San Lawrenz Latin Laurentius Spanja 225 Ruma 10 ta Awwissu 258 kien djaknu tal Knisja ta Ruma u ħa l martirju flimkien m
San Lawrenz

San Lawrenz (Latin: Laurentius; , Spanja, 225 – Ruma, 10 ta' Awwissu 258) kien djaknu tal-Knisja ta’ Ruma, u ħa l-martirju flimkien ma' erba’ djakni oħra li kienu sħabu, erbat ijiem wara l-martirju tal- fil-persekuzzjoni ta’ , fl-10 ta’ Awissu tas-sena 258.
San Lawrenz | |
---|---|
San Lawrenz, pittura ta' , sek. XIV | |
Twelid | Huesca (Spanja) |
Mewt | 10 ta' Awwissu Ruma |
L-ikbar | Basilka ta' ta' Ruma |
10 ta' Awwissu | |
Attributi | Gradilja, palma, |
koki, librara, bibljotekarji, pumpiera, ħaddiema tal-ħġieġ, djakni permanenti. |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Tfulija
San Lawrenz twieled f'Huesca minn familja nobbli minn Aragona fi Spanja. Jingħad illi meta ommu kienet qed tistenna it-twelid tiegħu kienet tara bħal dawl imdawwar magħha. Dan id-dawl misterjuż kien ġie interpretat bħala sinjal illi t-tarbija ġol-ġuf tagħha kellu jxerred id-dawl lil dawk kollha li kienu jgħixu fil-paganiżmu. Lawrenz ħa l-edukazzjoni tiegħu f'Saragoża.
F'Ruma
Sistu, Papa futur, kien filosofu u Arċidjaknu ġewwa Ruma meta żar Spanja u hemm sar ħabib kbir ta’ Lawrenz u stiednu jmur miegħu Ruma. Lawrenz aċċetta. Matul il-vjaġġ twil tagħhom għal Ruma għaddew minn Ġenova fejn jingħad li kkonvertew bosta pagani għall-Kristjaneżmu.
Meta wasal Ruma Lawrenz ingħata merħba mill-Papa Fabjanu. Meta laħaq Sistu bħala Papa Sistu II fis-sena 257 w.K., huwa laħħqu Arċidjaknu ta’ Ruma. Hekk sar il-Vigarju u teżorier tal-Knisja biex aktar jassisti lill-Papa Sistu II. Kien ukoll responsabbli ta’ sitt Djakni ta’ Ruma: Agapitu, Feliċissimu, Vinċenz, Ġennaru, Manju u Stefanu.
Il-Martirju
Skont it-Tradizzjoni, il-Prefett ta’ Ruma talab lill-Qaddis biex jagħtih id-deheb u l-fidda tal-knisja. San Lawrenz, billi kien jobsor li hu wkoll ma kienx ser idum ma jieħu l-martirju, beda jbigħ kull ma kellha l-Knisja, u l-flus flok tahom lill-Prefett, qassamhom lin-nies fqar tal-Belt. Lill-Prefett ħadlu kemm sab nies foqra, xjuħ u morda. Il-Prefett xegħel bil-għadab u malajr ikkundanna lil San Lawrenz għall-mewt, u ordna li jiġi maħruq ħaj fuq nar bati, li San Lawrenz sofra b’kuraġġ liema bħalu. Wara l-martirju, il-fdal tal-Qaddis indifen fiċ-ċimiterju ta’ Ċirijaka ħdejn it-triq Tiburtina fil-Verano.
l-Kbir bena Bażilika fuq il-qabar tiegħu, li waqgħet u nbniet kemm-il darba. Il-knisja li hemm illum iġġib l-isem ta’ San Lorenzo Fuori le Mura, u tinsab f’idejn il-patrijiet Kapuċċini.
Patrunaġġ
San Lawrenz huwa l-qaddis protettur tad-djakni, tal-koki u tal-pumpiera tat-tifi tan-nar. San Ġorġ Preca għażlu bħala l-qaddis patrun tal-magħżulin, it-tfal il-kbar li jattendu fis-Soċjetà tal-MUSEUM.
F'Malta
Sar-raba seklu d-devozzjoni lejn San Lawrenz kienet inxterdet madwar id-dinja kollha u ma damitx ma laħqet Malta. Il-Birgu hu meqjus bħala l-eqdem parroċċa wara l-Katidral tal-Imdina. Tradizzjonalment jinżamm li l-qima lejn San Lawrenz aktarx waslet fil-Birgu bejn l-1283 u l-1410, tul il-ħakma Aragoniża, reġjun li fih twieled il-Qaddis. Meta il-Kavallieri ħadu Malta fl-1530, il-knisja ta’ San Lawrenz saret il-Knisja Konventwali tal-Ordni. Il-festa ta' San Lawrenz bdiet tiġi ċċelebrata mill-Gran Prijur bi tliet quddisiet, bil-vġili u bl-ottava. Nhar il-festa kienet issir purċissjoni solenni bis-sehem ta’ ħafna kavallieri u, xi drabi, bil-parteċipazzjoni tal-Gran Mastru. Prominenti fost dawn kien hemm il-Gran Mastri Perellos u Hompesch li għażlu li jieħdu l-pussess ta’ din il-belt nhar San Lawrenz. Il-Knisja li hemm illum inbniet bejn il-1681 u l-1697 minn Lorenzo Gafà u saret Knisja Kolleġġjata fl-1820.
Kien hemm żmien meta l-festa ta’ San Lawrenz kienet tiġi ċċelebrata daqs l-Imnarja, tant li l-għarus kien jintrabat li wara t-tieġ jieħu lil martu għall-festa ta’ San Lawrenz. Kienet festa ta’ fuq il-baħar, b’ħafna dgħajjes jimlew id-daħliet bejn il-Birgu u l-Isla u l-Birgu u l-Kalkara. Kien hemm snin meta, minbarra fil-Birgu, kien ikun hemm il-logħob tan-nar fix-xatt tal-Kalkara wkoll. Minflok tiġrijiet taż-żwiemel, kif isir fl-Imnarja, fil-festa ta’ San Lawrenz kienu jsiru t-tiġrijiet tad-dgħajjes u jingħataw il-paljijiet lir-rebbieħa.
Fl-aħħar tal-Medjuevu ġewwa Għawdex kien hemm tliet knejjes dedikati għalih, waħda kienet ġewwa ċ-Cittadella, oħra lejn ta’ Għodlien u oħra lejn Ta' Ċangura li spiċċa biex sar ir-raħal ta’ San Lawrenz, villaġġ żgħir fil-punent t'Għawdex, imdawwar minn tliet għoljiet, ta’ Għammar, ta' Gelmus u Ta' Dbieġi.
Id-Dmugħ ta' San Lawrenz
Għadd ikbar mis-soltu ta' Persejdi, jew shooting stars, jimlew is-sema tal-gżejjer Maltin għall-ħabta tal-10 t'Awwissu ta' kull sena u dan il-fenomenu jissejjaħ id-Dmugħ ta' San Lawrenz peress meta dan jiġri jkun qrib tal-festa tal-qaddis. Skont it-tradizzjoni, wieħed għandu jagħmel xewqa waqt li jkun għaddej dan l-ispettaklu fis-sema u din issir realtà. F'diversi partijiet madwar Malta, Maltin u turisti saru jinġabru biex għal ftit sigħat jaraw il-faxxi tad-dawl jixegħlu s-sema. Dak li joħloq il-faxx dawl hi ġebla żgħira daqs farka ramel. Meta din taħbat mal-atmosfera tad-dinja, b'veloċità ta' madwar 150,000 kilometru fis-siegħa, tieħu n-nar. Dan iseħħ madwar 100 kilometru 'l fuq minn wiċċ id-dinja. B'hekk wieħed ikun qed jara faxx dawl. Imħeġġin mill-Għaqda Maltija tal-Astronomija, bosta saru saħansitra jmorru fil-ponta tal-Aħrax tal-Mellieħa biex jarawhom aktar ċar.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar San Lawrenz, X'inhi San Lawrenz? Xi tfisser San Lawrenz?
San Lawrenz Latin Laurentius Spanja 225 Ruma 10 ta Awwissu 258 kien djaknu tal Knisja ta Ruma u ħa l martirju flimkien ma erba djakni oħra li kienu sħabu erbat ijiem wara l martirju tal fil persekuzzjoni ta fl 10 ta Awissu tas sena 258 San LawrenzSan Lawrenz pittura ta sek XIVTwelid Huesca Spanja Mewt 10 ta Awwissu RumaL ikbar Basilka ta ta Ruma10 ta AwwissuAttributi Gradilja palma koki librara bibljotekarji pumpiera ħaddiema tal ħġieġ djakni permanenti Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija TfulijaSan Lawrenz twieled f Huesca minn familja nobbli minn Aragona fi Spanja Jingħad illi meta ommu kienet qed tistenna it twelid tiegħu kienet tara bħal dawl imdawwar magħha Dan id dawl misterjuz kien ġie interpretat bħala sinjal illi t tarbija ġol ġuf tagħha kellu jxerred id dawl lil dawk kollha li kienu jgħixu fil paganizmu Lawrenz ħa l edukazzjoni tiegħu f Saragoza F RumaSistu Papa futur kien filosofu u Arċidjaknu ġewwa Ruma meta zar Spanja u hemm sar ħabib kbir ta Lawrenz u stiednu jmur miegħu Ruma Lawrenz aċċetta Matul il vjaġġ twil tagħhom għal Ruma għaddew minn Ġenova fejn jingħad li kkonvertew bosta pagani għall Kristjanezmu Meta wasal Ruma Lawrenz ingħata merħba mill Papa Fabjanu Meta laħaq Sistu bħala Papa Sistu II fis sena 257 w K huwa laħħqu Arċidjaknu ta Ruma Hekk sar il Vigarju u tezorier tal Knisja biex aktar jassisti lill Papa Sistu II Kien ukoll responsabbli ta sitt Djakni ta Ruma Agapitu Feliċissimu Vinċenz Ġennaru Manju u Stefanu Il MartirjuSkont it Tradizzjoni il Prefett ta Ruma talab lill Qaddis biex jagħtih id deheb u l fidda tal knisja San Lawrenz billi kien jobsor li hu wkoll ma kienx ser idum ma jieħu l martirju beda jbigħ kull ma kellha l Knisja u l flus flok tahom lill Prefett qassamhom lin nies fqar tal Belt Lill Prefett ħadlu kemm sab nies foqra xjuħ u morda Il Prefett xegħel bil għadab u malajr ikkundanna lil San Lawrenz għall mewt u ordna li jiġi maħruq ħaj fuq nar bati li San Lawrenz sofra b kuraġġ liema bħalu Wara l martirju il fdal tal Qaddis indifen fiċ ċimiterju ta Ċirijaka ħdejn it triq Tiburtina fil Verano l Kbir bena Bazilika fuq il qabar tiegħu li waqgħet u nbniet kemm il darba Il knisja li hemm illum iġġib l isem ta San Lorenzo Fuori le Mura u tinsab f idejn il patrijiet Kapuċċini PatrunaġġSan Lawrenz huwa l qaddis protettur tad djakni tal koki u tal pumpiera tat tifi tan nar San Ġorġ Preca għazlu bħala l qaddis patrun tal magħzulin it tfal il kbar li jattendu fis Soċjeta tal MUSEUM F MaltaSar raba seklu d devozzjoni lejn San Lawrenz kienet inxterdet madwar id dinja kollha u ma damitx ma laħqet Malta Il Birgu hu meqjus bħala l eqdem parroċċa wara l Katidral tal Imdina Tradizzjonalment jinzamm li l qima lejn San Lawrenz aktarx waslet fil Birgu bejn l 1283 u l 1410 tul il ħakma Aragoniza reġjun li fih twieled il Qaddis Meta il Kavallieri ħadu Malta fl 1530 il knisja ta San Lawrenz saret il Knisja Konventwali tal Ordni Il festa ta San Lawrenz bdiet tiġi ċċelebrata mill Gran Prijur bi tliet quddisiet bil vġili u bl ottava Nhar il festa kienet issir purċissjoni solenni bis sehem ta ħafna kavallieri u xi drabi bil parteċipazzjoni tal Gran Mastru Prominenti fost dawn kien hemm il Gran Mastri Perellos u Hompesch li għazlu li jieħdu l pussess ta din il belt nhar San Lawrenz Il Knisja li hemm illum inbniet bejn il 1681 u l 1697 minn Lorenzo Gafa u saret Knisja Kolleġġjata fl 1820 Kien hemm zmien meta l festa ta San Lawrenz kienet tiġi ċċelebrata daqs l Imnarja tant li l għarus kien jintrabat li wara t tieġ jieħu lil martu għall festa ta San Lawrenz Kienet festa ta fuq il baħar b ħafna dgħajjes jimlew id daħliet bejn il Birgu u l Isla u l Birgu u l Kalkara Kien hemm snin meta minbarra fil Birgu kien ikun hemm il logħob tan nar fix xatt tal Kalkara wkoll Minflok tiġrijiet taz zwiemel kif isir fl Imnarja fil festa ta San Lawrenz kienu jsiru t tiġrijiet tad dgħajjes u jingħataw il paljijiet lir rebbieħa Fl aħħar tal Medjuevu ġewwa Għawdex kien hemm tliet knejjes dedikati għalih waħda kienet ġewwa ċ Cittadella oħra lejn ta Għodlien u oħra lejn Ta Ċangura li spiċċa biex sar ir raħal ta San Lawrenz villaġġ zgħir fil punent t Għawdex imdawwar minn tliet għoljiet ta Għammar ta Gelmus u Ta Dbieġi Id Dmugħ ta San LawrenzGħadd ikbar mis soltu ta Persejdi jew shooting stars jimlew is sema tal gzejjer Maltin għall ħabta tal 10 t Awwissu ta kull sena u dan il fenomenu jissejjaħ id Dmugħ ta San Lawrenz peress meta dan jiġri jkun qrib tal festa tal qaddis Skont it tradizzjoni wieħed għandu jagħmel xewqa waqt li jkun għaddej dan l ispettaklu fis sema u din issir realta F diversi partijiet madwar Malta Maltin u turisti saru jinġabru biex għal ftit sigħat jaraw il faxxi tad dawl jixegħlu s sema Dak li joħloq il faxx dawl hi ġebla zgħira daqs farka ramel Meta din taħbat mal atmosfera tad dinja b veloċita ta madwar 150 000 kilometru fis siegħa tieħu n nar Dan iseħħ madwar 100 kilometru l fuq minn wiċċ id dinja B hekk wieħed ikun qed jara faxx dawl Imħeġġin mill Għaqda Maltija tal Astronomija bosta saru saħansitra jmorru fil ponta tal Aħrax tal Mellieħa biex jarawhom aktar ċar