Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Claudio Monteverdi twieled fil 15 ta Mejju 1567 miet fid 29 ta Novembru 1643 kien kompożitur Taljan Ix xogħol tiegħu jim

Claudio Monteverdi

  • Paġna Ewlenija
  • Claudio Monteverdi
Claudio Monteverdi
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Claudio Monteverdi (twieled fil-15 ta' Mejju 1567 – miet fid-29 ta' Novembru 1643) kien kompożitur Taljan. Ix-xogħol tiegħu jimmarka il-bidla mill-mużika rinaxximentali għall-mużika barokka u matul il-ħajja twila tiegħu kiteb opri li nistgħu nikklassifikawhom fiż-żewġ kategoriji. Bħala wieħed mill-innovaturi prinċipali li ġabu din l-bidla fl-istil, hu meqjus revoluzzjonarju. Monteverdi kiteb l-ewwel opra teatrali, L'Orfeo, li fiha żviluppa storja drammatika. Kellu x-xorti li jgawdi s-suċċess u l-fama f'ħajtu.

Claudio Monteverdi

Ritratt ta' Claudio Monteverdi, Venezja, 1640, pittura ta' Bernardo Strozzi
surmast tal-kappella

1613 - 29 Novembru 1643
surmast tal-kappella

1601 -
Ħajja
Twelid , 15 Mejju 1567
Nazzjonalità
Mewt Venezja, 29 Novembru 1643
Post tad-dfin (en)
Familja
Konjuga/i (en)
Aħwa
uri
  • (en)
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema (en)
Studenti
uri
  • (en)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni



kantant
kompożitur


Xogħlijiet importanti (en)
(en)
(en)
(en)
Moviment
Moviment artistiku
Strument/i tal-mużika

Bijografija

Fl-1589, Monteverdi beda jaħdem fil-qorti ta' Mantova bħala korista u vjolista u fl-1603 id-duka Vincenzo Gonzaga ħatru maestro di cappella. Sakemm kellu erbgħin sena ħadem prinċipalment fuq madrigali u kkompona b'kollox tmien kotba. Ktieb VIII, ippubblikat fl-1638, fih dawk li jsibuhom Madrigali guerrieri et amorosi li ħafna jqisuhom bħala l-perfezzjoni ta' dil-forma ta' mużika. Flimkien, l-ewwel tmien kotba ta' madrigali juru żvilupp enormi mill-mużika polifonika rinaxximentali għal l-istil monodiku li hu tipiku fil-mużika barokka. Id-disa' ktieb ta' madrigali, ippubblikat wara mewtu fl-1651, fih passaġġi iżjed ħfief, x'aktarx komposti matul il-firxa ta' ħajtu, li jirrappreżentaw iż-żewġ stili.

Mill-monodija, bl-enfasi fuq linji ċari melodiċi, test intelliġibbli u mużika ta' akkompanjament kalma, kien pass loġiku li jibda jikkomponi l-opri, speċjalment għal kompożitur mixħut lejn id-drammatiċità u li kien iħobb effetti mimlija tiżjin. Fl-1607 Monteverdi ikkompona l-ewwel opra tiegħu, L'Orfeo, fuq librett ta' Alessandro Striggio (l-iben). F'dak iż-żmien kien hemm id-drawwa li l-kompożituri jitolbuhom joħolqu xogħlijiet għal okkażjonijiet speċjali u din l-opra talbuha biex iżżid il-pompa fil-karnival ta' kull sena f'Mantova. Fil-fatt kienet suċċess kbir li qabel perfettament ma' l-ispirtu taż-żmien. L'Orfeo hi magħrufa għall-qawwa drammatika tagħha u għall-orkestrazzjoni ħajja li fiha. Infatti, nistgħu nsostnu li dax-xogħol kien l-ewwel eżempju fejn il-kompożitur assenja parti speċifika għal kull strument, u anki waħda mill-ewwel opri fejn ingħatat il-kompożizzjoni eżatta ta' l-istrumentazzjoni. L-istorja hi deskritta b'immaġni mużikali ħajjin u l-melodiji huma linjari u ċari. B'din l-opra Monteverdi ħoloq stil mużikali ġdid għal kollox. L-opri ta' Monteverdi sirna ngħidulhom "pre-barokki" jew tal-"barokk bikri".

Nistgħu ngħidu li x-xogħol prinċipali ta' Monteverdi kien il-Vespro della Beata Vergine tal-1610. Dan wieħed mill-ftit xogħlijiet sagri tiegħu, imma għadu s'issa wieħed mill-ikbar eżempji tal-mużika sagra, li fl-istorja tal-mużika jħabbatha ma' Il-Messija ta' Handel u l-Passjoni skond Mattew ta' J. S. Bach. Meta tisma' dan ix-xogħol tibqa' ċċassat – kull parti (25 b'kollox) hija żviluppata għall-aħħar, kemm fis-sens mużikali u kemm drammatiku – l-istruttura strumentali tintuża għal effetti drammatiċi preċiżi u emottivi, b'mod li ħadd ma kien sema' qabel.

Billi d-duka Vincenzo Gonzaga ma kienx iħallsu biżżejjed għall-kummissjonijiet li kien jagħmillu u kien dejjem jgħaġġlu għal iżjed, Monteverdi xeba' u fl-1610 mar Ruma bil-ħsieb li jagħti l-Vespro della Beata Vergine lill-Papa Pawlu V. Fl-ittri bejnu u bejn il-kardinal Ferdinando Gonzaga, jidher li t-tama tiegħu kienet li jakkwista post b'xejn għat-tifel fis-Seminarju Ruman u mpieg ġdid għalih. Kollox safa fix-xejn, imma fl-1613 kellu opportunità oħra.

Fl-1613 il-Prokuraturi tar-Repubblika ta' Venezja ħatru l-Monteverdi bħala direttur tal-mużika f'San Mark, fejn bla dewmien, reġa' ġieb f'tiegħu l-kor li kien mar lura ħafna taħt ta' qablu. Hemm temm is-sitt, seba' u tmien ktieb ta' madrigali. It-tmien wieħed hu l-ikbar u fih xogħlijiet miktubin matul perijodu ta' 30 sena, fosthom ix-xena drammatika Tancredi e Clorinda (1624), fejn l-orkestra u l-vuċijiet jiffurmaw żewġ entitajiet separati li jinstemgħu bħala kopji ta' xulxin. Aktarx Monteverdi ġietu l-ideja li jipprova dan-arranġament mill-arkitettura ta' San Mark fejn hemm żewġ galleriji faċċata ta' xulxin u seta' jpoġġi l-kor f'waħda u l-orkestra fl-oħra. Kompożituri oħra bħal Giovanni Gabrieli kienu wżaw dan l-arranġament, imma din il-kompożizzjoni tispikka fuq l-oħrajn għax fiha ntużaw għall-ewwel darba it-'tremolo' (repetizzjoni mgħaġġla ta' l-istess ton) u l-'pizzicato' (qrus tal-kordi bis-saba') biex fix-xeni drammatiċi jagħtu effetti speċjali.

Fl-aħħar snin ta' ħajtu, minkejja li kien marid, Monteverdi xorta baqa' jkompli jikkomponi l-aħħar żewġ kapolavuri tiegħu, Il ritorno di Ulisse in patria (1641) u l-opra storika L'incoronazione di Poppea (1642). L'Incoronazione, partikularment, hi meqjusa bħala l-quċċata tax-xogħol tiegħu. Fiha nsibu xeni traġiċi u komiċi (żvilupp ġdid fl-opra), ritratti iżjed realistiċi tal-persunaġġi u melodiji iżjed sħan li bħalhom qatt ma kienu nstemgħu qabel. Dax-xogħol, li ħtieġ orkestra iżgħar u parti inqas prominenti għall-kor, kellu wkoll influenza konsiderevoli fuq il-mużika tal-knisja.

Monteverdi kkompona mill-inqas tmintax-il opra, li minnhom baqa' biss l'Orfeo, l'Incoronazione, Il ritorno, u l-arja famuża "Lamento", mit-tieni opra tiegħu l'Arianna.

Kompożizzjonijiet

Opri - Tmintax-il opra li minnhom baqa' biss:

  • L'Arianna (baqa' biss Lamento d'Arianna)
  • L'Orfeo
  • Il ritorno d'Ulisse in patria
  • L'incoronazione di Poppea

Xogħoljiet oħra jinkludu kompożizzjonijiet sekulari u sagri:

  • Il Combattimento di Tancredi e Clorinda
  • Vespro della Beata Vergine
  • Selva Morale e Spirituale (1640)
  • Scherzi Musicali

Kotba tal-madrigali:

  • Madrigali spirituali a quattro voci posti in musica da Claudio Monteverde Cremonese, discepolo del Signor Marc'Antonio Ingegnieri (1583)
  • Madrigali a cinque voci di Claudio Monteverde Cremonese discepolo del Sig.r Marc'Antonio Ingegnieri... Libro primo (1587)
  • Il secondo libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverde Cremonese discepolo del Sig.r Ingegneri (1590)
  • Di Claudio Monteverde il terzo libro de madrigali a cinque voci (1592)
  • Il quatro libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverdi Maestro della Musica del Ser.mo Sig.r Duca di Mantova (1603)
  • Il quinto libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverdi Maestro della Musica del Serenissimo Sig.r Duca di Mantoa, col basso continuo per il Clavicembano, Chittarone, od altro simile istromento; fatto particolarmente per li sei ultimi, per li altri a beneplacito (1605)
  • Il sesto libro de madrigali a cinque voci, con uno dialogo a sette, con il suo basso continuo per poterli concertare nel clavacembano, et altri stromenti. Di Claudio Monteverde Maestro di Cappella della Sereniss. Sig. di Venetia in S. Marco (1614)
  • Concerto. Settimo libro di madrigali a 1.2.3.4. sei voci, con altri generi de canti di Claudio Monteverde Maestro di Capella della Serenissima Republica (1619)
  • Madrigali guerrieri, et amorosi con alcuni opuscoli in genere rappresentativo, che saranno per brevi Episodij fra i canti senza gesto. Libro ottavo di Claudio Monteverde Maestro di Capella della Serenissima Republica di Venetia (1638)
  • Madrigali e canzonette a due e tre voci del signor Claudio Monteverde già Maestro di Cappella della Serenissima Republica di enetia... Libro nono (1651)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 18 Ġun, 2025 / 11:10

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Claudio Monteverdi, X'inhi Claudio Monteverdi? Xi tfisser Claudio Monteverdi?

Claudio Monteverdi twieled fil 15 ta Mejju 1567 miet fid 29 ta Novembru 1643 kien kompozitur Taljan Ix xogħol tiegħu jimmarka il bidla mill muzika rinaxximentali għall muzika barokka u matul il ħajja twila tiegħu kiteb opri li nistgħu nikklassifikawhom fiz zewġ kategoriji Bħala wieħed mill innovaturi prinċipali li ġabu din l bidla fl istil hu meqjus revoluzzjonarju Monteverdi kiteb l ewwel opra teatrali L Orfeo li fiha zviluppa storja drammatika Kellu x xorti li jgawdi s suċċess u l fama f ħajtu Claudio MonteverdiRitratt ta Claudio Monteverdi Venezja 1640 pittura ta Bernardo Strozzisurmast tal kappella 1613 29 Novembru 1643 surmast tal kappella 1601 ĦajjaTwelid 15 Mejju 1567NazzjonalitaMewt Venezja 29 Novembru 1643Post tad dfin en FamiljaKonjuga i en Aħwa uri en EdukazzjoniLingwi TaljanGħalliema en Studenti uri en OkkupazzjoniOkkupazzjoni kantant kompoziturXogħlijiet importanti en en en en MovimentMoviment artistikuStrument i tal muzikaBijografijaFl 1589 Monteverdi beda jaħdem fil qorti ta Mantova bħala korista u vjolista u fl 1603 id duka Vincenzo Gonzaga ħatru maestro di cappella Sakemm kellu erbgħin sena ħadem prinċipalment fuq madrigali u kkompona b kollox tmien kotba Ktieb VIII ippubblikat fl 1638 fih dawk li jsibuhom Madrigali guerrieri et amorosi li ħafna jqisuhom bħala l perfezzjoni ta dil forma ta muzika Flimkien l ewwel tmien kotba ta madrigali juru zvilupp enormi mill muzika polifonika rinaxximentali għal l istil monodiku li hu tipiku fil muzika barokka Id disa ktieb ta madrigali ippubblikat wara mewtu fl 1651 fih passaġġi izjed ħfief x aktarx komposti matul il firxa ta ħajtu li jirrapprezentaw iz zewġ stili Paġna titulari ta L Orfeo edizzjoni 1609 Venezja Mill monodija bl enfasi fuq linji ċari melodiċi test intelliġibbli u muzika ta akkompanjament kalma kien pass loġiku li jibda jikkomponi l opri speċjalment għal kompozitur mixħut lejn id drammatiċita u li kien iħobb effetti mimlija tizjin Fl 1607 Monteverdi ikkompona l ewwel opra tiegħu L Orfeo fuq librett ta Alessandro Striggio l iben F dak iz zmien kien hemm id drawwa li l kompozituri jitolbuhom joħolqu xogħlijiet għal okkazjonijiet speċjali u din l opra talbuha biex izzid il pompa fil karnival ta kull sena f Mantova Fil fatt kienet suċċess kbir li qabel perfettament ma l ispirtu taz zmien L Orfeo hi magħrufa għall qawwa drammatika tagħha u għall orkestrazzjoni ħajja li fiha Infatti nistgħu nsostnu li dax xogħol kien l ewwel ezempju fejn il kompozitur assenja parti speċifika għal kull strument u anki waħda mill ewwel opri fejn ingħatat il kompozizzjoni ezatta ta l istrumentazzjoni L istorja hi deskritta b immaġni muzikali ħajjin u l melodiji huma linjari u ċari B din l opra Monteverdi ħoloq stil muzikali ġdid għal kollox L opri ta Monteverdi sirna ngħidulhom pre barokki jew tal barokk bikri Nistgħu ngħidu li x xogħol prinċipali ta Monteverdi kien il Vespro della Beata Vergine tal 1610 Dan wieħed mill ftit xogħlijiet sagri tiegħu imma għadu s issa wieħed mill ikbar ezempji tal muzika sagra li fl istorja tal muzika jħabbatha ma Il Messija ta Handel u l Passjoni skond Mattew ta J S Bach Meta tisma dan ix xogħol tibqa ċċassat kull parti 25 b kollox hija zviluppata għall aħħar kemm fis sens muzikali u kemm drammatiku l istruttura strumentali tintuza għal effetti drammatiċi preċizi u emottivi b mod li ħadd ma kien sema qabel Bust ta Claudio Monteverdi Cremona Billi d duka Vincenzo Gonzaga ma kienx iħallsu bizzejjed għall kummissjonijiet li kien jagħmillu u kien dejjem jgħaġġlu għal izjed Monteverdi xeba u fl 1610 mar Ruma bil ħsieb li jagħti l Vespro della Beata Vergine lill Papa Pawlu V Fl ittri bejnu u bejn il kardinal Ferdinando Gonzaga jidher li t tama tiegħu kienet li jakkwista post b xejn għat tifel fis Seminarju Ruman u mpieg ġdid għalih Kollox safa fix xejn imma fl 1613 kellu opportunita oħra Fl 1613 il Prokuraturi tar Repubblika ta Venezja ħatru l Monteverdi bħala direttur tal muzika f San Mark fejn bla dewmien reġa ġieb f tiegħu l kor li kien mar lura ħafna taħt ta qablu Hemm temm is sitt seba u tmien ktieb ta madrigali It tmien wieħed hu l ikbar u fih xogħlijiet miktubin matul perijodu ta 30 sena fosthom ix xena drammatika Tancredi e Clorinda 1624 fejn l orkestra u l vuċijiet jiffurmaw zewġ entitajiet separati li jinstemgħu bħala kopji ta xulxin Aktarx Monteverdi ġietu l ideja li jipprova dan arranġament mill arkitettura ta San Mark fejn hemm zewġ galleriji faċċata ta xulxin u seta jpoġġi l kor f waħda u l orkestra fl oħra Kompozituri oħra bħal Giovanni Gabrieli kienu wzaw dan l arranġament imma din il kompozizzjoni tispikka fuq l oħrajn għax fiha ntuzaw għall ewwel darba it tremolo repetizzjoni mgħaġġla ta l istess ton u l pizzicato qrus tal kordi bis saba biex fix xeni drammatiċi jagħtu effetti speċjali Fl aħħar snin ta ħajtu minkejja li kien marid Monteverdi xorta baqa jkompli jikkomponi l aħħar zewġ kapolavuri tiegħu Il ritorno di Ulisse in patria 1641 u l opra storika L incoronazione di Poppea 1642 L Incoronazione partikularment hi meqjusa bħala l quċċata tax xogħol tiegħu Fiha nsibu xeni traġiċi u komiċi zvilupp ġdid fl opra ritratti izjed realistiċi tal persunaġġi u melodiji izjed sħan li bħalhom qatt ma kienu nstemgħu qabel Dax xogħol li ħtieġ orkestra izgħar u parti inqas prominenti għall kor kellu wkoll influenza konsiderevoli fuq il muzika tal knisja Monteverdi kkompona mill inqas tmintax il opra li minnhom baqa biss l Orfeo l Incoronazione Il ritorno u l arja famuza Lamento mit tieni opra tiegħu l Arianna KompozizzjonijietOpri Tmintax il opra li minnhom baqa biss L Arianna baqa biss Lamento d Arianna L Orfeo Il ritorno d Ulisse in patria L incoronazione di Poppea Xogħoljiet oħra jinkludu kompozizzjonijiet sekulari u sagri Il Combattimento di Tancredi e Clorinda Vespro della Beata Vergine Selva Morale e Spirituale 1640 Scherzi Musicali Kotba tal madrigali Madrigali spirituali a quattro voci posti in musica da Claudio Monteverde Cremonese discepolo del Signor Marc Antonio Ingegnieri 1583 Madrigali a cinque voci di Claudio Monteverde Cremonese discepolo del Sig r Marc Antonio Ingegnieri Libro primo 1587 Il secondo libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverde Cremonese discepolo del Sig r Ingegneri 1590 Di Claudio Monteverde il terzo libro de madrigali a cinque voci 1592 Il quatro libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverdi Maestro della Musica del Ser mo Sig r Duca di Mantova 1603 Il quinto libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverdi Maestro della Musica del Serenissimo Sig r Duca di Mantoa col basso continuo per il Clavicembano Chittarone od altro simile istromento fatto particolarmente per li sei ultimi per li altri a beneplacito 1605 Il sesto libro de madrigali a cinque voci con uno dialogo a sette con il suo basso continuo per poterli concertare nel clavacembano et altri stromenti Di Claudio Monteverde Maestro di Cappella della Sereniss Sig di Venetia in S Marco 1614 Concerto Settimo libro di madrigali a 1 2 3 4 sei voci con altri generi de canti di Claudio Monteverde Maestro di Capella della Serenissima Republica 1619 Madrigali guerrieri et amorosi con alcuni opuscoli in genere rappresentativo che saranno per brevi Episodij fra i canti senza gesto Libro ottavo di Claudio Monteverde Maestro di Capella della Serenissima Republica di Venetia 1638 Madrigali e canzonette a due e tre voci del signor Claudio Monteverde gia Maestro di Cappella della Serenissima Republica di enetia Libro nono 1651

L-aħħar artikli
  • Ġunju 16, 2025

    Paramaribo

  • Ġunju 07, 2025

    Papwa Gwinea l-Ġdida

  • Ġunju 09, 2025

    Papat ta' Avignon

  • Ġunju 08, 2025

    Papa Piju XII

  • Ġunju 10, 2025

    Papa Piju X

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq