Giorgio Vasari ˈdʒordʒo vaˈzaːri twieled fit 30 ta Lulju 1511 miet fis 27 ta Ġunju 1574 kien pittur arkitett inġinier ki
Giorgio Vasari

Giorgio Vasari ([ˈdʒordʒo vaˈzaːri]; twieled fit-30 ta’ Lulju 1511 – miet fis-27 ta’ Ġunju 1574) kien pittur, arkitett, inġinier, kittieb u storiku Taljan magħruf l-iktar għall-kitba tiegħu Le Vite de' più eccellenti pittori, scultori, ed architettori (Il-Ħajjiet tal-Iktar Pitturi, Skulturi u Arkitetti Eċċellenti), li huwa meqjus bħala t-twaqqif ideoloġiku tal-kitbiet artistiċi storiċi, u bażi għall-bijografiji ta’ diversi artisti tar-Rinaxximent fosthom Leonardo da Vinci. Vasari ddisinja l-Qabar ta’ Mikelanġlu fil-Bażilika ta’ Santa Croce, f’Firenze, li tlesta fl-1578. Abbażi tat-test ta’ Vasari dwar il-mod ġdid kif kien ipitter Giotto, issuġġerixxa għall-ewwel darba t-terminu Renaissance (Rinaxximent) fl-Histoire de France (1835) tiegħu, terminu li ġie adottat mill-istorjografija u li għadu jintuża sa llum.
Giorgio Vasari | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Isem propju | Giorgio II Vasari | ||
Twelid | , 30 Lulju 1511 | ||
Nazzjonalità | | ||
Mewt | Firenze, 27 Ġunju 1574 | ||
Familja | |||
Missier | |||
Omm | |||
Konjuga/i | (mul) | ||
Familja | uri
| ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Taljan | ||
Għalliema | |||
Studenti | uri
| ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | arkitett kittieb | ||
Post tax-xogħol | Bolonja Firenze Napli Pisa Ruma Venezja | ||
Xogħlijiet importanti | (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) | ||
Premjijiet | List | ||
Sħubija | (en) | ||
Moviment | Rinaxximent | ||
Moviment artistiku | |
Ħajja
Vasari twieled qabel iż-żmien fit-30 ta’ Lulju 1511 f’, it-Toskana. Irrakkomandat ta’ età żgħira minn kuġinuh , huwa sar student ta’ , pittur tal-ħġieġ ikkulurit ta’ ħila kbira. Vasari ntbagħat Firenze tal-età ta’ sittax-il sena mill-Kardinal , u ssieħeb mal-grupp ta’ u l-istudenti tiegħu u Jacopo Pontormo, fejn ġie mħeġġeġ ikompli bl-edukazzjoni umanista tiegħu. Huwa sar ħbieb ma’ Mikelanġlu, li influwenzah bl-istil tal-pittura tiegħu. Huwa miet fis-27 ta’ Ġunju 1574 f’Firenze, il-Gran Dukat tat-Toskana, tal-età ta’ 62 sena.
Pittura
Fl-1529, huwa żar Ruma fejn studja x-xogħlijiet ta’ Raffaello u ta’ artisti oħra tar-Rinaxximent Għoli Ruman. Il-pitturi Manjeristi ta’ Vasari stess kienu iktar ammirati matul ħajtu milli wara. Fl-1547 huwa temm is-sala tal-binja diplomatika fil-Palazzo della Cancelleria f’Ruma bl-affreski u din ingħatat l-isem ta’ Sala dei Cento Giorni (Sala tal-Mitt Jum).
Huwa ġie impjegat b’mod konsistenti mill-familja Medici f’Firenze u f’Ruma, u ħadem f’Napli (pereżempju fuq is-Sagristija ta’ Vasari), f’Arezzo u f’postijiet oħra. Ħafna mill-pitturi tiegħu għadhom jeżistu, u l-iktar importanti huma l-pitturi ta’ mal-ħajt u mas-saqaf fis-Sala di Cosimo I (Sala ta’ ) fil-Palazzo Vecchio f’Firenze, fejn hu u l-assistenti tiegħu ħadmu mill-1555, u l-affreski mibdija minnu fil-koppla enormi tal-Katidral ta’ Firenze li ntemmew minn u bl-għajnuna ta’ . Huwa għen ukoll biex tiġi organizzata d-dekorazzjoni tal-iStudiolo, issa assemblat mill-ġdid fil-Palazzo Vecchio.
F’Ruma huwa pitter affreski fis-Sala Regia.
Fost l-istudenti jew segwaċi oħra tiegħu kien hemm , , , , (Federigo del Padovano), , , (Salincorno), (Jacopo di Meglio), , , , , , , u .
Arkitettura
Apparti l-karriera tiegħu bħala pittur, Vasari kien ukoll arkitett ta’ suċċess. Il-loġġa tiegħu tal-Palazzo degli Uffizi tul ix-xmara tagħti għall-veduta fit-tarf nett tal-bitħa twila u dejqa tagħha. Għandha ppjanar urban uniku, tiffunzjona bħala pjazza pubblika, u jekk titqies bħala triq qasira, hija triq Rinaxximentali unika bi trattament arkitettoniku unifikat. Il-veduta tal-Loġġa mill-Arno tiżvela li, flimkien mal-, hija waħda mill-ftit strutturi tul ix-xmara li huma miftuħin u li jagħtu fuq ix-xmara stess, u li jidhru li jħaddnu l-ambent tax-xmara.
F’Firenze, Vasari bena wkoll il-passaġġ twil, li issa jissejjaħ il-Kuritur ta’ Vasari, li jikkollega l- ma’ Palazzo Pitti fuq in-naħa l-oħra tax-xmara. Il-kuritur imsaqqaf jgħaddi tul ix-xmara Arno fuq arkata, jaqsam il-pont l-antik (Ponte Vecchio) u jserrep mal-ġenb ta’ bosta binjiet.
Vasari wettaq ir-rinnovazzjoni tal-knejjes Medjevali ta’ Santa Maria Novella u ta’ Santa Croce. Fit-tnejn li huma neħħa l-ħitan diviżorji, u mmudella mill-ġdid il-korijiet ta’ wara skont il-gost Manjeristiċi ta’ dak iż-żmien. F’Santa Croce, huwa pitter L-Adorazzjoni tal-Maġi li ġiet ikkummissjonata mill- fl-1566 u li tlestiet fi Frar 1567. Reċentement il-pittura ġiet irrestawrata, qabel ma ntweriet fl-2011 f’Ruma u f’Napli. Eventwalment se terġa’ ssib postha fil-knisja ta’ Santa Croce f’Bosco Marengo (il-Provinċja ta’ , ).
Fl-1562 Vasari bena l-koppla ottagonali tal-Bażilika tal-Madonna tal-Umiltà f’, eżempju importanti tal-arkitettura Rinaxximentali għolja.
F’Ruma, Vasari ħadem ma’ Giacomo Barozzi da Vignola u fil-Villa Giulia ta’ .
Il-Ħajjiet tal-Iktar Pitturi, Skulturi, u Arkitetti Eċċellenti
Vasari spiss jissejjaħ bħala “l-ewwel storiku tal-arti”. Huwa vvinta l-ġeneru tal-enċiklopedija tal-bijografiji artistiċi bil-kitba tiegħu Le Vite de' più eccellenti pittori, scultori, ed architettori (Il-Ħajjiet tal-Iktar Pitturi, Skulturi, u Arkitetti Eċċellenti), iddedikata lill-Gran Duka Cosimo I de' Medici, li ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fl-1550. Huwa kien l-ewwel persuna li uża t-terminu “Rinaxximent” f’dokument stampat – għalkemm kien hemm kuxjenza dwar “it-twelid mill-ġdid” li kien qed iseħħ fl-arti, minn żmien Alberti – u kien responsabbli għall-użu modern tat-terminu arti Gotika. Il-Ħajjiet inkludiet ukoll rendikont innovattiv dwar il-metodi tekniċi li kienu jintużaw fl-arti. Il-kitba ġiet parzjalment miktuba mill-ġdid u mkabbra fl-1568, biż-żieda ta’ ritratti tal-artisti.
Il-kitba xxaqleb b’mod konsistenti u notevoli favur il-Fjorentini, u kemm-il darba tattribwilhom l-iżviluppi kollha fl-arti Rinaxximentali – pereżempju l-invenzjoni tal-inċiżjoni. L-arti Venezjana b’mod partikolari (flimkien mal-arti minn inħawi oħra tal-Ewropa), tiġi injorata sistematikament fl-ewwel edizzjoni. Bejn l-ewwel u t-tieni edizzjonijiet, Vasari żar Venezja u filwaqt li t-tieni edizzjoni tat iktar attenzjoni lill-arti Venezjana (fejn fl-aħħar ġie inkluż Tizjanu), dan sar mingħajr puntidivista newtrali. Hemm ukoll bosta żbalji fil-Ħajjiet. Pereżempju, Vasari jikteb li qatel lil , li mhux vera, peress li Andrea miet diversi snin qabel Domenico. F’eżempju ieħor, il-bijografija ta’ miktuba minn Vasari, li hu jsejjaħ "Il Soddoma", ippubblikata biss fit-tieni edizzjoni tal-Ħajjiet (1568) wara l-mewt ta’ Bazzi, tikkundanna lill-artista bħala immorali, bestjali u van. Vasari jmaqdar ix-xogħol ta’ Bazzi bħala wieħed għażżien u offensiv, minkejja li l- għamlu Cavaliere di Cristo u kien ingħata kummissjonijiet importanti għal Villa Farnese u siti oħra.
Il-bijografiji ta’ Vasari miżgħuda zekzik divertenti. Ħafna mill-aneddoti tiegħu huma veri, filwaqt li oħrajn huma invenzjonijiet jew fizzjoni ġenerika, bħall-ġrajja ta’ Giotto żagħżugħ ipitter dubbiena fuq is-superfiċe ta’ pittura ta’ li dan tal-aħħar kemm-il darba pprova jħassar, li hija ġrajja li tirrifletti aneddoti simili tal-pittur Grieg . Vasari ma kienx iwettaq riċerka fl-arkivji għad-dati preċiżi, kif issa jagħmlu l-istoriċi moderni tal-arti, u naturalment il-bijografiji tiegħu huma iktar preċiżi fir-rigward tal-pitturi tal-ġenerazzjoni tal-awtur u tal-passat immedjat. Il-kritika moderna – permezz ta’ materjali ġodda abbażi tar-riċerka – ikkoreġiet ħafna mid-dati u mill-attribuzzjonijiet tradizzjonali tiegħu.
Vasari jinkludi abbozz tal-bijografija tiegħu stess fl-aħħar tal-Ħajjiet, u jżid iktar dettalji dwaru u dwar il-familja tiegħu.
Skont l-istoriku , Vasari kien wieħed mill-ewwel awturi li uża t-terminu “kompetizzjoni” (concorrenza bit-Taljan) fis-sens ekonomiku tiegħu. Użah kemm-il darba, u saħaq x’inhu l-kunċett fl-introduzzjoni tiegħu dwar il-ħajja ta’ , meta spjega għaliex l-arti Fjorentina kienet daqshekk prominenti. Fil-fehma ta’ Vasari, l-artisti Fjorentini spikkaw u kienu eċċellenza għaliex kienu għatxana, u kienu għatxana minħabba l-kompetizzjoni ħarxa bejniethom għall-kummissjonijiet. Il-kompetizzjoni, skont Vasari, hija “waħda mill-affarijiet li sseddaqhom”.
Pożizzjoni soċjali
Vasari kellu reputazzjoni tajba ħafna matul ħajtu kollha u akkumula ġid konsiderevoli. Fl-1547, huwa bena dar lussuża għalih innifsu f’Arezzo (li issa hija mużew dwaru), u żejjen il-ħitan u l-volti tagħha bil-pitturi. Huwa ġie elett fil-kunsill muniċipali ta’ raħal twelidu, u finalment laħaq il-kariga suprema ta’ gonfaloniere. Huwa ngħata l-unur mill-Papa li jsir Kavallier tal-Ixprun tad-Deheb. Vasari żżewweġ lil , membru ta’ waħda mill-iktar familji sinjuri u prominenti f’Arezzo.
Fl-1563, huwa għen biex titwaqqaf l-Accademia e Compagnia delle Arti del Disegno ta’ Firenze, bil-Gran Duka u Mikelanġlu bħal kapijiet tal-istituzzjoni u 36 artist bħala membri.
Sorsi
- The Lives of the Artists Oxford University Press, 1998. ISBN 0-19-283410-X
- Lives of the Painters, Sculptors and Architects, Volumes I and II. Everyman's Library, 1996. ISBN 0-679-45101-3
- Vasari on Technique. Dover Publications, 1980. ISBN 0-486-20717-X
- Life of Michelangelo. Alba House, 2003. ISBN 0-8189-0935-8
Iktar qari
- Reading Vasari, eds. Anne B. Barriault, Andrew T. Ladis, Norman E. Land, and Jeryldene M. Wood (London: Philip Wilson, 2005)
- The Ashgate Research Companion to Giorgio Vasari, ed. David J. Cast (Surrey: Ashgate, 2014)
Referenzi
- ^ Michelet, Jules (1835). Histoire de France: Renaissance. VII. Paris.
- ^ a b Gaunt, W. (ed.) (1962) Everyman's dictionary of pictorial art. Volume II. London: Dent, p. 328. ISBN 0-460-03006-X
- ^ "Art in Tuscany | Giorgio Vasari and Italian Renaissance painting | Podere Santa Pia, Holiday house in the south of Tuscany". www.travelingintuscany.com. Miġbur 2021-06-28.
- ^ a b ċ Vasari, Giorgio. 27. Miġbur 2021-06-28.
- ^ "Six Tuscan Poets, Giorgio Vasari ^ Minneapolis Institute of Art". collections.artsmia.org. Miġbur 2021-06-28.
- ^ Lanzi, Luigi; Roscoe, Thomas (1847). The History of Painting in Italy: The Florentine, Sienese, and Roman schools (bl-Ingliż). H.G. Bohn. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Lawrence Gowing, Biographical Encyclopedia of Artists, v.4 (Facts on File, 2005): 695.
- ^ Pevsner, N., A History of Building Types, Princeton University Press, 1979, p. 235.
- ^ The Christian Travelers Guide to Italy by David Bershad, Carolina Mangone, Irving Hexham, 2001, ISBN 0-310-22573-6
- ^ "Dictionary of Art Historians". Dictionary of Art Historians (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-28.
- ^ Vasari, Giorgio. (1907) Vasari on technique: being the introduction to the three arts of design, architecture, sculpture and painting, prefixed to the Lives of the most excellent painters, sculptors and architects. G. Baldwin Brown Ed. Louisa S. Maclehose Trans. London: Dent.
- ^ Zarucchi, Jeanne Morgan (2015). "Vasari's Biography of Bazzi as 'Soddoma:' Art History and Literary Analysis". Italian Studies. 70:2 (2): 167–190.
- ^ Richard Goldthwaite, The Economy of Renaissance Florence, 2009, p. 390.
- ^ Gauvin Alexander Bailey, ‘Santi di Tito and the Florentine Academy: Solomon Building the Temple in the Capitolo of the Accademia del Disegno (1570-71),’ Apollo CLV, 480 (February 2002): 31-39.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Giorgio Vasari, X'inhi Giorgio Vasari? Xi tfisser Giorgio Vasari?
Giorgio Vasari ˈdʒordʒo vaˈzaːri twieled fit 30 ta Lulju 1511 miet fis 27 ta Ġunju 1574 kien pittur arkitett inġinier kittieb u storiku Taljan magħruf l iktar għall kitba tiegħu Le Vite de piu eccellenti pittori scultori ed architettori Il Ħajjiet tal Iktar Pitturi Skulturi u Arkitetti Eċċellenti li huwa meqjus bħala t twaqqif ideoloġiku tal kitbiet artistiċi storiċi u bazi għall bijografiji ta diversi artisti tar Rinaxximent fosthom Leonardo da Vinci Vasari ddisinja l Qabar ta Mikelanġlu fil Bazilika ta Santa Croce f Firenze li tlesta fl 1578 Abbazi tat test ta Vasari dwar il mod ġdid kif kien ipitter Giotto issuġġerixxa għall ewwel darba t terminu Renaissance Rinaxximent fl Histoire de France 1835 tiegħu terminu li ġie adottat mill istorjografija u li għadu jintuza sa llum Giorgio Vasaripittur tal familji nobbliĦajjaIsem propju Giorgio II VasariTwelid 30 Lulju 1511NazzjonalitaMewt Firenze 27 Ġunju 1574FamiljaMissierOmmKonjuga i mul Familja uri kuġin maskili EdukazzjoniLingwi TaljanGħalliemaStudenti uri en en mul mul OkkupazzjoniOkkupazzjoni arkitett kittiebPost tax xogħol Bolonja Firenze Napli Pisa Ruma VenezjaXogħlijiet importanti en en en en en en en en en en en en en en Premjijiet ListSħubija en Moviment RinaxximentMoviment artistikuĦajjaVasari twieled qabel iz zmien fit 30 ta Lulju 1511 f it Toskana Irrakkomandat ta eta zgħira minn kuġinuh huwa sar student ta pittur tal ħġieġ ikkulurit ta ħila kbira Vasari ntbagħat Firenze tal eta ta sittax il sena mill Kardinal u ssieħeb mal grupp ta u l istudenti tiegħu u Jacopo Pontormo fejn ġie mħeġġeġ ikompli bl edukazzjoni umanista tiegħu Huwa sar ħbieb ma Mikelanġlu li influwenzah bl istil tal pittura tiegħu Huwa miet fis 27 ta Ġunju 1574 f Firenze il Gran Dukat tat Toskana tal eta ta 62 sena PitturaIl pittura Sitt Poeti Toskani ta Giorgio Vasari għall ħabta tal 1544 Fl 1529 huwa zar Ruma fejn studja x xogħlijiet ta Raffaello u ta artisti oħra tar Rinaxximent Għoli Ruman Il pitturi Manjeristi ta Vasari stess kienu iktar ammirati matul ħajtu milli wara Fl 1547 huwa temm is sala tal binja diplomatika fil Palazzo della Cancelleria f Ruma bl affreski u din ingħatat l isem ta Sala dei Cento Giorni Sala tal Mitt Jum Il pittura Il Ġnien ta Ġetsemani ta Vasari Huwa ġie impjegat b mod konsistenti mill familja Medici f Firenze u f Ruma u ħadem f Napli perezempju fuq is Sagristija ta Vasari f Arezzo u f postijiet oħra Ħafna mill pitturi tiegħu għadhom jezistu u l iktar importanti huma l pitturi ta mal ħajt u mas saqaf fis Sala di Cosimo I Sala ta fil Palazzo Vecchio f Firenze fejn hu u l assistenti tiegħu ħadmu mill 1555 u l affreski mibdija minnu fil koppla enormi tal Katidral ta Firenze li ntemmew minn u bl għajnuna ta Huwa għen ukoll biex tiġi organizzata d dekorazzjoni tal iStudiolo issa assemblat mill ġdid fil Palazzo Vecchio F Ruma huwa pitter affreski fis Sala Regia Fost l istudenti jew segwaċi oħra tiegħu kien hemm Federigo del Padovano Salincorno Jacopo di Meglio u ArkitetturaIl loġġa tal Uffizi Apparti l karriera tiegħu bħala pittur Vasari kien ukoll arkitett ta suċċess Il loġġa tiegħu tal Palazzo degli Uffizi tul ix xmara tagħti għall veduta fit tarf nett tal bitħa twila u dejqa tagħha Għandha ppjanar urban uniku tiffunzjona bħala pjazza pubblika u jekk titqies bħala triq qasira hija triq Rinaxximentali unika bi trattament arkitettoniku unifikat Il veduta tal Loġġa mill Arno tizvela li flimkien mal hija waħda mill ftit strutturi tul ix xmara li huma miftuħin u li jagħtu fuq ix xmara stess u li jidhru li jħaddnu l ambent tax xmara F Firenze Vasari bena wkoll il passaġġ twil li issa jissejjaħ il Kuritur ta Vasari li jikkollega l ma Palazzo Pitti fuq in naħa l oħra tax xmara Il kuritur imsaqqaf jgħaddi tul ix xmara Arno fuq arkata jaqsam il pont l antik Ponte Vecchio u jserrep mal ġenb ta bosta binjiet Vasari wettaq ir rinnovazzjoni tal knejjes Medjevali ta Santa Maria Novella u ta Santa Croce Fit tnejn li huma neħħa l ħitan divizorji u mmudella mill ġdid il korijiet ta wara skont il gost Manjeristiċi ta dak iz zmien F Santa Croce huwa pitter L Adorazzjoni tal Maġi li ġiet ikkummissjonata mill fl 1566 u li tlestiet fi Frar 1567 Reċentement il pittura ġiet irrestawrata qabel ma ntweriet fl 2011 f Ruma u f Napli Eventwalment se terġa ssib postha fil knisja ta Santa Croce f Bosco Marengo il Provinċja ta Fl 1562 Vasari bena l koppla ottagonali tal Bazilika tal Madonna tal Umilta f ezempju importanti tal arkitettura Rinaxximentali għolja F Ruma Vasari ħadem ma Giacomo Barozzi da Vignola u fil Villa Giulia ta Il Ħajjiet tal Iktar Pitturi Skulturi u Arkitetti EċċellentiQoxra tal Ħajjiet Vasari spiss jissejjaħ bħala l ewwel storiku tal arti Huwa vvinta l ġeneru tal enċiklopedija tal bijografiji artistiċi bil kitba tiegħu Le Vite de piu eccellenti pittori scultori ed architettori Il Ħajjiet tal Iktar Pitturi Skulturi u Arkitetti Eċċellenti iddedikata lill Gran Duka Cosimo I de Medici li ġiet ippubblikata għall ewwel darba fl 1550 Huwa kien l ewwel persuna li uza t terminu Rinaxximent f dokument stampat għalkemm kien hemm kuxjenza dwar it twelid mill ġdid li kien qed iseħħ fl arti minn zmien Alberti u kien responsabbli għall uzu modern tat terminu arti Gotika Il Ħajjiet inkludiet ukoll rendikont innovattiv dwar il metodi tekniċi li kienu jintuzaw fl arti Il kitba ġiet parzjalment miktuba mill ġdid u mkabbra fl 1568 biz zieda ta ritratti tal artisti Il kitba xxaqleb b mod konsistenti u notevoli favur il Fjorentini u kemm il darba tattribwilhom l izviluppi kollha fl arti Rinaxximentali perezempju l invenzjoni tal inċizjoni L arti Venezjana b mod partikolari flimkien mal arti minn inħawi oħra tal Ewropa tiġi injorata sistematikament fl ewwel edizzjoni Bejn l ewwel u t tieni edizzjonijiet Vasari zar Venezja u filwaqt li t tieni edizzjoni tat iktar attenzjoni lill arti Venezjana fejn fl aħħar ġie inkluz Tizjanu dan sar mingħajr puntidivista newtrali Hemm ukoll bosta zbalji fil Ħajjiet Perezempju Vasari jikteb li qatel lil li mhux vera peress li Andrea miet diversi snin qabel Domenico F ezempju ieħor il bijografija ta miktuba minn Vasari li hu jsejjaħ Il Soddoma ippubblikata biss fit tieni edizzjoni tal Ħajjiet 1568 wara l mewt ta Bazzi tikkundanna lill artista bħala immorali bestjali u van Vasari jmaqdar ix xogħol ta Bazzi bħala wieħed għazzien u offensiv minkejja li l għamlu Cavaliere di Cristo u kien ingħata kummissjonijiet importanti għal Villa Farnese u siti oħra Il Qabar ta Mikelanġlu f Santa Croce Il bijografiji ta Vasari mizgħuda zekzik divertenti Ħafna mill aneddoti tiegħu huma veri filwaqt li oħrajn huma invenzjonijiet jew fizzjoni ġenerika bħall ġrajja ta Giotto zagħzugħ ipitter dubbiena fuq is superfiċe ta pittura ta li dan tal aħħar kemm il darba pprova jħassar li hija ġrajja li tirrifletti aneddoti simili tal pittur Grieg Vasari ma kienx iwettaq riċerka fl arkivji għad dati preċizi kif issa jagħmlu l istoriċi moderni tal arti u naturalment il bijografiji tiegħu huma iktar preċizi fir rigward tal pitturi tal ġenerazzjoni tal awtur u tal passat immedjat Il kritika moderna permezz ta materjali ġodda abbazi tar riċerka ikkoreġiet ħafna mid dati u mill attribuzzjonijiet tradizzjonali tiegħu Vasari jinkludi abbozz tal bijografija tiegħu stess fl aħħar tal Ħajjiet u jzid iktar dettalji dwaru u dwar il familja tiegħu Skont l istoriku Vasari kien wieħed mill ewwel awturi li uza t terminu kompetizzjoni concorrenza bit Taljan fis sens ekonomiku tiegħu Uzah kemm il darba u saħaq x inhu l kunċett fl introduzzjoni tiegħu dwar il ħajja ta meta spjega għaliex l arti Fjorentina kienet daqshekk prominenti Fil fehma ta Vasari l artisti Fjorentini spikkaw u kienu eċċellenza għaliex kienu għatxana u kienu għatxana minħabba l kompetizzjoni ħarxa bejniethom għall kummissjonijiet Il kompetizzjoni skont Vasari hija waħda mill affarijiet li sseddaqhom Pozizzjoni soċjaliVasari kellu reputazzjoni tajba ħafna matul ħajtu kollha u akkumula ġid konsiderevoli Fl 1547 huwa bena dar lussuza għalih innifsu f Arezzo li issa hija muzew dwaru u zejjen il ħitan u l volti tagħha bil pitturi Huwa ġie elett fil kunsill muniċipali ta raħal twelidu u finalment laħaq il kariga suprema ta gonfaloniere Huwa ngħata l unur mill Papa li jsir Kavallier tal Ixprun tad Deheb Vasari zzewweġ lil membru ta waħda mill iktar familji sinjuri u prominenti f Arezzo Fl 1563 huwa għen biex titwaqqaf l Accademia e Compagnia delle Arti del Disegno ta Firenze bil Gran Duka u Mikelanġlu bħal kapijiet tal istituzzjoni u 36 artist bħala membri SorsiThe Lives of the Artists Oxford University Press 1998 ISBN 0 19 283410 X Lives of the Painters Sculptors and Architects Volumes I and II Everyman s Library 1996 ISBN 0 679 45101 3 Vasari on Technique Dover Publications 1980 ISBN 0 486 20717 X Life of Michelangelo Alba House 2003 ISBN 0 8189 0935 8Iktar qariReading Vasari eds Anne B Barriault Andrew T Ladis Norman E Land and Jeryldene M Wood London Philip Wilson 2005 The Ashgate Research Companion to Giorgio Vasari ed David J Cast Surrey Ashgate 2014 Referenzi Michelet Jules 1835 Histoire de France Renaissance VII Paris a b Gaunt W ed 1962 Everyman s dictionary of pictorial art Volume II London Dent p 328 ISBN 0 460 03006 X Art in Tuscany Giorgio Vasari and Italian Renaissance painting Podere Santa Pia Holiday house in the south of Tuscany www travelingintuscany com Miġbur 2021 06 28 a b ċ Vasari Giorgio 27 Miġbur 2021 06 28 Six Tuscan Poets Giorgio Vasari Minneapolis Institute of Art collections artsmia org Miġbur 2021 06 28 Lanzi Luigi Roscoe Thomas 1847 The History of Painting in Italy The Florentine Sienese and Roman schools bl Ingliz H G Bohn Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Lawrence Gowing Biographical Encyclopedia of Artists v 4 Facts on File 2005 695 Pevsner N A History of Building Types Princeton University Press 1979 p 235 The Christian Travelers Guide to Italy by David Bershad Carolina Mangone Irving Hexham 2001 ISBN 0 310 22573 6 Dictionary of Art Historians Dictionary of Art Historians bl Ingliz Miġbur 2021 06 28 Vasari Giorgio 1907 Vasari on technique being the introduction to the three arts of design architecture sculpture and painting prefixed to the Lives of the most excellent painters sculptors and architects G Baldwin Brown Ed Louisa S Maclehose Trans London Dent Zarucchi Jeanne Morgan 2015 Vasari s Biography of Bazzi as Soddoma Art History and Literary Analysis Italian Studies 70 2 2 167 190 Richard Goldthwaite The Economy of Renaissance Florence 2009 p 390 Gauvin Alexander Bailey Santi di Tito and the Florentine Academy Solomon Building the Temple in the Capitolo of the Accademia del Disegno 1570 71 Apollo CLV 480 February 2002 31 39