Machu Picchu hija ċittadella tas seklu 15 tal li tinsab fil Cordillera tal Lvant fin Nofsinhar tal Perù fuq art muntanju
Machu Picchu

Machu Picchu hija ċittadella tas-seklu 15 tal-, li tinsab fil-Cordillera tal-Lvant fin-Nofsinhar tal-Perù, fuq art muntanjuża ta' 2,430 metru. Iċ-ċittadella tinsab fid-Distrett ta' Machupicchu fi ħdan il-Provinċja ta' iktar 'il fuq mill- tal-, li qiegħed xi 80 kilometru fil-Majjistral ta' Cusco. Ix-xmara Urubamba tgħaddi mill-Cordillera ta' madwarha u toħloq kanjon bi klima muntanjuża tropikali.
Il-maġġoranza tal-kelliema bl-Ingliż jew bl-Ispanjol ma jlissnux l-ewwel "c" fil-kelma Picchu. Bl-Ingliż, isem iċ-ċittadella jiġi ppronunzjat /ˌmɑːtʃuː piːtʃuː/ jew /ˌmɑːtʃuː piːktʃuː/, bl-Ispanjol [ˈmatʃu ˈpitʃu] jew [ˈmatʃu ˈpiktʃu], u bil- [ˈmatʃʊ ˈpɪktʃʊ].
Il-biċċa l-kbira tal-arkeologi jemmnu li Machu Picchu nbniet bħala ċittadella għall-imperatur tal-Inka (1438–1472). Spiss issir referenza żbaljata għaliha bħala l-"Belt Mitlufa tal-Inka" għalkemm hija l-iktar post ikoniku familjari taċ- tal-Inka. L-Inka bnew iċ-ċittadella lejn l-1450 iżda abbandunawha xi seklu wara minħabba l-. Minkejja li fuq livell lokali kulħadd kien jaf biha, l-Ispanjoli fil-perjodu kolonjali qatt ma kienu semgħu biċ-ċittadella tal-Inka u għalhekk ħadd iktar fid-dinja ma kien jaf biha sal-wasla tal-istoriku Amerikan li ġibed l-attenzjoni internazzjonali lejha fl-1911.
Machu Picchu nbniet bl-istil klassiku tal-Inka, b'ħitan tal-ġebel illostrat mingħajr tikħil. It-tliet strutturi ewlenin tagħha huma l-Intihuatana, it-Tempju tax-Xemx, u l-Kamra bi Tliet Twieqi. Il-biċċa l-kbira tal-binjiet l-oħra ġew rikostruwiti sabiex it-turisti li jżur iċ-ċittadella jkollhom idea aħjar tad-dehra oriġinali taċ-ċittadella fl-antik. Sal-1976, 30 % tar-restawr ta' Machu Picchu kien tlesta u x-xogħlijiet tar-restawr baqgħu jsiru tul is-snin b'mod kontinwu.
Machu Picchu ġiet iddikjarata Santwarju Storiku tal-Perù fl-1981 kif ukoll Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983. Fl-2007, Machu Picchu ġiet ivvutata bħala wieħed mis-Seba' Għeġubijiet Ġodda tad-Dinja fi stħarriġ kbir li kien sar fuq l-.
Etimoloġija
Bil-Quechua, machu tfisser "antik" jew "persuna anzjana", filwaqt li pikchu tfisser il-"magħad ta' porzjon ta' weraq tal-coca (il-pjanta mediċinali Erythroxylum coca" jew "piramida, oġġett solidu ppuntat b'diversi naħat jew konu". Għalhekk, xi kultant isem iċ-ċittadella jiġi interpretat li jfisser "muntanja antika".
Storja
Jingħad li iċ-ċittadella ta' Machu Picchu nbniet lejn l-1450. Milli jidher il-kostruzzjoni saret għall-ħabta tat-tmexxija ta' żewġ mexxeja kbar tal-Inka, Pachacutec Inca Yupanqui (1438-1471) u (1472-1493). Il-maġġoranza tal-arkeologi jaqblu li Pachacutec ordna l-kostruzzjoni taċ-ċittadella rjali għalih innifsu, x'aktarx wara xi kampanja militari ta' suċċess. Minkejja li ċ-ċittadella ta' Machu Picchu titqies bħala waħda "rjali", ħaġa tal-iskantament ma kinitx tintiret u tingħadda minn mexxej għall-ieħor. Fil-fatt, intużat għal xi 80 sena u mbagħad ġiet abbandunata, x'aktarx minħabba l-konkwista Spanjola f'partijiet oħra tal-Imperu tal-Inka. Jista' jkun li l-maġġoranza tal-abitanti mietu bil- tal- li jaf ġiet introdotta minn xi vjaġġaturi qabel il-konkwistaturi Spanjoli waslu l-Perù.
Ħajja ta' kuljum fiċ-ċittadella
Huwa stmat li matul l-użu ta' Machu Picchu bħala ċittadella rjali, kienu jgħixu fiha xi 750 ruħ, il-biċċa l-kbira minnhom bħala persunal ta' appoġġ għall-ħtiġijiet irjali (yanaconas, yana) li kien jgħix hemmhekk b'mod permanenti. Għalkemm iċ-ċittadella kienet ta' Pachacutec, kienu jgħixu hemm ukoll speċjalisti reliġjużi u ħaddiema speċjalizzati temporanji (mayocs), wisq probabbli biex jieħdu ħsieb l-eżiġenzi tal-mexxej. Matul l-istaġuni iktar ħorox, il-persunal kien ibatti fin-numru għal xi mitt qaddej u ftit speċjalisti reliġjużi li kienu jiffukaw biss fuq iż-żamma taċ-ċittadella.
L-istudji ħarġu fid-dieher, abbażi tal-fdalijiet tal- uman li nstab, li l-biċċa l-kbira tan-nies li kienu jgħixu fiċ-ċittadella kienu immigranti minn inħawi differenti. Ma kellhomx il-markaturi kimiċi u osteoloġiċi li kien ikollhom kieku kienu ilhom jgħixu hemm ħajjithom kollha. Minflok, kien hemm danni fl-għadam minn diversi speċijiet ta' tal-ilma indiġeni ta' postijiet differenti fil-Perù. Kien hemm ukoll fatturi differenti ta' stress osteoloġiku u densitajiet kimiċi differenti li jissuġġerixxu fit-tul li kienet pjuttost karatteristika ta' reġjuni speċifiċi 'l bogħod minn xulxin. Din in-nutrizzjoni kienet tinkludi livelli differenti ta' , , , u , iżda l-iktar nutrizzjoni reċenti ta' dawn in-nies kienet tinkludi inqas ħut u iktar qamħirrum. Dan jissuġġerixxi li bosta mill-immigranti kienu jiġu minn żoni iktar kostali u marru jgħixu f'Machu Picchu fejn il-qamħirrum kien parti iktar sostanzjali tan-nutrizzjoni tagħhom. Il-biċċa l-kbira tal-fdalijiet tal-għadam li nstabu fis-sit kellhom inqas u fratturi fl-għadam minn dawk li nstabu f'ħafna mis-siti tal-Imperu tal-Inka. L-Inka li kellhom l-artrite u l-fratturi fl-għadam, tipikament kienu l-individwi li kienu jwettqu xogħol fiżiku iebes (bħall-) jew dawk li kienu jiffurmaw parti mill-qawwa militari tal-Inka.
X'aktarx li anke l-annimali wkoll kienu joriġinaw minn postijiet 'il bogħod minn Machu Picchu peress li ħafna mill-għadam li nstab kien ta' speċijiet li ma kinux nattivi taż-żona. Il-biċċa l-kbira tal-għadam tal-annimali li nstab kien ta' u ta' . Dawn l-annimali normalment jgħixu f'altitudnijiet ta' 4,000 metru u mhux fl-elevazzjoni ta' Machu Picchu, jiġifieri 2,400 metru. Wisq probabbli, dawn l-annimali nġiebu mir-reġjun ta' Puna għall-konsum tal-laħam u għall-ġlud tagħhom. F'għerien speċjali ddedikati għad-dfin, instab l-għadam ta' , li jissuġġerixxi li probabbli kienu jintużaw għal xi ritwali funebri, peress li kienet drawwa komuni fl-Imperu tal-Inka kollu li jintużaw għas-sagrifiċċji u għal-laħam tagħhom. Barra minn hekk, fis-sit taċ-ċittadella nstab l-għadam ta' sitt klieb. Peress li nstabu maġenb l-għadam tal-bnedmin, x'aktarx li l-Inka kienu jemmnu li l-klieb kellhom ir-rwol li jakkumpanjaw lill-mejtin.
Agrikoltura
Ħafna mill- f'Machu Picchu kienet issir permezz tar- mad-dawra kollha taċ-ċittadella. Dan ir-raba' mtarraġ kien opra ta' inġinerija konsiderevoli, mibni apposta biex jiġi żgurat li l-ilma jiskula minnu u l- tkun għammiela, filwaqt li l-muntanja stess tiġi protetta mill-erożjoni u miċ-ċedimenti tal-art. Madankollu, ir-raba' mtarraġ ma kienx perfett. Fil-fatt, studji tal-art urew li kienu seħħew ċedimenti tal-art waqt il-kostruzzjoni taċ-ċittadella ta' Machu Picchu. Għad hemm postijiet fejn wieħed jista' jara b'għajnejh fejn seħħew xi ċedimenti tal-art u r-raba' mtarraġ tal-madwar imbagħad ġie stabbilizzat mill-Inka.
Huwa stmat li ż-żona fejn tinsab iċ-ċittadella ilha tirċievi iktar minn 1,800 mm ta' fis-sena mill-1450, li kienet ferm iktar milli meħtieġ għat-tkabbir tal-għelejjel. Minħabba l-ammont kbir ta' xita f'Machu Picchu, instab li l- tar-raba' mtarraġ ma kinitx meħtieġa. Ir-raba' mtarraġ tant kien jirċievi ilma tax-xita li l-inġiniera Inka bnewh apposta b'tali mod li l-ilma żejjed ikun jista' jiskula minnu. Mill-iskavi u l-analiżijiet tal-ħamrija li wettaq fis-snin 90 tas-seklu 20, ħareġ li r-raba' mtarraġ inbena f'saffi, bis-saff ta' taħt nett magħmul minn ġebliet kbar mgħottija bir-radam. Fuq ir-radam kienu jitfgħu saff ramel imħallat bir-radam ikkumpattati flimkien, b'saff ta' ħamrija għammiela fuqhom. Intwera wkoll li l-ħamrija għammiela x'aktarx ġiet mill-parti l-baxxa tal-wied qrib ix-xmara għaliex kienet iktar għammiela mill-ħamrija iktar fl-għoli fil-muntanja fejn tinsab iċ-ċittadella.
Madankollu, instab li ż-żona agrikola mtarrġa fiha 4.9 ettari ta' art, u studju tal-ħamrija tar-raba' mtarraġ wera li kienet tintuża l-iktar għat-tkabbir tal-qamħirrum u tal-patata, li ma kinux biżżejjed biex isostnu l-madwar 750 ruħ li kienu jgħixu f'Machu Picchu. Dan jispjega għalfejn meta saru l-istudji fuq l-ikel li kienu jieklu l-Inka f'Machu Picchu, kien instab li l-biċċa l-kbira tal-ikel li kienu jieklu kien jiġi importat mill-widien tal-madwar u minn iktar lil hinn.
Post mistur sas-seklu 20
Minkejja li Machu Picchu tinsab xi 80 kilometru minn Cusco, il-belt kapitali tal-Inka, l-Ispanjoli qatt ma sabuha u b'hekk ma qerduhiex jew serqulha r-rikkezzi tagħha kif għamlu kull fejn marru. Il-konkwistaturi Spanjoli kellhom noti li kien hemm post jismu Piccho, iżda imkien ma ġiet dokumentata xi żjara mill-Ispanjoli. Għalhekk, għad-differenza ta' siti oħra, il-blat sagru tal-Inka li s-soltu kienu jiġu vvandalizzati jew imkissrin mill-konkwistaturi Spanjoli, f'Machu Picchu baqgħu intatti sa żminijietna.
Matul is-sekli, il- tal-madwar ħakmet lis-sit, u ħadd ma kien jaf bl-eżistenza taċ-ċittadella, ħlief xi ftit nies tal-inħawi. Is-sit jaf ġie skopert u nsterqulu xi rikkezzi fl-1867 min-negozjant Ġermaniż . Hemm evidenza li saħansitra suppost turi li l-inġinier J. M. von Hassel kien wasal qablu. Jeżistu referenzi għal Machu Picchu fuq il-mapep saħansitra mill-1874.
Fl-1911, l-istoriku u l-esploratur Amerikan Hiram Bingham ivvjaġġa fir-reġjun biex ifittex il-belt kapitali antika tal-Inka u rnexxielu jasal sa Machu Picchu bis-saħħa ta' raħħal, , li kien jaf bl-eżistenza taċ-ċittadella. Bingham sab graffiti tal-isem "Agustín Lizárraga" u d-data "1902" miktuba bil-faħam tal-kannol fuq wieħed mill-ħitan. Minkejja li Bingham ma kienx l-ewwel wieħed li żar il-fdalijiet taċ-ċittadella, hu jitqies bħala dak li skopra lil Machu Picchu b'mod xjentifiku u li ġibed l-attenzjoni internazzjonali lejha. Bingham organizza spedizzjoni oħra fl-1912 biex isiru x-xogħlijiet tat-tneħħija tal-ħafna ħaxix ħażin li kien hemm u l-iskavi.
Fl-1981, il-Perù ddikjara erja sħiħa ta' 325.92 km2 madwar Machu Picchu bħala "santwarju storiku". Flimkien mal-fdalijiet taċ-ċittadella, is-santwarju storiku jinkludi biċċa kbira ta' art tar-reġjun ta' Puno fil-qrib, b'flora u fawna rikka tal-Yungas u tal-Andes Ċentrali tal-Perù.
Fl-1983, l-UNESCO ddeżinjat lil Machu Picchu bħala Sit ta' Wirt Dinji, u ddeskrivietha bħala "kapulavur assolut tal-arkitettura u ċittadella unika taċ-ċivilizzazzjoni tal-Inka".
L-ewwel spedizzjoni Amerikana
Bingham kien lettur fl-Università ta' Yale, għalkemm ma kienx arkeologu mħarreġ. Fl-1909, hu u ġej lura mill-Kungress Xjentifiku Pan-Amerikan f'Santiago, Bingham ivvjaġġa mill-Perù u ġie mistieden jesplora l-fdalijiet tal-Inka f' fil-. Huwa organizza l-Ispedizzjoni Peruvjana ta' Yale tal-1911, parzjalment biex ifittex il-belt kapitali antika tal-Inka, li kienu jaħsbu li kienet il-belt ta' Vitcos. Bingham ikkonsulta lil , wieħed mill-istoriċi ewlenin f'Lima li wrieh referenzi utli u l- tal-. B'mod partikolari, Ramos kien jaħseb li Vitcos kienet tinsab "ħdejn blata bajda kbira 'l fuq minn nixxiegħa tal-ilma ħelu". F'Cusco, Bingham staqsa lin-nies tal-post dwar il-postijiet imsemmija minn Calancha, partikolarment tul ix-xmara Urubamba. Skont Bingham, "prospettur xiħ sostna li kien hemm fdalijiet interessanti f'Machu Picchu", għalkemm l-istqarrijiet tiegħu "ma ngħataw l-ebda importanza miċ-ċittadini ewlenin". Kien wara xi żmien, li Bingham sar jaf li kien sema' wkoll bil-fdalijiet ta' Huayna Picchu u ta' Machu Picchu, iżda ma kienx irnexxielu jasal ħdejhom.
Għalhekk, Bingham ivvjaġġa fir-reġjun bit-tir li jsib il-belt kapitali antika tal-Inka, u mill-ewwel iddirieġa l-ispedizzjoni lejn ix-xmara Urubamba. Bingham beda jieqaf fl-irħula qrib ix-xmara biex jistaqsi lin-nies tal-post juruh xi fdalijiet tal-Inka, speċjalment kwalunkwe post li fih xi blata bajda 'l fuq minn nixxiegħa.
F', Bingham staqsa lill-bidwi u raħħal li kien sid ta' berġa, Melchor Arteaga, jekk kienx jaf b'xi sit li jixbah id-deskrizzjoni t'hawn fuq. Arteaga qallu li kien jaf bi fdalijiet eċċellenti fil-quċċata tal-muntanja . L-għada, l-24 ta' Lulju, Arteaga ħa lil Bingham u lis- fuq in-naħa l-oħra tax-xmara. Biex jagħmlu dan kellhom jgħaddi minn fuq pont improvvisat magħmul bi zkuk kbar tas-siġar marbuta flimkien u mbagħad jixxabtu sas-sit ta' Machu Picchu. Malli waslu fil-quċċata tal-muntanja, iltaqgħu ma' koppja bdiewa Quechua, Richard u Alvarez, li kienu okkupaw għorfa żgħira u li kienu qed jaħdmu uħud miż-żoni agrikoli mtarrġa oriġinali ta' Machu Picchu li kienu naddfu mill-ħaxix ħażin u mill-veġetazzjoni tal-ġungla xi erba' snin qabel. It-tifel ta' Alvarez, Pablito, li kellu 11-il sena ħa lil Bingham proprju sal-quċċata biex jurih il-fdalijiet ewlenin taċ-ċittadella.
Il-biċċa l-kbira tal-fdalijiet kienu nħakmu mill-veġetazzjoni għajr għar-raba' mtarrġa li kienu qed jużaw il-bdiewa biex ikabbru l-għelejjel u l-ħxejjex. Minħabba l-veġetazzjoni, Bingham ma setax josserva s-sit kollu fl-aqwa tiegħu. Ħa xi noti, kejliet, u ritratti preliminari, u mill-ewwel innota l-kwalità tal-ħitan ta' diversi binjiet prinċipali u s-sengħa impressjonanti tal-Inka biex bnewhom mingħajr tikħil. Bingham ma kienx ċert dwar l-iskop oriġinali tal-fdalijiet, iżda ddeċiedi li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li kienet taqbel mad-deskrizzjoni li kellu ta' .
L-ispedizzjoni kompliet iktar 'l isfel tul ix-xmajjar Urubamba u biex jeżaminaw il-fdalijiet kolla tal-Inka li setgħu jsibu. Iggwidat min-nies tal-post, Bingham skopra u identifika b'mod korrett is-sit tal-belt kapitali antika tal-Inka, Vitcos (li dak iż-żmien kienet imsejħa ), u t-tempju ta' fil-qrib. Imbagħad kompla jsegwi mogħdija fil-muntanji sal- fejn sab iktar fdalijiet moħbija mill-veġetazzjoni tal-ġungla f', li hu semma "Trombone Pampa". L-istess bħal Machu Picchu, is-sit kien miksi veġetazzjoni u Bingham seta' jieħu biss japprezza ftit binjiet. Fl-1964, kompla jesplora iktar il-fdalijiet f'Espiritu Pampa u żvela l-kobor kollu tas-sit. Savoy identifika dan is-sit bħala , il-post fejn ħarbu l-Inka meta l-Ispanjoli ħakmu l-belt kapitali l-antika ta' Vitcos.
Bingham reġa' lura Machu Picchu fl-1912 sponsorjat mill- u min- mill-ġdid u bl-appoġġ sħiħ tal-President tal-Perù . L-ispedizzjoni bdiet b'erba' xhur xogħol ta' tneħħija tal-veġetazzjoni tal-ġungla bl-għajnuna ta' ħaddiema lokali, li ġie mħaffef bl-appoġġ tal-Prefett ta' Cusco. L-iskavi bdew fl-1912 u ssoktaw fl-1914 u fl-1915. Bingham iffoka fuq Machu Picchu minħabba l-kwalità u r-reqqa tax-xogħol tal-Inka fil-ġebel fil-binjiet taċ-ċittadella u l-fatt li baqgħu ppreservati tajjeb ħafna peress li kienu ntesew u baqgħu moħbija. L-ebda ipoteżi li fassal Bingham dwar is-sit ma reġġiet. Matul l-istudji tiegħu, ħa diversi artefatti lura miegħu f'. L-iktar prominenti kien sett ta' skieken ċerimonjali tal-Inka tas-seklu 15. Dawn kienu magħmulin mill- bil- u huma l-iktar artefatt antika magħmul minn din il-.
Minkejja li fil-bidu l-istituzzjonijiet lokali laqgħu l-esplorazzjoni, wara ftit bdew jakkużaw lil Bingham li kien qed iwettaq nuqqasijiet legali u kulturali. Kien hemm xnigħat li t-tim ta' Bingham kien qed jisraq xi artefatti u joħroġhom barra mill-pajjiż bi kuntrabandu mill-Bolivja. Fil-verità, Bingham ittrasporta ħafna artefatti barra mill-Perù, iżda b'mod trasparenti u legali, li ġew depożitati fil-Mużew tal-Università ta' Yale. Bingham kien qed jirrispetta l-Kodiċi Ċivili tal-1852 tal-Perù; il-Kodiċi kien jiddikjara li "s-sejbiet arkeoloġiċi ġeneralment kien jappartjenu lil min jiskoprihom, ħlief meta kienu jiġu skoperti f'art privata". L-istampa lokali kompliet tressaq l-akkużi, bil-fehma li l-iskavi kienu qed jagħmlu ħsara lis-sit u kienu qed iċaħħdu lill-arkeologi lokali mill-għarfien dwar l-istorja tagħhom stess. Is-sidien tal-art bdew jesiġu miżata għall-iskavi. Meta Bingham u t-tim tiegħu temmew l-ispedizzjoni f'Machu Picchu, in-nies tal-post kien laħqu ffurmaw koalizzjonijiet biex jiddefendu s-sjieda tagħhom ta' Machu Picchu u tal-fdalijiet kulturali taċ-ċittadella, filwaqt li Bingham sostna li l-artefatti kellhom jiġu studjati minn esperti f'istituzzjonijiet Amerikani.
Sagrifiċċju uman u mistiċiżmu
Ma tantx hemm informazzjoni li tiddeskrivi s-sagrifiċċju umani f'Machu Picchu, għalkemm ħafna sagrifiċċji qatt ma ngħataw dfin xieraq, u l-fdalijiet tal-għadam kienu jispiċċaw fix-xejn bl-elementi. Madankollu, hemm evidenza li meta kien imut xi ħadd nobbli, kienu jiġu ssagrifikati l-qaddejja tiegħu biex jakkumpanjawh f'mewtu. Is-sagrifiċċji ta' annimali, likwidi u trabijiet lill-allat kienu iktar komuni u kienu jsiru fl-Artal tal-. Dawn is-sagrifiċċji, ħlief dawk umani, għadhom isiru sal-lum il-ġurnata minn membri tar-reliġjon tal-Andes tan-New Age (litteralment, "Era Ġdida").
Ġeografija
Machu Picchu tinsab fl-Emisferu tan-Nofsinhar, 13.164-il grad fin-Nofsinhar tal-ekwatur. Tinsab 80 kilometru fil-Majjistral ta' Cusco, fil-quċċata tal-muntanja Machu Picchu, f'altitudni ta' madwar 2,430 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, u iktar minn 1,000 metru 'l isfel minn Cusco, li għandha altitudni ta' 3,400 metru. B'hekk, iċ-ċittadella kellha klima iktar miti mill-belt kapitali tal-Inka. Machu Picchu hija wieħed mill-iktar siti importanti fl-Amerka t'Isfel, waħda mill-iktar attrazzjonijiet li jżuruha turisti fl- u l-iktar attrazzjoni li jżuruha nies fil-Perù.
Machu Picchu jkollha sjuf umdużi bix-xita u xtiewi niexfa bil-ġlata. Il-biċċa l-kbira tax-xita fis-sena tinżel minn Ottubru sa Marzu.
Iċ-ċittadella tinsab 'il fuq mix-xmara Urubamba, li qiegħda fid-dawra tagħha minn tliet naħat, b'irdumijiet vertikali ta' 450 metru mix-xmara saċ-ċittadella. Fiż-żona, kmieni filgħodu spiss ikun hemm iċ-ċpar li tiżviluppa mix-xmara. Il-pożizzjoni taċ-ċittadella, imdawra b'irdumijiet weqfin u b'muntanji għoljin, fiha nnifisha kienet tipprovdi difiża naturali. Il-Pont tal-Inka, pont magħmul bil-ħbula tal-ħaxix, minn naħa għall-oħra tax-xmara Urubamba f', kien iservi ta' daħla sigrieta għall-armata tal-Inka. Pont tal-Inka ieħor inbena fil-Punent ta' Machu Picchu, magħmul biz-zkuk tas-siġar, f'post fejn hemm distakk ta' sitt metri minn parti għall-oħra tal-irdumijiet.
Iċ-ċittadella tinsab bejn il-muntanji Machu Picchu u Huayna Picchu, b'veduta panoramika taż-żewġ widien iktar 'l isfel u muntanja oħra kważi impenetrabbli warajha. Għandha provvista tal-ilma minn nixxigħat li ma tantx jistgħu jiġu bblukkati faċilment. L-għoljiet li jwasslu saċ-ċittadella kienu mtarrġa, biex ikun hemm iktar art agrikola għat-tkabbir tal-għelejjel u biex l-għoljiet tad-dawra jkunu iktar weqfin għall-invażuri possibbli. Ir-raba' mtarraġ naqqas l-erożjoni tal-ħamrija u ħares iċ-ċittadella minn diversi ċedimenti tal-art. Hemm żewġ rotot f'altitudni kbira li minn Machu Picchu jaqsmu mill-muntanji u jwasslu sa Cusco (li jiffurmaw parti mis-sistema transnazzjonali estiża ta' mogħdijiet fl-Andes imsejħa u li ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2014), waħda minn Bieb ix-Xemx, u l-oħra mill-pont tal-Inka. Iż-żewġ rotot setgħu jiġu bblukkati faċilment, f'każ li jkun hemm xi invażuri.
Machu Picchu u siti oħra fl-inħawi nbnew fuq qasmiet ġeoloġiċi fil-plakek dinjin li huma suxxettibbli għat-terremoti. Dan il-fatt jaf ma kienx kumbinazzjoni skont riċerka tal-2019 li tissuġġerixxi li l-Inka għażlu li jibnu fejn bnew għaliex kellhom il-materja prima lesta fil-post, jiġifieri ammonti kbar ta' ġebel u blat diġà maqsum bit-terremoti antiki.
Referenzi
- ^ Carlotto et al. 2009
- ^ ""Machu Picchu"" (bl-Ingliż). Lexico UK Dictionary. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-01-28. Miġbur 2021-02-15.
- ^ "How to say: Machu Picchu" (bl-Ingliż). BBC. 2006-09-08. Miġbur 2021-02-15.
- ^ Nonato Rufino Chuquimamani Valer, Carmen Gladis Alosilla Morales, Victoria Choque Valer: Qullaw Qichwapa Simi Qullqan. Lima, 2014 p. 70
- ^ Nava 1976, pp. 9-10.
- ^ Davey, Peter (2001-10-01). "Outrage: Rebuilding Machu Picchu, Peru". The Architectural Review (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-15.
- ^ a b "Historic Sanctuary of Machu Picchu" (bl-Ingliż). UNESCO World Heritage Centre. Miġbur 2021-02-15.
- ^ "Creating Global Memory" (bl-Ingliż). New 7 Wonders. Miġbur 2021-02-15.
- ^ "Teofilo Laime Ajacopa, Diccionario Bilingüe, Iskay simipi yuyayk'ancha, Quechua – Castellano, Castellano – Quechua" (PDF) (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-02-15.
- ^ Luciano, Pellegrino A. (2011). "Where are the Edges of a Protected Area? Political Dispossession in Machu Picchu, Peru". Conservation and Society (bl-Ingliż). 9 (1): 35–41.
- ^ a b ċ d e f Burger, Richard L.; Salazar, Lucy C. (2004). Machu Picchu: Unveiling the Mystery of the Incas (bl-Ingliż). Yale University Press. p. 27. ISBN 978-0300097634.
- ^ a b ċ d e f Hiram, Bingham (1952). Lost City of the Incas (bl-Ingliż). Weidenfeld & Nicolson. pp. 112–135. ISBN 978-1-84212-585-4.
- ^ McNeill, William (2010). Plagues and Peoples. Knopf Doubleday Publishing Group. ISBN 978-0-307-77366-1.
- ^ Turner, Bethany L.; Armelagos, George J (2012-09-01). "Diet, residential origin, and pathology at Machu Picchu, Peru". American Journal of Physical Anthropology (bl-Ingliż). 149 (1): 71–83. 1096-8644. 22639369.
- ^ Turner, Bethany L (2010). "Variation in Dietary Histories Among the Immigrants of Machu Picchu: Carbon and Nitrogen Isotope Evidence". Chungara, Revista de Antropología Chilena (bl-Ingliż). 42 (2): 515–534. :10.4067/s0717-73562010000200012.
- ^ Morales, M.; Barberena, R.; Belardi, J.B.; Borrero, L.; Cortegoso, V.; Durán, V.; Guerci, A.; Goñi, R.; Gil, A.; Neme, G.; Yacobaccio, H.; Zárate, M (2009). "Reviewing human-environment interactions in arid regions of southern South America during the past 3000 years". Palaeogeography, Palaeoclimatology, Palaeoecology (bl-Ingliż). 281 (3–4): 283–295. :2009PPP...281..283M.
- ^ Malpass, Michael A. (2009). Daily Life in the Inca Empire (bl-Ingliż). 2. ABC-CLIO. ISBN 978-0-313-35549-3.
- ^ a b Brown, Jeff L. (2001). "Rediscovering the lost city". Civil Engineering (bl-Ingliż). New York. 71: 32–39.
- ^ "Kenneth Wright" (bl-Ingliż). AAWRE. Miġbur 2021-02-16.
- ^ "Kenneth R. Wright". waterhistory.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-16.
- ^ Turner, Bethany L.; Armelagos, George J. (2012-09-01). "Diet, residential origin, and pathology at Machu Picchu, Peru". American Journal of Physical Anthropology (bl-Ingliż). 149 (1): 71–83. 1096-8644.
- ^ a b Wright & Valencia Zegarra, p. 1.
- ^ Wright & Valencia Zegarra 2001, p. 1.
- ^ Collyns, Dan (2008-06-06). "Machu Picchu ruin 'found earlier'" (bl-Ingliż). BBC News. Miġbur 2021-02-16.
- ^ Marshall, Michael (2008-06-03). "Incan lost city looted by German businessman" (bl-Ingliż). New Scientist. Miġbur 2021-02-16.
- ^ Romero, Simon (2008-12-07). "Debate Rages in Peru: Was a Lost City Ever Lost?" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-16.
- ^ Olson, David M.; Dinerstein, Eric; Wikramanayake, Eric D.; Burgess, Neil D.; Powell, George V. N.; Underwood, Emma C.; d'Amico, Jennifer A.; Itoua, Illanga (2001). "Terrestrial Ecoregions of the World: A New Map of Life on Earth". BioScience (bl-Ingliż). 51 (11): 933–938. Miġbur 2021-02-16.
- ^ Bingham, Hiram (2010). Lost City of the Incas (bl-Ingliż). Orion. ISBN 978-0-297-86533-9.
- ^ Wright & Valencia Zegarra 2001, p. 1.
- ^ "Yale Expedition to Peru". Bulletin of the Geographical Society of Philadelphia (bl-Ingliż). 10. 1912. pp. 134–136.
- ^ Rodriguez-Camilloni, Humberto (2009). "Reviewed Work: Machu Picchu: Unveiling the Mystery of the Incas by Richard L Burger, Lucy C. Salazar". Journal of Latin American Geography (bl-Ingliż). 8 (2): 230–232. :10.1353/lag.0.0051. 25765271. 144758591.
- ^ Gordon, Robert and John Rutledge 1984 Bismuth Bronze from Machu Picchu, Peru. American Association for the Advancement of Science, Washington, DC. p. 585.
- ^ Fellman, Bruce (2002). "Rediscovering Machu Picchu". Yale Alumni Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-16.
- ^ a b Salvatore, Ricardo Donato (2003). "Local versus Imperial Knowledge: Reflections on Hiram Bingham and the Yale Peruvian Expedition". Nepantla: Views from South (bl-Ingliż). 4 (1): 67–80. Miġbur 2021-02-16.
- ^ Hoffman, Barbara T. (2006). Art and Cultural Heritage: Law, Policy and Practice (bl-Ingliż). Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-85764-2.
- ^ Gaither, Catherine; Kent, Jonathan; Sanchez, Victor; Tham, Teresa (2008). "Mortuary Practices and Human Sacrifice in the Middle Chao Valley of Peru: Their Interpretation in the Context of Andean Mortuary Patterning". Latin American Antiquity (bl-Ingliż). 19 (2): 107, 115, 119.
- ^ Hill, Michael (2010). "Myth, Globalization, and Mestizaje in New Age Andean Religion: The Intic Churincuna (Children of the Sun) of Urubamba, Peru". Ethnohistory (bl-Ingliż). 57 (2): 263, 273–275.
- ^ a b Wright & Valencia Zegarra, p. ix.
- ^ Davies, Nigel (1997). The Ancient Kingdoms of Peru (bl-Ingliż). Londra u New York: Penguin Books. ISBN 978-0-14-023381-0.
- ^ Wright, Valencia Zegarra & Crowley 2000b, p. 2.
- ^ "Qhapaq Ñan, Andean Road System" (bl-Ingliż). 2021-02-17.
- ^ Perkins, Sid (2019-09-24). "Machu Picchu was built over major fault zones. Now, researchers think they know why" (bl-Ingliż). ScienceMag. Miġbur 2021-02-16.
Biblijografija
- Carlotto, V.; Cardenas, J.; Fidel, L. (2009). "La Geologia, evolucion geomorfologica y geodinamica externa de la ciudad Inca de Machupicchu, Cusco-Perù". Revista de la Asociación Geológica Argentina (bl-Ispanjol). 65 (4): 725–747.
- Wright, Kenneth R.; Valencia Zegarra, Alfredo (2000). Machu Picchu: A Civil Engineering Marvel (bl-Ingliż). American Society of Civil Engineers. ISBN 9780784404447.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Machu Picchu, X'inhi Machu Picchu? Xi tfisser Machu Picchu?
Machu Picchu hija ċittadella tas seklu 15 tal li tinsab fil Cordillera tal Lvant fin Nofsinhar tal Peru fuq art muntanjuza ta 2 430 metru Iċ ċittadella tinsab fid Distrett ta Machupicchu fi ħdan il Provinċja ta iktar il fuq mill tal li qiegħed xi 80 kilometru fil Majjistral ta Cusco Ix xmara Urubamba tgħaddi mill Cordillera ta madwarha u toħloq kanjon bi klima muntanjuza tropikali Veduta ta Machu Picchu Il maġġoranza tal kelliema bl Ingliz jew bl Ispanjol ma jlissnux l ewwel c fil kelma Picchu Bl Ingliz isem iċ ċittadella jiġi ppronunzjat ˌmɑːtʃuː piːtʃuː jew ˌmɑːtʃuː piːktʃuː bl Ispanjol ˈmatʃu ˈpitʃu jew ˈmatʃu ˈpiktʃu u bil ˈmatʃʊ ˈpɪktʃʊ Il biċċa l kbira tal arkeologi jemmnu li Machu Picchu nbniet bħala ċittadella għall imperatur tal Inka 1438 1472 Spiss issir referenza zbaljata għaliha bħala l Belt Mitlufa tal Inka għalkemm hija l iktar post ikoniku familjari taċ tal Inka L Inka bnew iċ ċittadella lejn l 1450 izda abbandunawha xi seklu wara minħabba l Minkejja li fuq livell lokali kulħadd kien jaf biha l Ispanjoli fil perjodu kolonjali qatt ma kienu semgħu biċ ċittadella tal Inka u għalhekk ħadd iktar fid dinja ma kien jaf biha sal wasla tal istoriku Amerikan li ġibed l attenzjoni internazzjonali lejha fl 1911 Machu Picchu nbniet bl istil klassiku tal Inka b ħitan tal ġebel illostrat mingħajr tikħil It tliet strutturi ewlenin tagħha huma l Intihuatana it Tempju tax Xemx u l Kamra bi Tliet Twieqi Il biċċa l kbira tal binjiet l oħra ġew rikostruwiti sabiex it turisti li jzur iċ ċittadella jkollhom idea aħjar tad dehra oriġinali taċ ċittadella fl antik Sal 1976 30 tar restawr ta Machu Picchu kien tlesta u x xogħlijiet tar restawr baqgħu jsiru tul is snin b mod kontinwu Machu Picchu ġiet iddikjarata Santwarju Storiku tal Peru fl 1981 kif ukoll Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1983 Fl 2007 Machu Picchu ġiet ivvutata bħala wieħed mis Seba Għeġubijiet Ġodda tad Dinja fi stħarriġ kbir li kien sar fuq l EtimoloġijaBil Quechua machu tfisser antik jew persuna anzjana filwaqt li pikchu tfisser il magħad ta porzjon ta weraq tal coca il pjanta mediċinali Erythroxylum coca jew piramida oġġett solidu ppuntat b diversi naħat jew konu Għalhekk xi kultant isem iċ ċittadella jiġi interpretat li jfisser muntanja antika StorjaRitratt ta Machu Picchu meħud minn Hiram Bingham fl 1912 wara t tneħħija ta ħafna ħaxix ħazin u qabel beda x xogħol ta rikostruzzjoni Jingħad li iċ ċittadella ta Machu Picchu nbniet lejn l 1450 Milli jidher il kostruzzjoni saret għall ħabta tat tmexxija ta zewġ mexxeja kbar tal Inka Pachacutec Inca Yupanqui 1438 1471 u 1472 1493 Il maġġoranza tal arkeologi jaqblu li Pachacutec ordna l kostruzzjoni taċ ċittadella rjali għalih innifsu x aktarx wara xi kampanja militari ta suċċess Minkejja li ċ ċittadella ta Machu Picchu titqies bħala waħda rjali ħaġa tal iskantament ma kinitx tintiret u tingħadda minn mexxej għall ieħor Fil fatt intuzat għal xi 80 sena u mbagħad ġiet abbandunata x aktarx minħabba l konkwista Spanjola f partijiet oħra tal Imperu tal Inka Jista jkun li l maġġoranza tal abitanti mietu bil tal li jaf ġiet introdotta minn xi vjaġġaturi qabel il konkwistaturi Spanjoli waslu l Peru Ħajja ta kuljum fiċ ċittadella Huwa stmat li matul l uzu ta Machu Picchu bħala ċittadella rjali kienu jgħixu fiha xi 750 ruħ il biċċa l kbira minnhom bħala persunal ta appoġġ għall ħtiġijiet irjali yanaconas yana li kien jgħix hemmhekk b mod permanenti Għalkemm iċ ċittadella kienet ta Pachacutec kienu jgħixu hemm ukoll speċjalisti reliġjuzi u ħaddiema speċjalizzati temporanji mayocs wisq probabbli biex jieħdu ħsieb l eziġenzi tal mexxej Matul l istaġuni iktar ħorox il persunal kien ibatti fin numru għal xi mitt qaddej u ftit speċjalisti reliġjuzi li kienu jiffukaw biss fuq iz zamma taċ ċittadella L istudji ħarġu fid dieher abbazi tal fdalijiet tal uman li nstab li l biċċa l kbira tan nies li kienu jgħixu fiċ ċittadella kienu immigranti minn inħawi differenti Ma kellhomx il markaturi kimiċi u osteoloġiċi li kien ikollhom kieku kienu ilhom jgħixu hemm ħajjithom kollha Minflok kien hemm danni fl għadam minn diversi speċijiet ta tal ilma indiġeni ta postijiet differenti fil Peru Kien hemm ukoll fatturi differenti ta stress osteoloġiku u densitajiet kimiċi differenti li jissuġġerixxu fit tul li kienet pjuttost karatteristika ta reġjuni speċifiċi l bogħod minn xulxin Din in nutrizzjoni kienet tinkludi livelli differenti ta u izda l iktar nutrizzjoni reċenti ta dawn in nies kienet tinkludi inqas ħut u iktar qamħirrum Dan jissuġġerixxi li bosta mill immigranti kienu jiġu minn zoni iktar kostali u marru jgħixu f Machu Picchu fejn il qamħirrum kien parti iktar sostanzjali tan nutrizzjoni tagħhom Il biċċa l kbira tal fdalijiet tal għadam li nstabu fis sit kellhom inqas u fratturi fl għadam minn dawk li nstabu f ħafna mis siti tal Imperu tal Inka L Inka li kellhom l artrite u l fratturi fl għadam tipikament kienu l individwi li kienu jwettqu xogħol fiziku iebes bħall jew dawk li kienu jiffurmaw parti mill qawwa militari tal Inka Llama fejn Machu Picchu X aktarx li anke l annimali wkoll kienu joriġinaw minn postijiet il bogħod minn Machu Picchu peress li ħafna mill għadam li nstab kien ta speċijiet li ma kinux nattivi taz zona Il biċċa l kbira tal għadam tal annimali li nstab kien ta u ta Dawn l annimali normalment jgħixu f altitudnijiet ta 4 000 metru u mhux fl elevazzjoni ta Machu Picchu jiġifieri 2 400 metru Wisq probabbli dawn l annimali nġiebu mir reġjun ta Puna għall konsum tal laħam u għall ġlud tagħhom F għerien speċjali ddedikati għad dfin instab l għadam ta li jissuġġerixxi li probabbli kienu jintuzaw għal xi ritwali funebri peress li kienet drawwa komuni fl Imperu tal Inka kollu li jintuzaw għas sagrifiċċji u għal laħam tagħhom Barra minn hekk fis sit taċ ċittadella nstab l għadam ta sitt klieb Peress li nstabu maġenb l għadam tal bnedmin x aktarx li l Inka kienu jemmnu li l klieb kellhom ir rwol li jakkumpanjaw lill mejtin Agrikoltura Ir raba mtarraġ ta Machu Picchu Ħafna mill f Machu Picchu kienet issir permezz tar mad dawra kollha taċ ċittadella Dan ir raba mtarraġ kien opra ta inġinerija konsiderevoli mibni apposta biex jiġi zgurat li l ilma jiskula minnu u l tkun għammiela filwaqt li l muntanja stess tiġi protetta mill erozjoni u miċ ċedimenti tal art Madankollu ir raba mtarraġ ma kienx perfett Fil fatt studji tal art urew li kienu seħħew ċedimenti tal art waqt il kostruzzjoni taċ ċittadella ta Machu Picchu Għad hemm postijiet fejn wieħed jista jara b għajnejh fejn seħħew xi ċedimenti tal art u r raba mtarraġ tal madwar imbagħad ġie stabbilizzat mill Inka Huwa stmat li z zona fejn tinsab iċ ċittadella ilha tirċievi iktar minn 1 800 mm ta fis sena mill 1450 li kienet ferm iktar milli meħtieġ għat tkabbir tal għelejjel Minħabba l ammont kbir ta xita f Machu Picchu instab li l tar raba mtarraġ ma kinitx meħtieġa Ir raba mtarraġ tant kien jirċievi ilma tax xita li l inġiniera Inka bnewh apposta b tali mod li l ilma zejjed ikun jista jiskula minnu Mill iskavi u l analizijiet tal ħamrija li wettaq fis snin 90 tas seklu 20 ħareġ li r raba mtarraġ inbena f saffi bis saff ta taħt nett magħmul minn ġebliet kbar mgħottija bir radam Fuq ir radam kienu jitfgħu saff ramel imħallat bir radam ikkumpattati flimkien b saff ta ħamrija għammiela fuqhom Intwera wkoll li l ħamrija għammiela x aktarx ġiet mill parti l baxxa tal wied qrib ix xmara għaliex kienet iktar għammiela mill ħamrija iktar fl għoli fil muntanja fejn tinsab iċ ċittadella Madankollu instab li z zona agrikola mtarrġa fiha 4 9 ettari ta art u studju tal ħamrija tar raba mtarraġ wera li kienet tintuza l iktar għat tkabbir tal qamħirrum u tal patata li ma kinux bizzejjed biex isostnu l madwar 750 ruħ li kienu jgħixu f Machu Picchu Dan jispjega għalfejn meta saru l istudji fuq l ikel li kienu jieklu l Inka f Machu Picchu kien instab li l biċċa l kbira tal ikel li kienu jieklu kien jiġi importat mill widien tal madwar u minn iktar lil hinn Post mistur sas seklu 20 Minkejja li Machu Picchu tinsab xi 80 kilometru minn Cusco il belt kapitali tal Inka l Ispanjoli qatt ma sabuha u b hekk ma qerduhiex jew serqulha r rikkezzi tagħha kif għamlu kull fejn marru Il konkwistaturi Spanjoli kellhom noti li kien hemm post jismu Piccho izda imkien ma ġiet dokumentata xi zjara mill Ispanjoli Għalhekk għad differenza ta siti oħra il blat sagru tal Inka li s soltu kienu jiġu vvandalizzati jew imkissrin mill konkwistaturi Spanjoli f Machu Picchu baqgħu intatti sa zminijietna Melchor Arteaga jaqsam ix xmara Urubamba fl 24 ta Lulju 1911 Matul is sekli il tal madwar ħakmet lis sit u ħadd ma kien jaf bl ezistenza taċ ċittadella ħlief xi ftit nies tal inħawi Is sit jaf ġie skopert u nsterqulu xi rikkezzi fl 1867 min negozjant Ġermaniz Hemm evidenza li saħansitra suppost turi li l inġinier J M von Hassel kien wasal qablu Jezistu referenzi għal Machu Picchu fuq il mapep saħansitra mill 1874 Fl 1911 l istoriku u l esploratur Amerikan Hiram Bingham ivvjaġġa fir reġjun biex ifittex il belt kapitali antika tal Inka u rnexxielu jasal sa Machu Picchu bis saħħa ta raħħal li kien jaf bl ezistenza taċ ċittadella Bingham sab graffiti tal isem Agustin Lizarraga u d data 1902 miktuba bil faħam tal kannol fuq wieħed mill ħitan Minkejja li Bingham ma kienx l ewwel wieħed li zar il fdalijiet taċ ċittadella hu jitqies bħala dak li skopra lil Machu Picchu b mod xjentifiku u li ġibed l attenzjoni internazzjonali lejha Bingham organizza spedizzjoni oħra fl 1912 biex isiru x xogħlijiet tat tneħħija tal ħafna ħaxix ħazin li kien hemm u l iskavi Fl 1981 il Peru ddikjara erja sħiħa ta 325 92 km2 madwar Machu Picchu bħala santwarju storiku Flimkien mal fdalijiet taċ ċittadella is santwarju storiku jinkludi biċċa kbira ta art tar reġjun ta Puno fil qrib b flora u fawna rikka tal Yungas u tal Andes Ċentrali tal Peru Fl 1983 l UNESCO ddezinjat lil Machu Picchu bħala Sit ta Wirt Dinji u ddeskrivietha bħala kapulavur assolut tal arkitettura u ċittadella unika taċ ċivilizzazzjoni tal Inka L ewwel spedizzjoni Amerikana Is Surġent Carrasco ħdejn il blata sagra ta Machu Picchu fl 24 ta Lulju 1911 Bingham kien lettur fl Universita ta Yale għalkemm ma kienx arkeologu mħarreġ Fl 1909 hu u ġej lura mill Kungress Xjentifiku Pan Amerikan f Santiago Bingham ivvjaġġa mill Peru u ġie mistieden jesplora l fdalijiet tal Inka f fil Huwa organizza l Ispedizzjoni Peruvjana ta Yale tal 1911 parzjalment biex ifittex il belt kapitali antika tal Inka li kienu jaħsbu li kienet il belt ta Vitcos Bingham ikkonsulta lil wieħed mill istoriċi ewlenin f Lima li wrieh referenzi utli u l tal B mod partikolari Ramos kien jaħseb li Vitcos kienet tinsab ħdejn blata bajda kbira l fuq minn nixxiegħa tal ilma ħelu F Cusco Bingham staqsa lin nies tal post dwar il postijiet imsemmija minn Calancha partikolarment tul ix xmara Urubamba Skont Bingham prospettur xiħ sostna li kien hemm fdalijiet interessanti f Machu Picchu għalkemm l istqarrijiet tiegħu ma ngħataw l ebda importanza miċ ċittadini ewlenin Kien wara xi zmien li Bingham sar jaf li kien sema wkoll bil fdalijiet ta Huayna Picchu u ta Machu Picchu izda ma kienx irnexxielu jasal ħdejhom Għalhekk Bingham ivvjaġġa fir reġjun bit tir li jsib il belt kapitali antika tal Inka u mill ewwel iddirieġa l ispedizzjoni lejn ix xmara Urubamba Bingham beda jieqaf fl irħula qrib ix xmara biex jistaqsi lin nies tal post juruh xi fdalijiet tal Inka speċjalment kwalunkwe post li fih xi blata bajda l fuq minn nixxiegħa F Bingham staqsa lill bidwi u raħħal li kien sid ta berġa Melchor Arteaga jekk kienx jaf b xi sit li jixbah id deskrizzjoni t hawn fuq Arteaga qallu li kien jaf bi fdalijiet eċċellenti fil quċċata tal muntanja L għada l 24 ta Lulju Arteaga ħa lil Bingham u lis fuq in naħa l oħra tax xmara Biex jagħmlu dan kellhom jgħaddi minn fuq pont improvvisat magħmul bi zkuk kbar tas siġar marbuta flimkien u mbagħad jixxabtu sas sit ta Machu Picchu Malli waslu fil quċċata tal muntanja iltaqgħu ma koppja bdiewa Quechua Richard u Alvarez li kienu okkupaw għorfa zgħira u li kienu qed jaħdmu uħud miz zoni agrikoli mtarrġa oriġinali ta Machu Picchu li kienu naddfu mill ħaxix ħazin u mill veġetazzjoni tal ġungla xi erba snin qabel It tifel ta Alvarez Pablito li kellu 11 il sena ħa lil Bingham proprju sal quċċata biex jurih il fdalijiet ewlenin taċ ċittadella Il biċċa l kbira tal fdalijiet kienu nħakmu mill veġetazzjoni għajr għar raba mtarrġa li kienu qed juzaw il bdiewa biex ikabbru l għelejjel u l ħxejjex Minħabba l veġetazzjoni Bingham ma setax josserva s sit kollu fl aqwa tiegħu Ħa xi noti kejliet u ritratti preliminari u mill ewwel innota l kwalita tal ħitan ta diversi binjiet prinċipali u s sengħa impressjonanti tal Inka biex bnewhom mingħajr tikħil Bingham ma kienx ċert dwar l iskop oriġinali tal fdalijiet izda ddeċiedi li ma kien hemm l ebda indikazzjoni li kienet taqbel mad deskrizzjoni li kellu ta Hiram Bingham ħdejn id daħla tal kamp tiegħu qrib Machu Picchu fl 1912 L ispedizzjoni kompliet iktar l isfel tul ix xmajjar Urubamba u biex jezaminaw il fdalijiet kolla tal Inka li setgħu jsibu Iggwidat min nies tal post Bingham skopra u identifika b mod korrett is sit tal belt kapitali antika tal Inka Vitcos li dak iz zmien kienet imsejħa u t tempju ta fil qrib Imbagħad kompla jsegwi mogħdija fil muntanji sal fejn sab iktar fdalijiet moħbija mill veġetazzjoni tal ġungla f li hu semma Trombone Pampa L istess bħal Machu Picchu is sit kien miksi veġetazzjoni u Bingham seta jieħu biss japprezza ftit binjiet Fl 1964 kompla jesplora iktar il fdalijiet f Espiritu Pampa u zvela l kobor kollu tas sit Savoy identifika dan is sit bħala il post fejn ħarbu l Inka meta l Ispanjoli ħakmu l belt kapitali l antika ta Vitcos Bingham reġa lura Machu Picchu fl 1912 sponsorjat mill u min mill ġdid u bl appoġġ sħiħ tal President tal Peru L ispedizzjoni bdiet b erba xhur xogħol ta tneħħija tal veġetazzjoni tal ġungla bl għajnuna ta ħaddiema lokali li ġie mħaffef bl appoġġ tal Prefett ta Cusco L iskavi bdew fl 1912 u ssoktaw fl 1914 u fl 1915 Bingham iffoka fuq Machu Picchu minħabba l kwalita u r reqqa tax xogħol tal Inka fil ġebel fil binjiet taċ ċittadella u l fatt li baqgħu ppreservati tajjeb ħafna peress li kienu ntesew u baqgħu moħbija L ebda ipotezi li fassal Bingham dwar is sit ma reġġiet Matul l istudji tiegħu ħa diversi artefatti lura miegħu f L iktar prominenti kien sett ta skieken ċerimonjali tal Inka tas seklu 15 Dawn kienu magħmulin mill bil u huma l iktar artefatt antika magħmul minn din il Minkejja li fil bidu l istituzzjonijiet lokali laqgħu l esplorazzjoni wara ftit bdew jakkuzaw lil Bingham li kien qed iwettaq nuqqasijiet legali u kulturali Kien hemm xnigħat li t tim ta Bingham kien qed jisraq xi artefatti u joħroġhom barra mill pajjiz bi kuntrabandu mill Bolivja Fil verita Bingham ittrasporta ħafna artefatti barra mill Peru izda b mod trasparenti u legali li ġew depozitati fil Muzew tal Universita ta Yale Bingham kien qed jirrispetta l Kodiċi Ċivili tal 1852 tal Peru il Kodiċi kien jiddikjara li s sejbiet arkeoloġiċi ġeneralment kien jappartjenu lil min jiskoprihom ħlief meta kienu jiġu skoperti f art privata L istampa lokali kompliet tressaq l akkuzi bil fehma li l iskavi kienu qed jagħmlu ħsara lis sit u kienu qed iċaħħdu lill arkeologi lokali mill għarfien dwar l istorja tagħhom stess Is sidien tal art bdew jesiġu mizata għall iskavi Meta Bingham u t tim tiegħu temmew l ispedizzjoni f Machu Picchu in nies tal post kien laħqu ffurmaw koalizzjonijiet biex jiddefendu s sjieda tagħhom ta Machu Picchu u tal fdalijiet kulturali taċ ċittadella filwaqt li Bingham sostna li l artefatti kellhom jiġu studjati minn esperti f istituzzjonijiet Amerikani Sagrifiċċju uman u mistiċizmu Ma tantx hemm informazzjoni li tiddeskrivi s sagrifiċċju umani f Machu Picchu għalkemm ħafna sagrifiċċji qatt ma ngħataw dfin xieraq u l fdalijiet tal għadam kienu jispiċċaw fix xejn bl elementi Madankollu hemm evidenza li meta kien imut xi ħadd nobbli kienu jiġu ssagrifikati l qaddejja tiegħu biex jakkumpanjawh f mewtu Is sagrifiċċji ta annimali likwidi u trabijiet lill allat kienu iktar komuni u kienu jsiru fl Artal tal Dawn is sagrifiċċji ħlief dawk umani għadhom isiru sal lum il ġurnata minn membri tar reliġjon tal Andes tan New Age litteralment Era Ġdida ĠeografijaMachu Picchu tinsab fl Emisferu tan Nofsinhar 13 164 il grad fin Nofsinhar tal ekwatur Tinsab 80 kilometru fil Majjistral ta Cusco fil quċċata tal muntanja Machu Picchu f altitudni ta madwar 2 430 metru l fuq mil livell tal baħar u iktar minn 1 000 metru l isfel minn Cusco li għandha altitudni ta 3 400 metru B hekk iċ ċittadella kellha klima iktar miti mill belt kapitali tal Inka Machu Picchu hija wieħed mill iktar siti importanti fl Amerka t Isfel waħda mill iktar attrazzjonijiet li jzuruha turisti fl u l iktar attrazzjoni li jzuruha nies fil Peru Ir raba mtarraġ ta Machu Picchu fiċ ċpar Machu Picchu jkollha sjuf umduzi bix xita u xtiewi niexfa bil ġlata Il biċċa l kbira tax xita fis sena tinzel minn Ottubru sa Marzu Iċ ċittadella tinsab il fuq mix xmara Urubamba li qiegħda fid dawra tagħha minn tliet naħat b irdumijiet vertikali ta 450 metru mix xmara saċ ċittadella Fiz zona kmieni filgħodu spiss ikun hemm iċ ċpar li tizviluppa mix xmara Il pozizzjoni taċ ċittadella imdawra b irdumijiet weqfin u b muntanji għoljin fiha nnifisha kienet tipprovdi difiza naturali Il Pont tal Inka pont magħmul bil ħbula tal ħaxix minn naħa għall oħra tax xmara Urubamba f kien iservi ta daħla sigrieta għall armata tal Inka Pont tal Inka ieħor inbena fil Punent ta Machu Picchu magħmul biz zkuk tas siġar f post fejn hemm distakk ta sitt metri minn parti għall oħra tal irdumijiet Iċ ċittadella tinsab bejn il muntanji Machu Picchu u Huayna Picchu b veduta panoramika taz zewġ widien iktar l isfel u muntanja oħra kwazi impenetrabbli warajha Għandha provvista tal ilma minn nixxigħat li ma tantx jistgħu jiġu bblukkati faċilment L għoljiet li jwasslu saċ ċittadella kienu mtarrġa biex ikun hemm iktar art agrikola għat tkabbir tal għelejjel u biex l għoljiet tad dawra jkunu iktar weqfin għall invazuri possibbli Ir raba mtarraġ naqqas l erozjoni tal ħamrija u ħares iċ ċittadella minn diversi ċedimenti tal art Hemm zewġ rotot f altitudni kbira li minn Machu Picchu jaqsmu mill muntanji u jwasslu sa Cusco li jiffurmaw parti mis sistema transnazzjonali estiza ta mogħdijiet fl Andes imsejħa u li ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2014 waħda minn Bieb ix Xemx u l oħra mill pont tal Inka Iz zewġ rotot setgħu jiġu bblukkati faċilment f kaz li jkun hemm xi invazuri Machu Picchu u siti oħra fl inħawi nbnew fuq qasmiet ġeoloġiċi fil plakek dinjin li huma suxxettibbli għat terremoti Dan il fatt jaf ma kienx kumbinazzjoni skont riċerka tal 2019 li tissuġġerixxi li l Inka għazlu li jibnu fejn bnew għaliex kellhom il materja prima lesta fil post jiġifieri ammonti kbar ta ġebel u blat diġa maqsum bit terremoti antiki Referenzi Carlotto et al 2009 Machu Picchu bl Ingliz Lexico UK Dictionary Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 01 28 Miġbur 2021 02 15 How to say Machu Picchu bl Ingliz BBC 2006 09 08 Miġbur 2021 02 15 Nonato Rufino Chuquimamani Valer Carmen Gladis Alosilla Morales Victoria Choque Valer Qullaw Qichwapa Simi Qullqan Lima 2014 p 70 Nava 1976 pp 9 10 Davey Peter 2001 10 01 Outrage Rebuilding Machu Picchu Peru The Architectural Review bl Ingliz Miġbur 2021 02 15 a b Historic Sanctuary of Machu Picchu bl Ingliz UNESCO World Heritage Centre Miġbur 2021 02 15 Creating Global Memory bl Ingliz New 7 Wonders Miġbur 2021 02 15 Teofilo Laime Ajacopa Diccionario Bilingue Iskay simipi yuyayk ancha Quechua Castellano Castellano Quechua PDF bl Ispanjol Miġbur 2021 02 15 Luciano Pellegrino A 2011 Where are the Edges of a Protected Area Political Dispossession in Machu Picchu Peru Conservation and Society bl Ingliz 9 1 35 41 a b ċ d e f Burger Richard L Salazar Lucy C 2004 Machu Picchu Unveiling the Mystery of the Incas bl Ingliz Yale University Press p 27 ISBN 978 0300097634 a b ċ d e f Hiram Bingham 1952 Lost City of the Incas bl Ingliz Weidenfeld amp Nicolson pp 112 135 ISBN 978 1 84212 585 4 McNeill William 2010 Plagues and Peoples Knopf Doubleday Publishing Group ISBN 978 0 307 77366 1 Turner Bethany L Armelagos George J 2012 09 01 Diet residential origin and pathology at Machu Picchu Peru American Journal of Physical Anthropology bl Ingliz 149 1 71 83 1096 8644 22639369 Turner Bethany L 2010 Variation in Dietary Histories Among the Immigrants of Machu Picchu Carbon and Nitrogen Isotope Evidence Chungara Revista de Antropologia Chilena bl Ingliz 42 2 515 534 10 4067 s0717 73562010000200012 Morales M Barberena R Belardi J B Borrero L Cortegoso V Duran V Guerci A Goni R Gil A Neme G Yacobaccio H Zarate M 2009 Reviewing human environment interactions in arid regions of southern South America during the past 3000 years Palaeogeography Palaeoclimatology Palaeoecology bl Ingliz 281 3 4 283 295 2009PPP 281 283M Malpass Michael A 2009 Daily Life in the Inca Empire bl Ingliz 2 ABC CLIO ISBN 978 0 313 35549 3 a b Brown Jeff L 2001 Rediscovering the lost city Civil Engineering bl Ingliz New York 71 32 39 Kenneth Wright bl Ingliz AAWRE Miġbur 2021 02 16 Kenneth R Wright waterhistory org bl Ingliz Miġbur 2021 02 16 Turner Bethany L Armelagos George J 2012 09 01 Diet residential origin and pathology at Machu Picchu Peru American Journal of Physical Anthropology bl Ingliz 149 1 71 83 1096 8644 a b Wright amp Valencia Zegarra p 1 Wright amp Valencia Zegarra 2001 p 1 Collyns Dan 2008 06 06 Machu Picchu ruin found earlier bl Ingliz BBC News Miġbur 2021 02 16 Marshall Michael 2008 06 03 Incan lost city looted by German businessman bl Ingliz New Scientist Miġbur 2021 02 16 Romero Simon 2008 12 07 Debate Rages in Peru Was a Lost City Ever Lost bl Ingliz Miġbur 2021 02 16 Olson David M Dinerstein Eric Wikramanayake Eric D Burgess Neil D Powell George V N Underwood Emma C d Amico Jennifer A Itoua Illanga 2001 Terrestrial Ecoregions of the World A New Map of Life on Earth BioScience bl Ingliz 51 11 933 938 Miġbur 2021 02 16 Bingham Hiram 2010 Lost City of the Incas bl Ingliz Orion ISBN 978 0 297 86533 9 Wright amp Valencia Zegarra 2001 p 1 Yale Expedition to Peru Bulletin of the Geographical Society of Philadelphia bl Ingliz 10 1912 pp 134 136 Rodriguez Camilloni Humberto 2009 Reviewed Work Machu Picchu Unveiling the Mystery of the Incas by Richard L Burger Lucy C Salazar Journal of Latin American Geography bl Ingliz 8 2 230 232 10 1353 lag 0 0051 25765271 144758591 Gordon Robert and John Rutledge 1984 Bismuth Bronze from Machu Picchu Peru American Association for the Advancement of Science Washington DC p 585 Fellman Bruce 2002 Rediscovering Machu Picchu Yale Alumni Magazine bl Ingliz Miġbur 2021 02 16 a b Salvatore Ricardo Donato 2003 Local versus Imperial Knowledge Reflections on Hiram Bingham and the Yale Peruvian Expedition Nepantla Views from South bl Ingliz 4 1 67 80 Miġbur 2021 02 16 Hoffman Barbara T 2006 Art and Cultural Heritage Law Policy and Practice bl Ingliz Cambridge University Press ISBN 978 0 521 85764 2 Gaither Catherine Kent Jonathan Sanchez Victor Tham Teresa 2008 Mortuary Practices and Human Sacrifice in the Middle Chao Valley of Peru Their Interpretation in the Context of Andean Mortuary Patterning Latin American Antiquity bl Ingliz 19 2 107 115 119 Hill Michael 2010 Myth Globalization and Mestizaje in New Age Andean Religion The Intic Churincuna Children of the Sun of Urubamba Peru Ethnohistory bl Ingliz 57 2 263 273 275 a b Wright amp Valencia Zegarra p ix Davies Nigel 1997 The Ancient Kingdoms of Peru bl Ingliz Londra u New York Penguin Books ISBN 978 0 14 023381 0 Wright Valencia Zegarra amp Crowley 2000b p 2 Qhapaq Nan Andean Road System bl Ingliz 2021 02 17 Perkins Sid 2019 09 24 Machu Picchu was built over major fault zones Now researchers think they know why bl Ingliz ScienceMag Miġbur 2021 02 16 BiblijografijaCarlotto V Cardenas J Fidel L 2009 La Geologia evolucion geomorfologica y geodinamica externa de la ciudad Inca de Machupicchu Cusco Peru Revista de la Asociacion Geologica Argentina bl Ispanjol 65 4 725 747 Wright Kenneth R Valencia Zegarra Alfredo 2000 Machu Picchu A Civil Engineering Marvel bl Ingliz American Society of Civil Engineers ISBN 9780784404447