Mantova ˈmantova hija belt u komun fil l Italja u kapitali tal provinċja bl istess isem Mantova ItaljaAmministrazzjoniPa
Mantova

Mantova ([ˈmantova]) hija belt u komun fil-, l-Italja, u kapitali tal-provinċja bl-istess isem.
Mantova | |||
---|---|---|---|
Italja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Italja | ||
Region of Italy | Lombardia | ||
Provinċja tal-Italja | Province of Mantua (en) | ||
Isem uffiċjali | Mantova | ||
Ismijiet oriġinali | Mantova | ||
Kodiċi postali | 46100 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 45°09′23″N 10°47′28″E / 45.1564°N 10.7911°EKoordinati: 45°09′23″N 10°47′28″E / 45.1564°N 10.7911°E | ||
Mantova Mantova (Italy) | |||
Superfiċjenti | 63.81 kilometru kwadru | ||
Għoli | 19 m | ||
Fruntieri ma' | (en) , (en) , (en) , (en) , (en) u (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 48,653 abitanti (1 Jannar 2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon | 0376 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | (en) , (en) , (en) , (en) , , (mul) , (en) , , , (en) u Melilla | ||
comune.mantova.gov.it |
Fl-2016, Mantova kienet iddeżinjata l-Kapitali Taljana tal-Kultura. Fl-2017 ġiet imsemmija l-Kapitali Ewropea tal-Gastronomija, inkluża fid-Distrett tal-Lvant tal-Lombardia (flimkien mal-bliet ta’ , Brescia, u ).
Fl-2008, iċ-ċentru storiku ta’ Mantova u ta’ tniżżlu fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-poter u l-influwenza storiċi ta’ Mantova taħt il- għamluha waħda miċ-ċentri artistiċi, kulturali, u speċjalment mużikali tat-Tramuntana tal-Italja u tal-pajjiż kollu kemm hu. Peress li kellha waħda mill-isbaħ residenzi nobbli tal-Ewropa tas-seklu 15, tas-seklu 16 u tal-bidu tas-seklu 17, Mantova hija notevoli għar-rwol sinifikanti li kellha fl-istorja tal-opri; il-belt hija magħrufa wkoll għat-teżori arkitettoniċi u għall-artefatti, għall-palazzi eleganti, u għall-pajsaġġ panoramiku ta’ belt Medjevali u Rinaxximentali. Hija l-belt fejn il-kompożitur wera l-opra tiegħu L'Orfeo għall-ewwel darba u l-post fejn Romeo jiġi mkeċċi f’Romeo u Ġuljetta ta’ William Shakespeare. Hija l-eqreb belt għal raħal twelid il-poeta Ruman Virġilju, li ġie kkommemorat permezz ta’ statwa fil-park ta’ “Piazza Virgiliana” f’xatt il-lag.
Mantova hija mdawra fuq tliet naħat minn lagi artifiċjal, maħluqa matul is-seklu 12 bħala s-sistema tad-difiża tal-belt. Dawn il-lagi jirċievu l-ilma mix-xmara , tributarja tax-xmara li tinżel mil-. It-tliet lagi jissejħu Lago Superiore, Lago di Mezzo, u Lago Inferiore (il-Lagi ta’ Fuq, tan-Nofs u t’Isfel, rispettivament). Ir-raba’ lag, il-Lag Pajolo, li xi darba kien iservi ta’ ħandaq difensiv mimli bl-ilma madwar il-belt, nixef fl-aħħar tas-seklu 18.
Iż-żona u l-madwar tagħha huma importanti mhux biss f’termini naturalistiċi, iżda anke antropoloġikament u storikament; ir-riċerka għamlet enfasi fuq għadd ta’ insedjamenti umani mifruxa bejn Barche di Solferino u Bande di Cavriana, Castellaro u Isolone del Mincio. Dawn kienu datati, mingħajr interruzzjoni, miż-Żmien Neolitiku (il-ħames sar-raba’ millenju Q.K.) sa Żmien il-Bronż (it-tieni sal-ewwel millenju Q.K.) u l-fażijiet Galliċi (it-tieni sal-ewwel sekli Q.K.), u ntemmu b’insedjamenti residenzjali Rumani, li setgħu jiġu rintraċċati sat-tielet seklu W.K.
Fl-2017, Legambiente kklassifikat lil Mantova bħala l-aqwa belt Taljana għall-kwalità tal-ħajja u tal-ambjent.
Storja
Mantova kienet insedjament fuq gżira li ġie stabbilit għall-ewwel darba għall-ħabta tas-sena 2000 Q.K. max-xtut tax-xmara Mincio, li tnixxi mil-Lag ta’ Garda għall-. Fis-seklu 6 Q.K., Mantova kienet villaġġ tal- li, skont it-tradizzjoni Etruska, ġie stabbilit mill-ġdid minn .
L-isem jaf oriġina mill-alla tal-Etruski msejjaħ . Wara li l-villaġġ inħakem miċ-Ċenomani, tribù Gallika, Mantova għaddiet minn id għall-oħra bejn l-ewwel u t-tieni Gwerer Puniċi kontra r-Rumani, li attribwew isem il-villaġġ lil Manto, it-tifla ta’ . Dan it-territorju iktar ’il quddiem ġie popolat minn suldati veterani ta’ . L-iktar ċittadin famuż ta’ Mantova tal-qedem huwa l-poeta Virġilju, jew Publius Vergilius Maro (Mantova me genuit), li twieled fis-70 Q.K. f’villaġġ qrib il-belt li issa tissejjaħ Virgilio.
Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman
Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent wara attakk ta’ fl-476 W.K., Mantova nħakmet, flimkien mal-bqija tal-Italja, mill-. Reġgħet ittieħdet mill-Imperu Ruman tal-Lvant f’nofs is-seklu 6 wara l- iżda sussegwentement reġgħet intilfet u sfat f’idejn il-. Imbagħad ġiet maħkuma minn fis-774, u b’hekk Mantova ġiet inkorporata fl-Imperu tal-. Diviżjonijiet tal-imperu (minħabba l-użu tal-wirt maqsum indaqs mill-Franki) fit- u ta’ wasslu biex Mantova tgħaddi għand fit-843, imbagħad għand ir- fit-855. Fid-962, ir-Re tal-Ġermanja invada l-Italja, u b’hekk Mantova saret vassall tal-Imperu Ruman Sagru li kien għadu kemm issawwar.
Fis-seklu 11, Mantova saret parti mill-pussess ta’ , Markiż tat-Toskana. L-aħħar mexxej minn dik il-familja kienet il-Kontessa (mietet fl-1115), li, skont leġġenda, ordnat il-kostruzzjoni tar-Rotunda prezzjuża ta’ San Lawrenz fl-1082. Ir-Rotunda għadha teżisti sa llum u ġiet rinnovata fl-2013.
Belt Imperjali Ħielsa
Wara l-mewt ta’ Matilda di Canossa, Mantova saret komun ħieles u ddefendiet ruħha bla heda mill-influwenza tal-Imperu Ruman Sagru matul is-sekli 12 u 13. Fl-1198, biddel il-fluss tax-xmara Mincio, u ħoloq dawk li l-Mantovani jsejħulhom bħala “l-erba’ lagi” biex issaħħaħ il-protezzjoni naturali tal-belt. Tlieta minn dawn il-lagi għadhom jeżistu sa llum u r-raba’ wieħed, li kien jgħaddi miċ-ċentru tal-belt, ġie mirdum fis-seklu 18.
Podestà
Mill-1215, il-belt ġiet immexxija taħt il-podestà tal-poeta u statista tal- .
Matul it-taqbida bejn il-Gwelfi u l-, ħa vantaġġ tas-sitwazzjoni kaotika biex jaħtaf il-poter tal-podestà fl-1273. Huwa ġie ddikjarat bħala l-Kaptan Ġeneral tal-Poplu. Il-familja Bonacolsi mexxiet lil Mantova għaż-żewġ ġenerazzjonijiet ta’ wara u żiditilha l-prosperità u s-sbuħija artistika. Fis-16 ta’ Awwissu 1328, , uffiċjal fil-podestà tal-familja Bonacolsi, flimkien mal-familja tiegħu organizzaw rewwixta pubblika f’Mantova kif ukoll kolp ta’ stat kontra l-aħħar mexxej tal-familja Bonacolsi, Rinaldo.
Familja Gonzaga
, li kien il-Podestà ta’ Mantova mill-1318, ġie elett Kaptan tal-Poplu. Il-familja Gonzaga bniet swar ġodda b’ħames bibien/daħliet u rinnovat il-belt fis-seklu 14; madankollu, is-sitwazzjoni politika baqgħet imwiegħra sat-tielet mexxej tal-familja Gonzaga, , li elimina lil qrabatu u ċċentralizza l-poter fuqu nnifsu. Matul ir-Rinaxximent Taljan, il-familja Gonzaga ratbet it-tmexxija despotika tagħha u kompliet iżżid il-livell ta’ kultura u rfinar f’Mantova. Mantova saret ċentru sinifikanti tal-arti u tal-umaniżmu Rinaxximentali. Il-Markiż ġab lil lejn Mantova fl-1423 sabiex jiftaħ l-iskola umanista famuża tiegħu, magħrufa bħala Casa Giocosa.
Isabella d'Este, il-Markiża ta’ Mantova, iżżewġet lil , il-Markiż ta’ Mantova, fl-1490. Meta ċċaqilqet minn Ferrara għal Mantova (hi kienet it-tifla tad-, il-mexxej ta’ Ferrara), hija ħolqot l-ewwel studjo żgħir (bit-Taljan: studiolo) famuż tagħha, l-ewwel fil-Kastell ta’ San Ġorġ fejn ikkummissjonat pitturi mingħand , u . Iktar ’il quddiem ċaqilqet l-istudjo tagħha lejn il-Qorti l-Qadima u kkummissjonat żewġ pitturi mingħand biex jitpoġġew mal-ħames pitturi l-oħra mill-Kastell ta’ San Ġorġ. Ma kinitx xi ħaġa tas-soltu li mara jkollha studjo fl-Italja tas-seklu 15 ladarba dan kien jitqies bħala spazju tal-irġiel. Isabella kienet kollezzjonista kbira u tant kellha reputazzjoni għolja li sejħilha “l-ewwel mara tad-dinja”.
Permezz ta’ ħlas ta’ 120,000 fjorin tad- fl-1433, ġie maħtur bħala l-Markiż ta’ Mantova mill-Imperatur . In-neputija tal-imperatur, iżżewġet lil iben il-Markiż, Ludovico. Fl-1459, il- organizza l-Kunsill ta’ Mantova biex jipproklama kruċjata kontra t-Torok. Taħt Ludovico u l-werrieta tiegħu, il-pittur Rinaxximentali famuż ħadem f’Mantova bħala pittur tal-familja Gonzaga, u pproduċa wħud mill-iktar xogħlijiet straordinarji tiegħu.
Dukat ta’ Mantova
L-ewwel Duka ta’ Mantova kien , li kiseb it-titlu mill-Imperatur Ruman Sagru fl-1530. Federico kkummissjona lil biex jibni Palazzo Te, fil-periferija tal-belt, u tejjeb il-belt ferm. Fl-aħħar tas-seklu 16, Claudio Monteverdi ġie Mantova minn belt twelidu Cremona. Huwa ħadem taħt , l-ewwel bħala kantant u vjolista, u mbagħad bħala direttur mużikali. Huwa żżewweġ lill-kantanta fl-1599.
Minn Gonzaga għall-Asburgi
Fl-1627, l-arblu tar-razza dirett tal-familja Gonzaga ntemm b’, u Mantova bil-mod il-mod qabdet it-triq tan-niżla taħt il-mexxejja l-ġodda, Gonzaga-Nevers, fergħa Franċiża tal-familja. Faqqgħet il-Gwerra tas-Suċċessjoni Mantovana, u fl-1630 armata imperjali ta’ 36,000 merċenarju tal-Landsknecht assedjat lil Mantova, u dan wassal għall-pesta. , mexxej bla ħila, li kien jinteressah biss li jorganizza festini u spettakli teatrali, għamel alleanza ma’ Franza fil-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola. Wara t-telfa tal-Franċiżi, huwa mar għall-kenn f’Venezja u miegħu ħa xi elf pittura. Mal-mewt tiegħu fl-1708, id-Duka ta’ Mantova tneħħa u l-familja Gonzaga tilfet il-belt ta’ Mantova għal dejjem. Mantova spiċċat f’idejn l- tal-Awstrija.
Taħt it-tmexxija Awstrijaka, Mantova reġgħet ħadet il-ħajja u matul dan il-perjodu nbnew l-Akkademja Rjali tax-Xjenzi, tal-Lingwi u tal-Arti, it-Teatru Xjentifiku, u bosta palazzi u binjiet.
Gwerer ta’ Napuljun
Fl-1786, għaxar snin qabel il-kampanja militari ta’ Napuljun Bonaparte fl-Ewropa, id-Dukat Awstrijaku ta’ Mantova għal żmien qasir ingħaqad mad-Dukat ta’ Milan sal-1791.
Fl-4 ta’ Ġunju 1796, Mantova ġiet assedjata mill-armata ta’ Napuljun bħala mossa kontra l-Awstrija, li kienet għaqdet l-Ewwel Koalizzjoni kontra Franza. It-tentattivi Awstrijaki u Russi li jirreżistu l-assedju fallew, iżda kienu kapaċi jifirxu l-forzi Franċiżi biżżejjed biex kellhom jabbandunaw l-assedju fil-31 ta’ Lulju. Minkejja dan, fl-24 ta’ Awwissu l-Franċiż komplew l-assedju. Fil-bidu ta’ Frar 1797, il-belt arrendiet u r-reġjun spiċċa taħt amministrazzjoni Franċiża. Sentejn wara, fl-1799, il-belt reġgħet inħatfet mill-Awstrijaki wara l-Assedju ta’ Mantova.
Iktar ’il quddiem, il-belt reġgħet għaddiet taħt il-kontroll ta’ Napuljun u saret parti mir-Renju tal-Italja ta’ Napuljun. Fl-1810, ġie ġustizzjat ħdejn Porta Giulia, daħla tal-belt f’Borgo di Porto (Cittadella) talli mexxa insurrezzjoni fil-Kontea ta’ Tirol kontra Napuljun.
Renju ta’ Lombardia-Venezja
Wara l-perjodu qasir ta’ tmexxija Franċiża, Mantova reġgħet spiċċat f’idejn l-Awstrija fl-1814, u saret waħda mill-bliet tal-Quadrilatero fit-Tramuntana tal-Italja. Wara l-Kungress ta’ Vjenna (1815), Mantova saret provinċja fir-Renju ta’ Lombardia-Venezja tal-Imperu Awstrijaku. Madankollu, l-aġitazzjoni kontra l-Awstrija laħqet l-ogħla livell tagħha f’rewwixta li damet mill-1851 sal-1855, iżda din finalment ġiet ikkontrollata mill-armata Awstrijaka. Wieħed mill-iktar episodji famużi tar- Taljan seħħ fil-wied ta’ Belfiore, fejn grupp ta’ ribelli ġew mgħallqa mill-Awstrijaki.
Unifikazzjoni tal-Italja
Fil- (it-Tieni Gwerra Taljana għall-Indipendenza) fl-1859, Piemonte- tal-, żammew mal-Imperatur Franċiż Napuljun III, kontra l-Imperu Awstrijaku. Wara t-telfa li ġarrbet l-Awstrija, il-Lombardia ġiet ċeduta lil Franza, li ttrasferietha lil Piemonte-Sardenja bi tpartit għal Nizza u .
Mantova, għalkemm kienet provinċja kostitwenti tal-Lombardia, xorta waħda baqgħet taħt l-Imperu Awstrijaku flimkien ma’ Venezja. Fl-1866, il-Konfederazzjoni tat-Tramuntana tal-Ġermanja mmexxija mill- żammet mar-Renju tal-Italja li kien għadu kemm issawwar u li kien immexxi minn Piemonte, kontra l-Imperu Awstrijaku fit-Tielet Gwerra Taljana għall-Indipendenza. It-telfa ħesrem tal-Awstrija wasslet biex tirtira mir-Renju ta’ Venezja (inkluż mill-belt kapitali Venezja). Mantova reġgħet ingħaqdet mar-reġjun tal-Lombardia u ġiet inkorporata fir-Renju tal-Italja.
Sit ta’ Wirt Dinji
Mantova, flimkien ma’ Sabbioneta, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2008.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ” u l-kriterju (iii) “Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta’ tradizzjoni kulturali jew ta’ ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet”.
Siti ewlenin
Il-familja Gonzaga pproteġiet l-arti u l-kultura, u ospitat diversi artisti importanti bħal , Andrea Mantegna, Giulio Romano, Donatello, , , , u . Minkejja li ħafna mill-kapulavuri ġew sparpaljati, il-valur kulturali ta’ Mantova xorta waħda huwa straordinarju, u ħafna mill-binjiet ekkleżjastiċi ta’ Mantova huma eżempji importanti uniċi tal-arkitettura Taljana.
Fost il-binjiet ikoniċi ewlenin hemm:
- il-Palazzo Te (1525-1535): palazz semirurali ta’ Giulio Romano (li għex f’Mantova fl-aħħar snin ta’ ħajtu) bi stil Rinaxximentali matur, u b’xi ħjiel ta’ ta’ wara żmien Raffaello. Il-palazz kien il-villa residenzjali tas-sajf ta’ Federico II Gonzaga. Attwalment jospita l-Mużew Ċiviku (permezz tad-donazzjonijiet ta’ , wieħed mill-iktar pubblikaturi Taljani importanti, u ta’ , arkitett Mantovan li ħadem fl-Iraq u li minn hemm ġab miegħu opri tal-arti importanti tal-)
- il-Palazz Dukali: residenza famuża tal-familja Gonzaga, magħmula minn numru ta’ binjiet, btieħi u ġonna madwar il-Palazzo del Capitano, il-Magna Domus u l-Kastell ta’ San Ġorġ bil-Kamra tal-Miżżewġin (bit-Taljan: Camera degli Sposi), kamra mimlija affreski magħmula minn Andrea Mantegna.
- il-Bażilika ta’ Sant'Indrija: il-kostruzzjoni tagħha nbdiet fl-1462 skont id-disinni ta’ Leon Battista Alberti iżda tlestiet biss fis-seklu 18 meta nbniet il-koppla enormi ddisinjata minn .
- id-Duomo (il-Katidral ta’ San Pietru l-Appostlu)
- ir-Rotunda ta’ San Lawrenz
- it-Teatru Bibiena: magħruf ukoll bħala t-Teatru Xjentifiku, ġie ddisinjat minn fl-1767-1769. It-teatru ġie inawgurat uffiċjalment fit-3 ta’ Diċembru 1769 u fis-16 ta’ Jannar 1770, Wolfgang Amadeus Mozart, li kellu 13-il sena, għamel kunċert fih.
- il-Knisja ta’ San Bastjan
- il-Palazz tal-Isqof
- il-Palazzo degli Uberti
- il-Palazzo d'Arco: palazz Neo-Klassiku li nbena fl-1746 minn familja nobbli minn li tat isimha lill-binja. Fil-palazz attwalment hemm mużew u gallerija ta’ pitturi bix-xogħlijiet ta’ , , , u ċiklu ta’ pitturi ta’ .
- it-Torre della Gabbia (it-Torri tal-Gaġġa)
- il-Palazz tal-Podestà
- il-Palazzo della Ragione bit-Torri tal-Arloġġ
- il-Palazz Bonacolsi
- il-Palazz Valenti Gonzaga: eżempju ta’ arkitettura u tiżjin Barokki, b’affreski li ġew attribwiti lill-pittur Fjamming . Il-faċċata tal-palazz ġiet iddisinjata minn Nicolò Sebregondi.
- il-Casa del Mercato (id-Dar tas-Suq): binja Rinaxximentali mimlija affreski li ġiet iddisinjata minn Luca Fancelli fl-1462 u li iktar ’il quddiem intużat minn Andrea Mantegna.
- id-Dar ta’ Mantegna: faċċata tal-Knisja ta’ San Bastjan. Din bdiet tinbena minn Mantegna fl-1476, skont pjanta b’bitħa interna ċirkolari inkluża fi ħdan binja kwadra esterna. Attwalment tintuża għal wirjiet temporanji.
- il-Mużew Djoċesan ta’ Francesco Gonzaga: mużew tal-arti fejn jintwerew oġġetti sagri, armaturi, muniti, tapizzeriji, oġġetti tal-fuħħar, u pitturi antiki u kontemporanji.
- il-Knisja ta’ Santa Pawla: knisja li nbniet fil-bidu tas-seklu 15 skont ir-rieda tal-Markiża , il-mara ta’ . Arkitetti bħal Luca Fancelli u Giulio Romano kkollaboraw fil-kostruzzjoni tagħha. Il-knisja fiha l-oqbra ta’ ħames membri tal-familja Gonzaga, fosthom dawk ta’ Paola Malatesta u Francesco II.
- il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Gradaro: knisja li bdiet tinbena mill-1256 fuq is-sit fejn skont it-tradizzjoni kien midfun San Lonġinu. Fl-1772 il-knisja saret maħżen, u reġgħet ġiet ikkonsagrata biss fis-snin 50 tas-seklu 20.
Trasport
Karozza
Bil-karozza, wieħed jista’ jasal Mantova bl-awtostrada A4 (Milan-Venezja) sa Verona, imbagħad jaqbad l-awtostrada A22 (-Modena). Inkella, wieħed jista’ jasal Mantova minn Milan fuq it-triq statali 415 (Milan-Cremona) sa Cremona u minn hemm jaqbad it-triq statali 10 (Cremona-Mantova), jew minn Verona fuq it-triq statali 62.
Ferrovija
L-istazzjon ferrovjarju ta’ Mantova, li nfetaħ fl-1873, jinsab fuq ir-rotot ferrovjarji ta’ Milan--Cremona-Mantova u Verona-Mantova-Modena. L-istazzjon huwa l-venda għal tliet linji reġjonali, lejn Cremona u Milan, lejn , u lejn Verona Porta Nuova u Modena. Trenitalia topera kollegament ta’ veloċità għolja ta’ kuljum ma’ Ruma.
Ajru
L-eqreb ajruport huwa dak ta’ Verona-Villafranca. Is-servizz privat dirett bil-karozzi tal-linja li kien jikkollega l-ajruport mal-istazzjon ferrovjarju ta’ Mantova ġie kkanċellat fl-1 ta’ Jannar 2015. Attwalment hemm kollegament pubbliku bil-karozzi tal-linja li huwa pprovdut mill-ajruport sal-istazzjon ferrovjarju ta’ Verona Porta Nuova, u mbagħad wieħed jista’ jaqbad il-ferrovija minn Verona sa Mantova.
Tal-linja
Is-servizzi lokali bil-karozzi tal-linja pprovdut minn APAM huwa maqsum fuq żewġ livelli: is-servizz urban fi ħdan iż-żona taċ-ċentru u s-subborgi) u dak interurban fi ħdan l-irħula u l-villaġġi tal-madwar.
Mixxellanji
- Stħarriġ annwali ta’ Legambiente (moviment ekoloġista tal-Italja) fl-2005 iddikjara li Mantova kienet l-iktar belt “tajba biex tgħix fiha” fl-Italja. L-istħarriġ kien ibbażat fuq il-livelli ta’ tniġġis, il-kwalità tal-ħajja, it-traffiku, u t-trasport pubbliku, fost kriterji oħra.
- Il-ġisem ta’ San Lonġinu, li ġie rkuprat u ntilef darbtejn, jingħad li nstab għal darb’oħra f’Mantova fl-1304, flimkien mal-Isponża Mqaddsa mtebba’ bid-demm ta’ Kristu.
- Il-kompożitur Claudio Monteverdi ġie impjegat minn Vincenzo Gonzaga, id-Duka ta’ Mantova, il-mexxej tad-Dukat ta’ Mantova, meta kiteb il-Vespro della Beata Vergine, ippubblikat fl-1610. Iben Vincenzo u s-suċċessur tiegħu, , id-Duka ta’ Mantova, fl-1612 keċċa lil Monteverdi, li kiseb pożizzjoni iktar prestiġjuża fil-Bażilika ta’ San Mark f’Venezja.
- Mill-1997, Mantova ospitat il-Festivaletteratura, wieħed mill-iktar avvenimenti letterarji rinomati fl-Ewropa.
- Fl-2007, il-fdalijiet ta’ żewġ katavri, magħrufa bħala l-Maħbubin ta’ Valdaro, ġew skoperti waqt il-kostruzzjoni ta’ fabbrika. Huwa maħsub li l-fdalijiet għandhom bejn 5,000 u 6,000 sena. Ġie spekulat ukoll li l-fdalijiet huma ta’ żewġ żgħażagħ maħbubin għaliex iż-żewġ skeletri nstabu qishom kienu mgħannqin.
- F’Mejju 2012, terremot kbir heżżeż it-Tramuntana tal-Italja u kkawża ħsarat lil xi binjiet storiċi ta’ Mantova, fosthom il-Palazz Dukali. Wara xhur ta’ tiswija, il-Palazz Dukali reġa’ nfetaħ f’Settembru 2012.
- Il-kompożitur Antonio Vivaldi ġie impjegat mill-Gvernatur ta’ Mantova bejn l-1718 u l-1720. Mantova ispiratu biex jikteb l-Erba’ Staġuni u l-belt baqgħet magħrufa fl-Italja li tgawdi minn varjazzjonijiet staġonali.
Gvern
Mill-organizzazzjoni politika mill-ġdid tal-gvern lokali fl-1993, Mantova ġiet iggvernata mill-Kunsill tal-Belt ta’ Mantova. Il-votanti jeleġġu direttament lil 33 kunsillier u lis-Sindku ta’ Mantova kull ħames snin. Is-Sindku ta’ Mantova attwali huwa (PD), li ġie elett fil-15 ta’ Ġunju 2015 u mill-ġdid fl-2020 għal mandat ieħor.
Ġemellaġġ
Mantova hija ġemellata ma’:
- Charleville-Mézières, Franza, 1959
- Nevers, Franza, 1959
- Pushkin, ir-Russja, 1993
- Weingarten, il-Ġermanja, 1998
- Madison, l-Istati Uniti, 2001
- Ōmihachiman, il-Ġappun, 2005
- Oradea, ir-Rumanija, 2005
Ċittadini notevoli
- Marcus Antonius Antimachus (għall-ħabta tal-1473 – 1552), pijunier tat-tagħlim Rinaxximentali tal-lingwa Griega.
- Giovanni Battista Bertani (1516–1576), arkitett.
- Giacomo Benefatti (1304–1332), isqof Kattoliku Ruman.
- Constanzo Beschi, (it-8 ta’ Novembru 1680 – 1742), poeta magħruf sew. Huwa magħruf bħala Vīramāmunivar bit-Tamil.
- Baldassare Castiglione (is-6 ta’ Diċembru 1478 – it-2 ta’ Frar 1529), il-Konti ta’ Casatico, uffiċjal, diplomatiku, suldat u awtur.
- Gino Fano (1871–1952), matematiku.
- San Alwiġi Gonzaga (1568-1591), Ġiżwita.
- Pietro Giovanni Guarneri (1655–1720), produttur tal-vjolini tal-familja Guarneri; telaq minn Cremona fl-1679 u eventwalment stabbilixxa ruħu f’Mantova.
- Learco Guerra (1902–1963), ċiklista professjonista; fil-1931 rebaħ il-kampjonat tad-dinja taċ-ċikliżmu.
- Alfredo Guzzoni (1877–1965), Ġeneral tal-Armata Taljana fit-Tieni Gwerra Dinjija
- Alberto Jori, filosfu Neo-Aristoteljan.
- Maħbubin ta’ Valdaro
- Claudio Monteverdi (għall-ħabta tal-1567 – 1643), kompożitur.
- Tazio Nuvolari (1892–1953), motoċiklista u sewwieq tal-karozzi tat-tlielaq.
- Ippolito Nievo (1831–1861), kittieb, ġurnalist u patrijott.
- Dave Rodgers (1963–), mużiċista u kantant.
- Pietro Pomponazzi (1462–1525), filosfu Taljan. Xi kultant huwa magħruf bl-isem Latin tiegħu Petrus Pomponatius.
- Samuel Romanelli (1757–1814), intellettwali Lhudi u kittieb dwar il-vjaġġi li ppubblikat l-ewwel etnografija moderna tal-Marokkini Lhud.
- Salamone Rossi (ca. 1570 – 1630), vjolinista u kompożitur Lhudi li kien direttur tal-kunċerti f’Mantova mill-1587 sal-1628.
- Giuseppe Sarto (1835–1914), maħtur Isqof fl-1884 qabel ma sar il-Papa Piju X fl-1903.
- Stefano Scarampella (1843–1925), produttur tal-vjolini; telaq minn Brescia u stabbilixxa ruħu f’Mantova fl-1886.
- Ada Sacchi Simonetta (1874–1944), u attivista għad-drittijiet tan-nisa.
- Leone de' Sommi (għall-ħabta tal-1525 – għall-ħabta tal-1590), direttur teatrali u kittieb.
- Sordello jew Sordel, troubadour tas-seklu 13 mil-Lombardia; twieled fil-muniċipalità ta’ fil-provinċja ta’ Mantova.
- Franca Sozzani, editur kap ta’ Vogue Italia twieldet f’Mantova.
- Virġilju (70 Q.K.–19 Q.K.), poeta klassiku Ruman.
Fizzjoni
- F’Romeo u Ġuljetta ta’ William Shakespeare, Romeo jiġi kkastigat talli qatel lil Tybalt: huwa jiġi eżiljat minn Verona għal Mantova. Il-pjan kien li kemm Romeo kif ukoll Ġuljetta jaħarbu minn Verona wara li Ġuljetta tqum mill-mewta taparsi tagħha, iżda dan qatt ma seħħ, għaliex Romeo miet, u hi qatlet lilha nnifisha b’sejf.
- F’The Taming of the Shrew ta’ William Shakespeare, is-surmast tal-iskola li jagħmilha taparsi ta’ missier Lucentio, Vincentio, huwa minn Mantova. Hortensio jiġi ppreżentat bħala "Licio, imwieled f’Mantova". Karattru ieħor bl-isem ta’ "Pedant" jiddikjara wkoll li huwa minn Mantova.
- L-opra ta’ Giuseppe Verdi (ibbażata fuq Le roi s'amuse ta’ ) hija ambjentata f’Mantova. L-awtoritajiet Awstrijaki-Ungeriżi f’Venezja ġegħluh jiċċaqlaq minn Franza lejn Mantova. Binja Medjevali b’portiku u loġġa tas-seklu 15 f’Mantova jingħad li hija d-“dar ta’ Rigoletto". Fil-verità kienet id-dar ta’ dawk li kienu jattendu l-katidral regolarment. Din intgħażlet mill-familja Gonzaga bħala r-residenza tal-ġifa leġġendarja li mbagħad intużat minn Verdi fl-opra tiegħu.
Referenzi
- ^ "Portale istituzionale del Comune di Mantova". www.comune.mantova.gov.it. Miġbur 2021-07-15.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Mantua and Sabbioneta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-15.
- ^ "Mantua | Encyclopedia.com". www.encyclopedia.com. Miġbur 2021-07-15.
- ^ "Ecosistema Urbano • Legambiente" (bit-Taljan). 2020-11-06. Miġbur 2021-07-15.
- ^ Fagles, Robert, ed.: The Aeneid (2006), 10.242, Penguin Group, ISBN 0-670-03803-2.
- ^ Lucchini, Daniele: Rise and fall of a capital. The history of Mantua in the words of who wrote about it (2013), ISBN 978-1-291-78388-9.
- ^ Conte, Gian Biagio. Trans. Joseph B. Solodow Latin Literature: A History Johns Hopkins University Press, 1994.
- ^ Henry S. Lucas, The Renaissance and the Reformation (Harper & Bros. Publishers: New York, 1960) pp. 42-43.
- ^ "Mantua: Italy's sleeping beauty city". the Guardian (bl-Ingliż). 2013-03-29. Miġbur 2021-07-15.
- ^ "Prehistoric Romeo and Juliet discovered : thewest.com.au". web.archive.org. 2007-09-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-27. Miġbur 2021-07-15.
- ^ "Gemellaggi". www.comune.mantova.gov.it. Miġbur 2021-07-15.
- ^ "Taming of the Shrew: Entire Play". shakespeare.mit.edu. Miġbur 2021-07-15.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Mantova, X'inhi Mantova? Xi tfisser Mantova?
Mantova ˈmantova hija belt u komun fil l Italja u kapitali tal provinċja bl istess isem Mantova ItaljaAmministrazzjoniPajjizItaljaRegion of ItalyLombardiaProvinċja tal ItaljaProvince of Mantua en Isem uffiċjali MantovaIsmijiet oriġinali MantovaKodiċi postali 46100ĠeografijaKoordinati 45 09 23 N 10 47 28 E 45 1564 N 10 7911 E 45 1564 10 7911 Koordinati 45 09 23 N 10 47 28 E 45 1564 N 10 7911 E 45 1564 10 7911MantovaMantova Italy Superfiċjenti 63 81 kilometru kwadruGħoli 19 mFruntieri ma en en en en en u en DemografijaPopolazzjoni 48 653 abitanti 1 Jannar 2023 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 0376Zona tal Ħin UTC 1u UTC 2bliet ġemellati en en en en mul en en u Melillacomune mantova gov it Fl 2016 Mantova kienet iddezinjata l Kapitali Taljana tal Kultura Fl 2017 ġiet imsemmija l Kapitali Ewropea tal Gastronomija inkluza fid Distrett tal Lvant tal Lombardia flimkien mal bliet ta Brescia u Fl 2008 iċ ċentru storiku ta Mantova u ta tnizzlu fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Il poter u l influwenza storiċi ta Mantova taħt il għamluha waħda miċ ċentri artistiċi kulturali u speċjalment muzikali tat Tramuntana tal Italja u tal pajjiz kollu kemm hu Peress li kellha waħda mill isbaħ residenzi nobbli tal Ewropa tas seklu 15 tas seklu 16 u tal bidu tas seklu 17 Mantova hija notevoli għar rwol sinifikanti li kellha fl istorja tal opri il belt hija magħrufa wkoll għat tezori arkitettoniċi u għall artefatti għall palazzi eleganti u għall pajsaġġ panoramiku ta belt Medjevali u Rinaxximentali Hija l belt fejn il kompozitur wera l opra tiegħu L Orfeo għall ewwel darba u l post fejn Romeo jiġi mkeċċi f Romeo u Ġuljetta ta William Shakespeare Hija l eqreb belt għal raħal twelid il poeta Ruman Virġilju li ġie kkommemorat permezz ta statwa fil park ta Piazza Virgiliana f xatt il lag L istemma araldika ta Mantova Mantova hija mdawra fuq tliet naħat minn lagi artifiċjal maħluqa matul is seklu 12 bħala s sistema tad difiza tal belt Dawn il lagi jirċievu l ilma mix xmara tributarja tax xmara li tinzel mil It tliet lagi jissejħu Lago Superiore Lago di Mezzo u Lago Inferiore il Lagi ta Fuq tan Nofs u t Isfel rispettivament Ir raba lag il Lag Pajolo li xi darba kien iservi ta ħandaq difensiv mimli bl ilma madwar il belt nixef fl aħħar tas seklu 18 Iz zona u l madwar tagħha huma importanti mhux biss f termini naturalistiċi izda anke antropoloġikament u storikament ir riċerka għamlet enfasi fuq għadd ta insedjamenti umani mifruxa bejn Barche di Solferino u Bande di Cavriana Castellaro u Isolone del Mincio Dawn kienu datati mingħajr interruzzjoni miz Zmien Neolitiku il ħames sar raba millenju Q K sa Zmien il Bronz it tieni sal ewwel millenju Q K u l fazijiet Galliċi it tieni sal ewwel sekli Q K u ntemmu b insedjamenti residenzjali Rumani li setgħu jiġu rintraċċati sat tielet seklu W K Fl 2017 Legambiente kklassifikat lil Mantova bħala l aqwa belt Taljana għall kwalita tal ħajja u tal ambjent StorjaIt Tkeċċija tal familja Bonacolsi fl 1328 xena ta Pjazza Sordello pittura fuq tiela ta Domenico Morone Mantova kienet insedjament fuq gzira li ġie stabbilit għall ewwel darba għall ħabta tas sena 2000 Q K max xtut tax xmara Mincio li tnixxi mil Lag ta Garda għall Fis seklu 6 Q K Mantova kienet villaġġ tal li skont it tradizzjoni Etruska ġie stabbilit mill ġdid minn L isem jaf oriġina mill alla tal Etruski msejjaħ Wara li l villaġġ inħakem miċ Ċenomani tribu Gallika Mantova għaddiet minn id għall oħra bejn l ewwel u t tieni Gwerer Puniċi kontra r Rumani li attribwew isem il villaġġ lil Manto it tifla ta Dan it territorju iktar il quddiem ġie popolat minn suldati veterani ta L iktar ċittadin famuz ta Mantova tal qedem huwa l poeta Virġilju jew Publius Vergilius Maro Mantova me genuit li twieled fis 70 Q K f villaġġ qrib il belt li issa tissejjaħ Virgilio Wara l waqgħa tal Imperu Ruman Wara l waqgħa tal Imperu Ruman tal Punent wara attakk ta fl 476 W K Mantova nħakmet flimkien mal bqija tal Italja mill Reġgħet ittieħdet mill Imperu Ruman tal Lvant f nofs is seklu 6 wara l izda sussegwentement reġgħet intilfet u sfat f idejn il Imbagħad ġiet maħkuma minn fis 774 u b hekk Mantova ġiet inkorporata fl Imperu tal Divizjonijiet tal imperu minħabba l uzu tal wirt maqsum indaqs mill Franki fit u ta wasslu biex Mantova tgħaddi għand fit 843 imbagħad għand ir fit 855 Fid 962 ir Re tal Ġermanja invada l Italja u b hekk Mantova saret vassall tal Imperu Ruman Sagru li kien għadu kemm issawwar Fis seklu 11 Mantova saret parti mill pussess ta Markiz tat Toskana L aħħar mexxej minn dik il familja kienet il Kontessa mietet fl 1115 li skont leġġenda ordnat il kostruzzjoni tar Rotunda prezzjuza ta San Lawrenz fl 1082 Ir Rotunda għadha tezisti sa llum u ġiet rinnovata fl 2013 Belt Imperjali Ħielsa Wara l mewt ta Matilda di Canossa Mantova saret komun ħieles u ddefendiet ruħha bla heda mill influwenza tal Imperu Ruman Sagru matul is sekli 12 u 13 Fl 1198 biddel il fluss tax xmara Mincio u ħoloq dawk li l Mantovani jsejħulhom bħala l erba lagi biex issaħħaħ il protezzjoni naturali tal belt Tlieta minn dawn il lagi għadhom jezistu sa llum u r raba wieħed li kien jgħaddi miċ ċentru tal belt ġie mirdum fis seklu 18 Podesta Mill 1215 il belt ġiet immexxija taħt il podesta tal poeta u statista tal Matul it taqbida bejn il Gwelfi u l ħa vantaġġ tas sitwazzjoni kaotika biex jaħtaf il poter tal podesta fl 1273 Huwa ġie ddikjarat bħala l Kaptan Ġeneral tal Poplu Il familja Bonacolsi mexxiet lil Mantova għaz zewġ ġenerazzjonijiet ta wara u ziditilha l prosperita u s sbuħija artistika Fis 16 ta Awwissu 1328 uffiċjal fil podesta tal familja Bonacolsi flimkien mal familja tiegħu organizzaw rewwixta pubblika f Mantova kif ukoll kolp ta stat kontra l aħħar mexxej tal familja Bonacolsi Rinaldo Familja Gonzaga Ludovico Gonzaga jirċievi l aħbar li ibnu Francesco sar kardinal affresk ta Andrea Mantegna fil Kamra tal Mizzewġin fil Palazz Dukali li kien il Podesta ta Mantova mill 1318 ġie elett Kaptan tal Poplu Il familja Gonzaga bniet swar ġodda b ħames bibien daħliet u rinnovat il belt fis seklu 14 madankollu is sitwazzjoni politika baqgħet imwiegħra sat tielet mexxej tal familja Gonzaga li elimina lil qrabatu u ċċentralizza l poter fuqu nnifsu Matul ir Rinaxximent Taljan il familja Gonzaga ratbet it tmexxija despotika tagħha u kompliet izzid il livell ta kultura u rfinar f Mantova Mantova saret ċentru sinifikanti tal arti u tal umanizmu Rinaxximentali Il Markiz ġab lil lejn Mantova fl 1423 sabiex jiftaħ l iskola umanista famuza tiegħu magħrufa bħala Casa Giocosa Affresk famuz ta Andrea Mantegna fil Palazz Dukali ta Mantova li juri l ħajja tal familja Gonzaga fl aqwa tagħhom Isabella d Este il Markiza ta Mantova izzewġet lil il Markiz ta Mantova fl 1490 Meta ċċaqilqet minn Ferrara għal Mantova hi kienet it tifla tad il mexxej ta Ferrara hija ħolqot l ewwel studjo zgħir bit Taljan studiolo famuz tagħha l ewwel fil Kastell ta San Ġorġ fejn ikkummissjonat pitturi mingħand u Iktar il quddiem ċaqilqet l istudjo tagħha lejn il Qorti l Qadima u kkummissjonat zewġ pitturi mingħand biex jitpoġġew mal ħames pitturi l oħra mill Kastell ta San Ġorġ Ma kinitx xi ħaġa tas soltu li mara jkollha studjo fl Italja tas seklu 15 ladarba dan kien jitqies bħala spazju tal irġiel Isabella kienet kollezzjonista kbira u tant kellha reputazzjoni għolja li sejħilha l ewwel mara tad dinja Permezz ta ħlas ta 120 000 fjorin tad fl 1433 ġie maħtur bħala l Markiz ta Mantova mill Imperatur In neputija tal imperatur izzewġet lil iben il Markiz Ludovico Fl 1459 il organizza l Kunsill ta Mantova biex jipproklama kruċjata kontra t Torok Taħt Ludovico u l werrieta tiegħu il pittur Rinaxximentali famuz ħadem f Mantova bħala pittur tal familja Gonzaga u pproduċa wħud mill iktar xogħlijiet straordinarji tiegħu Dukat ta Mantova L ewwel Duka ta Mantova kien li kiseb it titlu mill Imperatur Ruman Sagru fl 1530 Federico kkummissjona lil biex jibni Palazzo Te fil periferija tal belt u tejjeb il belt ferm Fl aħħar tas seklu 16 Claudio Monteverdi ġie Mantova minn belt twelidu Cremona Huwa ħadem taħt l ewwel bħala kantant u vjolista u mbagħad bħala direttur muzikali Huwa zzewweġ lill kantanta fl 1599 Minn Gonzaga għall Asburgi Palazzo Te Fl 1627 l arblu tar razza dirett tal familja Gonzaga ntemm b u Mantova bil mod il mod qabdet it triq tan nizla taħt il mexxejja l ġodda Gonzaga Nevers fergħa Franċiza tal familja Faqqgħet il Gwerra tas Suċċessjoni Mantovana u fl 1630 armata imperjali ta 36 000 merċenarju tal Landsknecht assedjat lil Mantova u dan wassal għall pesta mexxej bla ħila li kien jinteressah biss li jorganizza festini u spettakli teatrali għamel alleanza ma Franza fil Gwerra tas Suċċessjoni Spanjola Wara t telfa tal Franċizi huwa mar għall kenn f Venezja u miegħu ħa xi elf pittura Mal mewt tiegħu fl 1708 id Duka ta Mantova tneħħa u l familja Gonzaga tilfet il belt ta Mantova għal dejjem Mantova spiċċat f idejn l tal Awstrija Taħt it tmexxija Awstrijaka Mantova reġgħet ħadet il ħajja u matul dan il perjodu nbnew l Akkademja Rjali tax Xjenzi tal Lingwi u tal Arti it Teatru Xjentifiku u bosta palazzi u binjiet Gwerer ta Napuljun Fl 1786 għaxar snin qabel il kampanja militari ta Napuljun Bonaparte fl Ewropa id Dukat Awstrijaku ta Mantova għal zmien qasir ingħaqad mad Dukat ta Milan sal 1791 Fl 4 ta Ġunju 1796 Mantova ġiet assedjata mill armata ta Napuljun bħala mossa kontra l Awstrija li kienet għaqdet l Ewwel Koalizzjoni kontra Franza It tentattivi Awstrijaki u Russi li jirrezistu l assedju fallew izda kienu kapaċi jifirxu l forzi Franċizi bizzejjed biex kellhom jabbandunaw l assedju fil 31 ta Lulju Minkejja dan fl 24 ta Awwissu l Franċiz komplew l assedju Fil bidu ta Frar 1797 il belt arrendiet u r reġjun spiċċa taħt amministrazzjoni Franċiza Sentejn wara fl 1799 il belt reġgħet inħatfet mill Awstrijaki wara l Assedju ta Mantova Iktar il quddiem il belt reġgħet għaddiet taħt il kontroll ta Napuljun u saret parti mir Renju tal Italja ta Napuljun Fl 1810 ġie ġustizzjat ħdejn Porta Giulia daħla tal belt f Borgo di Porto Cittadella talli mexxa insurrezzjoni fil Kontea ta Tirol kontra Napuljun Renju ta Lombardia Venezja Wara l perjodu qasir ta tmexxija Franċiza Mantova reġgħet spiċċat f idejn l Awstrija fl 1814 u saret waħda mill bliet tal Quadrilatero fit Tramuntana tal Italja Wara l Kungress ta Vjenna 1815 Mantova saret provinċja fir Renju ta Lombardia Venezja tal Imperu Awstrijaku Madankollu l aġitazzjoni kontra l Awstrija laħqet l ogħla livell tagħha f rewwixta li damet mill 1851 sal 1855 izda din finalment ġiet ikkontrollata mill armata Awstrijaka Wieħed mill iktar episodji famuzi tar Taljan seħħ fil wied ta Belfiore fejn grupp ta ribelli ġew mgħallqa mill Awstrijaki Unifikazzjoni tal Italja Fil it Tieni Gwerra Taljana għall Indipendenza fl 1859 Piemonte tal zammew mal Imperatur Franċiz Napuljun III kontra l Imperu Awstrijaku Wara t telfa li ġarrbet l Awstrija il Lombardia ġiet ċeduta lil Franza li ttrasferietha lil Piemonte Sardenja bi tpartit għal Nizza u Mantova għalkemm kienet provinċja kostitwenti tal Lombardia xorta waħda baqgħet taħt l Imperu Awstrijaku flimkien ma Venezja Fl 1866 il Konfederazzjoni tat Tramuntana tal Ġermanja mmexxija mill zammet mar Renju tal Italja li kien għadu kemm issawwar u li kien immexxi minn Piemonte kontra l Imperu Awstrijaku fit Tielet Gwerra Taljana għall Indipendenza It telfa ħesrem tal Awstrija wasslet biex tirtira mir Renju ta Venezja inkluz mill belt kapitali Venezja Mantova reġgħet ingħaqdet mar reġjun tal Lombardia u ġiet inkorporata fir Renju tal Italja Sit ta Wirt DinjiVeduta panoramika ta Mantova mix xatt oppost tax xmara Mincio Mantova flimkien ma Sabbioneta ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2008 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet Siti ewleninVeduta panoramika Pjazza Sordello il qalba taċ ċentru storiku ta Mantova Il familja Gonzaga pproteġiet l arti u l kultura u ospitat diversi artisti importanti bħal Andrea Mantegna Giulio Romano Donatello u Minkejja li ħafna mill kapulavuri ġew sparpaljati il valur kulturali ta Mantova xorta waħda huwa straordinarju u ħafna mill binjiet ekklezjastiċi ta Mantova huma ezempji importanti uniċi tal arkitettura Taljana Fost il binjiet ikoniċi ewlenin hemm il Palazzo Te 1525 1535 palazz semirurali ta Giulio Romano li għex f Mantova fl aħħar snin ta ħajtu bi stil Rinaxximentali matur u b xi ħjiel ta ta wara zmien Raffaello Il palazz kien il villa residenzjali tas sajf ta Federico II Gonzaga Attwalment jospita l Muzew Ċiviku permezz tad donazzjonijiet ta wieħed mill iktar pubblikaturi Taljani importanti u ta arkitett Mantovan li ħadem fl Iraq u li minn hemm ġab miegħu opri tal arti importanti tal il Palazz Dukali residenza famuza tal familja Gonzaga magħmula minn numru ta binjiet btieħi u ġonna madwar il Palazzo del Capitano il Magna Domus u l Kastell ta San Ġorġ bil Kamra tal Mizzewġin bit Taljan Camera degli Sposi kamra mimlija affreski magħmula minn Andrea Mantegna il Bazilika ta Sant Indrija il kostruzzjoni tagħha nbdiet fl 1462 skont id disinni ta Leon Battista Alberti izda tlestiet biss fis seklu 18 meta nbniet il koppla enormi ddisinjata minn id Duomo il Katidral ta San Pietru l Appostlu ir Rotunda ta San Lawrenz it Teatru Bibiena magħruf ukoll bħala t Teatru Xjentifiku ġie ddisinjat minn fl 1767 1769 It teatru ġie inawgurat uffiċjalment fit 3 ta Diċembru 1769 u fis 16 ta Jannar 1770 Wolfgang Amadeus Mozart li kellu 13 il sena għamel kunċert fih il Knisja ta San Bastjan il Palazz tal Isqof il Palazzo degli Uberti il Palazzo d Arco palazz Neo Klassiku li nbena fl 1746 minn familja nobbli minn li tat isimha lill binja Fil palazz attwalment hemm muzew u gallerija ta pitturi bix xogħlijiet ta u ċiklu ta pitturi ta it Torre della Gabbia it Torri tal Gaġġa il Palazz tal Podesta il Palazzo della Ragione bit Torri tal Arloġġ il Palazz Bonacolsi il Palazz Valenti Gonzaga ezempju ta arkitettura u tizjin Barokki b affreski li ġew attribwiti lill pittur Fjamming Il faċċata tal palazz ġiet iddisinjata minn Nicolo Sebregondi il Casa del Mercato id Dar tas Suq binja Rinaxximentali mimlija affreski li ġiet iddisinjata minn Luca Fancelli fl 1462 u li iktar il quddiem intuzat minn Andrea Mantegna id Dar ta Mantegna faċċata tal Knisja ta San Bastjan Din bdiet tinbena minn Mantegna fl 1476 skont pjanta b bitħa interna ċirkolari inkluza fi ħdan binja kwadra esterna Attwalment tintuza għal wirjiet temporanji il Muzew Djoċesan ta Francesco Gonzaga muzew tal arti fejn jintwerew oġġetti sagri armaturi muniti tapizzeriji oġġetti tal fuħħar u pitturi antiki u kontemporanji il Knisja ta Santa Pawla knisja li nbniet fil bidu tas seklu 15 skont ir rieda tal Markiza il mara ta Arkitetti bħal Luca Fancelli u Giulio Romano kkollaboraw fil kostruzzjoni tagħha Il knisja fiha l oqbra ta ħames membri tal familja Gonzaga fosthom dawk ta Paola Malatesta u Francesco II il Knisja ta Santa Marija ta Gradaro knisja li bdiet tinbena mill 1256 fuq is sit fejn skont it tradizzjoni kien midfun San Lonġinu Fl 1772 il knisja saret maħzen u reġgħet ġiet ikkonsagrata biss fis snin 50 tas seklu 20 TrasportVeduta ta Mantova billejl bil Kastell ta San Ġorġ mixgħul Karozza Bil karozza wieħed jista jasal Mantova bl awtostrada A4 Milan Venezja sa Verona imbagħad jaqbad l awtostrada A22 Modena Inkella wieħed jista jasal Mantova minn Milan fuq it triq statali 415 Milan Cremona sa Cremona u minn hemm jaqbad it triq statali 10 Cremona Mantova jew minn Verona fuq it triq statali 62 Ferrovija L istazzjon ferrovjarju ta Mantova li nfetaħ fl 1873 jinsab fuq ir rotot ferrovjarji ta Milan Cremona Mantova u Verona Mantova Modena L istazzjon huwa l venda għal tliet linji reġjonali lejn Cremona u Milan lejn u lejn Verona Porta Nuova u Modena Trenitalia topera kollegament ta veloċita għolja ta kuljum ma Ruma Ajru L eqreb ajruport huwa dak ta Verona Villafranca Is servizz privat dirett bil karozzi tal linja li kien jikkollega l ajruport mal istazzjon ferrovjarju ta Mantova ġie kkanċellat fl 1 ta Jannar 2015 Attwalment hemm kollegament pubbliku bil karozzi tal linja li huwa pprovdut mill ajruport sal istazzjon ferrovjarju ta Verona Porta Nuova u mbagħad wieħed jista jaqbad il ferrovija minn Verona sa Mantova Tal linja Is servizzi lokali bil karozzi tal linja pprovdut minn APAM huwa maqsum fuq zewġ livelli is servizz urban fi ħdan iz zona taċ ċentru u s subborgi u dak interurban fi ħdan l irħula u l villaġġi tal madwar MixxellanjiStħarriġ annwali ta Legambiente moviment ekoloġista tal Italja fl 2005 iddikjara li Mantova kienet l iktar belt tajba biex tgħix fiha fl Italja L istħarriġ kien ibbazat fuq il livelli ta tniġġis il kwalita tal ħajja it traffiku u t trasport pubbliku fost kriterji oħra Il ġisem ta San Lonġinu li ġie rkuprat u ntilef darbtejn jingħad li nstab għal darb oħra f Mantova fl 1304 flimkien mal Isponza Mqaddsa mtebba bid demm ta Kristu Il kompozitur Claudio Monteverdi ġie impjegat minn Vincenzo Gonzaga id Duka ta Mantova il mexxej tad Dukat ta Mantova meta kiteb il Vespro della Beata Vergine ippubblikat fl 1610 Iben Vincenzo u s suċċessur tiegħu id Duka ta Mantova fl 1612 keċċa lil Monteverdi li kiseb pozizzjoni iktar prestiġjuza fil Bazilika ta San Mark f Venezja Mill 1997 Mantova ospitat il Festivaletteratura wieħed mill iktar avvenimenti letterarji rinomati fl Ewropa Fl 2007 il fdalijiet ta zewġ katavri magħrufa bħala l Maħbubin ta Valdaro ġew skoperti waqt il kostruzzjoni ta fabbrika Huwa maħsub li l fdalijiet għandhom bejn 5 000 u 6 000 sena Ġie spekulat ukoll li l fdalijiet huma ta zewġ zgħazagħ maħbubin għaliex iz zewġ skeletri nstabu qishom kienu mgħannqin F Mejju 2012 terremot kbir hezzez it Tramuntana tal Italja u kkawza ħsarat lil xi binjiet storiċi ta Mantova fosthom il Palazz Dukali Wara xhur ta tiswija il Palazz Dukali reġa nfetaħ f Settembru 2012 Il kompozitur Antonio Vivaldi ġie impjegat mill Gvernatur ta Mantova bejn l 1718 u l 1720 Mantova ispiratu biex jikteb l Erba Staġuni u l belt baqgħet magħrufa fl Italja li tgawdi minn varjazzjonijiet staġonali GvernMill organizzazzjoni politika mill ġdid tal gvern lokali fl 1993 Mantova ġiet iggvernata mill Kunsill tal Belt ta Mantova Il votanti jeleġġu direttament lil 33 kunsillier u lis Sindku ta Mantova kull ħames snin Is Sindku ta Mantova attwali huwa PD li ġie elett fil 15 ta Ġunju 2015 u mill ġdid fl 2020 għal mandat ieħor ĠemellaġġMantova hija ġemellata ma Charleville Mezieres Franza 1959 Nevers Franza 1959 Pushkin ir Russja 1993 Weingarten il Ġermanja 1998 Madison l Istati Uniti 2001 Ōmihachiman il Ġappun 2005 Oradea ir Rumanija 2005Ċittadini notevoliMarcus Antonius Antimachus għall ħabta tal 1473 1552 pijunier tat tagħlim Rinaxximentali tal lingwa Griega Giovanni Battista Bertani 1516 1576 arkitett Giacomo Benefatti 1304 1332 isqof Kattoliku Ruman Constanzo Beschi it 8 ta Novembru 1680 1742 poeta magħruf sew Huwa magħruf bħala Viramamunivar bit Tamil Baldassare Castiglione is 6 ta Diċembru 1478 it 2 ta Frar 1529 il Konti ta Casatico uffiċjal diplomatiku suldat u awtur Gino Fano 1871 1952 matematiku San Alwiġi Gonzaga 1568 1591 Ġizwita Pietro Giovanni Guarneri 1655 1720 produttur tal vjolini tal familja Guarneri telaq minn Cremona fl 1679 u eventwalment stabbilixxa ruħu f Mantova Learco Guerra 1902 1963 ċiklista professjonista fil 1931 rebaħ il kampjonat tad dinja taċ ċiklizmu Alfredo Guzzoni 1877 1965 Ġeneral tal Armata Taljana fit Tieni Gwerra Dinjija Alberto Jori filosfu Neo Aristoteljan Maħbubin ta Valdaro Claudio Monteverdi għall ħabta tal 1567 1643 kompozitur Tazio Nuvolari 1892 1953 motoċiklista u sewwieq tal karozzi tat tlielaq Ippolito Nievo 1831 1861 kittieb ġurnalist u patrijott Dave Rodgers 1963 muziċista u kantant Pietro Pomponazzi 1462 1525 filosfu Taljan Xi kultant huwa magħruf bl isem Latin tiegħu Petrus Pomponatius Samuel Romanelli 1757 1814 intellettwali Lhudi u kittieb dwar il vjaġġi li ppubblikat l ewwel etnografija moderna tal Marokkini Lhud Salamone Rossi ca 1570 1630 vjolinista u kompozitur Lhudi li kien direttur tal kunċerti f Mantova mill 1587 sal 1628 Giuseppe Sarto 1835 1914 maħtur Isqof fl 1884 qabel ma sar il Papa Piju X fl 1903 Stefano Scarampella 1843 1925 produttur tal vjolini telaq minn Brescia u stabbilixxa ruħu f Mantova fl 1886 Ada Sacchi Simonetta 1874 1944 u attivista għad drittijiet tan nisa Leone de Sommi għall ħabta tal 1525 għall ħabta tal 1590 direttur teatrali u kittieb Sordello jew Sordel troubadour tas seklu 13 mil Lombardia twieled fil muniċipalita ta fil provinċja ta Mantova Franca Sozzani editur kap ta Vogue Italia twieldet f Mantova Virġilju 70 Q K 19 Q K poeta klassiku Ruman FizzjoniF Romeo u Ġuljetta ta William Shakespeare Romeo jiġi kkastigat talli qatel lil Tybalt huwa jiġi eziljat minn Verona għal Mantova Il pjan kien li kemm Romeo kif ukoll Ġuljetta jaħarbu minn Verona wara li Ġuljetta tqum mill mewta taparsi tagħha izda dan qatt ma seħħ għaliex Romeo miet u hi qatlet lilha nnifisha b sejf F The Taming of the Shrew ta William Shakespeare is surmast tal iskola li jagħmilha taparsi ta missier Lucentio Vincentio huwa minn Mantova Hortensio jiġi pprezentat bħala Licio imwieled f Mantova Karattru ieħor bl isem ta Pedant jiddikjara wkoll li huwa minn Mantova L opra ta Giuseppe Verdi ibbazata fuq Le roi s amuse ta hija ambjentata f Mantova L awtoritajiet Awstrijaki Ungerizi f Venezja ġegħluh jiċċaqlaq minn Franza lejn Mantova Binja Medjevali b portiku u loġġa tas seklu 15 f Mantova jingħad li hija d dar ta Rigoletto Fil verita kienet id dar ta dawk li kienu jattendu l katidral regolarment Din intgħazlet mill familja Gonzaga bħala r residenza tal ġifa leġġendarja li mbagħad intuzat minn Verdi fl opra tiegħu Referenzi Portale istituzionale del Comune di Mantova www comune mantova gov it Miġbur 2021 07 15 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Mantua and Sabbioneta UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 07 15 Mantua Encyclopedia com www encyclopedia com Miġbur 2021 07 15 Ecosistema Urbano Legambiente bit Taljan 2020 11 06 Miġbur 2021 07 15 Fagles Robert ed The Aeneid 2006 10 242 Penguin Group ISBN 0 670 03803 2 Lucchini Daniele Rise and fall of a capital The history of Mantua in the words of who wrote about it 2013 ISBN 978 1 291 78388 9 Conte Gian Biagio Trans Joseph B Solodow Latin Literature A History Johns Hopkins University Press 1994 Henry S Lucas The Renaissance and the Reformation Harper amp Bros Publishers New York 1960 pp 42 43 Mantua Italy s sleeping beauty city the Guardian bl Ingliz 2013 03 29 Miġbur 2021 07 15 Prehistoric Romeo and Juliet discovered thewest com au web archive org 2007 09 27 Arkivjat minn l oriġinal fl 2007 09 27 Miġbur 2021 07 15 Gemellaggi www comune mantova gov it Miġbur 2021 07 15 Taming of the Shrew Entire Play shakespeare mit edu Miġbur 2021 07 15