Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Raffaello isem sħiħ Raffaello Sanzio jew Raffaello Santi 28 ta Marzu jew 6 ta April 1483 Urbino Dukat ta Urbino l Italja

Raffaello

  • Paġna Ewlenija
  • Raffaello
Raffaello
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Raffaello, isem sħiħ Raffaello Sanzio jew Raffaello Santi, (28 ta' Marzu jew 6 ta’ April, 1483, Urbino, Dukat ta’ Urbino, l-Italja — 6 ta’ April, 1520, Ruma, Stati Papali, l-Italja), pittur u arkitett tar-Rinaxximent Għoli Taljan. Raffaello huwa magħruf l-iktar għall-Madonni tiegħu u għall-kompożizzjonijiet kbar bil-figuri fil-Vatikan. Ix-xogħol tiegħu huwa ammirat għaċ-ċarezza tal-forma u l-faċilità tal-kompożizzjoni u għar-rappreżentazzjoni viżwali tal-ideal Neoplatoniku tal-grandjożità umana.

Raffaello

Awtoritratt ta' Raffaello fl-età ta' 23 sena
Ħajja
Isem propju Raffaello Sanzio
Twelid Urbino, 6 April 1483, 28 Marzu 1483, 1483
Nazzjonalità
Grupp etniku
Mewt Ruma, 6 April 1520
Post tad-dfin
(en)
Kawża tal-mewt  ()
Familja
Missier
Konjuga/i Not married
Koppja/i
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema

Studenti
uri

  • (en)
    (en)
    (mul)

    (mul)
    (en)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni

arkitett





Post tax-xogħol Firenze
Perugia
Ruma
Siena
Urbino
Xogħlijiet importanti


(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
Premjijiet
List
Moviment
Moviment artistiku




L-ewwel snin f'Urbino

Raffaello kien iben Giovanni Santi u Magia di Battista Ciarla; ommu mietet fl-1491. Missieru kien, skont l-artist u bijografu tas-seklu 16, Giorgio Vasari, pittur "ta' ebda mertu kbir". Madankollu kien bniedem kolt li kien f'kuntatt kontinwu mal-ideat artistiċi avvanzati ta' dak iż-żmien fil-qorti ta' Urbino. Lil ibnu tah l-ewwel tagħlim fil-pittura, u, qabel mewtu fl-1494, meta Raffaello kellu biss 11-il sena, introduċieh għall-filosofija umanistika tal-qorti.

Urbino kien sar ċentru tal-kultura matul il-ħakma tad-Duka Federico da Montefeltro, li inkuraġġixxa l-arti u attira fil-qorti tiegħu nies ta' talent kbir, fosthom Donato Bramante, , u . Għalkemm Raffaello kien ħa jkun influwenzat minn artisti mill-ikbar f'Firenze u Ruma, Urbino kien il-bażi għat-tagħlim ta' wara kollu tiegħu. Barra minn hekk, il-vitalità kulturali tal-belt x'aktarx stimulat il-prekoċità eċċezzjonali tal-artist żagħżugħ, li, anke fil-bidu tas-seklu 16, meta bilkemm kellu 17-il sena, kien diġà wera talent straordinarju.

Apprendistat f'Perugia

Id-data ta' meta Raffaello mar Perugia mhijiex magħrufa, iżda diversi studjużi jagħtu l-1495. L-ewwel xhieda tal-attività ta’ Raffaello bħala pittur tinstab Perugia f’dokument tal-10 ta’ Diċembru 1500, li jiddikjara li l-pittur żagħżugħ, dak iż-żmien diġà msejjaħ "maestro", ingħata kummissjoni biex jgħin fil-pittura ta' titular li kellu jitlesta sat-13 ta' Settembru 1502. Minn dan naraw ċar li Raffaello kien diġà ta prova tal-abbiltá tiegħu, tant li bejn l-1501 u l-1503 irċieva kummissjoni pjuttost importanti - biex ipinġi l-Inkurunazzjoni tal-Madonna għall-Kappella Oddi fil-Knisja ta' San Franġisk, Perugia (u li issa qiegħda fil-Vatikan). Il-pittur kbir Umbrijan kien qiegħed jaħdem fuq l-affreski fil-Collegio del Cambio f’Perugia bejn l-1498 u l-1500, u b'hekk Raffaello, bħala membru tal-istudjo ta' Perugino seta' jitgħallem ħafna mingħandu fis-sengħa tiegħu.

Barra dan it-tagħlim prattiku, Raffaello kien influwenzat ukoll mill-istil skwiżit u kalm ta’ Perugino. L-Għoti taċ-Ċwievet lil San Pietru, impinġija fl-1481-1482 minn Perugino għall- tal-palazz tal-Vatikan, ispirat l-ewwel xogħol kbir ta’ Raffaello, Iż-Żwieġ tal-Madonna (1504). L-influwenza ta’ Perugino tidher fl-enfasi fuq il-perspettiva, fir-relazzjonijiet gradati bejn il-figuri u l-arkitettura, u fil-ħlewwa lirika tal-figuri. Minkejja dan, anke f’din il-pittura bikrija, jidher ċar li s-sensibilità ta’ Raffaello kienet differenti minn dik tal-għalliem tiegħu. Id-dispożizzjoni tal-figuri hija marbuta mal-arkitettura b’mod inqas riġidu, u d-dispożizzjoni ta’ kull figura relattiva għall-oħrajn hija aktar informali u animata. Il-ħlewwa tal-figuri u r-relazzjoni ġentili bejniethom ma nsibux bħalhom fix-xogħol ta’ Perugino.

It-tliet pitturi żgħar li pinġa Raffaello ftit wara Iż-Żwieġ tal-Madonna --Viżjoni ta’ Kavallier, Tliet Grazzji, u San Mikiel -- huma eżempji tal-ikbar sengħa ta’ pittura narrattiva, fejn naraw minbarra l-freskezza taż-żgħożija, kapaċità li qiegħda timmatura biex tikkontrolla l-elementi tal-istil tiegħu. Għalkemm kien tgħallem ħafna minn Perugino, Raffaello fl-aħħar tal- 1504 ħass il-bżonn li jfittex pitturi oħra biex jitgħallem minnhom; jidher ċar li x-xewqa li kellu li jitgħallem kienet qiegħda ġġegħlu jħares lil hinn minn Perugia.

Firenze

Vasari jirrakkonta b'mod vag li Raffaello mar Siena mal-pittur Peruġin u mbagħad baqa' sejjer Firenze, attirat minn dak li sema' dwar ix-xogħol li Leonardo da Vinci u Mikelanġlu kienu qegħdin iwettqu f'dik il-belt. Fil-ħarifa tal-1504 Raffaello żgur kien wasal Firenze. Ma nafux jekk din kinitx l-ewwel żjara tiegħu f'Firenze, iżda, kif jixhdu x-xogħlijiet tiegħu, kien madwar l-1504 li l-ewwel ġie f'kuntatt sewwa ma' din iċ-ċiviltà artistika, li saħħet l-ideat kollha li kien diġà kiseb waqt li fetħitlu orizzonti ġodda u aktar fil-wisa'. Vasari jikteb li ma studjax biss ix-xogħlijiet ta' Leonardo, Mikelanġlu, u , li kienu l-maestri tar-Rinaxximent Għoli, iżda wkoll "l-affarijiet qodma ta' ", pijunier tan-naturaliżmu li mmarka l-qtugħ tar-Rinaxximent bikri mill-Gotiku.

Xorta waħda, l-għalliema prinċipali tiegħu f'Firenze kienu Leonardo u Mikelanġlu. Ħafna mix-xogħlijiet li ħoloq Raffaello bejn l-1505 u l-1507, l-aktar is-sensiela kbira ta’ Madonni fosthom Il-Madonna tal-Gardell (c. 1505), il-Madonna del Prato (c. 1505), il-Madonna ta' Esterházy (c. 1505-1507), u La Belle Jardinière (c. 1507), fihom ħafna xhieda tal-influwenza ta’ Leonardo, li kien ilu jagħmel innovazzjonijiet kbar fil-pittura mill-1480. Raffaello kien influwenzat b’mod partikolari mill-pitturi tal-Madonna u l-Bambin ma' Sant'Anna ta’ Leonardo, li fihom insibu ambjentazzjoni intima u sempliċi rari fl-arti tas-seklu 15. Mill-Fjorentini Raffaello tgħallem il-metodu għall-bini tal-kompożizzjonijiet tiegħu li fil-fond għandhom mases piramidali ta' fiġuri; il-figuri huma miġbura f'unità waħda, filwaqt li kull waħda minnhom tibqa' żżomm l-individwalità u l-forma tagħha. Il-karatteristiċi ġodda tal-unità tal-kompożizzjoni u tat-tneħħija ta' kulma mhuwiex meħtieġ jiddistingwu x-xogħlijiet li pinġa f’Firenze. Raffaello tgħallem ħafna wkoll mit-tekniki tad-tidwil ta’ Leonardo; għamel użu moderat tal-chiaroscuro ta’ Leonardo (jiġifieri, kuntrast qawwi bejn id-dawl u d-dlam), u kien influwenzat b’mod speċjali mill-isfumato tiegħu (jiġifieri, l-użu ta’ sfumatura fina u ħafifa għall-aħħar minflok linja biex tiddefinixxi l-forom u l-karatteristiċi). Raffaello għadda lil Leonardo, madankollu, fil-ħolqien ta' tipi ġodda ta' figuri li l-uċuh tondi u ġentili tagħhom juru sentimenti mhux komplikati u tipikament umani imma mgħollijin għal perfezzjoni u għal serenità sublimi.

Fl-1507 Rafael kiseb kummissjoni biex ipinġi d-Depożizzjoni ta’ Kristu. F’dan ix-xogħol jidher ċar li Raffaello ried jitgħallem minn Mikelanġlu l-possibbiltajiet espressivi tal-anatomija umana. Iżda Raffaello kien differenti minn Leonardo u Mikelanġlu, li t-tnejn kienu pitturi ta' intensità skura u ta' eċitament, fis-sens li xtaq jiżviluppa stil aktar kalm u aktar estrovert li jservi bħala forma ta' komunikazzjoni viżwali għall-poplu, li jista' jifhmu kulħadd.

L-aħħar snin f'Ruma

Raffaello ġie imsejjaħ Ruma lejn l-aħħar tal-1508 mill-Papa , fuq suġġeriment tal-arkitett Donato Bramante, li sejjaħ lil Raffaello biex imur Ruma. Dak iż-żmien Raffaello ma kienx magħruf ħafna hemmhekk, iżda ż-żagħżugħ ma damx ma ħalla impressjoni profonda fuq Ġulju u l-qorti Papali, u l-awtorità tiegħu bħala maestro kibret ma' kull jum. Raffaello kien mogħni b'dehra sabiħa u b'seħer personali kbir minbarra t-talenti artistiċi prodiġjużi li kellu, u fl-aħħar tant sar popolari li beda jisejjaħ "il-prinċep tal-pitturi".

Raffaello għadda l-aħħar 12-il sena tal-ħajja qasira tiegħu f'Ruma. Kienu snin ta' attività sfrenata u ta' kapolavur wara l-ieħor. L-ewwel impieg tiegħu fil-belt kien biex ipinġi ċiklu ta’ affreski f’sensiela ta’ kmamar ta’ daqs medju fl-appartamenti Papali tal-Vatikan li fihom kien jgħix u jaħdem Ġulju nnifsu; dawn il-kmamar huma magħrufa sempliċement bħala Le Stanze: La Stanza della Segnatura (1508-1511) u La Stanza d’Eliodoro (1512-1514) kienu mżejna prattikament għalkollox minn Raffaello stess; l-affreski f'La Stanza dell’Incendio (1514-1517), għalkemm iddisinjati minn Raffaello, kienu fil-biċċa l-kbira esegwiti mill-bosta assistenti u studenti tiegħu.

Id-dekorazzjoni ta’ La Stanza della Segnatura kienet forsi l-akbar xogħol ta’ Raffaello. Ġulju II kien raġel kolt ħafna li ġab madwaru l-iktar nies famużi tar-Rinaxximent. Kien fada lil Bramante bil-bini tal-bażilika l-ġdida ta’ San Pietru biex tissostitwixxi l-knisja oriġinali tas-seklu 4; talab lil Michelangelo biex jeżegwixxi l-qabar tiegħu u ġiegħlu kontra qalbu jżejjen is-saqaf tal-Kappella Sistina; u, meta ntebaħ bil-ġenju ta’ Raffaello, tah f’idejh l-interpretazzjoni tal-iskema filosofika tal-affreski f'La Stanza della Segnatura. It-tema tagħha kienet il-ġustifikazzjoni storika tal-poter tal-Knisja Kattolika Rumana permezz tal-filosofija Neoplatonika.

Fuq l-erba’ ħitan ewlenin f'La Stanza della Segnatura hemm l-affreski d-Diżgwid u L-Iskola ta’ Ateni fuq il-ħitan il-kbar u Parnassu u Il-Virtujiet Kardinali fuq il-ħitan iż-żgħar. L-iktar tnejn importanti minn dawn l-affreski huma Id-Diżgwid u L-Iskola ta’ Ateni. Id-Diżgwid, li turi viżjoni ċelestjali ta' Alla u l-profeti u l-appostli tiegħu 'l fuq minn ġabra ta' rappreżentanti, tal-passat u tal-preżent, tal-Knisja Kattolika Rumana, tidentifika permezz tal-ikonografija tagħha t-trijonf tal-knisja mat-trijonf tal-verità. L-Iskola ta' Ateni hija allegorija kumplessa tal-filosofija, li turi lil u Aristotli mdawra minn filosfi, tal-imgħoddi u tal-ġejjieni, f'ambjent arkitettoniku mill-isbaħ, li tirrappreżenta l-kontinwità storika tal-ħsieb Platoniku. L-Iskola ta’ Ateni hija forsi l-iktar famuża mill-affreski kollha ta’ Raffaello, u waħda mill-aqwa opri artistiċi tar-Rinaxximent Għoli. F'dil-pittura Raffaello jimla spazju ordnat b'figuri f'ħafna pożi u ġesti, imma jikkontrollah b'tali mod li grupp wieħed ta' figuri jwassal għall-ieħor u jiġbed l-għajn lejn il-figuri ċentrali ta' Platun u Aristotli fil-punt konverġenti tal-ispazju perspettivali. L-ispazju li fih hemm jiltaqgħu l-filosfi huwa definit mill-kolonni u s-saqaf bl-arkati ta’ bażilika kbira bbażata fuq id-disinn ta’ Bramante għad-disinn tal-Bażilika l-ġdida ta’ San Pietru f’Ruma. L-effett ġenerali tal-affresk huwa wieħed ta’ kalma, ċarezza u ekwilibriju maestuż.

Għall-ħabta tal-istess żmien, probabbilment fl-1511, Raffaello pinġa suġġett aktar sekulari, It-Trijonf ta’ Galatea, fil-Villa Farnesina f’Ruma; dan ix-xogħol kien forsi l-aktar evokazzjoni li rnexxiet tal-ispirtu ħaj tal-antikità Klassika fir-Rinaxximent Għoli. Sadanittant, id-dekorazzjoni tal-appartamenti Papali ta' Raffaello kompliet wara l-mewt ta' Ġulju fl-1513 u fil-pontifikat suċċessiv ta' sal-1517. B'kuntrast mal-allegoriji ġeneralizzati f'La Stanza della Segnatura, id-dekorazzjonijiet fit-tieni kamra, La Stanza d'Eliodoro, juru ġrajjiet mirakulużi speċifiċi fl-istorja tal-knisja Nisranija. L-erba' suġġetti prinċipali huma It-Tkeċċija ta' Heliodorus mit-Tempju, Il-Quddiesa f'Bolsena, Il-Ħelsien ta' San Pietru, u l-Iljun Ii waqqaf lil Attila. Dawn l-affreski huma aktar profondi u aktar rikki fl-ilwien minn dawk fil-kamra ta’ qabel, u juru qawwa ġdida min-naħa ta’ Raffaello kemm fis-suġġetti drammatiċi tagħhom kif ukoll fl-effetti mhux tas-soltu tad-dawl. Il-Ħelsien ta’ San Pietru, pereżempju, huwa xena ta’ billejl u fih tliet effetti ta’ dawl differenti — id-dawl tal-qamar, it-torċa li tinġarr minn suldat, u d-dawl sopranaturali ħiereġ minn anġlu. Raffaello ħalla l-assistenti tiegħu jiddekoraw La Stanza dell’Incendio, ħlief affresk wieħed, In-Nar fil-Borgo, li fih jidher ċar kemm kien qiegħed fittex inċidenti pittoreski aktar drammatiċi u l-istudju kontinwu tiegħu ta’ suġġetti maskili għerwenin.

Fil-Madonni li Raffaello pinġa f'Ruma jitbiegħed mis-serenità u mill-ġentilezza tax-xogħlijiet ta' qabel biex jenfasizza l-kwalitajiet ta' enerġija u grandjożità. Il-Madonna ta' Alba (1508) hi eżempju perfett tal-ħlewwa trankwilla tal-Madonni Fjorentini iżda fl-istess ħin turi maturità ġdida ta’ espressjoni emozzjonali u sofistikazzjoni teknika suprema fil-pożi tal-figuri. Warajha kien hemm il-Madonna di Foligno (1510) u l-Madonna Sistina (1513), li juru kemm ir-rikkezza tal-ilwien kif ukoll l-awdaċja ġdida fl-invenzjoni kompożizzjonali tipika tal-perjodu Ruman ta’ Raffaello. Uħud mill-Madonni l-oħra ta' dak iż-żmien, bħall-Madonna ta' Franġisku I, huma notevoli għall-eleganza raffinata tagħhom.

  • Madonna ta' Alba
  • Madonna di Foligno
  • Madonna Sistina

Minbarra s-suċċessi l-oħra tiegħu, Raffaello sar l-iktar ritrattist importanti f'Ruma matul l-ewwel għoxrin sena tas-seklu 16. Introduċa modi ġodda ta’ preżentazzjoni u sitwazzjonijiet psikoloġiċi ġodda għall-mudelli tiegħu, kif jidher fir-ritratt ta’ Ljun X b’Żewġ Kardinali (1517-1519). L-aħjar xogħol ta’ Raffaello f'dan il-ġeneru huwa forsi r-Ritratt ta’ Baldassare Castiglione (1516), studju tal-karattru brillanti u impressjonanti.

Ljun X kkummissjona lil Raffaello biex jiddisinja 10 arazzi kbar biex jiddendlu mal-ħitan tal-Kappella Sistina. Seba’ mill-10 disinni preparatorji ta’ daqs sħiħ tlestew sal-1516, u l-arazzi minsuġa fuqhom iddendlu f’posthom fil-kappella sal-1519. Fil-pitturi Ananija, Il-Fejqan taz-Zopp, L-Għama ta’ Elize, Is-Sagrifiċċju f’Lystra, u San Pawl Jipprietka f’Ateni, Raffaello ħoloq prototipi li kienu ħa jinfluwenzaw it-tradizzjoni Ewropea tal-pittura tal-istorja narrattiva għal ħafna sekli wara. Id-disinni preparatorji juru s-sens drammatiku qawwi ta’ Raffaello, l-użu tiegħu ta’ ġesti u espressjonijiet tal-wiċċ biex juri l-emozzjoni, u l-inkorporazzjoni ta’ ambjenti fiżiċi kredibbli kemm mid-dinja naturali kif ukoll minn dik tal-arkitettura Rumana tal-qedem.

Waqt li kien qiegħed jaħdem f'La Stanza della Segnatura, Raffaello għamel ukoll l-ewwel xogħol arkitettoniku tiegħu, billi ddisinja l-Knisja ta’ Sant’Eligio degli Orefici. Fl-1513 il-bankier Agostino Chigi, li Raffaello kien diġà ddekora l-Villa Farnesina tiegħu, ikkummissjonah biex jiddisinja u jżejjen il-kappella funerarja tiegħu fil-Knisja ta’ Santa Maria del Popolo. Fl-1514 Ljun X għażlu biex jaħdem fuq il-Bażilika ta San Pietru flimkien ma’ Bramante; meta Bramante miet aktar tard dik is-sena, Raffaello ħa x-xogħol f'idejh u biddel il-pjanti tal-knisja minn disinn Grieg, jew fit-tond, għal wieħed disinn Latin, jew fit-tul.

Raffaello kien ukoll student ħerqan tal-arkeoloġija u tal-iskultura Greco-Rumana tal-qedem, li l-eki tagħha jidhru fil-pitturi tiegħu tal-figura umana matul il-perjodu Ruman. Fl-1515 Ljun X inkarigah bis-superviżjoni tal-preżervazzjoni tal-irħamijiet li kellhom iskrizzjonijiet ta' valur bil-Latin; sentejn wara nħatar kummissarju tal-antikitajiet għall-belt, u fassal mappa arkeoloġika ta' Ruma. Raffaello sa dan iż-żmien kien inkarigat mid-diversi proġetti artistiċi kollha tal-papat f’Ruma, li kienu jinvolvu l-arkitettura, il-pittura u d-dekorazzjoni, u l-preżervazzjoni tal-antikitajiet.

L-aħħar kapulavur ta’ Raffaello kien It-Trasfigurazzjoni (ikkummissjonata minn Giulio Kardinal de’ Medici fl-1517), titular enormi li kien għadu mhux lest meta miet u komplieh l-assistent tiegħu Giulio Romano. It-Trasfigurazzjoni hija xogħol kumpless li jgħaqqad l-irfinar formali estrem u l-eleganza kbira fl-eżekuzzjoni ma' atmosfera ta' tensjoni u vjolenza kkomunikata mill-ġesti aġitati ta' gruppi ta' figuri qrib xulxin. Juri sensibilità ġdida li qisha tbassar dinja ġdida, imqallba u dinamika. Fis-sentiment u l-kompożizzjoni tiegħu, il-kapulavur inawgura l-moviment u għandu t-tendenza lejn espressjoni li tista' saħansitra tissejjaħ Barokka.

Raffaello miet fl-eta ta' 37 sena. Il-quddiesa tal-funeral tiegħu ġiet iċċelebrata fil-Vatikan, it-Trasfigurazzjoni tiegħu tqiegħdet f’ras il-katafalk, u ġismu ndifen fil-Pantheon f’Ruma.

Referenzi

  1. ^ Jones and Penny, p. 171. Ir-ritratt ta' Raffaello hu x'aktarx "adattament li sar aktar tard tal-unika xbiha li kulħadd jaqbel fuqha", dik li hemm fl-Iskola ta' Ateni, li għaliha hemm ix-xhieda ta' Vasari.
  2. ^ Suppost twieled fil-Ġimgħa l-Kbira (28 ta' Marzu, 1483), imma l-iskrizzjoni fuq il-qabar tiegħu tgħid li twieled fl-istess data ta' meta miet (miet tliet sigħat wara l-Ave Maria tal-Ġimgħa l-Kbira). Ma jistax ikun li ż-żewġ dati tat-twelid huma korretti..
  3. ^ Giorgio Vasari, Le vite de' più eccellenti pittori, scultori e architettori, Vita di Raffaello da Urbino, Firenze 1568.

Biblijografija

  • Cecil Gould, The Sixteenth Century Italian Schools, National Gallery Catalogues, Londra 1975, ISBN 0-947645-22-5
  • Leopold D. Ettlinger u Helen S. Ettlinger, Raphael, Oxford: Phaidon, 1987, ISBN 0714823031
  • Roger Jones u Nicholas Penny, Raphael, Yale, 1983, ISBN 0-300-03061-4
  • David Landau u Peter Parshall, The Renaissance Print, Yale, 1996, ISBN 0-300-06883-2
  • Lisa Pon, Raphael, Dürer, u Marcantonio Raimondi, Copying and the Italian Renaissance Print, 2004, Yale UP, ISBN 978-0-300-09680-4
  • John Shearman, Raphael in Early Modern Sources 1483–1602, 2003, Yale University Press, ISBN 0-300-09918-5
  • Giorgio Vasari, Le vite de' più eccellenti pittori, scultori e architettori, Vita di Raffaello da Urbino, Firenze 1568.
  • Heinrich Wölfflin, Classic Art; An Introduction to the Renaissance, 1952), Phaidon, New York.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 20 Ġun, 2025 / 15:20

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Raffaello, X'inhi Raffaello? Xi tfisser Raffaello?

Raffaello isem sħiħ Raffaello Sanzio jew Raffaello Santi 28 ta Marzu jew 6 ta April 1483 Urbino Dukat ta Urbino l Italja 6 ta April 1520 Ruma Stati Papali l Italja pittur u arkitett tar Rinaxximent Għoli Taljan Raffaello huwa magħruf l iktar għall Madonni tiegħu u għall kompozizzjonijiet kbar bil figuri fil Vatikan Ix xogħol tiegħu huwa ammirat għaċ ċarezza tal forma u l faċilita tal kompozizzjoni u għar rapprezentazzjoni vizwali tal ideal Neoplatoniku tal grandjozita umana RaffaelloAwtoritratt ta Raffaello fl eta ta 23 senaĦajjaIsem propju Raffaello SanzioTwelid Urbino 6 April 1483 28 Marzu 1483 1483NazzjonalitaGrupp etnikuMewt Ruma 6 April 1520Post tad dfin en Kawza tal mewt FamiljaMissierKonjuga i Not marriedKoppja iEdukazzjoniLingwi TaljanGħalliemaStudenti uri en en mul mul en OkkupazzjoniOkkupazzjoni arkitettPost tax xogħol Firenze Perugia Ruma Siena UrbinoXogħlijiet importanti en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en en Premjijiet ListMovimentMoviment artistikuL ewwel snin f UrbinoRaffaello kien iben Giovanni Santi u Magia di Battista Ciarla ommu mietet fl 1491 Missieru kien skont l artist u bijografu tas seklu 16 Giorgio Vasari pittur ta ebda mertu kbir Madankollu kien bniedem kolt li kien f kuntatt kontinwu mal ideat artistiċi avvanzati ta dak iz zmien fil qorti ta Urbino Lil ibnu tah l ewwel tagħlim fil pittura u qabel mewtu fl 1494 meta Raffaello kellu biss 11 il sena introduċieh għall filosofija umanistika tal qorti Urbino kien sar ċentru tal kultura matul il ħakma tad Duka Federico da Montefeltro li inkuraġġixxa l arti u attira fil qorti tiegħu nies ta talent kbir fosthom Donato Bramante u Għalkemm Raffaello kien ħa jkun influwenzat minn artisti mill ikbar f Firenze u Ruma Urbino kien il bazi għat tagħlim ta wara kollu tiegħu Barra minn hekk il vitalita kulturali tal belt x aktarx stimulat il prekoċita eċċezzjonali tal artist zagħzugħ li anke fil bidu tas seklu 16 meta bilkemm kellu 17 il sena kien diġa wera talent straordinarju Apprendistat f PerugiaIz Zwieġ tal Madonna Id data ta meta Raffaello mar Perugia mhijiex magħrufa izda diversi studjuzi jagħtu l 1495 L ewwel xhieda tal attivita ta Raffaello bħala pittur tinstab Perugia f dokument tal 10 ta Diċembru 1500 li jiddikjara li l pittur zagħzugħ dak iz zmien diġa msejjaħ maestro ingħata kummissjoni biex jgħin fil pittura ta titular li kellu jitlesta sat 13 ta Settembru 1502 Minn dan naraw ċar li Raffaello kien diġa ta prova tal abbilta tiegħu tant li bejn l 1501 u l 1503 irċieva kummissjoni pjuttost importanti biex ipinġi l Inkurunazzjoni tal Madonna għall Kappella Oddi fil Knisja ta San Franġisk Perugia u li issa qiegħda fil Vatikan Il pittur kbir Umbrijan kien qiegħed jaħdem fuq l affreski fil Collegio del Cambio f Perugia bejn l 1498 u l 1500 u b hekk Raffaello bħala membru tal istudjo ta Perugino seta jitgħallem ħafna mingħandu fis sengħa tiegħu Barra dan it tagħlim prattiku Raffaello kien influwenzat ukoll mill istil skwizit u kalm ta Perugino L Għoti taċ Ċwievet lil San Pietru impinġija fl 1481 1482 minn Perugino għall tal palazz tal Vatikan ispirat l ewwel xogħol kbir ta Raffaello Iz Zwieġ tal Madonna 1504 L influwenza ta Perugino tidher fl enfasi fuq il perspettiva fir relazzjonijiet gradati bejn il figuri u l arkitettura u fil ħlewwa lirika tal figuri Minkejja dan anke f din il pittura bikrija jidher ċar li s sensibilita ta Raffaello kienet differenti minn dik tal għalliem tiegħu Id dispozizzjoni tal figuri hija marbuta mal arkitettura b mod inqas riġidu u d dispozizzjoni ta kull figura relattiva għall oħrajn hija aktar informali u animata Il ħlewwa tal figuri u r relazzjoni ġentili bejniethom ma nsibux bħalhom fix xogħol ta Perugino It tliet pitturi zgħar li pinġa Raffaello ftit wara Iz Zwieġ tal Madonna Vizjoni ta Kavallier Tliet Grazzji u San Mikiel huma ezempji tal ikbar sengħa ta pittura narrattiva fejn naraw minbarra l freskezza taz zgħozija kapaċita li qiegħda timmatura biex tikkontrolla l elementi tal istil tiegħu Għalkemm kien tgħallem ħafna minn Perugino Raffaello fl aħħar tal 1504 ħass il bzonn li jfittex pitturi oħra biex jitgħallem minnhom jidher ċar li x xewqa li kellu li jitgħallem kienet qiegħda ġġegħlu jħares lil hinn minn Perugia FirenzeVasari jirrakkonta b mod vag li Raffaello mar Siena mal pittur Peruġin u mbagħad baqa sejjer Firenze attirat minn dak li sema dwar ix xogħol li Leonardo da Vinci u Mikelanġlu kienu qegħdin iwettqu f dik il belt Fil ħarifa tal 1504 Raffaello zgur kien wasal Firenze Ma nafux jekk din kinitx l ewwel zjara tiegħu f Firenze izda kif jixhdu x xogħlijiet tiegħu kien madwar l 1504 li l ewwel ġie f kuntatt sewwa ma din iċ ċivilta artistika li saħħet l ideat kollha li kien diġa kiseb waqt li fetħitlu orizzonti ġodda u aktar fil wisa Vasari jikteb li ma studjax biss ix xogħlijiet ta Leonardo Mikelanġlu u li kienu l maestri tar Rinaxximent Għoli izda wkoll l affarijiet qodma ta pijunier tan naturalizmu li mmarka l qtugħ tar Rinaxximent bikri mill Gotiku Xorta waħda l għalliema prinċipali tiegħu f Firenze kienu Leonardo u Mikelanġlu Ħafna mix xogħlijiet li ħoloq Raffaello bejn l 1505 u l 1507 l aktar is sensiela kbira ta Madonni fosthom Il Madonna tal Gardell c 1505 il Madonna del Prato c 1505 il Madonna ta Esterhazy c 1505 1507 u La Belle Jardiniere c 1507 fihom ħafna xhieda tal influwenza ta Leonardo li kien ilu jagħmel innovazzjonijiet kbar fil pittura mill 1480 Raffaello kien influwenzat b mod partikolari mill pitturi tal Madonna u l Bambin ma Sant Anna ta Leonardo li fihom insibu ambjentazzjoni intima u sempliċi rari fl arti tas seklu 15 Mill Fjorentini Raffaello tgħallem il metodu għall bini tal kompozizzjonijiet tiegħu li fil fond għandhom mases piramidali ta fiġuri il figuri huma miġbura f unita waħda filwaqt li kull waħda minnhom tibqa zzomm l individwalita u l forma tagħha Il karatteristiċi ġodda tal unita tal kompozizzjoni u tat tneħħija ta kulma mhuwiex meħtieġ jiddistingwu x xogħlijiet li pinġa f Firenze Raffaello tgħallem ħafna wkoll mit tekniki tad tidwil ta Leonardo għamel uzu moderat tal chiaroscuro ta Leonardo jiġifieri kuntrast qawwi bejn id dawl u d dlam u kien influwenzat b mod speċjali mill isfumato tiegħu jiġifieri l uzu ta sfumatura fina u ħafifa għall aħħar minflok linja biex tiddefinixxi l forom u l karatteristiċi Raffaello għadda lil Leonardo madankollu fil ħolqien ta tipi ġodda ta figuri li l uċuh tondi u ġentili tagħhom juru sentimenti mhux komplikati u tipikament umani imma mgħollijin għal perfezzjoni u għal serenita sublimi Id Depozizzjoni ta Kristu Fl 1507 Rafael kiseb kummissjoni biex ipinġi d Depozizzjoni ta Kristu F dan ix xogħol jidher ċar li Raffaello ried jitgħallem minn Mikelanġlu l possibbiltajiet espressivi tal anatomija umana Izda Raffaello kien differenti minn Leonardo u Mikelanġlu li t tnejn kienu pitturi ta intensita skura u ta eċitament fis sens li xtaq jizviluppa stil aktar kalm u aktar estrovert li jservi bħala forma ta komunikazzjoni vizwali għall poplu li jista jifhmu kulħadd L aħħar snin f RumaRaffaello ġie imsejjaħ Ruma lejn l aħħar tal 1508 mill Papa fuq suġġeriment tal arkitett Donato Bramante li sejjaħ lil Raffaello biex imur Ruma Dak iz zmien Raffaello ma kienx magħruf ħafna hemmhekk izda z zagħzugħ ma damx ma ħalla impressjoni profonda fuq Ġulju u l qorti Papali u l awtorita tiegħu bħala maestro kibret ma kull jum Raffaello kien mogħni b dehra sabiħa u b seħer personali kbir minbarra t talenti artistiċi prodiġjuzi li kellu u fl aħħar tant sar popolari li beda jisejjaħ il prinċep tal pitturi Raffaello għadda l aħħar 12 il sena tal ħajja qasira tiegħu f Ruma Kienu snin ta attivita sfrenata u ta kapolavur wara l ieħor L ewwel impieg tiegħu fil belt kien biex ipinġi ċiklu ta affreski f sensiela ta kmamar ta daqs medju fl appartamenti Papali tal Vatikan li fihom kien jgħix u jaħdem Ġulju nnifsu dawn il kmamar huma magħrufa sempliċement bħala Le Stanze La Stanza della Segnatura 1508 1511 u La Stanza d Eliodoro 1512 1514 kienu mzejna prattikament għalkollox minn Raffaello stess l affreski f La Stanza dell Incendio 1514 1517 għalkemm iddisinjati minn Raffaello kienu fil biċċa l kbira esegwiti mill bosta assistenti u studenti tiegħu Id dekorazzjoni ta La Stanza della Segnatura kienet forsi l akbar xogħol ta Raffaello Ġulju II kien raġel kolt ħafna li ġab madwaru l iktar nies famuzi tar Rinaxximent Kien fada lil Bramante bil bini tal bazilika l ġdida ta San Pietru biex tissostitwixxi l knisja oriġinali tas seklu 4 talab lil Michelangelo biex jezegwixxi l qabar tiegħu u ġiegħlu kontra qalbu jzejjen is saqaf tal Kappella Sistina u meta ntebaħ bil ġenju ta Raffaello tah f idejh l interpretazzjoni tal iskema filosofika tal affreski f La Stanza della Segnatura It tema tagħha kienet il ġustifikazzjoni storika tal poter tal Knisja Kattolika Rumana permezz tal filosofija Neoplatonika L Iskola ta Ateni Fuq l erba ħitan ewlenin f La Stanza della Segnatura hemm l affreski d Dizgwid u L Iskola ta Ateni fuq il ħitan il kbar u Parnassu u Il Virtujiet Kardinali fuq il ħitan iz zgħar L iktar tnejn importanti minn dawn l affreski huma Id Dizgwid u L Iskola ta Ateni Id Dizgwid li turi vizjoni ċelestjali ta Alla u l profeti u l appostli tiegħu l fuq minn ġabra ta rapprezentanti tal passat u tal prezent tal Knisja Kattolika Rumana tidentifika permezz tal ikonografija tagħha t trijonf tal knisja mat trijonf tal verita L Iskola ta Ateni hija allegorija kumplessa tal filosofija li turi lil u Aristotli mdawra minn filosfi tal imgħoddi u tal ġejjieni f ambjent arkitettoniku mill isbaħ li tirrapprezenta l kontinwita storika tal ħsieb Platoniku L Iskola ta Ateni hija forsi l iktar famuza mill affreski kollha ta Raffaello u waħda mill aqwa opri artistiċi tar Rinaxximent Għoli F dil pittura Raffaello jimla spazju ordnat b figuri f ħafna pozi u ġesti imma jikkontrollah b tali mod li grupp wieħed ta figuri jwassal għall ieħor u jiġbed l għajn lejn il figuri ċentrali ta Platun u Aristotli fil punt konverġenti tal ispazju perspettivali L ispazju li fih hemm jiltaqgħu l filosfi huwa definit mill kolonni u s saqaf bl arkati ta bazilika kbira bbazata fuq id disinn ta Bramante għad disinn tal Bazilika l ġdida ta San Pietru f Ruma L effett ġenerali tal affresk huwa wieħed ta kalma ċarezza u ekwilibriju maestuz In Nar fil Borgo Għall ħabta tal istess zmien probabbilment fl 1511 Raffaello pinġa suġġett aktar sekulari It Trijonf ta Galatea fil Villa Farnesina f Ruma dan ix xogħol kien forsi l aktar evokazzjoni li rnexxiet tal ispirtu ħaj tal antikita Klassika fir Rinaxximent Għoli Sadanittant id dekorazzjoni tal appartamenti Papali ta Raffaello kompliet wara l mewt ta Ġulju fl 1513 u fil pontifikat suċċessiv ta sal 1517 B kuntrast mal allegoriji ġeneralizzati f La Stanza della Segnatura id dekorazzjonijiet fit tieni kamra La Stanza d Eliodoro juru ġrajjiet mirakuluzi speċifiċi fl istorja tal knisja Nisranija L erba suġġetti prinċipali huma It Tkeċċija ta Heliodorus mit Tempju Il Quddiesa f Bolsena Il Ħelsien ta San Pietru u l Iljun Ii waqqaf lil Attila Dawn l affreski huma aktar profondi u aktar rikki fl ilwien minn dawk fil kamra ta qabel u juru qawwa ġdida min naħa ta Raffaello kemm fis suġġetti drammatiċi tagħhom kif ukoll fl effetti mhux tas soltu tad dawl Il Ħelsien ta San Pietru perezempju huwa xena ta billejl u fih tliet effetti ta dawl differenti id dawl tal qamar it torċa li tinġarr minn suldat u d dawl sopranaturali ħiereġ minn anġlu Raffaello ħalla l assistenti tiegħu jiddekoraw La Stanza dell Incendio ħlief affresk wieħed In Nar fil Borgo li fih jidher ċar kemm kien qiegħed fittex inċidenti pittoreski aktar drammatiċi u l istudju kontinwu tiegħu ta suġġetti maskili għerwenin Fil Madonni li Raffaello pinġa f Ruma jitbiegħed mis serenita u mill ġentilezza tax xogħlijiet ta qabel biex jenfasizza l kwalitajiet ta enerġija u grandjozita Il Madonna ta Alba 1508 hi ezempju perfett tal ħlewwa trankwilla tal Madonni Fjorentini izda fl istess ħin turi maturita ġdida ta espressjoni emozzjonali u sofistikazzjoni teknika suprema fil pozi tal figuri Warajha kien hemm il Madonna di Foligno 1510 u l Madonna Sistina 1513 li juru kemm ir rikkezza tal ilwien kif ukoll l awdaċja ġdida fl invenzjoni kompozizzjonali tipika tal perjodu Ruman ta Raffaello Uħud mill Madonni l oħra ta dak iz zmien bħall Madonna ta Franġisku I huma notevoli għall eleganza raffinata tagħhom Madonna ta Alba Madonna di Foligno Madonna Sistina Minbarra s suċċessi l oħra tiegħu Raffaello sar l iktar ritrattist importanti f Ruma matul l ewwel għoxrin sena tas seklu 16 Introduċa modi ġodda ta prezentazzjoni u sitwazzjonijiet psikoloġiċi ġodda għall mudelli tiegħu kif jidher fir ritratt ta Ljun X b Zewġ Kardinali 1517 1519 L aħjar xogħol ta Raffaello f dan il ġeneru huwa forsi r Ritratt ta Baldassare Castiglione 1516 studju tal karattru brillanti u impressjonanti Ljun X kkummissjona lil Raffaello biex jiddisinja 10 arazzi kbar biex jiddendlu mal ħitan tal Kappella Sistina Seba mill 10 disinni preparatorji ta daqs sħiħ tlestew sal 1516 u l arazzi minsuġa fuqhom iddendlu f posthom fil kappella sal 1519 Fil pitturi Ananija Il Fejqan taz Zopp L Għama ta Elize Is Sagrifiċċju f Lystra u San Pawl Jipprietka f Ateni Raffaello ħoloq prototipi li kienu ħa jinfluwenzaw it tradizzjoni Ewropea tal pittura tal istorja narrattiva għal ħafna sekli wara Id disinni preparatorji juru s sens drammatiku qawwi ta Raffaello l uzu tiegħu ta ġesti u espressjonijiet tal wiċċ biex juri l emozzjoni u l inkorporazzjoni ta ambjenti fiziċi kredibbli kemm mid dinja naturali kif ukoll minn dik tal arkitettura Rumana tal qedem Waqt li kien qiegħed jaħdem f La Stanza della Segnatura Raffaello għamel ukoll l ewwel xogħol arkitettoniku tiegħu billi ddisinja l Knisja ta Sant Eligio degli Orefici Fl 1513 il bankier Agostino Chigi li Raffaello kien diġa ddekora l Villa Farnesina tiegħu ikkummissjonah biex jiddisinja u jzejjen il kappella funerarja tiegħu fil Knisja ta Santa Maria del Popolo Fl 1514 Ljun X għazlu biex jaħdem fuq il Bazilika ta San Pietru flimkien ma Bramante meta Bramante miet aktar tard dik is sena Raffaello ħa x xogħol f idejh u biddel il pjanti tal knisja minn disinn Grieg jew fit tond għal wieħed disinn Latin jew fit tul Raffaello kien ukoll student ħerqan tal arkeoloġija u tal iskultura Greco Rumana tal qedem li l eki tagħha jidhru fil pitturi tiegħu tal figura umana matul il perjodu Ruman Fl 1515 Ljun X inkarigah bis supervizjoni tal prezervazzjoni tal irħamijiet li kellhom iskrizzjonijiet ta valur bil Latin sentejn wara nħatar kummissarju tal antikitajiet għall belt u fassal mappa arkeoloġika ta Ruma Raffaello sa dan iz zmien kien inkarigat mid diversi proġetti artistiċi kollha tal papat f Ruma li kienu jinvolvu l arkitettura il pittura u d dekorazzjoni u l prezervazzjoni tal antikitajiet It Trasfigurazzjoni L aħħar kapulavur ta Raffaello kien It Trasfigurazzjoni ikkummissjonata minn Giulio Kardinal de Medici fl 1517 titular enormi li kien għadu mhux lest meta miet u komplieh l assistent tiegħu Giulio Romano It Trasfigurazzjoni hija xogħol kumpless li jgħaqqad l irfinar formali estrem u l eleganza kbira fl ezekuzzjoni ma atmosfera ta tensjoni u vjolenza kkomunikata mill ġesti aġitati ta gruppi ta figuri qrib xulxin Juri sensibilita ġdida li qisha tbassar dinja ġdida imqallba u dinamika Fis sentiment u l kompozizzjoni tiegħu il kapulavur inawgura l moviment u għandu t tendenza lejn espressjoni li tista saħansitra tissejjaħ Barokka Raffaello miet fl eta ta 37 sena Il quddiesa tal funeral tiegħu ġiet iċċelebrata fil Vatikan it Trasfigurazzjoni tiegħu tqiegħdet f ras il katafalk u ġismu ndifen fil Pantheon f Ruma Referenzi Jones and Penny p 171 Ir ritratt ta Raffaello hu x aktarx adattament li sar aktar tard tal unika xbiha li kulħadd jaqbel fuqha dik li hemm fl Iskola ta Ateni li għaliha hemm ix xhieda ta Vasari Suppost twieled fil Ġimgħa l Kbira 28 ta Marzu 1483 imma l iskrizzjoni fuq il qabar tiegħu tgħid li twieled fl istess data ta meta miet miet tliet sigħat wara l Ave Maria tal Ġimgħa l Kbira Ma jistax ikun li z zewġ dati tat twelid huma korretti Giorgio Vasari Le vite de piu eccellenti pittori scultori e architettori Vita di Raffaello da Urbino Firenze 1568 BiblijografijaCecil Gould The Sixteenth Century Italian Schools National Gallery Catalogues Londra 1975 ISBN 0 947645 22 5 Leopold D Ettlinger u Helen S Ettlinger Raphael Oxford Phaidon 1987 ISBN 0714823031 Roger Jones u Nicholas Penny Raphael Yale 1983 ISBN 0 300 03061 4 David Landau u Peter Parshall The Renaissance Print Yale 1996 ISBN 0 300 06883 2 Lisa Pon Raphael Durer u Marcantonio Raimondi Copying and the Italian Renaissance Print 2004 Yale UP ISBN 978 0 300 09680 4 John Shearman Raphael in Early Modern Sources 1483 1602 2003 Yale University Press ISBN 0 300 09918 5 Giorgio Vasari Le vite de piu eccellenti pittori scultori e architettori Vita di Raffaello da Urbino Firenze 1568 Heinrich Wolfflin Classic Art An Introduction to the Renaissance 1952 Phaidon New York

L-aħħar artikli
  • Ġunju 27, 2025

    Sporting du Pays de Charleroi

  • Lulju 04, 2025

    Sporting Lokeren

  • Ġunju 24, 2025

    Sporting Charleroi

  • Ġunju 14, 2025

    Sport Club Corinthians Paulista

  • Ġunju 14, 2025

    Sport

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq