Lucrezia Borgia Ferrara kienet it tifla illeġittima tal Rodrigo Borgia u l maħbuba tiegħu Ritratt ta Lucrezia Borgia xog
Lucrezia Borgia

Lucrezia Borgia (, – Ferrara, ) kienet it-tifla illeġittima tal- (Rodrigo Borgia) u l-maħbuba tiegħu .
Kienet mara ta' sbuħija affaxxinanti li spiss sabet ruħha mdaħħla fl-intrigi tal-qrati Taljani ta' żmienha. Ħajjitha kienet marbuta mal-fortuna tal-familja qawwija tagħha. Kienet kastellana Rinaxximentali perfetta li tattira l-ammirazzjoni u tbeżża' fl-istess ħin u kisbet il-fama ta' politikanta ta' ħila u diplomatika għaqlija.
Il-familja ta' Lucrezia, matul l-istorja, spiċċat biex saret l-inkarnazzjoni tal-politika bla ħniena u tal-korruzzjoni sesswali attribwita lill-papati Rinaxximentali. Missierha, u irranġawlha bosta żwiġijiet ma' rġiel importanti u qawwija, bl-għan li jilħqu l-ambizzjonijiet politiċi tagħhom.
F'dan il-kuntest, l-għedewwa tal-familja Borgia għamlu lil Lucrezia xbieha ta' , parti li tidher fiha f'ħafna xogħlijiet tal-arti, rumanzi u films, li però għadha ma' ġietx dokumentata bis-serjetà. M'għandniex fatti biżżejjed dwar il-vera Lucrezia biex ikunu ċerti jekk l-istejjer li kienet imdaħħla fil-kriminalità ta' missierha u ħuha humiex minnhom.
Fil-Qorti ta' tat-tielet raġel tagħha, Alfonsu I, Lucretia setgħet tinsa l-imgħoddi tagħha u saret popolarissma bis-saħħa tas-sbuħija u l-intelliġenza tagħha. Tilfet l-interess kollu fil-politika u ntefgħet minflok fuq il-ħolqien ta' ħajja immaġinattiva u intellettwali fil-qorti, iċċelebrata minn poeti bħal , , u , u ġabret madwarha n-nies l-aktar famużi tar-Rinaxximent.
Mill-1512, minħabba l-iżventuri li laqtu lilha u d-dar ta' Ferrara, Lucrezia għaddiet perjodi twal fil-kunvent. Mietet fl-1519 ta' disa' u tletin sena hija u twelled.
Bijografija
Żgħożija fil-qorti papali
Lucrezia Borgia twieldet Subiaco, issa , fit-18 ta' April, 1480. Missierha kien il-kardinal Spanjol Rodrigo Borgia, Arċisqof ta' Valenzja, li fl-1492 ġie elett Papa tal-Knisja Kattolika bl-isem ta' . Ommha , kontessa ta' , il-maħbuba ta' Rodrigo għal ħmistax-il sena, kienet ta' nissel Mantovan.
It-tliet ħutha kienu subien, , u . Lucrezia trabbiet fil-qorti pontifiċju f'perjodu li fih il-figura tal-Papa kienet tixbaħ ħafna iżjed lil dik ta' kap temporali milli ta' mexxej spiritwali. L-edukazzjoni ta' Lucretia kienet fdata f'idejn kuġinitha Adriana Mila Orsini u mart iben din . Iż-żewġ nisa kienu joqogħdu ma' Lucretia fil-bini li jmiss mal-Vatikan, f'kuntatt mill-qrib mal-. Fl-età ta ħdax-il sena, kienet diġà ġiet mwiegħda darbtejn għaż-żwieġ: fis-26 ta' Frar, 1491, in-nutar tal-familja Borgia, Camillo Beneimbene, fassal l-ewwel kuntratt taż-żwieġ ma' Don Cherubino Juan de Centelles sinjur ta' Val d'Ayora fir-renu ta' Valenzja. Il-kuntratt stipula dota ta' 30,000 "timbres" (valuri) maqsumin parti fi flus u parti f'ornamenti u ġojjelli mogħtija lill-għarusa mill-familja Borgia. Xahrejn wara però missierha ftiehem patti taż-żwieġ ġodda ma' Gaspare d'Aversa, konti ta' Procida ta' familja Valenzjana, imma mbagħad xolja ż-żewġ għerusijiet.
Iż-żwieġ ma' Giovanni Sforza
Wara li Rodrigo laħaq , żewweġ lil Lucrezia ma' , biex jistabilixxi alleanza mal-familja qawwija ta' Sforza li magħha waqqaf lega difensiva għad-difiża tal-istat tal-Knisja kontra l-invażjoni Franċiża imminenti taħt .
Fit-2 ta' Frar, 1493, Nicolò da Saiano żewweġ bi prokura lil Lucrezia Borgia, li kellha biss tlettax-il sena, ma' u fit-12 ta' Ġunju 12 ta' dik is-sena kien hemm ċ-ċelebrazzjoni reliġjuża tat-tieġ fil-preżenza tan-nutar imsemmi hawn fuq, Beneimbene, l-isqof ta' Concordia u l-konti ta' Pittigliano.
Il-tieġ, però ma ġiex konsumat (x'aktarx minħabba n-nuqqas ta' maturità fiżika ta' Lucrezia li kienet għadha tifla) sa nofs Novembru ta' dik is-sena. F'dan il-perjodu il-miżżewġin għexu mifrudin, wieħed bejn Pesaro u Milan, l-oħra fil-palazz ta' Santa Maria in Portico fil-Vatikan, dejjem taħt il-ġwienaħ protettivi ta' missierha.
Wara ftit, il- ma kellhiex bżonn iżjed tal-familja Sforza, u l-preżenza ta' Giovanni fil-qorti papali saret żejda, l-aktar billi kellu l-ħsieb li jiħodha 'l bogħod lil maħbuba Lucrezia. Il-Papa kellu bżonn alleanzi politiċi ġodda aktar vantaġġużi, tant li forsi bil-moħbi orndna l-qtil ta' Giovanni. Ħu Lucrezia, għarrafha b'dan u hi qalet lil żewġha, li telaq jiġri lejn Ruma. Jew forsi l-Papa qatt ma ta din ordni, u kien pjan maħsub minn Cesare u Lucrezia biex jeħilsu mir-raġel li kien xebbagħhom. Ġara x’ġara, il-Papa Alessandru u Cesare kienu kuntenti bl-opportunità ji jirranġaw żwieġ ieħor vantaġġuż għal Lucrezia. Iżda qabel ma seta' jiġri dan kien hemm bżonn li jeħilsuha minn Giovanni Sforza.
L-annullament taż-żwieġ
Alessandru talab liz-ziju ta' Giovanni, il-, biex jipperswadi lil Giovanni li jċedi d-divorzju. Madankollu, id-divorzju kien għajb intollerabbli u Giovanni rrifjuta. Il-Papa, li ried bilfors is-separazzjoni, akkuża lil Giovanni bl-, billi ż-żwieġ ma kienx meqjus validu jekk ma kienx jista' jiġi kkonsmat u hekk iwassal għall-ulied. Għalhekk beda proċess għall-annullament.
Giovanni imbagħad akkuża lil Borgia b'inċest ma' bintu, iżda mhux pubblikament imma permezz ta' kuġinuh , li kien mar jitlob parir minn għandu. Ludovico waqqa' l-insinwazzjoni biex jevita l-inkwiet u pproponha lil kuġinuh li juri li kellu ħila jikkonsma ż-żwieġ billi jagħti prova quddiem ix-xhieda (b'tgħammir sesswali ma' martu jew nisa oħra quddiem xhieda aċċettati miż-żewġ partijiet) imma Giovanni kien kontra dan għal kollox. Fi ftit xhur, kemm Ludovico il Moro kif ukoll il-Kardinal Ascanio Sforza ma baqgħux jappoġġjaw lid-Duka ta' Pesaro, il-Papa beda jirrabja fuq id-dewmien fl-iffirmar tad-divorzju u dawn fl-aħħar mill-aħħar ma kinux beħsiebhom jagħmlu għadu minnu.
Il-Papa ddikjara ż-żwieġ null billi skontu dan ma kienx ikkonsmat, u offra lil Giovanni d-dota kollha ta' Lucrezia jekk jagħti l-kunsens tiegħu (flimkien ma' dikjarazzjoni ta' impotenza). Il-familja Sforza reġgħet ma kinitx se tagħti l-protezzjoni tagħha lil Giovanni kieku kellu jirrifjuta l-offerta tal-Papa. Giovanni Sforza ma setax jagħmel ieħor u ffirma quddiem ix-xhieda kemm l-istqarrija tal-impotenza kif ukoll id-dokument ta' nullità.
Minkejja li l-insinwazzjoni dwar ir-relazzjonijiet inċestwużi fil-familja Borgia malajr waqgħet, dawk li riedu jmaqdru lill-Papa għamlu minn kollox biex jagħtuha importanza fiċ-ċrieki l-aktar prestiġjużi.
L-affari ta' Perotto
Matul il-proċess delikat tal-annullament, Lucrezia kellha relazzjoni sesswali ma' xi ħadd, jista' jkun il-messaġġier ta' Alessandru, Perrot Calderon, li aktar tard ġie assassinat, skont kif jaħsbu, minn idejn Cesare Borgia stess. Ir-riżultat kien li meta ż-żwieġ ġie annullat għaliex ma ġiex ikkonsmat, Lucrezia kienet tqila, u dan hu wieħed mill-fatti li dawk li jridu jmaqdruha jsemmu biex isaħħu l-fama ħażina tagħha. Il-tarbija twieldet bil-moħbi u mbagħad Lucretia żżewġet lill-ġuvni ta' sbatax-il sena, , Duka ta' Bisceglie, it-tifel illeġittmu tar-re Alfonsu II ta' Napli. Dan it-tieġ seħħ fil-21 ta' Lulju 1498, quddiem il-Kardinal Ascanio Sforza fil-palazz ta' , wara negozjati komplessi dwar id-dota ta' Lucretia. Fil-5 ta' Awissu, ġiet iċċelebrata ċerimonja oħra.
Alfonsu ta' Aragona
Mill-1499 sal-1502 Lucrezia kienet, b'ħatra papali, il-gvernatriċi ta' , , Assisi , , , , , , , , u tal-abbazija ta' . Kienet toqgħod Spoleto.
Matul it-tieni żwieġ tagħha, Lucrezia kienet mitlufa għal kollox fid-dinja ta' missierha, milli jidher mingħajr ma kienet taf kemm kien qarrieq, u konvinta li l-Papa kien jagħmel kollox immexxi biss mill-imħabba immensa li kellu għat-tifla fessuda tiegħu. Allura laqitgħu lil , li milli jidher kien l-ewwel imħabba ta' ħajjitha. Iż-żgħażagħ simili ħafna, it-tnejn sagrifikati għal raġunijiet tal-istat, malajr sabu ruħhom jaqblu u jħobbu lil xulxin. Kellhom tarbija, Rodrigo Aragona.
Madankollu, il-Papa kellu għanijiet espansjonisti kbar u, minħabba l-inkwiet fuq l-alleanza li kellu ma' Franza, kontra Spanja u Napli, wasal għall-konklużjoni li ż-żwieġ kien piż biss għalih. Alfonsu sar jaf u minkejja li kien iħobbha lil Lucrezia, ħarab biex isalva ħajtu. Il-Papa wieġeb għat-talbiet tal-għażiża bintu biex iġibilha lil żewġha lura, bagħatlu garanzija li jkun salv u ġabu lura. Imbagħad stenna mument propizju.
Hekk mela fil-lejla tal-15 tal-Lulju 1500 iż-żagħżugħ waqt li kien qiegħed jagħmel l-erba' passi ta' filgħaxija, ġie attakkat minn xi nies li mid-dehra kienu pellegrini. Ġew jgħinuh Sancha, il-mara tal-iżgħar mill-aħwa Borgia (Goffredo), u Lucrezia, li kkurawh għal xahar. Kienu jibdlu l-għassa fil-kamra tal-marid biex ma jħalluhx mument waħdu. Hekk kienu żguri lil-periklu kien ġej minn ġewwa l-palazz li kienu jħejjulu l-ikel huma stess. Iżda fit-18 ta' Awissu, Lucrezia u Sancha ġew imwarrbin mill-kamra tal-marid bil-qerq, u l-prinċep, issa mhux iżjed fil-periklu u qiegħed jirkupra, ġie fgat misterjożament. Fl-assassinju kulħadd għaraf id Michelotto, bniedem li Cesare Borgia kien jafda u kien il-bojja personali tiegħu.
Lucrezia għaddiet iż-żmien tal-vistu f'Nepi, 'il bogħod mill-familja. Meta marret lura Ruma reġgħet għamlet ħbieb ma' missierha, tant li fl-assenza tiegħu kien iħalliha tmexxi hi.
Dukessa ta' Ferrara
F'dan il-waqt, missier Lucrezia seta' jirranġa żwieġ ieħor li kien għalih iktar ta' siwi. Bl-għan li jsaħħaħ il-ħakma ta' Cesare fir-Romagna, ta lil Lucrezia fiż-żwieġ lil , weriet leġittmu tad-Dukat ta' Ferrara.
Fit-30 ta' Diċembru 1501 iżżewġu bi prokura, u xahar wara Lucrezia ġiet milqugħa fil-qorti l-ġdid tagħha. Ir-raġel il-ġdid mhux biss ma riedx jiżżewiġha, iżda kien jibża' minnha minħabba l-fama terribbli tal-familja Borgia. Iżżewwiġha għax beża' mill-qawwa tal-Papa u ta' Cesare, u għax kien imġiegħel minn missieru, id-Duka , billi dan miż-żwieġ kien ħa jiksiblu privileġġi ġodda għall-qorti tiegħu. Madankollu, meta ra lil Lucrezia baqa' imsaħħar bis-sbuħija tagħha.
Minn Alfonsu, Lucrezia kellha sitt ulied, Alessandro d'Este (1505), Ercole II d'Este (1508-1559), Duka ta' Ferrara, Ippolito II d'Este (1509 -1572) kardinal, Eleonora d'Este (1515-1575), Francesco d'Este (1516-1578) u Isabella Maria d'Este (1519-1521). Lucrezia kienet tgħaddi ħafna ħin ma' wlieda. Kienet tlibbishom b'mod sempliċi kif jixraq il-qagħda tagħhom għax, kif qalet hi, riedet "tarahom jinfaqgħu bid-daħk, jieħdu gost b'ruħhom u ġisimhom mingħajr l-ebda xorta ta' xkiel, jintilfu fuq il-logħob kollu adattat għall-età tagħhom."
Fil-Qorti ta' Este Lucrezia irpiljat mill-akkużi li spiss kien ikun hemm kontriha fl-imgħoddi, għamlet ruħha apprezzata permezz tal-patrunaġġ tal-arti u għexet ħajja x’aktarx modesta, allavolja fl-ewwel snin kellha mill-inqas żewġ maħbubin: il-futur kardinal u , ħu r-raġel. Bembo iddedikalha , fejn faħħar is-sbuħija u l-virtù tagħha tagħha, filwaqt li Ariosto faħħar il-virtù fi stanza ta' u fis-.
Fl-aħħar snin ta' ħajjitha kellha kriżi reliġjuża profonda u saret terzjarja Franġiskana, titqarben kull filgħodu u tgħaddi sigħat twal fit-talb matul il-jum.
Jekk għal ċertu żmien għexet ta' midinba, żgur li mietet ta' qaddisa | ||
—Indro Montanelli |
Għajdut u leġġendi
Fejn hemm Lucrezia, il-mewt. | ||
—Minn ta' Gaetano Donizetti |
Baqgħu ħajjin matul is-snin bosta għajdut u leġġendi, li jispekulaw l-iżjed fuq in-natura stravaganti tal-festi organizzati mill-familja Borgia.
Jingħad li Lucrezia kellha ċurkett vojt minn ġewwa li kienet spiss tużah biex tavvelena x-xorb. Jew li fil-pranzijiet tagħhom kienet tuża faqqiegħ velenuż għall-fwied li joqtol il-mistednin tagħha wara xi żmien sabiex ma tqajjimx suspett.
Il-ħafna spekulazzjoni dwar ir- ta' Lucretia ma' missierha u ħutha hi magħrufa sewwa.
Velenu
Jingħad li kellha ċurkett (jew vojt minn ġewwa jew b'labra) li kull jum kienet tgħammed fil-velenu li vvintat hi, il-cantarella. Biex tikseb it-taħlita kien meħtieġ li troxx l- fuq l-imsaren ta' ħanżir li jkun għadu kemm inqatel. Meta l-massa mmuffata tinxef, tindaħan fi trab. Tant hu vjolenti l-velenu ta' din it-taħlita li joqtol f'erbgħa u għoxrin siegħa, f'agunija orribbli. B'dan iċ-ċurkett setgħet toqtol b'tmellisa jew billi ddaħlu fix-xarba tal-vittma.
Iżda m'hemm l-ebda traċċa ta' dan kollu fid-dokumenti ta' dak iż-żmien, u l-iżjed fl-ittri tal-ambaxxaturi. Tabilħaqq, Lucrezia kienet dejjem deskritta bħala madonna decorosissima (sinjura ta' dinjità kbira).
Burckardt
L-ikbar maqdâr tal-familja Borgia kien , mastru taċ-ċerimonji fil-qorti papali. Skond dawn Lucrezia u missierha kienu jorganizzaw Sataniċi, fosthom "iż-żifna tal-qastan", xorta ta' maħluqa minn Cesare. Barra minn hekk akkuża lil Lucrezia b'relazzjonijiet inċestwużi mal-Papa u ħuha Cesare. Wasal biex jgħid li l-Infante Rumano, l-ewwel iben ta' Lucrezia, twieled minn , u li ħafna mid-delitti tal-membri tal-familja kienu ġejjin mill-għira li kellhom għaliha. L-għan ta' Burckardt bħal ta' ħafna oħrajn kien li jrażżan il-qawwa tal-familja Borgia. Imma dawn u leġġendi oħra baqgħu ħajjin wara ħafna li l-qawwa rjali li kellha l-familja kienet għebet.
Diversi xhieda stqarru li raw xadini suwed jgħassu l-kamra tal-Papa, oħrajn li kienu raw il-Papa jiffirma patt max-. Dak iż-żmien, il-figura tad-dimonju kienet tieħu l-għamla ta' barri, li qiegħed fl-istemma araldika tal-familja Borgia. X'aktarx dawn il-leġġendi ġew mil-mibegħda profonda li dan il-Papa rnexxielu jiġbed lejh, hekk li l- tnisslet proprjament mill-imġiba immorali tiegħu. Però hu improbabbli ħafna li Lucrezia, kienet kemm kienet kolta, setgħet tieħu xi deċiżjonijiet. Kienet biss mara fl-Ewropa tal-aħħar tas-seklu XV, u valurha kien ibbażat biss fuq l-alleanzi li setgħet tistabbilixxi permezz taż-żwiġijiet tagħha. Madankollu, hi miftakra bħala mara ħażina, kattiva u l-protagonista ta' konfoffi u qtil.
Lucrezia fil-kultura popolari
Teatru
- ta' Gaetano Donizetti (1833).
Rumanzi
- traġedja miktuba minn fl-1833.
- Lucrezia Borgia rumanz ta' , miktuba fl-1939 (premio Viareggio).
- The Family (Il-Familja) rumanz ta' .
- f'kapitolu ta' Il rumore sordo della battaglia ta' Bompiani 2002, jirrakkonta l-perjodu li għaddiet f'Pesaro Lucrezia Borgia u jiddeskrivi l-imġiba żienja tagħha
Ċinema
- Lucrezia Borgia, dirett minn Gerolamo Lo Savio (1912).
- Lucrezia Borgia, taħdem Diana Karenne (1919).
- Lucrezia Borgia, taħdem Liane Haid (1926).
- Lucrèce Borgia, ta 'Abel Gance taħdem Edwige Feuillère (1935).
- Lucrezia Borgia, taħdem Isa Pola (1940).
- La maschera dei Borgia, taħdem Paulette Goddard (1949).
- Lucrezia Borgia, taħdem Martine Carol (1953).
- Lucrezia Borgia, l'amante del diavolo, taħdem Olga Schoberová (1968).
- Il manichino assassino, taħdem Rosa Huerta (1973)
- Lucrezia giovane, taħdem Simonetta Stefanelli (1974).
- Le notti segrete di Lucrezia Borgia, taħdem Sirpa Lane (1982).
- Lucrezia Borgia, taħdem Lucia [Prato (1990).
- Los Borgia, taħdem María Valverde (2006).
Referenzi
- ^ Mill-ktieb La leggenda nera di Lucrezia Borgia, Clio Magazine
- ^ Il-familja Borgia (bil- "Borja", u bil- "Borgia" jew "Borja") għalkemm kellha antenati mill-bogħod (ta' fl-Aragona tal-Punent ċentrali), kienet tqis ruħha li hi mnissla mir-, li dak iż-żmien kien integrat mal-. Il-Papiet u , rispettivament missier u ziju ta' Lucretia, fil-fatt it-tnejn twieldu , il-fewdu l-aktar importanti tal-familja, li jinsab fiż-żona tar-Renju ta' Valenzja fejn jitkellmu bil-Katalan.
- ^ F. Mancini, Lucrezia Borgia governatrice di Spoleto" fl- Archivio storico italiano, 414, 1957, p. 182-187
- ^ Chastenet, Lucrezia Borgia. La perfida innocente, p. 315
- ^ Montanelli-Gervase, Storia d'Italia.Vol. 2 (1250-1600 ) ippubblikat minn Il Corriere della Sera, p. 346
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Lucrezia Borgia |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Lucrezia Borgia, X'inhi Lucrezia Borgia? Xi tfisser Lucrezia Borgia?
Lucrezia Borgia Ferrara kienet it tifla illeġittima tal Rodrigo Borgia u l maħbuba tiegħu Ritratt ta Lucrezia Borgia xogħol ta Kienet mara ta sbuħija affaxxinanti li spiss sabet ruħha mdaħħla fl intrigi tal qrati Taljani ta zmienha Ħajjitha kienet marbuta mal fortuna tal familja qawwija tagħha Kienet kastellana Rinaxximentali perfetta li tattira l ammirazzjoni u tbezza fl istess ħin u kisbet il fama ta politikanta ta ħila u diplomatika għaqlija Il familja ta Lucrezia matul l istorja spiċċat biex saret l inkarnazzjoni tal politika bla ħniena u tal korruzzjoni sesswali attribwita lill papati Rinaxximentali Missierha u irranġawlha bosta zwiġijiet ma rġiel importanti u qawwija bl għan li jilħqu l ambizzjonijiet politiċi tagħhom F dan il kuntest l għedewwa tal familja Borgia għamlu lil Lucrezia xbieha ta parti li tidher fiha f ħafna xogħlijiet tal arti rumanzi u films li pero għadha ma ġietx dokumentata bis serjeta M għandniex fatti bizzejjed dwar il vera Lucrezia biex ikunu ċerti jekk l istejjer li kienet imdaħħla fil kriminalita ta missierha u ħuha humiex minnhom Fil Qorti ta tat tielet raġel tagħha Alfonsu I Lucretia setgħet tinsa l imgħoddi tagħha u saret popolarissma bis saħħa tas sbuħija u l intelliġenza tagħha Tilfet l interess kollu fil politika u ntefgħet minflok fuq il ħolqien ta ħajja immaġinattiva u intellettwali fil qorti iċċelebrata minn poeti bħal u u ġabret madwarha n nies l aktar famuzi tar Rinaxximent Mill 1512 minħabba l izventuri li laqtu lilha u d dar ta Ferrara Lucrezia għaddiet perjodi twal fil kunvent Mietet fl 1519 ta disa u tletin sena hija u twelled BijografijaZgħozija fil qorti papali Lucrezia Borgia twieldet Subiaco issa fit 18 ta April 1480 Missierha kien il kardinal Spanjol Rodrigo Borgia Arċisqof ta Valenzja li fl 1492 ġie elett Papa tal Knisja Kattolika bl isem ta Ommha kontessa ta il maħbuba ta Rodrigo għal ħmistax il sena kienet ta nissel Mantovan It tliet ħutha kienu subien u Lucrezia trabbiet fil qorti pontifiċju f perjodu li fih il figura tal Papa kienet tixbaħ ħafna izjed lil dik ta kap temporali milli ta mexxej spiritwali L edukazzjoni ta Lucretia kienet fdata f idejn kuġinitha Adriana Mila Orsini u mart iben din Iz zewġ nisa kienu joqogħdu ma Lucretia fil bini li jmiss mal Vatikan f kuntatt mill qrib mal Fl eta ta ħdax il sena kienet diġa ġiet mwiegħda darbtejn għaz zwieġ fis 26 ta Frar 1491 in nutar tal familja Borgia Camillo Beneimbene fassal l ewwel kuntratt taz zwieġ ma Don Cherubino Juan de Centelles sinjur ta Val d Ayora fir renu ta Valenzja Il kuntratt stipula dota ta 30 000 timbres valuri maqsumin parti fi flus u parti f ornamenti u ġojjelli mogħtija lill għarusa mill familja Borgia Xahrejn wara pero missierha ftiehem patti taz zwieġ ġodda ma Gaspare d Aversa konti ta Procida ta familja Valenzjana imma mbagħad xolja z zewġ għerusijiet Iz zwieġ ma Giovanni Sforza Ritratt ta Lucrezia Borgia fid Disputa ta Santa Katerina fl Appartment Borgia fis Sala tal Qaddisin fil Vatikan Wara li Rodrigo laħaq zewweġ lil Lucrezia ma biex jistabilixxi alleanza mal familja qawwija ta Sforza li magħha waqqaf lega difensiva għad difiza tal istat tal Knisja kontra l invazjoni Franċiza imminenti taħt Fit 2 ta Frar 1493 Nicolo da Saiano zewweġ bi prokura lil Lucrezia Borgia li kellha biss tlettax il sena ma u fit 12 ta Ġunju 12 ta dik is sena kien hemm ċ ċelebrazzjoni reliġjuza tat tieġ fil prezenza tan nutar imsemmi hawn fuq Beneimbene l isqof ta Concordia u l konti ta Pittigliano Il tieġ pero ma ġiex konsumat x aktarx minħabba n nuqqas ta maturita fizika ta Lucrezia li kienet għadha tifla sa nofs Novembru ta dik is sena F dan il perjodu il mizzewġin għexu mifrudin wieħed bejn Pesaro u Milan l oħra fil palazz ta Santa Maria in Portico fil Vatikan dejjem taħt il ġwienaħ protettivi ta missierha Wara ftit il ma kellhiex bzonn izjed tal familja Sforza u l prezenza ta Giovanni fil qorti papali saret zejda l aktar billi kellu l ħsieb li jiħodha l bogħod lil maħbuba Lucrezia Il Papa kellu bzonn alleanzi politiċi ġodda aktar vantaġġuzi tant li forsi bil moħbi orndna l qtil ta Giovanni Ħu Lucrezia għarrafha b dan u hi qalet lil zewġha li telaq jiġri lejn Ruma Jew forsi l Papa qatt ma ta din ordni u kien pjan maħsub minn Cesare u Lucrezia biex jeħilsu mir raġel li kien xebbagħhom Ġara x ġara il Papa Alessandru u Cesare kienu kuntenti bl opportunita ji jirranġaw zwieġ ieħor vantaġġuz għal Lucrezia Izda qabel ma seta jiġri dan kien hemm bzonn li jeħilsuha minn Giovanni Sforza L annullament taz zwieġ Alessandru talab liz ziju ta Giovanni il biex jipperswadi lil Giovanni li jċedi d divorzju Madankollu id divorzju kien għajb intollerabbli u Giovanni rrifjuta Il Papa li ried bilfors is separazzjoni akkuza lil Giovanni bl billi z zwieġ ma kienx meqjus validu jekk ma kienx jista jiġi kkonsmat u hekk iwassal għall ulied Għalhekk beda proċess għall annullament Giovanni imbagħad akkuza lil Borgia b inċest ma bintu izda mhux pubblikament imma permezz ta kuġinuh li kien mar jitlob parir minn għandu Ludovico waqqa l insinwazzjoni biex jevita l inkwiet u pproponha lil kuġinuh li juri li kellu ħila jikkonsma z zwieġ billi jagħti prova quddiem ix xhieda b tgħammir sesswali ma martu jew nisa oħra quddiem xhieda aċċettati miz zewġ partijiet imma Giovanni kien kontra dan għal kollox Fi ftit xhur kemm Ludovico il Moro kif ukoll il Kardinal Ascanio Sforza ma baqgħux jappoġġjaw lid Duka ta Pesaro il Papa beda jirrabja fuq id dewmien fl iffirmar tad divorzju u dawn fl aħħar mill aħħar ma kinux beħsiebhom jagħmlu għadu minnu Il Papa ddikjara z zwieġ null billi skontu dan ma kienx ikkonsmat u offra lil Giovanni d dota kollha ta Lucrezia jekk jagħti l kunsens tiegħu flimkien ma dikjarazzjoni ta impotenza Il familja Sforza reġgħet ma kinitx se tagħti l protezzjoni tagħha lil Giovanni kieku kellu jirrifjuta l offerta tal Papa Giovanni Sforza ma setax jagħmel ieħor u ffirma quddiem ix xhieda kemm l istqarrija tal impotenza kif ukoll id dokument ta nullita Minkejja li l insinwazzjoni dwar ir relazzjonijiet inċestwuzi fil familja Borgia malajr waqgħet dawk li riedu jmaqdru lill Papa għamlu minn kollox biex jagħtuha importanza fiċ ċrieki l aktar prestiġjuzi L affari ta Perotto Matul il proċess delikat tal annullament Lucrezia kellha relazzjoni sesswali ma xi ħadd jista jkun il messaġġier ta Alessandru Perrot Calderon li aktar tard ġie assassinat skont kif jaħsbu minn idejn Cesare Borgia stess Ir rizultat kien li meta z zwieġ ġie annullat għaliex ma ġiex ikkonsmat Lucrezia kienet tqila u dan hu wieħed mill fatti li dawk li jridu jmaqdruha jsemmu biex isaħħu l fama ħazina tagħha Il tarbija twieldet bil moħbi u mbagħad Lucretia zzewġet lill ġuvni ta sbatax il sena Duka ta Bisceglie it tifel illeġittmu tar re Alfonsu II ta Napli Dan it tieġ seħħ fil 21 ta Lulju 1498 quddiem il Kardinal Ascanio Sforza fil palazz ta wara negozjati komplessi dwar id dota ta Lucretia Fil 5 ta Awissu ġiet iċċelebrata ċerimonja oħra Alfonsu ta Aragona Cesare Borgia hu Lucrezia Mill 1499 sal 1502 Lucrezia kienet b ħatra papali il gvernatriċi ta Assisi u tal abbazija ta Kienet toqgħod Spoleto Matul it tieni zwieġ tagħha Lucrezia kienet mitlufa għal kollox fid dinja ta missierha milli jidher mingħajr ma kienet taf kemm kien qarrieq u konvinta li l Papa kien jagħmel kollox immexxi biss mill imħabba immensa li kellu għat tifla fessuda tiegħu Allura laqitgħu lil li milli jidher kien l ewwel imħabba ta ħajjitha Iz zgħazagħ simili ħafna it tnejn sagrifikati għal raġunijiet tal istat malajr sabu ruħhom jaqblu u jħobbu lil xulxin Kellhom tarbija Rodrigo Aragona Madankollu il Papa kellu għanijiet espansjonisti kbar u minħabba l inkwiet fuq l alleanza li kellu ma Franza kontra Spanja u Napli wasal għall konkluzjoni li z zwieġ kien piz biss għalih Alfonsu sar jaf u minkejja li kien iħobbha lil Lucrezia ħarab biex isalva ħajtu Il Papa wieġeb għat talbiet tal għaziza bintu biex iġibilha lil zewġha lura bagħatlu garanzija li jkun salv u ġabu lura Imbagħad stenna mument propizju Hekk mela fil lejla tal 15 tal Lulju 1500 iz zagħzugħ waqt li kien qiegħed jagħmel l erba passi ta filgħaxija ġie attakkat minn xi nies li mid dehra kienu pellegrini Ġew jgħinuh Sancha il mara tal izgħar mill aħwa Borgia Goffredo u Lucrezia li kkurawh għal xahar Kienu jibdlu l għassa fil kamra tal marid biex ma jħalluhx mument waħdu Hekk kienu zguri lil periklu kien ġej minn ġewwa l palazz li kienu jħejjulu l ikel huma stess Izda fit 18 ta Awissu Lucrezia u Sancha ġew imwarrbin mill kamra tal marid bil qerq u l prinċep issa mhux izjed fil periklu u qiegħed jirkupra ġie fgat misterjozament Fl assassinju kulħadd għaraf id Michelotto bniedem li Cesare Borgia kien jafda u kien il bojja personali tiegħu Lucrezia għaddiet iz zmien tal vistu f Nepi il bogħod mill familja Meta marret lura Ruma reġgħet għamlet ħbieb ma missierha tant li fl assenza tiegħu kien iħalliha tmexxi hi Dukessa ta Ferrara Lucrezia Borgia mpinġija minn 1518 F dan il waqt missier Lucrezia seta jirranġa zwieġ ieħor li kien għalih iktar ta siwi Bl għan li jsaħħaħ il ħakma ta Cesare fir Romagna ta lil Lucrezia fiz zwieġ lil weriet leġittmu tad Dukat ta Ferrara Fit 30 ta Diċembru 1501 izzewġu bi prokura u xahar wara Lucrezia ġiet milqugħa fil qorti l ġdid tagħha Ir raġel il ġdid mhux biss ma riedx jizzewiġha izda kien jibza minnha minħabba l fama terribbli tal familja Borgia Izzewwiġha għax beza mill qawwa tal Papa u ta Cesare u għax kien imġiegħel minn missieru id Duka billi dan miz zwieġ kien ħa jiksiblu privileġġi ġodda għall qorti tiegħu Madankollu meta ra lil Lucrezia baqa imsaħħar bis sbuħija tagħha Minn Alfonsu Lucrezia kellha sitt ulied Alessandro d Este 1505 Ercole II d Este 1508 1559 Duka ta Ferrara Ippolito II d Este 1509 1572 kardinal Eleonora d Este 1515 1575 Francesco d Este 1516 1578 u Isabella Maria d Este 1519 1521 Lucrezia kienet tgħaddi ħafna ħin ma wlieda Kienet tlibbishom b mod sempliċi kif jixraq il qagħda tagħhom għax kif qalet hi riedet tarahom jinfaqgħu bid daħk jieħdu gost b ruħhom u ġisimhom mingħajr l ebda xorta ta xkiel jintilfu fuq il logħob kollu adattat għall eta tagħhom Fil Qorti ta Este Lucrezia irpiljat mill akkuzi li spiss kien ikun hemm kontriha fl imgħoddi għamlet ruħha apprezzata permezz tal patrunaġġ tal arti u għexet ħajja x aktarx modesta allavolja fl ewwel snin kellha mill inqas zewġ maħbubin il futur kardinal u ħu r raġel Bembo iddedikalha fejn faħħar is sbuħija u l virtu tagħha tagħha filwaqt li Ariosto faħħar il virtu fi stanza ta u fis Fl aħħar snin ta ħajjitha kellha krizi reliġjuza profonda u saret terzjarja Franġiskana titqarben kull filgħodu u tgħaddi sigħat twal fit talb matul il jum Jekk għal ċertu zmien għexet ta midinba zgur li mietet ta qaddisa Indro MontanelliGħajdut u leġġendiFejn hemm Lucrezia il mewt Minn ta Gaetano Donizetti Baqgħu ħajjin matul is snin bosta għajdut u leġġendi li jispekulaw l izjed fuq in natura stravaganti tal festi organizzati mill familja Borgia Jingħad li Lucrezia kellha ċurkett vojt minn ġewwa li kienet spiss tuzah biex tavvelena x xorb Jew li fil pranzijiet tagħhom kienet tuza faqqiegħ velenuz għall fwied li joqtol il mistednin tagħha wara xi zmien sabiex ma tqajjimx suspett Il ħafna spekulazzjoni dwar ir ta Lucretia ma missierha u ħutha hi magħrufa sewwa Velenu Jingħad li kellha ċurkett jew vojt minn ġewwa jew b labra li kull jum kienet tgħammed fil velenu li vvintat hi il cantarella Biex tikseb it taħlita kien meħtieġ li troxx l fuq l imsaren ta ħanzir li jkun għadu kemm inqatel Meta l massa mmuffata tinxef tindaħan fi trab Tant hu vjolenti l velenu ta din it taħlita li joqtol f erbgħa u għoxrin siegħa f agunija orribbli B dan iċ ċurkett setgħet toqtol b tmellisa jew billi ddaħlu fix xarba tal vittma Izda m hemm l ebda traċċa ta dan kollu fid dokumenti ta dak iz zmien u l izjed fl ittri tal ambaxxaturi Tabilħaqq Lucrezia kienet dejjem deskritta bħala madonna decorosissima sinjura ta dinjita kbira Burckardt L ikbar maqdar tal familja Borgia kien mastru taċ ċerimonji fil qorti papali Skond dawn Lucrezia u missierha kienu jorganizzaw Sataniċi fosthom iz zifna tal qastan xorta ta maħluqa minn Cesare Barra minn hekk akkuza lil Lucrezia b relazzjonijiet inċestwuzi mal Papa u ħuha Cesare Wasal biex jgħid li l Infante Rumano l ewwel iben ta Lucrezia twieled minn u li ħafna mid delitti tal membri tal familja kienu ġejjin mill għira li kellhom għaliha L għan ta Burckardt bħal ta ħafna oħrajn kien li jrazzan il qawwa tal familja Borgia Imma dawn u leġġendi oħra baqgħu ħajjin wara ħafna li l qawwa rjali li kellha l familja kienet għebet Diversi xhieda stqarru li raw xadini suwed jgħassu l kamra tal Papa oħrajn li kienu raw il Papa jiffirma patt max Dak iz zmien il figura tad dimonju kienet tieħu l għamla ta barri li qiegħed fl istemma araldika tal familja Borgia X aktarx dawn il leġġendi ġew mil mibegħda profonda li dan il Papa rnexxielu jiġbed lejh hekk li l tnisslet proprjament mill imġiba immorali tiegħu Pero hu improbabbli ħafna li Lucrezia kienet kemm kienet kolta setgħet tieħu xi deċizjonijiet Kienet biss mara fl Ewropa tal aħħar tas seklu XV u valurha kien ibbazat biss fuq l alleanzi li setgħet tistabbilixxi permezz taz zwiġijiet tagħha Madankollu hi miftakra bħala mara ħazina kattiva u l protagonista ta konfoffi u qtil Lucrezia fil kultura popolariTeatru ta Gaetano Donizetti 1833 Rumanzi traġedja miktuba minn fl 1833 Lucrezia Borgia rumanz ta miktuba fl 1939 premio Viareggio The Family Il Familja rumanz ta f kapitolu ta Il rumore sordo della battaglia ta Bompiani 2002 jirrakkonta l perjodu li għaddiet f Pesaro Lucrezia Borgia u jiddeskrivi l imġiba zienja tagħha Ċinema Lucrezia Borgia dirett minn Gerolamo Lo Savio 1912 Lucrezia Borgia taħdem Diana Karenne 1919 Lucrezia Borgia taħdem Liane Haid 1926 Lucrece Borgia ta Abel Gance taħdem Edwige Feuillere 1935 Lucrezia Borgia taħdem Isa Pola 1940 La maschera dei Borgia taħdem Paulette Goddard 1949 Lucrezia Borgia taħdem Martine Carol 1953 Lucrezia Borgia l amante del diavolo taħdem Olga Schoberova 1968 Il manichino assassino taħdem Rosa Huerta 1973 Lucrezia giovane taħdem Simonetta Stefanelli 1974 Le notti segrete di Lucrezia Borgia taħdem Sirpa Lane 1982 Lucrezia Borgia taħdem Lucia Prato 1990 Los Borgia taħdem Maria Valverde 2006 Referenzi Mill ktieb La leggenda nera di Lucrezia Borgia Clio Magazine Il familja Borgia bil Borja u bil Borgia jew Borja għalkemm kellha antenati mill bogħod ta fl Aragona tal Punent ċentrali kienet tqis ruħha li hi mnissla mir li dak iz zmien kien integrat mal Il Papiet u rispettivament missier u ziju ta Lucretia fil fatt it tnejn twieldu il fewdu l aktar importanti tal familja li jinsab fiz zona tar Renju ta Valenzja fejn jitkellmu bil Katalan F Mancini Lucrezia Borgia governatrice di Spoleto fl Archivio storico italiano 414 1957 p 182 187 Chastenet Lucrezia Borgia La perfida innocente p 315 Montanelli Gervase Storia d Italia Vol 2 1250 1600 ippubblikat minn Il Corriere della Sera p 346Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Lucrezia Borgia