In Nutar Marie Louise Coleiro Preca Ħal Qormi Malta 7 ta Diċembru 1958 kienet id disa President tar Repubblika u t tieni
Marie Louise Coleiro Preca

In-Nutar Marie Louise Coleiro Preca (Ħal-Qormi, Malta, 7 ta' Diċembru 1958) kienet id-disa' President tar-Repubblika, u t-tieni mara f'din l-ogħla kariga tal-pajjiż, u saret l-iżgħar President fl-età, 55 sena. Hija ħadet il-ħatra nhar l-4 ta' April 2014 wara li tlett ijiem qabel għadda vot unanimu mill-Parlament. Sa dakinhar hija kienet Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali u Deputat Laburista fil-Parlament Malti. Il-kariga tagħha ta' President intemmet fl-4 ta' April 2019.
Marie Louise Coleiro Preca | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
4 April 2014 - 4 April 2019 ← George Abela - George Vella →
29 Settembru 2008 - 21 April 2013
| |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Ħal Qormi, 7 Diċembru 1958 (66 sena) | ||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||
Familja | |||||||
Konjuga/i | Edgar Preca | ||||||
Edukazzjoni | |||||||
Alma mater | Università ta' Malta | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni | politiku | ||||||
Impjegaturi | Ġnus Magħquda | ||||||
Premjijiet | List
|
Bint Anthony, għalliem, u Judith imwielda Sammut, kienet l-ewwel wild fost sitta. Hija kisbet Baċellerat fl-Istudji Legali u Umanistiċi u gradwat bħala Nutar Pubbliku mill-Università ta’ Malta. Bdiet l-attività fil-volontarjat fl-Azzjoni Kattolika f’Ħal Qormi fl-età ta’ 13-il sena, filwaqt li kienet PRO tal-Union tal-istudenti tal-Polytechnic fl-età ta’ 16-il sena.
Fil-Politika
Bdiet l-attività politika tagħha meta kellha 16-il sena. Okkupat diversi karigi fi ħdan il-Partit Laburista, fosthom bħala: membru elett tal-Eżekuttiv Nazzjonali, membru fil-Bureau Nazzjonali tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti, Assistenta Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, membru fundatur tal-Fondazzjoni Ġuże’ Ellul Mercer, Stampatur tal-Ġurnal tal-Partit Laburista Il-Ħelsien, President tal-Għaqda Nisa Laburisti u mill-1998 Membru Parlamentari Laburista.
Kienet ukoll attiva fi ħdan il-General Workers Union bħala membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Għaqda Ħaddiema Żgħażagħ u Rappreżentanta tal-Partit Laburista fil-Kunsill Nazzjonali tal-GWU.
Nhar il-5 ta' Ġunju 2008 Coleiro Preca ikkontestat mingħajr suċċess għall-ħatra ta' Mexxej ġdid tal-Partit Laburista wara r-riżenja ta' Alfred Sant. 435 minn 879 delegat ivvutaw għal Joseph Muscat. George Abela kiseb 200 vot. Michael Falzon, Evarist Bartolo u Marie Louise Coleiro Preca kisbu 181 vot, 32 vot u 26 vot rispettivament.
Il-Kwistjoni tad-Divorzju
Nhar it-2 ta' Ġunju 2011, Coleiro Preca ħabbret li fiċ-ċirkostanzi kif żviluppaw mhux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss bħala kandidata elettorali f'isem il-Partit Laburista. Qalet li kienet diġa' infurmat lill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat b'din id-deċiżjoni nhar it-Tlieta 31 ta' Mejju 2011, jiġifieri jumejn wara li tħabbar ir-riżultat tar-referendum fuq id-divorzju. Fi stqarrija l-ġurnata ta' qabel, hija kienet semmiet kif kien hemm min hedded, immalafama u intimida lilha u lill-familja tagħha dwar il-pożizzjoni li kienet ħadet fil-kampanja għar-referendum, kontra d-dħul tad-divorzju.
Iżda tmintax-il jum wara din l-istqarrija, nhar l-20 ta' Ġunju, Coleiro Preca ħabbret li se terġa' tikkontesta mill-ġdid l-elezzjoni ġenerali li jmiss mal-Partit Laburista wara t-turija kbira ta' appoġġ u solidarjeta' li l-elettorat tas-Sitt Distrett u l-insistenza u l-ħeġġa li urew l-eluf ta' familji fid-distrett u barra minnu biex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha, ġabuha f'qagħda li kellha tirrifletti bis-sħiħ fuq id-deċiżjoni li kienet ħadet. Hi semmiet ukoll l-istqarrijiet tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat li ikkonferma li hi kienet konformi mal-linja tal-partit komplew għabbewha bil-piż biex tirrevedi d-deċiżjoni dwar il-kandidatura tagħha.
Nhar it-13 ta' Lulju 2011, għadda mill-Parlament it-tieni qari tal-abbozz ta' liġi dwar id-dħul tad-divorzju f'Malta, b'44 vot favur, 13-il vot kontra u 12-il astensjoni. Il-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni vvutaw kollha favur, ħlief Adrian Vassallo li vvota kontra u Marie-Louise Coleiro Preca li astjeniet. Fil-11 ta' Lulju, Coleiro Preca qalet li fit-Tielet Qari se tivvota favur. Fil-Parlament hija ma qablitx ma' George Vella li kkritika li min jastjeni għax ikun qed jaħrab mir-responsabbiltà, għax għal Coleiro Precaa din hija kwistjoni ta' kuxjenza.
Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali
Fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013, Coleiro Preca kienet it-tieni l-aktar kandidata Laburista li ġabet voti wara l-Mexxej Joseph Muscat, 6000 vot. Nhar it-13 ta' Marzu 2013 hija nħatret Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 li saru ħamest ijiem qabel. Taħt id-dekasteru tagħha jaqgħu dawn l-oqsma: Politika Soċjali, Politika tal-Familja, Politika dwar it-Tfal, Housing Soċjali, Sigurtà Soċjali, Pensjonijiet, Servizzi ta’ solidarjetà, Politika dwar il-persuni b’diżabilità, Anzjani, u Ħarsien fil-Komunità.
Matul is-sena li kienet fil-kariga Ministerjali hija bdiet sensiela ta’ riformi u tiżviluppa għadd ta’ strateġiji fis-settur soċjali. Fost ir-riformi ewlenin li saru tul il-ħidma Ministerjali tagħha kien hemm dik fil-qasam tal-housing soċjali, strateġija integrata tal-informatika li qed tħaffef il-proċessi fl-għoti tal-benefiċċji. Tant li sa’ l-aħħar tas-sena 2014, dawk li jaslu għall-eta’ ta’ l-irtirar, dawk li jkunu eliġibbli għal marriage grant, dawk li jieħdu l-pensjoni tar-romol u cchildren’s allowance, se jingħatawlhom mingħajr il-ħtiega ta’ ħafna proċeduri u telf ta’ ħin.
Tat bidu għall-ħidma b’rabta mal-introduzzjoni tas-single means testing mechanism, kif ukoll għal riforma sħiħa fil-qasam tal-welfare u għal sistema aktar effettiva kontra l-frodi tal-benefiċċji soċjali.
Matul it-tnax-il xahar ta’ ħidma bħala Ministru ngħata bidu għall-iżvilupp tal-istrateġija għas-sostennibilita’ u l-adegwetezza tal-pensjonijiet. Ħadmet biex jiġu indirizzati lanomaliji fil-pensjonijiet tal-ex-ħaddiema tat-Tarzna. Introduċiet għadd ta’ miżuri bħal l-għoti tal-pensjoni sħiħa lir-romol li jkunu jaħdmu u l-għoti tac-children’s allowance antiċipat biex għenet f’budgeting aħjar fil-familji.
Bħala Ministru, Coleiro Preca ipproniet diversi leġislazzjonijiet quddiem il-Parlament, fosthom l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal li se jkun parti mill-Att dwar it-Tfal. Waqqfet ukoll is-SART (Sexual Assault Response Team), fejn għall-ewwel darba hemm post wieħed minn fejn vittmi ta’ stupru jirċievu s-servizzi kollha, taħt saqaf wieħed.
F’Diċembru tal-2013, flimkien mal-Kummissarju Ewropew għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni László Andor, Coleiro Preca niedet il-proġett LEAP. Dan il-proġett ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew qed jara t-twaqqif taċ-Ċentri għar-Riżorsi tal-Familja li se jipprovdu servizzi fil-qalba tal-komunitajiet.
F’Jannar 2014, flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat, Coleiro Preca niedet Green Paper: Struttura Għal Tnaqqis fil-Faqar u Għal Inklużjoni Soċjali. Bħala parti mill-ħidma tagħha biex tindirizza l-faqar u l-esklużjoni soċjali, introduċiet għajnuna supplimentari għall-ulied, fejn se jibbenefikaw madwar 22,000 tifel u tifla.
President ta' Malta
Fl-4 ta' Marzu 2014 il-Prim Ministru Joseph Muscat innominaha bħala d-disa' President tar-Repubblika, u t-tieni mara f'din l-ogħla kariga tal-pajjiż, u l-iżgħar President fl-età, 55 sena. Hija ħadet il-ħatra nhar l-4 ta' April 2014 wara li tlett ijiem qabel għadda vot unanimu mill-Parlament.
L-Emendi fil-Liġi dwar l-Embrijuni
Nhar il-25 ta' April 2018, il-President Coleiro Preca stqarret li kienet imħassba dwar id-dibattiti polarizzati li kienu qed isiru dwar l-emendi għal-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni. Stqarret hekk: "Dan it-tip ta’ dibattitu ma jgħinx kostruttivament biex jiġu mifhuma b’mod ħolistiku l-implikazzjonijiet umani, soċjali, etiċi, u mediċi. It-trattament tal-IVF huwa suġġett delikat li jeħtieġ li jkun diskuss f’ambjent seren, li jibbilanċja l-qsim il-qalb li jiffaċċjaw koppji bla tfal, ma’ kwistjonijiet etiċi sensittivi li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tal-embrijuni."
Il-President Coleiro Preca stqarret li kienet imħassba bl-ostilità li sfortunatament kienet qed toħroġ minn dibattiti pubbliċi. Il-President appellat għall-kalma u għall-perjodu itwal ta’ riflessjoni sabiex il-vuċijiet kollha jinstemgħu. Il-President Coleiro Preca offriet ukoll li timmedja. Hija stiednet il-parlamentari, is-soċjetà ċivili, u l-istakeholders kollha biex jiġu flimkien madwar il-mejda biex ikollhom dibattitu infurmat li jgħaqqad flimkien il-konsiderazzjonijiet etiċi u morali mal-għarfien xjentifiku għal-liġi li tkun tirrifletti b’mod sħiħ il-potenzjal mediku u l-implikazzjonijiet pozittivi u negattivi għas-soċjetà.
Nhar il-21 ta' Ġunju 2018, il-President bagħtet stqarrija lill-Parlament li tgħid hekk:
"Matul dawn l-aħħar ġimgħat l-emendi proposti għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun qanqlu dibattitu nazzjonali. Napprezza b’qalbi kollha l-kontribut li s-soċjetà ċivili tat f’dawn id-diskussjonijiet u nifhem it-tħassib ta’ xi wħud minnhom dwar diversi kwistjonijiet etiċi, morali, soċjali, psikoloġiċi u legali.
Jien ukoll nifhem bl-aktar mod sħiħ u nempatizza mal-weġgħat ta’ tant koppji li ma jistax ikollhom ulied u li jixtiequ jsiru ġenituri bit-teknika ta’ prokreazzjoni assistita li toffri l-mediċina tal-lum u nifhem ix-xewqa leġittima tagħhom li jingħataw għajnuna sħiħa u support kontinwu mis-soċjetà kollha.
Issa li l-emendi proposti għaddew mill-proċess demokratiku u ġew approvati b’vot finali fil-Parlament, il-liġi ntbagħtet quddiemi biex niffirmaha.
Wara li ħadt diversi pariri etiċi, morali u legali minn persuni kompetenti u wara proċess twil ta’ riflessjoni u dixxerniment, jiena wasalt fil-kuxjenza tiegħi għad-deċiżjoni li niffirma dan l-att. Irrid nagħmilha ċara li din id-deċiżjoni mhix kompromess etiku mal-fehmiet sodi tiegħi u mal-valuri personali tiegħi dwar il-ħajja umana, il-familja u l-ġid sħiħ tat-tarbija mnissla.
Qed niffirma dan l-att kif ġie ppreżentat lili mill-Gvern u dan qed nagħmlu biss b’rispett sħiħ u b’lealtà lejn il-proċess demokratiku ta’ pajjiżna u l-Kostituzzjoni, li ma jagħtinix setgħat leġiżlattivi ħlief li niffirma l-liġijiet wara li jkunu ġew approvati mill-Parlament. Aktar minn hekk jiena marbuta bil-Kostituzzjoni li naġixxi fuq il-parir tal-Gvern tal-ġurnata jew ta’ ministru tal-Gvern u fil-każ ta’ abbozzi ta’ liġijiet approvati mill-Parlament jiena obbligata li niffirmahom mingħajr dewmien.
Kif intqal f’sezzjoni tal-media, stajt għażilt li ma nkunx fil-pajjiż meta l-abbozz kien fit-tielet qari iżda jien qatt ma kont persuna li naħrab mir-responsabbiltajiet u mid-dmirijiet bħala President ta’ Malta u m’iniex se nagħmel hekk issa.
Jien nibqa’ nemmen li d-dinjità umana u l-integrità fiżika ta’ kull bniedem għandhom jiġu rispettati u mħarsa mill-mument tal-konċepiment sal-mewt naturali.
Kull bniedem, anke fi stat embrijoniku, m’għandu qatt jiġi użat bħala oġġett jew li intenzjonalment jitpoġġa f’riskju li ma jkomplix jiżviluppa b’mod normali. L-isfida tas-soċjetà tagħna hi li tkompli tipproteġi lil kull min hu dgħajjef, inkluż l-embrijun. Il-fibra morali tal-Istat Malti titmermer jekk titlef ir-rispett lejn il-ħajja umana fl-istadji kollha tagħha."
Ħajja Personali
Hija miżżewġa lil Edgar Preca u għandha tifla.
Ħoloq Esterni
- Intervista ma' Coleiro Preca fil-kampanja għall-ħatra ta' Mexxej ġdid tal-Partit Laburista fl-2008
- Coleiro Preca fuq id-divorzju (ONE TV)
- Coleiro Preca fuq id-deċiżjoni tal-kandidatura tagħha għall-elezzjoni tal-2013 (ONE TV)
Predeċessur | 1981 – 1992 | Suċċessur |
Predeċessur George Abela | President ta' Malta 2014 – preżent | Suċċessur |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Marie Louise Coleiro Preca, X'inhi Marie Louise Coleiro Preca? Xi tfisser Marie Louise Coleiro Preca?
In Nutar Marie Louise Coleiro Preca Ħal Qormi Malta 7 ta Diċembru 1958 kienet id disa President tar Repubblika u t tieni mara f din l ogħla kariga tal pajjiz u saret l izgħar President fl eta 55 sena Hija ħadet il ħatra nhar l 4 ta April 2014 wara li tlett ijiem qabel għadda vot unanimu mill Parlament Sa dakinhar hija kienet Ministru tal Familja u Solidarjeta Soċjali u Deputat Laburista fil Parlament Malti Il kariga tagħha ta President intemmet fl 4 ta April 2019 Marie Louise Coleiro PrecaPresident ta Malta 4 April 2014 4 April 2019 George Abela George Vella Membru sostitut tal Assemblea Parlamentari tal Kunsill tal Ewropa 29 Settembru 2008 21 April 2013 Membru tal Kamra tad Deputati ta MaltaĦajjaTwelid Ħal Qormi 7 Diċembru 1958 66 sena Nazzjonalita MaltaFamiljaKonjuga i Edgar PrecaEdukazzjoniAlma mater Universita ta MaltaOkkupazzjoniOkkupazzjoni politikuImpjegaturi Ġnus MagħqudaPremjijiet List 29 April 2015 2016 Bint Anthony għalliem u Judith imwielda Sammut kienet l ewwel wild fost sitta Hija kisbet Baċellerat fl Istudji Legali u Umanistiċi u gradwat bħala Nutar Pubbliku mill Universita ta Malta Bdiet l attivita fil volontarjat fl Azzjoni Kattolika f Ħal Qormi fl eta ta 13 il sena filwaqt li kienet PRO tal Union tal istudenti tal Polytechnic fl eta ta 16 il sena Fil PolitikaBdiet l attivita politika tagħha meta kellha 16 il sena Okkupat diversi karigi fi ħdan il Partit Laburista fosthom bħala membru elett tal Ezekuttiv Nazzjonali membru fil Bureau Nazzjonali tal Għaqda Zgħazagħ Soċjalisti Assistenta Segretarju Ġenerali tal Partit Laburista Segretarju Ġenerali tal Partit Laburista membru fundatur tal Fondazzjoni Ġuze Ellul Mercer Stampatur tal Ġurnal tal Partit Laburista Il Ħelsien President tal Għaqda Nisa Laburisti u mill 1998 Membru Parlamentari Laburista Kienet ukoll attiva fi ħdan il General Workers Union bħala membru fil Kunsill Nazzjonali tal Għaqda Ħaddiema Zgħazagħ u Rapprezentanta tal Partit Laburista fil Kunsill Nazzjonali tal GWU Nhar il 5 ta Ġunju 2008 Coleiro Preca ikkontestat mingħajr suċċess għall ħatra ta Mexxej ġdid tal Partit Laburista wara r rizenja ta Alfred Sant 435 minn 879 delegat ivvutaw għal Joseph Muscat George Abela kiseb 200 vot Michael Falzon Evarist Bartolo u Marie Louise Coleiro Preca kisbu 181 vot 32 vot u 26 vot rispettivament Il Kwistjoni tad Divorzju Nhar it 2 ta Ġunju 2011 Coleiro Preca ħabbret li fiċ ċirkostanzi kif zviluppaw mhux se tkun qed tikkontesta l elezzjoni ġenerali li jmiss bħala kandidata elettorali f isem il Partit Laburista Qalet li kienet diġa infurmat lill Kap tal Oppozizzjoni Joseph Muscat b din id deċizjoni nhar it Tlieta 31 ta Mejju 2011 jiġifieri jumejn wara li tħabbar ir rizultat tar referendum fuq id divorzju Fi stqarrija l ġurnata ta qabel hija kienet semmiet kif kien hemm min hedded immalafama u intimida lilha u lill familja tagħha dwar il pozizzjoni li kienet ħadet fil kampanja għar referendum kontra d dħul tad divorzju Izda tmintax il jum wara din l istqarrija nhar l 20 ta Ġunju Coleiro Preca ħabbret li se terġa tikkontesta mill ġdid l elezzjoni ġenerali li jmiss mal Partit Laburista wara t turija kbira ta appoġġ u solidarjeta li l elettorat tas Sitt Distrett u l insistenza u l ħeġġa li urew l eluf ta familji fid distrett u barra minnu biex terġa tikkunsidra d deċizjoni tagħha ġabuha f qagħda li kellha tirrifletti bis sħiħ fuq id deċizjoni li kienet ħadet Hi semmiet ukoll l istqarrijiet tal Mexxej Laburista Joseph Muscat li ikkonferma li hi kienet konformi mal linja tal partit komplew għabbewha bil piz biex tirrevedi d deċizjoni dwar il kandidatura tagħha Nhar it 13 ta Lulju 2011 għadda mill Parlament it tieni qari tal abbozz ta liġi dwar id dħul tad divorzju f Malta b 44 vot favur 13 il vot kontra u 12 il astensjoni Il Membri Parlamentari tal Oppozizzjoni vvutaw kollha favur ħlief Adrian Vassallo li vvota kontra u Marie Louise Coleiro Preca li astjeniet Fil 11 ta Lulju Coleiro Preca qalet li fit Tielet Qari se tivvota favur Fil Parlament hija ma qablitx ma George Vella li kkritika li min jastjeni għax ikun qed jaħrab mir responsabbilta għax għal Coleiro Precaa din hija kwistjoni ta kuxjenza Ministru tal Familja u Solidarjeta Soċjali Fl Elezzjonijiet Ġenerali 2013 Coleiro Preca kienet it tieni l aktar kandidata Laburista li ġabet voti wara l Mexxej Joseph Muscat 6000 vot Nhar it 13 ta Marzu 2013 hija nħatret Ministru tal Familja u Solidarjeta Soċjali fil Gvern Laburista li tela fl Elezzjonijiet Ġenerali 2013 li saru ħamest ijiem qabel Taħt id dekasteru tagħha jaqgħu dawn l oqsma Politika Soċjali Politika tal Familja Politika dwar it Tfal Housing Soċjali Sigurta Soċjali Pensjonijiet Servizzi ta solidarjeta Politika dwar il persuni b dizabilita Anzjani u Ħarsien fil Komunita Matul is sena li kienet fil kariga Ministerjali hija bdiet sensiela ta riformi u tizviluppa għadd ta strateġiji fis settur soċjali Fost ir riformi ewlenin li saru tul il ħidma Ministerjali tagħha kien hemm dik fil qasam tal housing soċjali strateġija integrata tal informatika li qed tħaffef il proċessi fl għoti tal benefiċċji Tant li sa l aħħar tas sena 2014 dawk li jaslu għall eta ta l irtirar dawk li jkunu eliġibbli għal marriage grant dawk li jieħdu l pensjoni tar romol u cchildren s allowance se jingħatawlhom mingħajr il ħtiega ta ħafna proċeduri u telf ta ħin Tat bidu għall ħidma b rabta mal introduzzjoni tas single means testing mechanism kif ukoll għal riforma sħiħa fil qasam tal welfare u għal sistema aktar effettiva kontra l frodi tal benefiċċji soċjali Matul it tnax il xahar ta ħidma bħala Ministru ngħata bidu għall izvilupp tal istrateġija għas sostennibilita u l adegwetezza tal pensjonijiet Ħadmet biex jiġu indirizzati lanomaliji fil pensjonijiet tal ex ħaddiema tat Tarzna Introduċiet għadd ta mizuri bħal l għoti tal pensjoni sħiħa lir romol li jkunu jaħdmu u l għoti tac children s allowance antiċipat biex għenet f budgeting aħjar fil familji Bħala Ministru Coleiro Preca ipproniet diversi leġislazzjonijiet quddiem il Parlament fosthom l Att dwar il Protezzjoni tat Tfal li se jkun parti mill Att dwar it Tfal Waqqfet ukoll is SART Sexual Assault Response Team fejn għall ewwel darba hemm post wieħed minn fejn vittmi ta stupru jirċievu s servizzi kollha taħt saqaf wieħed F Diċembru tal 2013 flimkien mal Kummissarju Ewropew għax Xogħol l Affarijiet Soċjali u l Inkluzjoni Laszlo Andor Coleiro Preca niedet il proġett LEAP Dan il proġett ko finanzjat mill Fond Soċjali Ewropew qed jara t twaqqif taċ Ċentri għar Rizorsi tal Familja li se jipprovdu servizzi fil qalba tal komunitajiet F Jannar 2014 flimkien mal Prim Ministru Joseph Muscat Coleiro Preca niedet Green Paper Struttura Għal Tnaqqis fil Faqar u Għal Inkluzjoni Soċjali Bħala parti mill ħidma tagħha biex tindirizza l faqar u l eskluzjoni soċjali introduċiet għajnuna supplimentari għall ulied fejn se jibbenefikaw madwar 22 000 tifel u tifla President ta Malta Fl 4 ta Marzu 2014 il Prim Ministru Joseph Muscat innominaha bħala d disa President tar Repubblika u t tieni mara f din l ogħla kariga tal pajjiz u l izgħar President fl eta 55 sena Hija ħadet il ħatra nhar l 4 ta April 2014 wara li tlett ijiem qabel għadda vot unanimu mill Parlament L Emendi fil Liġi dwar l Embrijuni Nhar il 25 ta April 2018 il President Coleiro Preca stqarret li kienet imħassba dwar id dibattiti polarizzati li kienu qed isiru dwar l emendi għal liġi dwar il protezzjoni tal embrijuni Stqarret hekk Dan it tip ta dibattitu ma jgħinx kostruttivament biex jiġu mifhuma b mod ħolistiku l implikazzjonijiet umani soċjali etiċi u mediċi It trattament tal IVF huwa suġġett delikat li jeħtieġ li jkun diskuss f ambjent seren li jibbilanċja l qsim il qalb li jiffaċċjaw koppji bla tfal ma kwistjonijiet etiċi sensittivi li għandhom x jaqsmu mad drittijiet tal embrijuni Il President Coleiro Preca stqarret li kienet imħassba bl ostilita li sfortunatament kienet qed toħroġ minn dibattiti pubbliċi Il President appellat għall kalma u għall perjodu itwal ta riflessjoni sabiex il vuċijiet kollha jinstemgħu Il President Coleiro Preca offriet ukoll li timmedja Hija stiednet il parlamentari is soċjeta ċivili u l istakeholders kollha biex jiġu flimkien madwar il mejda biex ikollhom dibattitu infurmat li jgħaqqad flimkien il konsiderazzjonijiet etiċi u morali mal għarfien xjentifiku għal liġi li tkun tirrifletti b mod sħiħ il potenzjal mediku u l implikazzjonijiet pozittivi u negattivi għas soċjeta Nhar il 21 ta Ġunju 2018 il President bagħtet stqarrija lill Parlament li tgħid hekk Matul dawn l aħħar ġimgħat l emendi proposti għall Att dwar il Protezzjoni tal Embrijun qanqlu dibattitu nazzjonali Napprezza b qalbi kollha l kontribut li s soċjeta ċivili tat f dawn id diskussjonijiet u nifhem it tħassib ta xi wħud minnhom dwar diversi kwistjonijiet etiċi morali soċjali psikoloġiċi u legali Jien ukoll nifhem bl aktar mod sħiħ u nempatizza mal weġgħat ta tant koppji li ma jistax ikollhom ulied u li jixtiequ jsiru ġenituri bit teknika ta prokreazzjoni assistita li toffri l mediċina tal lum u nifhem ix xewqa leġittima tagħhom li jingħataw għajnuna sħiħa u support kontinwu mis soċjeta kollha Issa li l emendi proposti għaddew mill proċess demokratiku u ġew approvati b vot finali fil Parlament il liġi ntbagħtet quddiemi biex niffirmaha Wara li ħadt diversi pariri etiċi morali u legali minn persuni kompetenti u wara proċess twil ta riflessjoni u dixxerniment jiena wasalt fil kuxjenza tiegħi għad deċizjoni li niffirma dan l att Irrid nagħmilha ċara li din id deċizjoni mhix kompromess etiku mal fehmiet sodi tiegħi u mal valuri personali tiegħi dwar il ħajja umana il familja u l ġid sħiħ tat tarbija mnissla Qed niffirma dan l att kif ġie pprezentat lili mill Gvern u dan qed nagħmlu biss b rispett sħiħ u b lealta lejn il proċess demokratiku ta pajjizna u l Kostituzzjoni li ma jagħtinix setgħat leġizlattivi ħlief li niffirma l liġijiet wara li jkunu ġew approvati mill Parlament Aktar minn hekk jiena marbuta bil Kostituzzjoni li naġixxi fuq il parir tal Gvern tal ġurnata jew ta ministru tal Gvern u fil kaz ta abbozzi ta liġijiet approvati mill Parlament jiena obbligata li niffirmahom mingħajr dewmien Kif intqal f sezzjoni tal media stajt għazilt li ma nkunx fil pajjiz meta l abbozz kien fit tielet qari izda jien qatt ma kont persuna li naħrab mir responsabbiltajiet u mid dmirijiet bħala President ta Malta u m iniex se nagħmel hekk issa Jien nibqa nemmen li d dinjita umana u l integrita fizika ta kull bniedem għandhom jiġu rispettati u mħarsa mill mument tal konċepiment sal mewt naturali Kull bniedem anke fi stat embrijoniku m għandu qatt jiġi uzat bħala oġġett jew li intenzjonalment jitpoġġa f riskju li ma jkomplix jizviluppa b mod normali L isfida tas soċjeta tagħna hi li tkompli tipproteġi lil kull min hu dgħajjef inkluz l embrijun Il fibra morali tal Istat Malti titmermer jekk titlef ir rispett lejn il ħajja umana fl istadji kollha tagħha Ħajja PersonaliHija mizzewġa lil Edgar Preca u għandha tifla Ħoloq EsterniIntervista ma Coleiro Preca fil kampanja għall ħatra ta Mexxej ġdid tal Partit Laburista fl 2008 Coleiro Preca fuq id divorzju ONE TV Coleiro Preca fuq id deċizjoni tal kandidatura tagħha għall elezzjoni tal 2013 ONE TV Predeċessur 1981 1992 Suċċessur Predeċessur George Abela President ta Malta 2014 prezent Suċċessur Kariga attwali