L eżempji u l perspettivi f dan l artiklu jitrattaw perspettiva ġeografika wisq limitatata Għin biex ittejjeb dan l arti
Divorzju

L-eżempji u l-perspettivi f'dan l-artiklu jitrattaw perspettiva ġeografika wisq limitatata. Għin biex ittejjeb dan l-artiklu jew ipproponi t-tibdil li tixtieq fil-paġna ta' diskussjoni. |
Id-Divorzju (jew xoljiment taż-żwieġ) huwa t-terminazzjoni tal-għaqda matrimonjali, li jħassar id-doveri u responsabbiltajiet legali taż-żwieġ u jħoll l-għaqda taż-żwieġ bejn il-partijiet. F'ħafna pajjiżi d-divorzju jenħtieġ ordni tal-qorti jew ta' xi awtorità oħra bi proċess legali. Il-proċess legali jista' jinvolvi ukoll kwistjonijiet ta' manteniment tal-mara u tat-tfal u t-taqsim tal-propjetà u tad-dejn.
F'ħafna pajjiżi tal-punent, id-divorzju ma jiddikjarax iż-żwieġ null, bħalma jiġri fl-annullament, iżda jħassar l-istatus ta' żwieġ li kellhom il-partijiet. Fejn il-monogamija hija fil-liġi, id-divorzju jħalli liż-żewġ partijiet li kienu miżżewġin jerġgħu jiżżewġu lil ħaddieħor. Il-liġijiet tad-divorzju jvarjaw ħafna madwar id-dinja. L-uniċi żewġ pajjiżi li ma jikkontemplawx divorzju fil-liġijiet tagħhom huma l-Istat tal-Belt tal-Vatikan u l-Filippini. F'Malta se jsir referendum fit-28 ta' Mejju 2011 biex il-Maltin jgħidu jekk iridux id-divorzju. Bejn l-1971 u l-2011, ħames pajjiżi Ewropej daħħlu d-divorzju: Spanja, l-Italja, il-, ir-Repubblika tal-Irlanda u Malta.
Il-Liġi tad-Divorzju f'Malta
Kien hemm żewġ okkażjonijiet meta l-iktar li resaq viċin Gvern biex ipoġġi d-divorzju fuq l-aġenda. Fl-1975 meta il-Gvern Laburista ta' Dom Mintoff kien daħħal iż-żwieġ u l-annullament ċivili, il-liġi ipprovdiet ukoll biex il-qrati Maltin ikunu jistgħu jirrikonoxxu d-divorzji barranin. Il-Liġi imma naqset milli tagħti l-fakultà lill-qrati Maltin jamministraw id-divorzju huma. It-tieni okkażjoni wasslet fl-1998 meta l-Kummissjoni għall-Futur tal-Familja mwaqqfa mill-Prim Ministru Alfred Sant irrakkomandat li jidħol id-divorzju permezz ta’ vot ħieles fil-Parlament.
L-ewwel okkażjoni meta l-Parlament seta’ wasal biex jiddibatti liġi tad-divorzju kien qabel l-1996 meta fil-kapaċità personali tiegħu d-deputat Laburista Joe Brincat, li dakinhar ma kienx jifforma parti mill-Grupp Parlamentari Laburista, ippreżenta mozzjoni privata (Private Member’s Bill) biex ikun introdott id-divorzju għal dawk il-koppji li jkunu ilhom separati ħames snin. Il-mozzjoni privata qatt ma telgħet fuq l-aġenda tal-Parlament.
Kien hemm diversi okkażjonijiet oħra fejn Membri Parlamentari b’mod individwali esprimew pożizzjoni favur id-divorzju waqt xi dibattitu jew diskors fil-Parlament.
Fis-Sebgħinijiet kien hemm ukoll tentattiv mill-Għaqda Żgħażagħ Laburisti biex fil-Partit Laburista ssir diskussjoni dwar id-divorzju fid-dawl tal-bidliet ċivili li beda jipproponi l-partit imma l-isforzi sfumaw fix-xejn.
Alternattiva Demokratika pproponiet l-introduzzjoni tad-divorzju f’kull manifest elettorali sa mill-1992 lil hawn. Kien l-uniku partit politiku li tkellem b’mod ċar dwar il-ħtieġa li jiddaħħal id-divorzju fis-sistema legali.
Sa minn qabel il-ħatra tiegħu bħala mexxej tal-Partit Laburista f'Ġunju 2008, Joseph Muscat wiegħed kemm-il darba li fl-ewwel darba li jkun hemm Gvern Laburista hu personalment (Private Member’s Bill) kien se jressaq liġi tad-divorzju għall-approvazzjoni tal-Parlament.
F'Lulju 2008, il-Ministru tal-Politika Soċjali John Dalli qal li beħsiebu jqanqal dibattitu fil-Kabinett dwar il-bżonn li tiddaħħal liġi tad-divorzju. Kliem Dalli sab l-appoġġ tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
2011: Pullicino Orlando
Nhar is-6 ta' Lulju 2010, id-Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando ressaq Private Member’s Bill fil-Parlament biex jiġi introdott id-divorzju. Dan seħħ wara li qabel l-elezzjoni tal-2008 kien hemm diversi drabi fejn l-imsemmi deputat wiegħed bil-fomm u kiteb fuq il-gazzetti li kien kontra l-istess divorzju. Traditur tal-kostitwenti tieghu.
Fl-istess jum, l-Arċisqof Pawlu Cremona stqarr li l-Private Member’s Bill li ppreżenta dakinhar id-Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando fil-Parlament kienet bħal sajjetta fil-bnazzi, peress li l-kwistjoni tad-dħul tad-divorzju ma saritx referenza għaliha fil-manifest elettorali taż-żewġ partiti l-kbar matul il-kampanja elettorali tal-aħħar Elezzjoni Ġenerali.
F'Nota Pastorali fis-17 ta' Ottubru 2010, li nqrat fil-parroċċi kollha, l-Arċisqof Cremona u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech qalu li hija l-attitudni tagħna li trid tinbidel, u mhux iż-żwieġ. “Kieku Ġesù kien fostna llum u konna ngħidulu li fid-dinja kollha daħħlu d-divorzju, żgur li ma kinitx tinbidel it-tweġiba tiegħu. Kien jgħid li dak minħabba l-ebusija ta’ qalbna.” Qalu li l-ebda nisrani ma jista’ jippretendi li Ġesù kien iwieġeb li biex insaħħu ż-żwieġ, għandu jidħol id-divorzju. Wara d-divorzju, ma tistax titkellem iktar fuq żwieġ dejjiemi, stabbli, bħalma kien il-pjan ta’ Alla fil-bidu.
F'Novembru 2010 twaqqaf il-Moviment Iva għad-Divorzju, b'Deborah Schembri, ċerpersin tal-movimenti, u b'membri prominenti bħall-Membri Parlamentari Evarist Bartolo u Jeffrey Pullicino Orlando, iċ-Ċerpersin tal-Alternattiva Michael Briguglio u Yvonne Ebejer Arqueros mill-istess partit, l-eks Ministru Nazzjonalista Dr. Michael Falzon u Marlene Mizzi.
F'Jannar 2011 twaqqaf il-Moviment Żwieġ bla Divorzju b'esponenti bħal Dr. Andrè Camilleri u Dr. Anna Vella.
Fi Frar 2011, il-Partit Nazzjonalista ħa pożizzjoni kontra d-dħul tad-divorzju, iżda l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ta vot ħieles lill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti. Gonzi kien tal-fehma li minħabba li m'hemmx mandat elettorali biex jidħol id-divorzju, din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-poplu.
Ir-Referendum
Nhar is-16 ta' Marzu 2011 tressqet mozzjoni tal-Oppożizzjoni quddiem il-Parlament dwar kif għandha tkun il-mistoqsija tar-referendum li se jsir fit-28 ta' Mejju 2011, jiġifieri “Taqbel mal-introduzzjoni tal-għażla tad-divorzju f’każ ta’ koppja miżżewġa li tkun ilha sseparata jew tkun ilha ma tgħix flimkien għal mill-inqas erba’ snin u meta ma jkun hemm l-ebda tama raġjonevoli ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin, fil-waqt li jkun garantit manteniment adegwat u jkunu mħarsa t-tfal?” Din għaddiet għax ivvutat għaliha l-Oppożizzjoni kollha u żewġ Membri Parlamentari Nazzjonalisti, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett. Għar-Referendum tat-28 ta' Mejju ħarġu jivvutaw 232,691 persuna jew 73% ta' dawk li kellhom dritt jivvutaw.
Nhar id-29 ta' Mejju 2011, l-għada tar-Referendum, tħabbar li dan għadda b’maġġoranza ta’ 53.2%, b'distakk ta' 14,576 vot. Fi tliet distretti biss – minn 13 – kien hemm iktar minn ivvota kontra l-introduzzjoni tad-divorzju: it-8 Distrett (Birkirkara eċċ.) - 52% kontra, il-11-il Distrett (Mosta eċċ.)- 54% kontra u t-13-il Distrett (Għawdex), fejn kważi 70% tal-elettorat esprima l-pożizzjoni tiegħu kontra. F’xandira rrekordjata, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li għalkemm ir-riżultat ma kienx dak li xtaq hu, ir-rieda tal-maġġoranza tal-poplu se tkun irrispettata u l-Parlament se jkun qiegħed iħejji biex jilleġiżla l-introduzzjoni tad-divorzju. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Joseph Muscat sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet li fiha ddikjara li b’dan ir-riżultat, bdiet titwieled Malta differenti, Malta ġdida. Huwa wera ruħu sodisfatt li fil-ġimgħat li għaddew, tkellem fil-beraħ dwar il-pożizzjoni tiegħu, minflok għażel li jistaħba. Joseph Muscat qal li huwa kburi li għamel dak kollu li huwa sewwa, minflok għażel li jagħmel dak li kien ikun l-inqas politikament riskjuż u l-aktar politikament konvenjenti.
Fil-Parlament
Nhar it-13 ta' Lulju 2011, għadda mill-Parlament it-tieni qari tal-abbozz ta' liġi dwar id-dħul tad-divorzju f'Malta, b'44 vot favur, 13-il vot kontra u 12-il astensjoni. Il-Priministru Gonzi u l-Ministri kollha, barra wieħed (Joseph Cassar) ivvutaw kontra jew astjenew. Il-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni vvutaw kollha favur, ħlief Adrian Vassallo li vvota kontra u Marie-Louise Coleiro Preca li astjeniet. Tnax -il Membru Parlamentari Nazzjonalista vvutaw favur.
Nhar il-25 ta' Lulju 2011, b’maġġoranza ta’ 52 vot favur, 11-il vot kontra (Frederick Azzopardi, Jason Azzopardi, Tonio Borg, Giovanna Debono, Louis Deguara, Beppe Fenech Adami, Austin Gatt, Lawrence Gonzi, Carmelo Mifsud Bonnici, Edwin Vassallo u Philip Mifsud) u 5 astensjonijiet, il-Parlament approva mill-istadju finali tat-Tielet Qari l-abbozz ta’ liġi dwar id-divorzju.
Il-liġi daħlet fis-seħħ fl-1 t'Ottubru 2011.
Nhar il-15 ta' Lulju 2011 il-Viċi Sindku ta' Tas-Sliema Cyrus Engerer irriżenja minn kull kariga fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u ingħaqad mal-Partit Laburista. Dan għamlu għax iddiżappunta ruħu għall-mod kif il-Prim Ministru vvota fil-parlament dwar it-tieni qari tal-abbozz tal-liġi dwar id-divorzju u "l-prinċipji u l-valuri liberali u demokratiċi tiegħi huma f'kunflitt mal-prattiċi li qed jippersistu fil-Partit Nazzjonalista".
Il-Liġi
Fil-liġi Maltija d-divorzju hu rregolat bl-artikoli 66A sa 66N tal-Kodiċi Ċivili ta’ Malta. Kull wieħed u waħda mill-miżżewġin għandu l-jedd illi jitlob id-divorzju jew il-ħall taż-żwieġ skont kif jingħad fil-Kodiċi Ċivili. Mhux meħtieg illi qabel ma jiġi mitlub id-divorzju, il-miżżewġin ikunu infirdu minn xulxin b’kuntratt jew b’sentenza. Id-divorzju jew ħall taż-żwieġ jingħata bis-saħħa ta’ sentenza tal-qorti ċivili kompetenti fuq talba ta’ parti jew l-oħra mill-miżżewġin, jew b’digriet tal-istess qorti fejn il-miżżewġin ikunu qablu illi ż-żwieġ tagħhom għandu jiġi maħlul. It-talbiet kollha għad-divorzju jinġiebu quddiem is-sezzjoni xierqa tal-qorti ċivili skont regolamenti magħmulin mill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja. Id-digrieti u s-sentenzi tad-divorzju jingħataw fil-qorti fil-miftuħ. Il-qorti, fid-digriet jew sentenza ta’ divorzju, tindika b’mod ċar in-numru progressiv tar-reġistrazzjoni tal-Att taż-Żwieġ, u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-partijiet, u, tordna lir-Reġistratur tal-Qrati sabiex, fiż-żmien imħolli għal daqshekk mill-istess qorti, javża lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku bid-divorzju tal-partijiet biex dan jiġi reġistrat fir-Reġistru Pubbliku.
Kondizzjonijiet meħtieġa għad-divorzju
Id-divorzju ma jistax jingħata ħlief b’talba ta’ żewġ persuni miżżewġa flimkien jew ta’ waħda minnhom kontra l-oħra, u sakemm il-qorti tkun sodisfatta li: (a) fil-każ li t-talba tkun qed issir miż-żewġ konjuġi flimkien, fid-data li jibdew il-proċeduri ta’ divorzju,il-konjuġi jkunu għexu mhux flimkien għal perjodu ta’, jew perjodi li jammontaw għal, mill-anqas sitt xhur mis-sena preċedenti: Iżda fejn it-talba tkun qed issir minn konjuġi minnhom kontra l-ieħor, fid-data li jibdew il-proċeduri ta’ divorzju, il-konjuġi jkunu għexu mhux flimkien għal perjodu ta’, jew perjodi li jammontaw għal, mill-anqas sena mis-sentejn preċedenti; jew (b) fid-data li jibdew il-proċeduri ta’ divorzju, il-konjuġi jkunu separati b’kuntratt jew b’sentenza tal-qorti; u (ċ) ma hemm l-ebda prospett raġonevoli għal rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin; u (d) il-miżżewġin u kull wild tagħhom qed jirċievu manteniment adegwat, fejn hu dovut, skont iċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom. Iżda l-miżżewġin jistgħu f’kull żmien jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom ta’ manteniment; iżda wkoll il-manteniment ordnat mill-qorti b’sentenza ta’ separazzjoni jew miftiehem bejn il-miżżewġin f’kuntratt ta’ separazzjoni għandu jiġi meqjus bħala manteniment adegwat. Iżda wkoll id-divorzju ppronunzjat bejn persuni miżżewġin li kienu separati b’kuntratt jew b’sentenza ma jġib ebda bidla f’dak ordnat jew miftiehem bejniethom, ħlief għall-effetti tad-divorzju li joħorġu mil-liġi.
Pronunzjament ta’ divorzju
Wara li l-qorti tkun qieset illi ċerti rekwiżiti ġew sodisfatti, il-qorti tisma’ u tiddeċiedi dawk it-talbiet imressqa mill-partijiet u tgħaddi biex tippronunzja d-divorzju bejn il-partijiet. F’każ ta’ talba għad-divorzju magħmula minn waħda mill-persuni miżżewġin, ma jkunx meħtieġ illi fit-talba għad-divorzju, il-persuna miżżewġa li tkun qiegħda tagħmel din it-talba tattribwixxi lill-parti l-oħra xi ħtija li wasslet biex issir dik it-talba. Fejn il-miżżewġin ikunu diġa sseparati b’kuntratt jew b’sentenza tal-qorti, il-persuna miżżewġa li tkun qed tagħmel it-talba għad-divorzju tista’ tressaq biss talba għall-ħall taż-żwieġ. Il-parti l-oħra tista’ tikkontesta din it-talba, jew billi tipprova illi l-persuna miżżewġa illi talbet id-divorzju ma tkunx ħallset il-manteniment dovut, kif ordnat mill-qorti jew miftiehem fil-kuntratt ta' separazzjoni u li kemm-il darba t-talba għad-divorzju tintlaqa’, tkun aktar diffiċli għall-istess parti l-oħra illi tikseb il-ħlas tal-manteniment. Il-qorti m’għandhiex tilqa’ t-talba għad-divorzju kemm-il darba xi waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet jiġu murija li huma tajba. Fejn il-miżżewġin ma jkunux isseparati b’kuntratt jew b’sentenza tal-qorti, il-persuna miżżewġa li tkun qed tagħmel it-talba għad-divorzju, flimkien mal-istess talba, tista’ tressaq it-talbiet kollha illi huma maħsuba illi jistgħu jsiru f’kawża ta’separazzjoni. Il-parti l-oħra tista’tressaq b’żieda għall-eċċezzjonijiet imsemmija, l-eċċezzjonijiet kollha illi dik il-parti setgħet tressaq f’kawża ta’ separazzjoni. Fejn il-miżżewġin ma jkunux isseparati b’kuntratt jew b’sentenza tal-qorti, il-qorti jkollha setgħat apposta dwar ordnijiet illi tista’ tagħti pendente lite. Fejn il-komunjoni tal-akkwisti jew il-komunjoni ta’ residwu taħt amministrazzjoni separata tkun waqfet, il-partijiet ikollhom dritt li f’kull każ, bi qbil bejniethom, jgħaddu għad-divorzju mingħajr ma jillikwidaw l-assi komuni ta’ bejniethom.
Konsegwenzi tal-ħtija ta’ parti
Fejn il-qorti, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet issib illi l-parti l-oħra kienet ħatja li ġabet it-tifrik taż-żwieġ għar-raġunijiet maħsuba wkoll fl-eventwalità ta’ separazzjoni, il-qorti tista’tapplika mutatis mutandis kontra dik il-parti dak maħsub fil-każ ta’ separazzjoni.
Bdil minn proċeduri ta’ separazzjoni għal proċeduri ta’ divorzju
Kull parti f’kawża ta’ separazzjoni, tista’ f’kull waqt matul dik il-kawża, iżda qabel ma l-kawża tiġi mħollija għas-sentenza, titlob b’rikors illi t-talba għas-separazzjoni magħmula f’dik il-kawża titqies minflok bħala talba għall-pronunzjament ta’divorzju. Meta ssir din it-talba, il-qorti tisma’ lill-partijiet biex tikkonstata illi l-kundizzjonijiet biex issir talba għad-divorzju huma sodisfatti. Il-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar din it-talba f’sentenza mogħtija fil-qorti bil-miftuħ, u minn dik is-sentenza ma jkun hemm ebda appell ħlief flimkien mas-sentenza finali. Kull dikjarazzjoni ta’ xhieda u dokumenti preżentati ma’kawża ta’ separazzjoni japplikaw għal meta din tiġi mibdula fi proċeduri ta’ divorzju. Dan mingħajr ħsara għall-possibilità ta’ kull parti li tressaq dokumenti u xhieda oħrajn fil-proċeduri ta’ divorzju marbutin mat-talba għad-divorzju. Fejn l-ebda parti ma tagħżel li tipproċedi skont kif ingħad u fejn tkun diġà saret talba għas-separazzjoni, u mill-inqas waħda mill-partijiet, wara li tkun saret dik it-talba, tagħmel talba għad-divorzju, it-talbiet għas-separazzjoni u għad-divorzju, f’kull każ, jinstemgħu u jiġu deċiżi flimkien mill-istess qorti, b’dana illi l-konnessjoni tal-kawżi tiġi applikata mill-qorti mingħajr ħtieġa li ssir ebda talba mill-partijiet. Kull parti, meta tagħmel talba għad-divorzju, tiddikjara bil-ġurament tagħha jekk dik il-parti jew il-parti l-oħra jkunux diġa għamlu talba għas-separazzjoni.
Dmirijiet tal-avukat tar-rikorrent
L-avukat li jkun qed jippatroċinja lir-rikorrent, qabel ma jibda l-proċeduri ta’ divorzju fejn il-miżżewġin ma jkunux separati b’kuntratt jew b’sentenza tal-qorti, jiddiskuti mar-rikorrent il-possibilità ta’ rikonċiljazzjoni u jagħti lilu l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni kwalifikati biex joffru l-għajnuna fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin; u jassigura li r-rikorrent jaf bil-fakultà ta’ separazzjoni personali bħala alternattiva għad-divorzju. Ir-rikors li permezz tiegħu jinbdew il-proċeduri ta’ divorzju (a) fejn il-miżżewġin ma jkunux separati b’kuntratt jew b’sentenza tal-qorti, ikun akkumpanjat b’nota li fiha l-avukat jikkonferma li huwa osserva l-ħtiġiet tal-liġi; jew (b) fejn il-miżżewġin ikunu separati b’sentenza tal-qorti,ikun akkumpanjat minn kopja legali tal-istess sentenza ta’ separazzjoni jew, fejn il-miżżewġin ikunu separate b’kuntratt, ikun akkumpanjat minn kopja legali tal-kuntratt ta’ separazzjoni konsenswali. Iżda meta l-avukat li jkun qed jassisti lill-klijent fil-każ ta’divorzju ma jkunx ippreżenta n-nota imsemmija, il-kopja tas-sentenza ta’ separazzjoni jew tal-kuntratt ta’ separazzjoni konsenswali, kif ikun il-każ, l-avukat jippreżenta dawn id-dokumenti fil-qorti sa jew fl-ewwel smigħ tal-kawża.
Dmirijiet tal-avukat tal-intimat
L-avukat li jkun qed jippatroċinja lill-intimat,kemm jista’ jkun malajr wara li jirċievi istruzzjonijiet mill-intimat dwar il-każ, fejn l-intimat u l-parti l-oħra ma jkunux separati b’kuntratt jew b’sentenza tal-qorti, jiddiskuti mal-intimat il-possibilità ta’ rikonċiljazzjoni u jagħtih l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni kwalifikati biex joffru l-għajnuna fil-proċess ta’rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin. Fejn il-miżżewġin ma jkunux separati b’kuntratt jew b’sentenza tal-qorti, ir-risposta tal-intimat għar-rikors għad-divorzju għandha tkun akkumpanjata b’nota li fiha l-avukat jikkonferma li osserva l-ħtiġiet imsemmijin, iżda meta l-avukat li jkun qed jassisti lill-klijent fil-każ ta’divorzju ma jkunx ippreżenta n-nota imsemmija, l-avukat jippreżenta dik in-nota fil-qorti sa jew fl-ewwel smigħ tal-kawża.
Setgħat tal-qorti
Fejn issir talba għad-divorzju lill-qorti ċivili kompetenti minn wieħed jew l-oħra mill-miżżewġin, jew miż-żewġ miżżewġin li jkunu qablu li ż-żwieġ tagħhom għandu jiġi maħlul, u fejn l-miżżewġin ma jkunux separati b’kuntratt jew b’sentenza tal-qorti, qabel ma l-qorti tagħti l-awtorizzazzjoni biex il-miżżewġin jipproċedu għad-divorzju, il-qorti għandha ssejjaħ lill-partijiet sabiex jidhru quddiem medjatur li jkun jew maħtur minnha jew bil-kunsens taż-żewġ partijiet u dan bil-għan li jsir tentattiv ta’rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin, u fejn dik ir-rikonċiljazzjoni ma sseħħx, u fejn dawn ma jkunux diġa qablu bejniethom dwar il-pattijiet tad-divorzju, bil-għan li jgħin lill-partijiet biex jaslu għad-divorzju fuq bażi ta’ qbil. Dan il-qbil ikun dwar xi wħud, jew il-pattijiet kollha, minn dawn li ġejjin: (a) il-kura u l-kustodja tal-ulied; (b) l-aċċess taż-żewġ partijiet għall-ulied; (ċ) il-manteniment tal-miżżewġin, jew ta’ parti waħda minnhom, u ta’ kull wild; (d) ir-residenza fid-dar konjugali; (e) id-diviżjoni tal-komunjoni tal-akkwisti jew tal-komunjoni ta’ residwu taħt amministrazzjoni separata. F’kull proċedura ta’ divorzju quddiem il-qorti ċivili kompetenti magħmula fuq talba ta’ wieħed jew l-oħra mill-miżżewġin, jew miż-żewġ miżżewġin li jkunu qablu illi ż-żwieġ tagħhom jinħall, ukoll fejn il-miżżewġin ikunu separati b’kuntratt jew b’sentenza tal-qorti, il-qorti tista’, meta tħoss li hemm bżonn, jew minn jeddha, jew fuq talba tal-medjatur jew ta’ xi wieħed mill-miżżewġin: (a) taħtar avukat tat-tfal biex jirrappreżenta l-interessi tal-ulied minuri, jew min minnhom, tal-partijiet; u (b) tisma’ lill-ulied minuri, jew min minnhom, tal-partijiet fejn tqis li jkun fl-aħjar interess tagħhom li tagħmel dan. Iżda f’kull proċedura ta’ divorzju quddiem il-qorti ċivili kompetenti, il-qorti tista’ tordna lill-partijiet sabiex jippreżentaw l-informazzjoni dwar ħlas ta’manteniment għall-ulied. Il-qorti tista’, fis-sentenza illi biha tilqa’ t-talba għad-divorzju u, fuq talba tal-parti illi matul is-smigħ tal-kawża ta’divorzju jkun dovut għaliha jew għall-ulied manteniment mingħand il-parti l-oħra, tordna illi l-ħlas tal-manteniment mill-parti l-oħrajiġi żgurat b’garanzija xierqa u raġonevoli skont iċ-ċirkostanzi tal-partijiet. Dik il-garanzija ma tkunx f’ammont li jeċċedi l-ammont ta’ manteniment għal ħames snin. Il-qorti tagħti din l-ordni biss fejn, mill-provi fil-kawża jirriżulta illi waqt is-smigħ jew qabel ma bdiet il-kawża, il-parti li kontra tagħha tkun qed tintalab il-garanzija kienet inadempjenti fl-obbligu tagħha tal-ħlas tal-manteniment, jew meta jkun hemm ċirkostanzi oġġettivi serji li juru l-ħtieġa ta’ din il-garanzija. Talba kif kontemplata f’danis-subartikolu tista’ wkoll issir f’kull żmien wara s-sentenza msemmija meta jkun dovut il-manteniment.
Provi inammissibbli
Ebda komunikazzjoni verbali jew bil-miktub li tkun saret bejn il-miżżewġin, jew minn terza persuna fil-proċess ta’ tentattiv ta’ rikonċiljazzjoni jew biex jintlaħaq ftehim bejn il-miżżewġin dwar xi wħud minn, jew dwar il-pattijiet kollha, jew xi riferenza għaliha, ma tkun ammissibbli bħala prova waqt il-proċeduri ta’ divorzju.
Effetti tal-ħall taż-żwieġ
Meta l-qorti ċivili kompetenti tippronunzja d-divorzju bejn il-miżżewġin, huma jkollhom id-dritt li jerġgħu jiżżewġu. Il-pronunzjament tad-divorzju m’għandu l-ebda effett fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet bħala ġenituri fuq uliedhom jew fuq kull ftehim li jkun intlaħaq bejn dawk il-partijiet dwar il-kustodja ta’ uliedhom. Il-pronunzjament tad-divorzju m’għandu l-ebda effett fuq id-drittijiet ta’ terzi fir-rigward ta’ kull ftehim jew obbligu li diġa wettqu jew li għad iridu jwettqu l-partijiet iddivorzjati. Il-pronunzjament tad-divorzju għandu dawn l-effetti: (a) jispiċċa, għall-effetti kollha ċivili, l-obbligu tal-partijiet li jgħixu flimkien; (b) jispiċċaw id-drittijiet tal-miżżewġin għas-suċċessjoni ta’ xulxin, b’effett minn dakinhar meta d-digriet jew sentenza ta’ divorzju jkunu saru ‘‘res judicata’’.
L-effett ta’ żwieġ mill-ġdid
Meta l-parti li tkun qed tirċievi l-manteniment, sew jekk bis-saħħa ta’ ordni tal-qorti kif ukoll jekk bis-saħħa ta’ kuntratt ta’separazzjoni, tiżżewweġ mill-ġdid jew tidħol f’relazzjoni personali li ġġib magħha obbligu ta’ manteniment favur tagħha mingħand terza persuna, tali parti tiddekadi mid-dritt li tirċievi l-manteniment li jkun jitħallas għaliha mingħand il-parti l-oħra fid-divorzju b’effett mill-ġurnata taż-żwieġ mill-ġdid jew mill-bidu ta’relazzjoni oħra. Dan japplika anke fil-każ li jkun ġie miftiehem bejn il-partijiet f’kuntratt ta’separazzjoni li l-ftehim dwar manteniment favur il-partijiet jew min minnhom, għandu jibqa’ validu u ma jistax jinbidel fil-każ ta’żwieġ mill-ġdid jew ta’ relazzjoni oħra kif fuq imsemmi ta’ dik il-parti li tkun qed tirċievi l-manteniment. Iżda l-ordni għall-manteniment li tkun ġiet ordnata jew awtorizzata mill-qorti li titħallas permezz ta’ somma globali favor il-parti li terġa’ tiżżewweġ jew li tkun bdiet relazzjoni oħra, tibqa’ fis-seħħ minkejja illi l-parti li favur tagħha tkun saret tiżżewweġ mill-ġdid jew tidħol f’relazzjoni oħra kif imsemmi.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Divorzju, X'inhi Divorzju? Xi tfisser Divorzju?
L ezempji u l perspettivi f dan l artiklu jitrattaw perspettiva ġeografika wisq limitatata Għin biex ittejjeb dan l artiklu jew ipproponi t tibdil li tixtieq fil paġna ta diskussjoni Id Divorzju jew xoljiment taz zwieġ huwa t terminazzjoni tal għaqda matrimonjali li jħassar id doveri u responsabbiltajiet legali taz zwieġ u jħoll l għaqda taz zwieġ bejn il partijiet F ħafna pajjizi d divorzju jenħtieġ ordni tal qorti jew ta xi awtorita oħra bi proċess legali Il proċess legali jista jinvolvi ukoll kwistjonijiet ta manteniment tal mara u tat tfal u t taqsim tal propjeta u tad dejn F ħafna pajjizi tal punent id divorzju ma jiddikjarax iz zwieġ null bħalma jiġri fl annullament izda jħassar l istatus ta zwieġ li kellhom il partijiet Fejn il monogamija hija fil liġi id divorzju jħalli liz zewġ partijiet li kienu mizzewġin jerġgħu jizzewġu lil ħaddieħor Il liġijiet tad divorzju jvarjaw ħafna madwar id dinja L uniċi zewġ pajjizi li ma jikkontemplawx divorzju fil liġijiet tagħhom huma l Istat tal Belt tal Vatikan u l Filippini F Malta se jsir referendum fit 28 ta Mejju 2011 biex il Maltin jgħidu jekk iridux id divorzju Bejn l 1971 u l 2011 ħames pajjizi Ewropej daħħlu d divorzju Spanja l Italja il ir Repubblika tal Irlanda u Malta Il Liġi tad Divorzju f MaltaKien hemm zewġ okkazjonijiet meta l iktar li resaq viċin Gvern biex ipoġġi d divorzju fuq l aġenda Fl 1975 meta il Gvern Laburista ta Dom Mintoff kien daħħal iz zwieġ u l annullament ċivili il liġi ipprovdiet ukoll biex il qrati Maltin ikunu jistgħu jirrikonoxxu d divorzji barranin Il Liġi imma naqset milli tagħti l fakulta lill qrati Maltin jamministraw id divorzju huma It tieni okkazjoni wasslet fl 1998 meta l Kummissjoni għall Futur tal Familja mwaqqfa mill Prim Ministru Alfred Sant irrakkomandat li jidħol id divorzju permezz ta vot ħieles fil Parlament L ewwel okkazjoni meta l Parlament seta wasal biex jiddibatti liġi tad divorzju kien qabel l 1996 meta fil kapaċita personali tiegħu d deputat Laburista Joe Brincat li dakinhar ma kienx jifforma parti mill Grupp Parlamentari Laburista ipprezenta mozzjoni privata Private Member s Bill biex ikun introdott id divorzju għal dawk il koppji li jkunu ilhom separati ħames snin Il mozzjoni privata qatt ma telgħet fuq l aġenda tal Parlament Kien hemm diversi okkazjonijiet oħra fejn Membri Parlamentari b mod individwali esprimew pozizzjoni favur id divorzju waqt xi dibattitu jew diskors fil Parlament Fis Sebgħinijiet kien hemm ukoll tentattiv mill Għaqda Zgħazagħ Laburisti biex fil Partit Laburista ssir diskussjoni dwar id divorzju fid dawl tal bidliet ċivili li beda jipproponi l partit imma l isforzi sfumaw fix xejn Alternattiva Demokratika pproponiet l introduzzjoni tad divorzju f kull manifest elettorali sa mill 1992 lil hawn Kien l uniku partit politiku li tkellem b mod ċar dwar il ħtieġa li jiddaħħal id divorzju fis sistema legali Sa minn qabel il ħatra tiegħu bħala mexxej tal Partit Laburista f Ġunju 2008 Joseph Muscat wiegħed kemm il darba li fl ewwel darba li jkun hemm Gvern Laburista hu personalment Private Member s Bill kien se jressaq liġi tad divorzju għall approvazzjoni tal Parlament F Lulju 2008 il Ministru tal Politika Soċjali John Dalli qal li beħsiebu jqanqal dibattitu fil Kabinett dwar il bzonn li tiddaħħal liġi tad divorzju Kliem Dalli sab l appoġġ tal Prim Ministru Lawrence Gonzi 2011 Pullicino Orlando Nhar is 6 ta Lulju 2010 id Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando ressaq Private Member s Bill fil Parlament biex jiġi introdott id divorzju Dan seħħ wara li qabel l elezzjoni tal 2008 kien hemm diversi drabi fejn l imsemmi deputat wiegħed bil fomm u kiteb fuq il gazzetti li kien kontra l istess divorzju Traditur tal kostitwenti tieghu Fl istess jum l Ar ċisqof Pawlu Cre mona stqarr li l Private Member s Bill li pprezenta dakinhar id Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando fil Parlament kienet bħal sajjetta fil bnazzi peress li l kwistjoni tad dħul tad divorzju ma saritx referenza għaliha fil manifest elettorali taz zewġ partiti l kbar matul il kampanja elettorali tal aħħar Elezzjoni Ġenerali F Nota Pastorali fis 17 ta Ottubru 2010 li nqrat fil parroċċi kollha l Arċisqof Cremona u l Isqof ta Għawdex Mario Grech qalu li hija l attitudni tagħna li trid tinbidel u mhux iz zwieġ Kieku Ġesu kien fostna llum u konna ngħidulu li fid dinja kollha daħħlu d divorzju zgur li ma kinitx tinbidel it tweġiba tiegħu Kien jgħid li dak minħabba l ebusija ta qalbna Qalu li l ebda nisrani ma jista jippretendi li Ġesu kien iwieġeb li biex insaħħu z zwieġ għandu jidħol id divorzju Wara d divorzju ma tistax titkellem iktar fuq zwieġ dejjiemi stabbli bħalma kien il pjan ta Alla fil bidu F Novembru 2010 twaqqaf il Moviment Iva għad Divorzju b Deborah Schembri ċerpersin tal movimenti u b membri prominenti bħall Membri Parlamentari Evarist Bartolo u Jeffrey Pulli cino Orlando iċ Ċerpersin tal Alternattiva Michael Briguglio u Yvonne Ebejer Arqueros mill istess par tit l eks Ministru Nazzjonalista Dr Michael Falzon u Marlene Mizzi F Jannar 2011 twaqqaf il Moviment Zwieġ bla Divorzju b esponenti bħal Dr Andre Camilleri u Dr Anna Vella Fi Frar 2011 il Partit Nazzjonalista ħa pozizzjoni kontra d dħul tad divorzju izda l Prim Ministru Lawrence Gonzi ta vot ħieles lill Membri Parlamentari Nazzjonalisti Gonzi kien tal fehma li minħabba li m hemmx mandat elettorali biex jidħol id divorzju din id deċizjoni għandha tittieħed mill poplu Ir Referendum Nhar is 16 ta Marzu 2011 tressqet mozzjoni tal Oppozizzjoni quddiem il Parlament dwar kif għandha tkun il mistoqsija tar referendum li se jsir fit 28 ta Mejju 2011 jiġifieri Taqbel mal introduzzjoni tal għazla tad divorzju f kaz ta koppja miz zewġa li tkun ilha sseparata jew tkun ilha ma tgħix flimkien għal mill inqas erba snin u meta ma jkun hemm l ebda tama raġjonevoli ta rikonċiljazzjoni bejn il mizzewġin fil waqt li jkun garantit manteniment adegwat u jkunu mħarsa t tfal Din għaddiet għax ivvutat għaliha l Oppozizzjoni kollha u zewġ Membri Parlamentari Nazzjonalisti Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett Għar Referendum tat 28 ta Mejju ħarġu jivvutaw 232 691 persuna jew 73 ta dawk li kellhom dritt jivvutaw Nhar id 29 ta Mejju 2011 l għada tar Referendum tħabbar li dan għadda b maġġoranza ta 53 2 b distakk ta 14 576 vot Fi tliet distretti biss minn 13 kien hemm iktar minn ivvota kontra l introduzzjoni tad divorzju it 8 Distrett Birkirkara eċċ 52 kontra il 11 il Distrett Mosta eċċ 54 kontra u t 13 il Distrett Għaw dex fejn kwazi 70 tal elettorat espri ma l pozizzjoni tiegħu kontra F xandira rrekordjata il Prim Mi nistru Lawrence Gonzi qal li għalkemm ir rizultat ma kienx dak li xtaq hu ir rieda tal maġġoranza tal poplu se tkun irrispettata u l Parlament se jkun qiegħed iħejji biex jilleġizla l introduzzjoni tad divorzju Il Kap tal Oppozizzjoni Dr Joseph Muscat sejjaħ konferenza tal aħbarijiet li fiha ddikjara li b dan ir rizultat bdiet titwieled Malta differenti Malta ġdida Huwa wera ruħu sodisfatt li fil ġimgħat li għaddew tkellem fil beraħ dwar il pozizzjoni tiegħu minflok għazel li jistaħba Joseph Muscat qal li huwa kburi li għamel dak kollu li huwa sewwa minflok għazel li jagħmel dak li kien ikun l inqas politikament riskjuz u l aktar politikament konvenjenti Fil Parlament Nhar it 13 ta Lulju 2011 għadda mill Parlament it tieni qari tal abbozz ta liġi dwar id dħul tad divorzju f Malta b 44 vot favur 13 il vot kontra u 12 il astensjoni Il Priministru Gonzi u l Ministri kollha barra wieħed Joseph Cassar ivvutaw kontra jew astjenew Il Membri Parlamentari tal Oppozizzjoni vvutaw kollha favur ħlief Adrian Vassallo li vvota kontra u Marie Louise Coleiro Preca li astjeniet Tnax il Membru Parlamentari Nazzjonalista vvutaw favur Nhar il 25 ta Lulju 2011 b maġġoranza ta 52 vot favur 11 il vot kontra Frederick Azzopardi Jason Azzopardi Tonio Borg Giovanna De bono Louis Deguara Beppe Fenech Adami Austin Gatt Lawrence Gonzi Carmelo Mifsud Bonnici Edwin Vassallo u Philip Mifsud u 5 astensjonijiet il Parlament approva mill istadju finali tat Tielet Qari l abbozz ta liġi dwar id divorzju Il liġi daħlet fis seħħ fl 1 t Ottubru 2011 Nhar il 15 ta Lulju 2011 il Viċi Sindku ta Tas Sliema Cyrus Engerer irrizenja minn kull kariga fi ħdan il Partit Nazzjonalista u ingħaqad mal Partit Laburista Dan għamlu għax iddizappunta ruħu għall mod kif il Prim Ministru vvota fil parlament dwar it tieni qari tal abbozz tal liġi dwar id divorzju u l prinċipji u l valuri liberali u demokratiċi tiegħi huma f kunflitt mal prattiċi li qed jippersistu fil Partit Nazzjonalista Il LiġiFil liġi Maltija d divorzju hu rregolat bl artikoli 66A sa 66N tal Kodiċi Ċivili ta Malta Kull wieħed u waħda mill mizzewġin għandu l jedd illi jitlob id divorzju jew il ħall taz zwieġ skont kif jingħad fil Kodiċi Ċivili Mhux meħtieg illi qabel ma jiġi mitlub id divorzju il mizzewġin ikunu infirdu minn xulxin b kuntratt jew b sentenza Id divorzju jew ħall taz zwieġ jingħata bis saħħa ta sentenza tal qorti ċivili kompetenti fuq talba ta parti jew l oħra mill mizzewġin jew b digriet tal istess qorti fejn il mizzewġin ikunu qablu illi z zwieġ tagħhom għandu jiġi maħlul It talbiet kollha għad divorzju jinġiebu quddiem is sezzjoni xierqa tal qorti ċivili skont regolamenti magħmulin mill Ministru responsabbli għall ġustizzja Id digrieti u s sentenzi tad divorzju jingħataw fil qorti fil miftuħ Il qorti fid digriet jew sentenza ta divorzju tindika b mod ċar in numru progressiv tar reġistrazzjoni tal Att taz Zwieġ u n numru ta identifikazzjoni tal partijiet u tordna lir Reġistratur tal Qrati sabiex fiz zmien imħolli għal daqshekk mill istess qorti javza lid Direttur tar Reġistru Pubbliku bid divorzju tal partijiet biex dan jiġi reġistrat fir Reġistru Pubbliku Kondizzjonijiet meħtieġa għad divorzjuId divorzju ma jistax jingħata ħlief b talba ta zewġ persuni mizzewġa flimkien jew ta waħda minnhom kontra l oħra u sakemm il qorti tkun sodisfatta li a fil kaz li t talba tkun qed issir miz zewġ konjuġi flimkien fid data li jibdew il proċeduri ta divorzju il konjuġi jkunu għexu mhux flimkien għal perjodu ta jew perjodi li jammontaw għal mill anqas sitt xhur mis sena preċedenti Izda fejn it talba tkun qed issir minn konjuġi minnhom kontra l ieħor fid data li jibdew il proċeduri ta divorzju il konjuġi jkunu għexu mhux flimkien għal perjodu ta jew perjodi li jammontaw għal mill anqas sena mis sentejn preċedenti jew b fid data li jibdew il proċeduri ta divorzju il konjuġi jkunu separati b kuntratt jew b sentenza tal qorti u ċ ma hemm l ebda prospett raġonevoli għal rikonċiljazzjoni bejn il mizzewġin u d il mizzewġin u kull wild tagħhom qed jirċievu manteniment adegwat fejn hu dovut skont iċ ċirkostanzi partikolari tagħhom Izda l mizzewġin jistgħu f kull zmien jirrinunzjaw għad dritt tagħhom ta manteniment izda wkoll il manteniment ordnat mill qorti b sentenza ta separazzjoni jew miftiehem bejn il mizzewġin f kuntratt ta separazzjoni għandu jiġi meqjus bħala manteniment adegwat Izda wkoll id divorzju ppronunzjat bejn persuni mizzewġin li kienu separati b kuntratt jew b sentenza ma jġib ebda bidla f dak ordnat jew miftiehem bejniethom ħlief għall effetti tad divorzju li joħorġu mil liġi Pronunzjament ta divorzjuWara li l qorti tkun qieset illi ċerti rekwiziti ġew sodisfatti il qorti tisma u tiddeċiedi dawk it talbiet imressqa mill partijiet u tgħaddi biex tippronunzja d divorzju bejn il partijiet F kaz ta talba għad divorzju magħmula minn waħda mill persuni mizzewġin ma jkunx meħtieġ illi fit talba għad divorzju il persuna mizzewġa li tkun qiegħda tagħmel din it talba tattribwixxi lill parti l oħra xi ħtija li wasslet biex issir dik it talba Fejn il mizzewġin ikunu diġa sseparati b kuntratt jew b sentenza tal qorti il persuna mizzewġa li tkun qed tagħmel it talba għad divorzju tista tressaq biss talba għall ħall taz zwieġ Il parti l oħra tista tikkontesta din it talba jew billi tipprova illi l persuna mizzewġa illi talbet id divorzju ma tkunx ħallset il manteniment dovut kif ordnat mill qorti jew miftiehem fil kuntratt ta separazzjoni u li kemm il darba t talba għad divorzju tintlaqa tkun aktar diffiċli għall istess parti l oħra illi tikseb il ħlas tal manteniment Il qorti m għandhiex tilqa t talba għad divorzju kemm il darba xi waħda minn dawn l eċċezzjonijiet jiġu murija li huma tajba Fejn il mizzewġin ma jkunux isseparati b kuntratt jew b sentenza tal qorti il persuna mizzewġa li tkun qed tagħmel it talba għad divorzju flimkien mal istess talba tista tressaq it talbiet kollha illi huma maħsuba illi jistgħu jsiru f kawza ta separazzjoni Il parti l oħra tista tressaq b zieda għall eċċezzjonijiet imsemmija l eċċezzjonijiet kollha illi dik il parti setgħet tressaq f kawza ta separazzjoni Fejn il mizzewġin ma jkunux isseparati b kuntratt jew b sentenza tal qorti il qorti jkollha setgħat apposta dwar ordnijiet illi tista tagħti pendente lite Fejn il komunjoni tal akkwisti jew il komunjoni ta residwu taħt amministrazzjoni separata tkun waqfet il partijiet ikollhom dritt li f kull kaz bi qbil bejniethom jgħaddu għad divorzju mingħajr ma jillikwidaw l assi komuni ta bejniethom Konsegwenzi tal ħtija ta partiFejn il qorti fuq talba ta waħda mill partijiet issib illi l parti l oħra kienet ħatja li ġabet it tifrik taz zwieġ għar raġunijiet maħsuba wkoll fl eventwalita ta separazzjoni il qorti tista tapplika mutatis mutandis kontra dik il parti dak maħsub fil kaz ta separazzjoni Bdil minn proċeduri ta separazzjoni għal proċeduri ta divorzjuKull parti f kawza ta separazzjoni tista f kull waqt matul dik il kawza izda qabel ma l kawza tiġi mħollija għas sentenza titlob b rikors illi t talba għas separazzjoni magħmula f dik il kawza titqies minflok bħala talba għall pronunzjament ta divorzju Meta ssir din it talba il qorti tisma lill partijiet biex tikkonstata illi l kundizzjonijiet biex issir talba għad divorzju huma sodisfatti Il qorti tagħti d deċizjoni tagħha dwar din it talba f sentenza mogħtija fil qorti bil miftuħ u minn dik is sentenza ma jkun hemm ebda appell ħlief flimkien mas sentenza finali Kull dikjarazzjoni ta xhieda u dokumenti prezentati ma kawza ta separazzjoni japplikaw għal meta din tiġi mibdula fi proċeduri ta divorzju Dan mingħajr ħsara għall possibilita ta kull parti li tressaq dokumenti u xhieda oħrajn fil proċeduri ta divorzju marbutin mat talba għad divorzju Fejn l ebda parti ma tagħzel li tipproċedi skont kif ingħad u fejn tkun diġa saret talba għas separazzjoni u mill inqas waħda mill partijiet wara li tkun saret dik it talba tagħmel talba għad divorzju it talbiet għas separazzjoni u għad divorzju f kull kaz jinstemgħu u jiġu deċizi flimkien mill istess qorti b dana illi l konnessjoni tal kawzi tiġi applikata mill qorti mingħajr ħtieġa li ssir ebda talba mill partijiet Kull parti meta tagħmel talba għad divorzju tiddikjara bil ġurament tagħha jekk dik il parti jew il parti l oħra jkunux diġa għamlu talba għas separazzjoni Dmirijiet tal avukat tar rikorrentL avukat li jkun qed jippatroċinja lir rikorrent qabel ma jibda l proċeduri ta divorzju fejn il mizzewġin ma jkunux separati b kuntratt jew b sentenza tal qorti jiddiskuti mar rikorrent il possibilita ta rikonċiljazzjoni u jagħti lilu l ismijiet u l indirizzi tal persuni kwalifikati biex joffru l għajnuna fil proċess ta rikonċiljazzjoni bejn il mizzewġin u jassigura li r rikorrent jaf bil fakulta ta separazzjoni personali bħala alternattiva għad divorzju Ir rikors li permezz tiegħu jinbdew il proċeduri ta divorzju a fejn il mizzewġin ma jkunux separati b kuntratt jew b sentenza tal qorti ikun akkumpanjat b nota li fiha l avukat jikkonferma li huwa osserva l ħtiġiet tal liġi jew b fejn il mizzewġin ikunu separati b sentenza tal qorti ikun akkumpanjat minn kopja legali tal istess sentenza ta separazzjoni jew fejn il mizzewġin ikunu separate b kuntratt ikun akkumpanjat minn kopja legali tal kuntratt ta separazzjoni konsenswali Izda meta l avukat li jkun qed jassisti lill klijent fil kaz ta divorzju ma jkunx ipprezenta n nota imsemmija il kopja tas sentenza ta separazzjoni jew tal kuntratt ta separazzjoni konsenswali kif ikun il kaz l avukat jipprezenta dawn id dokumenti fil qorti sa jew fl ewwel smigħ tal kawza Dmirijiet tal avukat tal intimatL avukat li jkun qed jippatroċinja lill intimat kemm jista jkun malajr wara li jirċievi istruzzjonijiet mill intimat dwar il kaz fejn l intimat u l parti l oħra ma jkunux separati b kuntratt jew b sentenza tal qorti jiddiskuti mal intimat il possibilita ta rikonċiljazzjoni u jagħtih l ismijiet u l indirizzi tal persuni kwalifikati biex joffru l għajnuna fil proċess ta rikonċiljazzjoni bejn il mizzewġin Fejn il mizzewġin ma jkunux separati b kuntratt jew b sentenza tal qorti ir risposta tal intimat għar rikors għad divorzju għandha tkun akkumpanjata b nota li fiha l avukat jikkonferma li osserva l ħtiġiet imsemmijin izda meta l avukat li jkun qed jassisti lill klijent fil kaz ta divorzju ma jkunx ipprezenta n nota imsemmija l avukat jipprezenta dik in nota fil qorti sa jew fl ewwel smigħ tal kawza Setgħat tal qortiFejn issir talba għad divorzju lill qorti ċivili kompetenti minn wieħed jew l oħra mill mizzewġin jew miz zewġ mizzewġin li jkunu qablu li z zwieġ tagħhom għandu jiġi maħlul u fejn l mizzewġin ma jkunux separati b kuntratt jew b sentenza tal qorti qabel ma l qorti tagħti l awtorizzazzjoni biex il mizzewġin jipproċedu għad divorzju il qorti għandha ssejjaħ lill partijiet sabiex jidhru quddiem medjatur li jkun jew maħtur minnha jew bil kunsens taz zewġ partijiet u dan bil għan li jsir tentattiv ta rikonċiljazzjoni bejn il mizzewġin u fejn dik ir rikonċiljazzjoni ma sseħħx u fejn dawn ma jkunux diġa qablu bejniethom dwar il pattijiet tad divorzju bil għan li jgħin lill partijiet biex jaslu għad divorzju fuq bazi ta qbil Dan il qbil ikun dwar xi wħud jew il pattijiet kollha minn dawn li ġejjin a il kura u l kustodja tal ulied b l aċċess taz zewġ partijiet għall ulied ċ il manteniment tal mizzewġin jew ta parti waħda minnhom u ta kull wild d ir residenza fid dar konjugali e id divizjoni tal komunjoni tal akkwisti jew tal komunjoni ta residwu taħt amministrazzjoni separata F kull proċedura ta divorzju quddiem il qorti ċivili kompetenti magħmula fuq talba ta wieħed jew l oħra mill mizzewġin jew miz zewġ mizzewġin li jkunu qablu illi z zwieġ tagħhom jinħall ukoll fejn il mizzewġin ikunu separati b kuntratt jew b sentenza tal qorti il qorti tista meta tħoss li hemm bzonn jew minn jeddha jew fuq talba tal medjatur jew ta xi wieħed mill mizzewġin a taħtar avukat tat tfal biex jirrapprezenta l interessi tal ulied minuri jew min minnhom tal partijiet u b tisma lill ulied minuri jew min minnhom tal partijiet fejn tqis li jkun fl aħjar interess tagħhom li tagħmel dan Izda f kull proċedura ta divorzju quddiem il qorti ċivili kompetenti il qorti tista tordna lill partijiet sabiex jipprezentaw l informazzjoni dwar ħlas ta manteniment għall ulied Il qorti tista fis sentenza illi biha tilqa t talba għad divorzju u fuq talba tal parti illi matul is smigħ tal kawza ta divorzju jkun dovut għaliha jew għall ulied manteniment mingħand il parti l oħra tordna illi l ħlas tal manteniment mill parti l oħrajiġi zgurat b garanzija xierqa u raġonevoli skont iċ ċirkostanzi tal partijiet Dik il garanzija ma tkunx f ammont li jeċċedi l ammont ta manteniment għal ħames snin Il qorti tagħti din l ordni biss fejn mill provi fil kawza jirrizulta illi waqt is smigħ jew qabel ma bdiet il kawza il parti li kontra tagħha tkun qed tintalab il garanzija kienet inadempjenti fl obbligu tagħha tal ħlas tal manteniment jew meta jkun hemm ċirkostanzi oġġettivi serji li juru l ħtieġa ta din il garanzija Talba kif kontemplata f danis subartikolu tista wkoll issir f kull zmien wara s sentenza msemmija meta jkun dovut il manteniment Provi inammissibbliEbda komunikazzjoni verbali jew bil miktub li tkun saret bejn il mizzewġin jew minn terza persuna fil proċess ta tentattiv ta rikonċiljazzjoni jew biex jintlaħaq ftehim bejn il mizzewġin dwar xi wħud minn jew dwar il pattijiet kollha jew xi riferenza għaliha ma tkun ammissibbli bħala prova waqt il proċeduri ta divorzju Effetti tal ħall taz zwieġMeta l qorti ċivili kompetenti tippronunzja d divorzju bejn il mizzewġin huma jkollhom id dritt li jerġgħu jizzewġu Il pronunzjament tad divorzju m għandu l ebda effett fuq id drittijiet u l obbligi tal partijiet bħala ġenituri fuq uliedhom jew fuq kull ftehim li jkun intlaħaq bejn dawk il partijiet dwar il kustodja ta uliedhom Il pronunzjament tad divorzju m għandu l ebda effett fuq id drittijiet ta terzi fir rigward ta kull ftehim jew obbligu li diġa wettqu jew li għad iridu jwettqu l partijiet iddivorzjati Il pronunzjament tad divorzju għandu dawn l effetti a jispiċċa għall effetti kollha ċivili l obbligu tal partijiet li jgħixu flimkien b jispiċċaw id drittijiet tal mizzewġin għas suċċessjoni ta xulxin b effett minn dakinhar meta d digriet jew sentenza ta divorzju jkunu saru res judicata L effett ta zwieġ mill ġdidMeta l parti li tkun qed tirċievi l manteniment sew jekk bis saħħa ta ordni tal qorti kif ukoll jekk bis saħħa ta kuntratt ta separazzjoni tizzewweġ mill ġdid jew tidħol f relazzjoni personali li ġġib magħha obbligu ta manteniment favur tagħha mingħand terza persuna tali parti tiddekadi mid dritt li tirċievi l manteniment li jkun jitħallas għaliha mingħand il parti l oħra fid divorzju b effett mill ġurnata taz zwieġ mill ġdid jew mill bidu ta relazzjoni oħra Dan japplika anke fil kaz li jkun ġie miftiehem bejn il partijiet f kuntratt ta separazzjoni li l ftehim dwar manteniment favur il partijiet jew min minnhom għandu jibqa validu u ma jistax jinbidel fil kaz ta zwieġ mill ġdid jew ta relazzjoni oħra kif fuq imsemmi ta dik il parti li tkun qed tirċievi l manteniment Izda l ordni għall manteniment li tkun ġiet ordnata jew awtorizzata mill qorti li titħallas permezz ta somma globali favor il parti li terġa tizzewweġ jew li tkun bdiet relazzjoni oħra tibqa fis seħħ minkejja illi l parti li favur tagħha tkun saret tizzewweġ mill ġdid jew tidħol f relazzjoni oħra kif imsemmi