L opossum tal Patagonja Lestodelphys halli huwa mammiferu tal familja Didelphidae nattiv tal kontinent tal Amerika t Isf
Lestodelphys

L-opossum tal-Patagonja (Lestodelphys halli) huwa mammiferu tal-familja Didelphidae, nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Opossum tal-Patagonja | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu () | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Didelphimorphia |
Familja | Didelphidae |
Ġeneru | Lestodelphys (mul) |
speċi | Lestodelphys halli , 1921 |
Distribuzzjoni ġeografika | |
Dan l-opossum huwa marsupjal terrestri, adattat għal ħajja mal-art u jippreferi jgħix f'abitat ta' artijiet tal-ħaxix subtropikali u tropikali baxxi xotti magħrufin bħala "pampas" (artijiet miftuħa b'ħafna arbuxelli u ħaxix għoli) fejn ikun jista' jikkaċċa.
Deskrizzjoni
Opossum tal-Patagonja adult għandu l-pil fin u folt ta' lewn griż skur fuq id-dahar u l-ġnub u ta' ton aktar skur fuq il-wiċċ. L-idejn, is-saqajn, man-naħa ta' taħt taż-żaqq u man-naħa ta' taħt tad-denb u t-tbajja madwar l-għajnejn u l-widnejn huma fl-abjad. Il-widnejn huma żgħar, tondi u ta' lewn il-laħam u n-naħa ta' fuq tad-denb huwa miksi b'xagħar qasir, fin ta' kulur kannella fil-griż. Ir-raġel ġeneralment ikollu tebgħa oranġjo fuq quddiem mal-gerżuma, waqt li fil-mara t-tebgħa oranġjo tinsab madwar il-bżiezel (Kalafut, 2005; Marshall, 1977; Redford and Eisenberg, 1992).
Lestodelphys halli adult kapaċi jilħaq 80 gramma u jitwal bejn 13.2 u 14.4 ċentimetri. Id-denb iqsar mil-ġisem (wieħed mil ftit opossumi li għandu denbu iqsar minn ġismu) ikun bejn wieħed u ieħor minn 8.1 sa 9.9 ċentimetri twil, is-saqajn ta' wara jkunu madwar 1.57 u mhux aktar minn 1.77 ċentimetri, filwaqt li l-widnejn ikunu bejn 1.8 u 2.2 ċentimetri kbar (Kalafut, 2005; Marshall, 1977; Redford and Eisenberg, 1992).
Dieta
Dan l-opossum huwa mammiferu marsupjal karnivoru u għalkemm jiekol il-frott u l-insetti, meta jkunu disponibbli jidher biċ-ċar li d-dieta tiegħu tibbaża ħafna fuq laħam u tikkonsisti prinċipalment minn għasafar u ġrieden. Infatti fost l-opossumi, Lestodelphys halli huwa wieħed mill-aktar speċi karnivori. L-opossum tal-Patagonja ta' 70 gramma ġie rrapurtat li kien kapaċi jiekol ġurdien ta' 35 gramma (Marshall, 1977; Nowak, 1999; Redford and Eisenberg, 1992).
Distribuzzjoni
Dan għandu distribuzzjoni żgħira li qiegħda dejjem tiċkien fil-pajjiż tal-Arġentina biss u fil-fatt huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż u jinsab partikolarment fil-pampas tal-Patagonja f'Chubet, Mendoza, Neuquen, Rio Negro, u Santa Cruz. L-opossum tal-Patagonja huwa l-aktar speċi ta' marsupjal li jgħix daqshekk 'l isfel fin-Nofsinnhar (Marshall 1977).
Riproduzzjoni
Fuq l-opossum tal-Patagonja hemm ftit li xejn informazjoni, però, peress li jgħix f'żoni temperati huwa maħsub li jirriproduċi staġunalment jew fi żminijiet limitati matul is-sena. Il-mara ta'din l-ispeċi m'għandix marsupju bħal ħafna speċi marsupjali oħra u jkollha 19-il "mammae" jew żejżiet (Redford and Eisenberg, 1992).
Klassifikazzjoni
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Thylamyini
- Ġeneru Monodelphis
- Opossum ta' erba' għajnejn kannella, Metachirus nudicaudatus
- Ġeneru Monodelphis
- Tribù Thylamyini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
- Kalafut, M. 2005. "Genus Lestodelphys".
- Macdonald, D. 2001. The Encyclopedia of Mammals. Oxfordshire, United Kingdom: Andromedia Oxford Limited.
- Marshall, L. 1977. Mammalian Species. University of California, Berkeley: The American Society of Mammalogists.
- Martin, G. 2005. Intraspecific variation in Lestodelphys halli (Marsupialia: Didelphimorphia). Journal of Mammalogy, 86/4: "793-802". Accessed November 28, 2006 at http://www.bioone.org/perlserv/?request=get-document&issn=1545-1542&volume=086....
- Redford, K., J. Eisenberg. 1992. Mammals of the Neotropics - The Southern Cone Volume 2. United States of America: University of Chicago Press.
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Nowak, Ronald M. Walker's Mammals of the World, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-5789-9
- Id-Databażi Palebijoloġika
Ħoloq esterni
Fil-Wikispeċi hemm informazzjoni relatata ma': Lestodelphys halli |
- Lestodelphys halli fuq il- (2006)
- Informazzjoni fuq Lestodelphys halli
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Lestodelphys, X'inhi Lestodelphys? Xi tfisser Lestodelphys?
L opossum tal Patagonja Lestodelphys halli huwa mammiferu tal familja Didelphidae nattiv tal kontinent tal Amerika t Isfel Opossum tal PatagonjaStat ta konservazzjoniRiskju minimu Klassifikazzjoni xjentifikaPhylumChordataKlassiMammaliaOrdniDidelphimorphiaFamiljaDidelphidaeĠeneruLestodelphys mul speċiLestodelphys halli 1921Distribuzzjoni ġeografika Dan l opossum huwa marsupjal terrestri adattat għal ħajja mal art u jippreferi jgħix f abitat ta artijiet tal ħaxix subtropikali u tropikali baxxi xotti magħrufin bħala pampas artijiet miftuħa b ħafna arbuxelli u ħaxix għoli fejn ikun jista jikkaċċa DeskrizzjoniOpossum tal Patagonja adult għandu l pil fin u folt ta lewn griz skur fuq id dahar u l ġnub u ta ton aktar skur fuq il wiċċ L idejn is saqajn man naħa ta taħt taz zaqq u man naħa ta taħt tad denb u t tbajja madwar l għajnejn u l widnejn huma fl abjad Il widnejn huma zgħar tondi u ta lewn il laħam u n naħa ta fuq tad denb huwa miksi b xagħar qasir fin ta kulur kannella fil griz Ir raġel ġeneralment ikollu tebgħa oranġjo fuq quddiem mal gerzuma waqt li fil mara t tebgħa oranġjo tinsab madwar il bziezel Kalafut 2005 Marshall 1977 Redford and Eisenberg 1992 Lestodelphys halli adult kapaċi jilħaq 80 gramma u jitwal bejn 13 2 u 14 4 ċentimetri Id denb iqsar mil ġisem wieħed mil ftit opossumi li għandu denbu iqsar minn ġismu ikun bejn wieħed u ieħor minn 8 1 sa 9 9 ċentimetri twil is saqajn ta wara jkunu madwar 1 57 u mhux aktar minn 1 77 ċentimetri filwaqt li l widnejn ikunu bejn 1 8 u 2 2 ċentimetri kbar Kalafut 2005 Marshall 1977 Redford and Eisenberg 1992 DietaDan l opossum huwa mammiferu marsupjal karnivoru u għalkemm jiekol il frott u l insetti meta jkunu disponibbli jidher biċ ċar li d dieta tiegħu tibbaza ħafna fuq laħam u tikkonsisti prinċipalment minn għasafar u ġrieden Infatti fost l opossumi Lestodelphys halli huwa wieħed mill aktar speċi karnivori L opossum tal Patagonja ta 70 gramma ġie rrapurtat li kien kapaċi jiekol ġurdien ta 35 gramma Marshall 1977 Nowak 1999 Redford and Eisenberg 1992 DistribuzzjoniDan għandu distribuzzjoni zgħira li qiegħda dejjem tiċkien fil pajjiz tal Arġentina biss u fil fatt huwa speċi endemika ta dan il pajjiz u jinsab partikolarment fil pampas tal Patagonja f Chubet Mendoza Neuquen Rio Negro u Santa Cruz L opossum tal Patagonja huwa l aktar speċi ta marsupjal li jgħix daqshekk l isfel fin Nofsinnhar Marshall 1977 RiproduzzjoniFuq l opossum tal Patagonja hemm ftit li xejn informazjoni pero peress li jgħix f zoni temperati huwa maħsub li jirriproduċi staġunalment jew fi zminijiet limitati matul is sena Il mara ta din l ispeċi m għandix marsupju bħal ħafna speċi marsupjali oħra u jkollha 19 il mammae jew zejziet Redford and Eisenberg 1992 KlassifikazzjoniOrdni Didelphimorphia Superfamilja Didelphoidea Familja Didelphidae Sottofamilja Didelphinae Tribu Thylamyini Ġeneru Monodelphis Opossum ta erba għajnejn kannella Metachirus nudicaudatusReferenziKalafut M 2005 Genus Lestodelphys Macdonald D 2001 The Encyclopedia of Mammals Oxfordshire United Kingdom Andromedia Oxford Limited Marshall L 1977 Mammalian Species University of California Berkeley The American Society of Mammalogists Martin G 2005 Intraspecific variation in Lestodelphys halli Marsupialia Didelphimorphia Journal of Mammalogy 86 4 793 802 Accessed November 28 2006 at http www bioone org perlserv request get document amp issn 1545 1542 amp volume 086 Redford K J Eisenberg 1992 Mammals of the Neotropics The Southern Cone Volume 2 United States of America University of Chicago Press Wilson D E Reeder D M Mammal Species of the World 3rd edition Johns Hopkins University Press ISBN 0 8018 8221 4 Nowak Ronald M Walker s Mammals of the World Johns Hopkins University Press ISBN 0 8018 5789 9 Id Databazi PalebijoloġikaĦoloq esterniFil Wikispeċi hemm informazzjoni relatata ma Lestodelphys halli Lestodelphys halli fuq il 2006 Informazzjoni fuq Lestodelphys halli