkundannati l izbalji Trinitarjani ta l Abbati Ġwakkin u ġew ippubblikati 70 digrieti riformatorji Dan kien l aktar Konċilju importanti taz Zmenijiet tan Nofs fil fatt magħruf bħala l Konċilju l Kbir peress li ta tifsira siwja tal ħajja ekklezjastika u l qawwa tal papat L Ewwel Konċilju ta Lyonst Tlettax il Konċilju kien l Ewwel Konċilju ta Lyons fl 1245 taħt il presidenza tal Papa Innoċenz IV li miegħu kien hemm il Patrijarki Latini ta Konstantinopli Antjokja u Aquileia Venezja Ħadu sehem 140 Isqof Baldwinu II ta Kostantinopli San Lwiġi IX Re ta Franza Rajmondu VII Konti ta Toulouse u Rajmundu Berenger IV Konti ta Provence Ġie skumnikat u mneħħi l Imperatur Federiku II u ġiet mnedija kruċjata ġdida taħt il Kmand ta San Lwiġi kontra s Saraċini u l Mongoli It Tieni Konċilju ta LyonsL Erbatax il Konċilju kien it Tieni Konċilju ta Lyons u sar 29 sena wara fl 1274 taħt il Papa Gregorju X flimkien mal Patrijarki ta Antijokja u ta Kostantinopli ħmistax il Kardinal 500 Isqof u aktar minn 1000 dinjitarju ieħor fosthom Ġakbu I Re ta Aragona ambaxxaturi tar Rejiet ta Franza u ta l Ingilterra ambaxxaturi ta l Imperatur Mikiel Paleaologus flimkien ma membri tal Kleru Grieg u ambaxxaturi ta Khan tat Tartari Bis saħħa ta dan il Konċilju kif rajna minn dawk prezenti kien hemm għaqda temporanja bejn il Knisja Rumana u dik Griega Il kelma filioque ġiet mizjuda mas simbolu ta Konstantinopli u sar attentat biex jinstabu rizorsi biex l Art Imqaddsa terġa tintrebah minn ħdan it Torok Ġew ukoll stabbiliti regoli ġodda għal l elezzjoni ta Papa Il Konċilju ta VienneIl Ħmistax il Konċilju kien dak ta Vienne ġewwa Franza fl 1311 fuq ordni tal Papa Klement V l ewwel mill Papiet Avignon Ħadu sehem il Patrijarki ta Antjokja u ta Lixandra flimkien ma 300 isqof għalkemm xi awtoritajiet storiċi jsostnu li kienu 114 u tliet rejiet Filippu IV ta Franza Dwardu II ta l Ingilterra u Ġakbu II ta Aragona Dan il Konċilju ħada qatta bla ħabel kontra l izbalji tal Kavallieri Templari tal Fraticelli il Begardi u l Begwini Ġew mistħarrġa proġetti ta kruċjati ġodda ir riforma tal kleru u t tagħlim ta I ilsna Orjentali fl Universitajiet Il Konċilju ta KonstanzuIs Sittax il Konċilju kien dak imsejjaħ ta Konstanzu 1414 1418 li kien inzamm fi zmien ix Xizma l kbira tal Punent bil ħsieb li jintemmu d diversi qasmiet li kien hemm fil Knisja Sar leġittimu meta ġie mlaqqa formalment minn Gregorju XI Dan il fatt għen biex inqerdet ix xizma billi ġie elett il Papa Martinu V ħaġa li l Konċilju ta Pisa 1403 ma kenx irnexxielu jagħmel għax bħala konċilju kien meqjus illegali Il Papa leġittimu kkonferma d digrieti tas sinodu kontra Wyclif u Hus Dan il konċilju kien għaldaqstant ekumeniku fl aħħar sessjonijiet tiegħu XLII sa XLV inkluzi u bid digrieti tas sessjonijiet ta qabel approvati minn Martinu V Il Konċilju ta BasleIs Sbatax il Konċilju kien dak ta Basle fl 1431 meta l Papa kien Ewgenju IV u Sigismundu Imperatur ta l Imperu Ruman Qaddis L għan prinċipali kien il paċi reliġjuza tal Boħimja Kien hemm bosta nkwiet mal Papa u l Konċilju ġie trasferit l ewwel lejn Ferrara fl 1438 u mbagħad lejn Firenze fl 1439 fejn ġiet stabbilita għaqda għalkemm ma tantx damet mal Knisja Griega li min naħa tagħha aċċettat qbil dwar punti li kienu ħolqu l firda Il Konċilju ta Basle kien ekumeniku biss sa tmiem il ħamsa u għoxrin sessjoni u mid digrieti li ħarġu l Papa Ewgenju IV approva biss dawk li kellhom x jaqsmu ma l eliminazzjoni sħiħa ta l erezija il paċi qalb il Kristjani u r riforma fil Knisja li fl istess waqt ma dderogatx mid drittijiet tas Santa Sede Il Ħames Konċilju ta LateranIt Tmintax il Konċilju kien il Ħames wieħed tal Lateran Fil fatt il Papa Ġulju II kien sejjaħ dan il Konċilju b digriet tat 18 ta Lulju 1511 minħabba bosta taħwid minn Kardinali xizmatiċi li mgħejuna mir Re ta Franza Luigi XII kienu ser jibdew Konċilju f Pisa Il Konċilju proprju beda fl 10 ta Mejju 1512 u ntemm fis 16 ta Marzu 1517 L ewwel ħames sessjonijiet li kienu taħt Ġulju II ikkundannaw l għemejjel ta dawk il Kardinali F Marzu ta 1513 ġie magħzul Papa Ljun X u dejjem bil għajnuna ta l Imperatur Massimiljanu I ħadu sehem 15 il kardinal u mat 80 Arċisqfijiet u Isqfijiet Kif ġara fl ewwel ħames sessjonijiet il biċċa l kbira tad digrieti kienu mizuri dixxiplinarji Ġiet ippjanata kruċjata ġdida kontra t Torok li ntemmet qabel ma bdiet minħabba l ferment li qam ġewwa l Ġermanja b dak li beda jwettaq Luteru Il Konċilju ta TrentuId 19 il Konċilju kien dak ta Trentu li dam sejjer 18 il sena bejn l 1545 u l 1563 taħt ħames papiet Pawlu III Ġulju III Marċellu II Pawlu IV u Piju IV u taħt l Imperaturi Carlu V u Ferdinandu Kien hemm prezenti 5 Kardinali legati tas Santa Sede 3 Patrijarki 33 Arċisqof 235 Isqof 7 Superjuri ta Abbatiji 7 Ġenerali ta Ordnijiet Monastiċi u 160 studjuz tad divinita Il Konċilju kien ġie msejjaħ biex jezamina u jikkundanna l izbalji mqajma minn Luteru u Riformatisti oħra u biex tiġi rriformata d dixxiplina tal Knisja Mill Konċilji dan kollha kien l aktar wieħed li dam minnu ħarġu l akbar numru ta digrieti dogmatiċi u riformatorji u wettaq l akbar numru ta rizultati pozittivi Konċilju Vatikan IL Għoxrin Konċilju kien Konċilju Vatikan l Ewwel li tlaqqa minn Piju IX Beda jiltaqa fit 8 ta Diċembru 1869 u dam sejjer sat 18 ta Lulju 1870 meta kien ġie aġġornat u baqa bla ma reġa ġie msejjaħ Prezenti kien hem 6 Arcisqfijiet prinċipi 49 Kardinal 11 il Patrijarka 680 Arċisqof u Isqfijiet 28 Abbati 29 Ġenerali ta l Ordnijiet b kollox 803 persuni Barra kanoni importanti li għandhom x jaqsmu mal Fidi u l Kostituzzjoni tal Knisja dan il Konċilju pproklama l infallibilita tal Papa meta jitkellem ex cathedra jiġifieri i bħala ragħaj u għalliem tal Kristjani kollha ii bil virtu ta l awtorita suprema u appostilika tiegħu iii jagħti tifsira dottrinali dwar il Fidi jew il Morali għall Knisja kollha Konċilju Vatikan IIIl wieħed u għoxrin Konċilju Vatikan II li għadna kemm fakkarna l 40 Anniversarju mill għeluq tiegħu infetaħ mill Papa Ġwanni XXIII fil 11 ta Ottubru 1962 waqt sessjoni pubblika fejn mill 2908 imsejħa biex jagħtu s sehem tagħhom kien hemm 2540 prezenti bil medja matul is sessjonijiet kollha kienet tvarja bejn 2100 sa l fuq minn 2300 Għal din l ewwel laqgħa kien hemm rapprezentanti minn 86 gvern u għaqdiet internazzjonali Dan minbarra numru ta esperti għall konsultazzjonijiet teoloġiċi li taw sehemhom tul it tliet snin Prezenti wkoll kien hemm osservaturi mill Knejjes Ortodossi u Protestanti Fit 8 ta Diċembru sar l aġġornament u beda x xogħol fuq l iskeda għas sena 1963 Imma fit 3 ta Ġunju 1963 miet Papa Ġwanni Madankollu il Papa Pawlu VI li ġie elett 18 il ġurnata wara ħabbar li l Konċilju kien ser ikompli Fil fatt it Tieni Sessjoni bdiet fid 29 ta Settembru It Tielet Sessjoni bdiet fl 14 ta Settembru tas sena ta wara Ir Raba u l aħħar Sessjoni bdiet fl 14 ta Settembru 1965 meta ġie mwaqqaf is Sinodu ta l Isqfijiet biex dawn izommu kuntatt mal Papa wara l Konċilju L għeluq sar fit 8 ta Diċembru ta l istess sena bl Isqfijiet kollha jistqarru l ubbidjenza tagħhom lejn id Digrieti tal Konċilju u li jmexxu l quddiem ix xogħol ta l istess Konċilju Biex dan kollu jitwettaq Twaqqfet Kummissjoni Papali għall Media tal Kummissjonijiet Soċjali Ġie ddikkjarat ġubilew mill 1 ta Jannar sas 26ta Mejju 1966 biex il Kattolċi istudjaw id deċizjonijiet tal Konċilju u jgħinnuhom biex jiksbu tiġdid spiritwali Fl 1965 inbidlu xi ismijiet u proċeduri ta Uffiċju Sagru u dipartimenti tal Kurja Rumana bl ewwel wieħed isir Kongregazzjoni għad Duttrina tal Fidi Twaqqfu segretarjati permanenti għall Promozzjoni ta l Għaqda Kristjana għar Reliġjonijiet mhux Kristjani u għal dawk li ma jemmnux Id diskussjoni ġenerali kienet dwar Il Knisja fid Dinja Moderna l ekumenizmu Bħala Dokumenti ħarġu erba Kostituzzjonijiet Dei Verbum Rivelazzjoni Divina Gaudium et Spes Il Knisja fid Dinja Moderna Lumen Gentium Il Knisja Sacrosanctum Concilium Il Liturġija Kien hemm 9 Digrieti Ad Gentes Attivitajiet Missjunarji Apostolicam Actuositatem għal Lajċi Christus Dominus L Isqfijiet fil Knisja Inter Mirifica Komunikazzjoni Soċjali Optatam Totius Ħidma għas Saċerdozju Orientalium Ecclesiarum Knejjes tal Lvant Perfectae Caritatis Tiġdid tal Ħajja Reliġjuza Presbyterorum Ordinis Il ħajja Saċerdotali Unitatis Redintegratio Ekumenizmu Barra dan kien hemm tliet dikjarazzjonijiet Dignitatis Humanae Ħelsien Reliġjuz Gravissimum Educationis Edukazzjoni Nisranija Nostra AEtate Relazzjonijiet ma dawk mhumiex Nsara