Verona vəˈroʊnə və ROH nə bit Taljan veˈroːna hija belt max Xmara fir reġjun tal l Italja b 259 610 abitant Hija waħda m
Verona

Verona (/vəˈroʊnə/ və-ROH-nə, bit-Taljan: [veˈroːna]) hija belt max-Xmara fir-reġjun tal-, l-Italja, b’259,610 abitant. Hija waħda mis-seba’ kapitali provinċjali tar-reġjun. Verona hija l-ikbar muniċipalità fir-reġjun u t-tieni l-ikbar fil-Grigal tal-Italja. Iż-żona metropolitana ta’ Verona tkopri erja ta’ 1,426 km2 u għandha popolazzjoni ta’ 714,310 abitant. Hija waħda mid-destinazzjonijiet turistiċi ewlenin fit-Tramuntana tal-Italja bis-saħħa tal-wirt artistiku tagħha u d-diversi fieri, spettakli u opri li jsiru kull sena, bħal pereżempju l-istaġun tal- fl-, l- ta’ żmien ir- fil-qalba tal-belt.
Verona | |||
---|---|---|---|
Italja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Italja | ||
Region of Italy | Veneto | ||
Provinċja tal-Italja | Province of Verona (en) | ||
Kap tal-Gvern | (en) | ||
Isem uffiċjali | Verona | ||
Ismijiet oriġinali | Verona Veròna | ||
Kodiċi postali | 37100u 37121–37142 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 45°26′19″N 10°59′34″E / 45.4386°N 10.9928°EKoordinati: 45°26′19″N 10°59′34″E / 45.4386°N 10.9928°E | ||
Verona Verona (Italy) | |||
Superfiċjenti | 198.92±0.01 kilometru kwadru | ||
Għoli | 59 m | ||
Fruntieri ma' | (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) u (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 255,588 abitanti (1 Jannar 2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 550 "BCE" | ||
Kodiċi tat-telefon | 045 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Tirana, Munich, , , Salzburg, Betlem, (en) , (en) , (en) , , , (en) , (en) , , (en) , (en) , Korçë, , , (en) , , (en) , Korfù, (en) , (mul) , (en) , (en) , (en) , , , (en) | ||
comune.verona.it |
Bejn is-sekli 13 u 14, il-belt kienet immexxija mill-Familja Della Scala. Matul dan il-perjodu ta’ żmien, b’mod partikolari taħt it-tmexxija ta’ , il-belt esperjenzat prosperità kbira, u kienet tgawdi rikkezzi u poter kbar filwaqt li kienet imħarsa mis-swar ġodda ta’ madwarha. L-era tal-Familja Della Scala ħalliet warajha diversi monumenti madwar il-belt.
Tnejn mill-kapulavuri ta’ William Shakespeare huma ambjentati f’Verona: Romeo u Ġuljetta kif ukoll Iż-Żewġ Ġentlomi ta’ Verona. Mhuwiex magħruf jekk Shakespeare qatt żarx Verona jew l-Italja, iżda l-kapulavuri tiegħu ħajru lil ħafna viżitaturi jżuru Verona u l-bliet tal-madwar. Verona kienet art twelid wkoll, li jintqal li kienet l-ewwel umanista ewlenija mara u waħda mill-iktar umanisti importanti tar-Rinaxximent. Il-belt ta’ Verona ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji mill-UNESCO minħabba l-istruttura urbana u l-arkitettura tagħha.
Ġeografija
Territorju
L-inħawi abitati ta’ Verona jinsabu f’pożizzjoni ċentrali meta mqabbla mat-territorju muniċipali, li huwa fih eteroġenjetà notevoli ta’ pajsaġġi minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu b’altitudni li tvarja bejn 30 metru fil-pjanura għal 600 metru fiż-żona muntanjuża qabel l-. Il-belt, tul ix-xtut tax-Xmara Adige, fil-punt fejn ix-xmara tidħol fil-Pjanura Padana u tnixxi f’għamla ta’ ‘S’, hija mdawra fit-Tramuntana biż-żona muntanjuża tal-Lessinja u fin-Nofsinhar tax-xmara bil-pjanura.
Tul iż-żona bl-għoljiet, magħrufa bħala Torricelle, iż-żoni bil-boskijiet jalternaw maż-żoni b’mergħat aridi, għalkemm xorta waħda hemm żoni bil-veġetazzjoni, kemm naturali kif ukoll ikkultivati. L-iktar li jispikkaw huma d-dwieli u l-għelieqi bis-siġar taż-żebbuġ sa għoli ta’ xi 400 metru. Iż-żoni bl-għoljiet huma maqsuma f’marogne, jiġifieri ħbula art maqsuma bil-ħitan tas-sejjieħ, li minbarra li jirrappreżentaw eżempju tajjeb ta’ prevenzjoni tal-ħela tal-ilma jew ta’ ċedimenti tal-art, għandhom valur arkitettoniku intrinsiku li jsebbaħ il-pajsaġġ. Fl-aħħar nett, iż-żona bl-għoljiet tagħti għal wied imżewwaq b’diversi nixxigħat, magħrufa fost l-abitanti lokali bħala progni jew vaj, imsejħa (mill-Punent għal-Lvant) Quinzano, Borago, Galina, Valpantena u Squaranto.
Ix-Xmara Adige hija element karatteristiku ewlieni tal-pajsaġġ, u tikkundizzjona ferm l-iżvilupp tat-territorju kemm fuq livell urban kif ukoll fuq livell extraurban. L-ambjent naturali madwar ix-xmara ġie alterat għalkollox mill-attività tal-bniedem li ra kif jagħmel biex jisfruttah għall-biedja. Minkejja dan, għad hemm xi elementi seminaturali lil hinn miż-żona abitata. Iż-żona li fiha l-iktar bosk mhux mittiefes wisq mill-bniedem hija dik fuq il-gżira ta’ Pestrino f’nofs ix-xmara, li hija waħda mill-ftit żoni li ma ġietx mimsusa mill-bniedem biex jikkontrolla il-livell tax-xmara kemm jista’ jkun sabiex jevita l-impatt tal-għargħar. Żoni oħra ta’ dan it-tip jinsabu fil-park naturali tal-Villa Bernini Buri, fejn għad hemm żona bil-boskijiet bi fdalijiet tal-foresti antiki fil-pjanura, u fil-park naturali tan-Nofsinhar tax-Xmara Adige.
Idrografija
Ix-Xmara Adige tgħaddi min-nofs is-swar għoljin u b’saħħithom ta’ Verona, li nbnew apposta biex iħarsu l-belt mill-qawwa tax-xmara wara l-għargħar terribbli tal-1882. Fl-imgħoddi, ix-xmara kellha funzjoni ċentrali għall-belt ta’ Verona, minħabba diversi attivitajiet kummerċjali u industrijali. Barra minn hekk, ix-Xmara Adige kienet passaġġ navigabbli intern importanti ħafna li jwassal sa Trento. Għalhekk, tul ix-xmara qrib il-belt ta’ Verona nbnew bosta binjiet li kienu jintużaw għat-trasport tal-merkanzija, kif ukoll mollijiet, binjiet doganali, torrijiet li kienu jintużaw biex jiġu olzati l-ktajjen minn naħa għall-oħra tax-xmara sakemm titħallas il-miżata dovuta, kastelli u fortizzi. Fin-Nofsinhar tal-belt, fl-inħawi magħrufa bħala Filippini, qrib ix-xmara għad hemm id-il-moll u d-Dwana ta’ San Fermo, kif ukoll il-fdalijiet ta’ binja antika oħra tad-dwana, magħrufa bħala Dogana d'acqua, li kienet ġiet ibbumbardjata fit-Tieni Gwerra Dinjija. Għaldaqstant, sas-seklu 19, Verona u s-subborgi tagħha qrib ix-xmara kellhom ekonomija marbuta direttament max-xmara stess. Tul ix-xtut tax-xmara kienu jinħadmu blokok tal-irħam u l-injam mis-siġar, li mbagħad kienu jiġu ttrasportati fuq ix-xmara. Barra minn hekk, kien hemm ukoll tarzni fejn kienu jinbnew u jissewwew id-dgħajjes, diversi mtieħen tal-ilma fuq wiċċ l-ilma, pompi tal-ilma, imħażen, industriji żgħar u attivitajiet artiġjanali.
Dari, ix-xmara kienet tofroq f’kanali sekondarji li llum il-ġurnata m’għadhomx jeżistu. Qrib it-teatru Ruman, fuq in-naħa tax-xellug, kien hemm il-kanal magħruf bħala l-Kanal tal-Ilma Mejjet, imsejjaħ hekk minn żmien ir-Rumani minħabba li l-fluss tal-ilma kien ibatti kważi għalkollox, xi ħaġa li mbagħad ġrat tassew tant illi l-kanal nixef kollu. Dan il-kanal kien jerġa’ jagħti għall-fluss prinċipali tax-xmara qrib Ponte Navi, u kien jifforma qisha gżira magħmula minn żrar u sedimenti ta’ qiegħ ix-xmara. Barra minn hekk, kien hemm l’Adigetto, li kien foss kbir li twessa’ fil-Medjuevu għal skopijiet ta’ difiża. Dan il-foss kien jissepara mix-xmara Adige ftit qabel Castelvecchio u jibqa’ sejjer sas-swar muniċipali fin-Nofsinhar, sakemm jerġa’ jingħaqad max-xmara ftit iktar lil hinn mill-Ponte Aleardi. Batra minn hekk, kien hemm ukoll l-hekk imsejħa vò, jiġifieri iktar minn sebgħin kollegament żgħur bl-ilma li kienu jiggarantixxu li l-ilma ħdejn iż-żona abitata tal-belt ma jiġix ilma qiegħed.
L-imtieħen tal-ilma, mibnija fuq pjattaforma jew pontun fuq wiċċ l-ilma kienu tassew karatteristiċi u kienu jinbnew b’dan il-mod apposta biex ikunu jistgħu jadattaw għall-varjazzjonijiet fil-livell tal-ilma tax-xmara. Fuq il-pontun, kien ikun hemm ir-rota bil-paletti tal-injam tal-mitħna tal-ilma u qisha għarixa tal-injam li kienet tintuża għad-dris. Dawn l-imtieħen tal-ilma kienu jkunu kollegati max-xtut b’pont żgħir magħmul b’tavla tal-injam imsejjaħ peagno. Dawn l-imtieħen tal-ilma kienu ddokumentati mill-Medjuevu u ħafna minnhom kienu kkontrollati mid-diversi monasteri lokali, li fl-imgħoddi kellhom id-dritt li jisfruttaw l-ilma tax-xmara. Mhux ta’ b’xejn kien hemm grupp ta’ mtieħen tal-ilma b’mod partikolari qrib il-Bażilika ta’ San Zeno, tul il-parti tax-xmara bejn il-knisja ta’ San Giorgio in Braida u l-Katidral. Matul is-seklu 19 kien hemm iktar minn 400 minnhom, imma mbagħad maż-żieda tal-industrijalizzazzjoni ta’ Verona, naqsu sew u għebu għalkollox sal-bidu tas-seklu 20.
Minħabba l-għargħar miż-żieda fil-livel tal-ilma tax-xmara tas-16 ta’ Settembru 1882, li għerrqu l-biċċa l-kbira tal-belt, qerdu mijiet ta’ djar u żewġ pontijiet, u kkawżaw diversi vittmi, il-mogħdijiet tal-ilma tax-xmara kellhom jiġu mmodifikati għalkollox bejn l-1885 u 1899, u b’hekk id-dehra tal-belt inbidlet għal dejjem. Il-qiegħ tax-Xmara Adige ġie mwessa’ u mnaddaf, il-ħitan kbar qishom swar inbnew jew ġew irrestawrati mad-dawra kollha tal-belt, filwaqt li l-Kanali tal-Adigetto u tal-Ilma Mejjet intradmu u ngħalqu għalkollox. Sabiex jitnaqqas id-daqs tax-xmara meta tgħaddi minn fejn iż-żoni urbani, ġie mwettaq il-kanal industrijali Camuzzoni, li jibda minn Chievo (fejn fl-1923 imbagħad twettaq pont li jservi bħala diga) u jibqa’ għaddej għal 7.5 km lejn ix-Xlokk qabel ma jerġa’ jingħaqad max-Xmara Adige ftit iktar ’l isfel mill-belt ta’ Verona.
Klima
Ir-reġjun tal-Veneto għandu karatteristiċi klimatiċi li jiġu ddeterminati mill-pożizzjoni tiegħu fuq il-latitudnijiet medji. Din il-pożizzjoni twassal għall-effetti klimatiċi staġonali. Minbarra l-pożizzjoni ġeografika tiegħu fl-Italja, ir-reġjun jinsab ukoll f’żona ta’ tranżizzjoni bejn l-Ewropa Ċentrali, fejn jaħkmu l-kurrenti tal-Punent, il-kurrenti tal-Oċean Atlantiku, u xi kultant il-kurrenti kesħin u nexfin mill-Grigal, u n-Nofsinhar tal-Ewropa, fejn jaħkmu l-kurrenti mill-antiċikluni sottotropikali u mill-Mediterran. Flimkien ma’ dawn il-fatturi makroterritorjali hemm ukoll fatturi importanti oħra li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-klima fuq livell reġjonali, u fil-każ speċifiku ta’ Verona jwasslu biex it-territorju bħal donnu jkun jista’ jinqasam fis-sottożoni klimatiċi li ġejjin: il-Pjanura Padana-Veneta, imdawra minn ktajjen muntanjużi lejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u li tiftaħ b’mod ewlieni lejn il-Lvant; żona muntanjuża kbira iktar fl-għoli; u l- lejn il-Punent.
Għaldaqstant, fuq livell territorjali, il-klima ta’ Verona ġeneralment tkun klima tal-pjanura, jiġifieri moderata u umda, bi xtiewi relattivament kesħin u bi sjuf sħan. It-temperatura medja annwali tkun xi 13-14 °C. Meta t-temp ikun affettwat mill-kurrenti antiċikloniċi, il-massa tal-arja fuq il-pjanura tkun stabbli fl-għoli jew twassal għal inverżjoni termika fil-baxx, u għalhekk iseħħu fenomeni staġonali bħan-nida, iċ-ċpar, il-ġlata, ir-riħ isfel u l-akkumulu ta’ sustanzi niġġiesa fil-baxx. Dawn il-fenomeni jseħħu l-iktar minħabba l-preżenza tal-umdità minn għejun importanti bħaż-żoni tar-raba’ bl-irrigazzjoni u l-Lag ta’ Garda, li bħal donnhom jitimgħu lill-massa tal-arja qrib l-art bil-fwar.
Il-preċipitazzjonijiet (jiġifieri xita, silġ, borra, eċċ.) huma distribwiti b’mod pjuttost uniformi matul is-sena, għalkemm ix-xitwa s-soltu tkun l-iktar staġun niexef filwaqt li l-ħarifa u r-rebbiegħa jġibu magħhom maltemp mill-Atlantiku jew mill-Mediterran. Fis-sajf ikun hemm maltempati pjuttost ta’ sikwit u ħafna drabi jkunu bis-silġ. Meta fin-Nofsinhar tat-territorju ta’ Verona, jiġifieri fil-Widien il-Kbar ta’ Verona, ikun hemm preċipitazzjonijiet minimi ta’ madwar 700 mm, fil-pjanura u l-għoljiet iktar qrib il-belt ta’ Verona dawn jiżdiedu għal 800 mm, filwaqt li lejn id-dwieli ta’ Valpolicella sa ma wieħed jitla’ lejn iż-żoni muntanjużi ta’ qabel Lessinja, il-parti tan-Nofsinhar ta’ u l-katina muntanjuża ta’ , dawn jiżdiedu għal 900-1100 mm sa xi 1500 mm.
VERONA VILLAFRANCA (1981-2010) Xhur | Staġuni | Sena | |||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Jan | Frar | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Dic | Xit. | Reb. | Sajf | Ħar. | ||
T. mass. medja (°C) | 6,2 | 9,0 | 13,8 | 17,9 | 23,6 | 27,2 | 30,0 | 29,5 | 24,9 | 18,5 | 11,7 | 7,2 | 7,5 | 18,4 | 28,9 | 18,4 | 18,3 |
T. medja (°C) | 2,5 | 4,3 | 8,7 | 12,6 | 18,0 | 21,8 | 24,4 | 24,0 | 19,5 | 13,9 | 7,8 | 3,6 | 3,5 | 13,1 | 23,4 | 13,7 | 13,4 |
T. min. medja (°C) | −1,3 | 0,0 | 3,6 | 7,3 | 12,4 | 16,3 | 18,8 | 18,4 | 14,1 | 9,4 | 3,9 | −0,2 | −0,5 | 7,8 | 17,8 | 9,1 | 8,6 |
Preċipitazzjonijiet (mm) | 39,7 | 33,6 | 45,2 | 73,0 | 70,1 | 85,0 | 62,9 | 84,2 | 78,0 | 82,1 | 73,2 | 56,3 | 129,6 | 188,3 | 232,1 | 233,3 | 783,3 |
Jiem ta’ xita | 5 | 4 | 5 | 9 | 8 | 9 | 5 | 6 | 6 | 7 | 7 | 6 | 15 | 22 | 20 | 20 | 77 |
Storja
Twaqqif
Iż-żona fejn tinsab Verona ilha abitata minn żmien in-Neolitiċi, u dan wisq probabbli għaliex wieħed bilfors irid jgħaddi minn din iż-żona jekk ikun ġej jew sejjer mill-Punent jew il-Lvant tal-Pjanura Padana-Veneta, fit-Tramuntana tax-. X’aktarx li kien hemm xi insedjament lejn in-Nofsinhar tal-għolja ta’ San Pietru, qrib wieħed mill-ftit punti minn fejn wieħed jista’ jaqsam ix-xmara Adige bil-mixi. Fil-fatt hawnhekk instabu ħafna fdalijiet ta’ żmien in-Neolitiċi. Fl-epoka protostorika, fl-inħawi ta’ dan l-insedjament, għexu wkoll il-Galli Ċenomani (mill-Gallja l-Qadima), li ppreferew it-territorji fin-naħa tal-Punent tax-xmara, il-Veneti, li kienu jgħixu fit-territorji tal-Lvant, u ir-Reti, li kienu konfederazzjoni ta’ tribujiet li kienu jgħixu fiż-żona tal-Alpi.
L-istoriċi Latini ma rnexxilhomx jidentifikaw l-oriġini ċerta tal-insedjament ta’ qabel żmien ir-Rumani, u kienu jakkreditaw it-twaqqif tal-belt lill-Veneti jew lill-predeċessuri tagħhom, jew saħansitra lill- (mill-Etrurja l-Qadima). Pereżempju l-istoriku Polibju kien isostni li fit-tieni seklu Q.K., ir-razza Veneta kienet l-iktar waħda komuni fil-belt, u effettivament ma kellux tort sa barra għaliex il-preżenza tal-Veneti hija dokumentata ferm u kkonfermata mis-sejbien tal-fdalijiet qrib l-għolja ta’ San Pietru. Min-naħa l-oħra, Plinju x-Xiħ kien isostni li t-twaqqif tal-belt sar mir-Reti u mill-Euganei flimkien, filwaqt li Tito Livio kien tal-fehma li l-belt twaqqfet mill-Galli Ċenomani.
Storja antika
L-ewwel kuntatti bejn Ruma l-antika u Verona huma dokumentati għall-ħabta tat-tielet seklu Q.K. u mill-bidu nett kienu kuntatti ta’ ħbiberija u ta’ alleanza. Fil-fatt, fis-seklu 390 Q.K., il-Galli Senoni ta’ Brenno invadew Ruma, u x’aktarx proprju bis-saħħa tal-għajnuna tal-Veneti ġew imġiegħla jiddjalogaw mar-Rumani. Barra minn hekk, iktar ’il quddiem anke l-Galli Ċenomani u l-Veneti għenu lir-Rumani fil-battalji, saħansitra meta r-Rumani kkonkwistaw il-Gallja Ċisalpina. Bis-saħħa tal-konkwista u tal-kolonjalizzazzjoni Rumana tal-Pjanura Padana, ħarġet fid-dieher l-importanza strateġika tal-belt ta’ Verona, li fis-seklu 89 Q.K. saret kolonja u fis-seklu 49 Q.K. saret muniċipju Ruman permezz tal-Lex Roscia ta’ . B’hekk il-municipium ingħata 3 700 km² ta’ art u sar magħruf ukoll bħala Res publica Veronensium.
Matul il-perjodu repubblikan, Verona ġiet imwaqqfa mill-ġdid max-xtut tal-Adige, fejn malajr kibret u żviluppat ekonomikament, tant li bejn nofs l-ewwel seklu Q.K. u s-seklu ta’ wara nbnew is-swar u l-monumenti ewlenin tal-belt. Fil-perjodu ta’ wara, il-belt ta’ Verona laħqet il-quċċata tar-rikkezza u tas-seħer tagħha, meta nbena s-simbolu tal-belt u l-monument li għadu ikoniku sal-lum il-ġurnata, jiġifieri l-anfiteatru Ruman (magħruf bħala l-Arena). Barra minn hekk, ġew restawrati l-Forum Ruman u ż-żewġ bibien tal-belt, Borsari u Leoni. Fis-sekli ta’ wara, iż-żona abitata kellha tħabbat wiċċha mal-invażjonijiet tal-Barbari, proprju minħabba li kienet l-ewwel belt tal-Italja li wieħed jinzerta fi triqtu mit-Tramuntana tal-Ewropa. Għalhekk, l-imperatur , fis-sena 265 saħħaħ u wessa’ s-swar tal-belt saħansitra lil hinn mill-Arena. Il-fortifikazzjonijiet imsaħħa kienu kruċjali fl-assedju tat-truppi ta’ kontra t-truppi ta’ , li kienu nġabru qaqoċċa fil-qalba tal-belt, filwaqt li battalji importanti oħra ġew miġġielda fejn il-bibien tal-belt ta’ Verona.
Storja tal-Medjuevu
Bil-waqgħa tal-, fil-belt stabbilew ruħhom renji ġodda, fosthom ir-renju tal- gvernat minn , magħruf bħala Dietrich von Bern jew Teodoriku ta’ Verona. Sar magħruf b’dan l-isem tal-aħħar peress li l-belt ta’ Verona kienet is-sede ppreferuta tar-re, tant li wessa’ ż-żona abitata biex issir ċentru militare importanti. Imbagħad ġew il- li interrompew id-dominju qasir tal-Biżantini (li kienu rebħu lill-Ostrogoti fil-) u għamluha belt kapitali tal-Italja sas-sena 571, meta ħadet postha l-belt ta’ . Verona xorta waħda baqgħet belt kapitali ta’ dukat importanti tal-Longobardi u waħda mill-bliet prinċipali tal-Langobardia Maior ħdejn Milan, u Pavia. L-eġemonija tal-Longobardi fir-rigward ta’ Verona u l-biċċa l-kbira tal-Italja damet għal żewġ sekli sal-wasla tal- f’Verona fis-sena 774. rnexxielu jegħleb ir-reżistenza aħħarija tar-Renju tal-Longobardi mmexxija minn Adelki, iben Desiderju: il-prinċep fittex il-kenn fil-belt ta’ Verona qabel ma ġie mġiegħel jaħrab. Wara l-waqgħa tal-Longobardi feġġ l-Imperu Karolinġju bl-inkoronazzjon ta’ Karlu Manju, li assenja r-Renju tal-Longobardi lil ibnu .
Fil-bidu tal-millenju l-ġdid, Verona (flimkien ma’ Aquileia) saret tifforma parti mill-influwenza tal-, wara li kienet tat il-kontribut siewi tagħha fil-battalji tul is-snin għall-investituri mal-. Fl-1117, it-territorju ta’ Verona ntlaqat minn qerriedi, l-ikbar avveniment sismiku li qatt seħħ fil-Pjanura Padana, li minbarra li ġarraf diversi binjiet u monumenti, ġab miegħu kriżi ekonomika u soċjali. Madankollu, it-terremot kien ukoll opportunità biex klassi ġdida ta’ Verona tikseb il-poter, issawwar tip ta’ gvern lokali awtonomu, u fl-1136 twaqqaf wieħed mill-ewwel Komuni (Comuni) Taljani ħielsa. Il-kisba ta’ awtonomija kbira wasslet ukoll għal ġlieda interna bejn żewġ fazzjonijiet: il- u l-. Il-Gwelfi kellhom l-appoġġ taċ-ċittadini fil-kampanja madwar il-belt u fuq kollox l-appoġġ tal-Kontijiet ta’ , filwaqt li l-Gibellini kellhom l-appoġġ taċ-ċittadini fil-belt proprja, immexxija mill- (Montagues bl-Ingliż), li ssemmew fil-kapulavur ta’ Shakespeare, Romeo u Ġuljetta.
Il-fazzjoni tal-Gibellini ssaħħet meta kiseb il-poter u l-iktar permezz ta’ , meta t-tip ta’ gvern tal-belt għadda minn Komun għal Signoria (immexxija minn Sinjur). Il-belt ta’ Verona reġgħet kisbet il-ġid u l-importanza, b’mod partikolari bis-saħħa ta’ , li kien bniedem tassew irrispettat, tant li Dante Alighieri ddedikalu cantica sħiħa fil-Ġenna tal-. Is-setgħa ta’ Cangrande I della Scala kienet estiża mal-biċċa l-kbira tat-Tramuntana tal-Italja. Hu sar Sinjur ta’ Verona, , , , , , , u , kif ukoll vikarju imperjali ta’ Mantova u kap tal-fazzjoni tal-Gibellini fl-Italja. Il-politika tal-espansjoni ta’ Verona lejn il-Lvant ġiet interrotta mill-mewta ħesrem ta’ Cangrande I fl-età ta’ 38 sena, ftit jiem wara l-konkwista ta’ Treviso, wara li bela’ tossina naturali. Il-mewta tiegħu ħalliet lis-Signoria lampa stampa mingħajr dixxendenti diretti u l-poter għadda għand in-neputi , li wara l-kisba ta’ Lucca wessa’ s-Signoria sal-Baħar Tirren. Dan il-kobor territorjali beda jinkwieta lill-istati ġirien u wassal għat-twaqqif ta’ lega promossa mir-Repubblika ta’ Venezja. Fiha ssieħbu l-familji , , u . Il-qawwa militari ta’ Verona ġġieldet żewġ battalji kbar kontrihom qabel ma ċediet. Dan wassal biex is-Signoria kellha tnaqqis kbir fit-territorju tagħha u fl-1388, wara li ddgħajfet minħabba d-diżgwidi bejn il-familji influwenti, il-Viskonti ħadulha postha. Id-dominju tal-Viskonti u warajhom ta’ Da Carrara, kien wieħed qasir, għaliex qalb it-tgemgim taċ-ċittadini ta’ Verona u l-irvelli li spiss kienu jfeġġu fil-belt, fit-22 ta’ Ġunju 1405 Venezja ħatfet l-opportunità biex tinvadiha bl-għajnuna taċ-ċittadini stess.
Storja moderna
Fl-24 ta’ Ġunju 1405, Venezja ħadet ir-riedni ta’ Verona f’idejha, u taħt il-governanza tagħha l-belt ta’ Verona gawdiet perjodu twil ta’ paċi sal-1509, meta r-Repubblika ta’ Venezja ġiet attakata mill-qawwiet tal-Lega ta’ . Kif intemmet il-gwerra tal-Lega ta’ Cambrai, Verona reġgħet gawdiet perjodu ieħor ta’ paċi li din id-darba ma ntemmx minħabba gwerra iżda minħabba marda devastanti: il-pesta tal-1630 li waslet l-Italja mis-suldati Ġermaniżi. Il-pesta kienet diżastru għall-belt ta’ Verona. In-numri jitkellmu waħedom: skont iċ- tal-1626 kien hemm 53,333 abitant, li sa tmien l-imxija tal-pesta naqsu għal 20,738 abitant. Dan ifisser li mietu kważi żewġ terzi tal-popolazzjoni. Tant kien hemm katavri fil-belt, li dawn kellhom jinħarqu jew jintremew fix-Xmara Adige għaliex ma kienx fadal post fejn jindifnu. Wara s-seklu 17 l-ekonomija bdiet tirpilja. Bdew jinbnew knejjes u binjiet bi stil Rinaxximentali. Wieħed mill-iktar arkitetti importanti ta’ dan l-istil fil-belt ta’ Verona kien . F’dan il-perjodu ta’ twelid mill-ġdid tal-arti u tal-kultura, ġiet żviluppata wkoll it-teknika famuża tal-kunċerti tal-qniepen ta’ Verona, u twaqqfu għexieren ta’ akkademji importanti li kattru l-attivitajiet kulturali fuq dimensjoni Ewropea.
F’Mejju 1796, waqt il-Kampanja tal-Italja, miġġielda miċ-ċittadini rivoluzzjonarji ta’ Franza kontra l-qawwier monarkiċi Ewropej tal-Ancien Régime, il-ġeneral Napuljun Bonaparte rebaħ kontra l-qawwa militari Awstrijaka fi . Il-qawwa militari Awstrijaka kellha tirtira minnufih, filwaqt li Napuljan u l-ideat rivoluzzjonarji Franċiżi ħarbtu t-trankwillità taċ-ċittadini ta’ Verona. Il-qawwa Awstrijaka rtirat f’, u b’hekk kasbret in-newtralità tal-Veneto. Napuljun, min-naħa tiegħu, approfitta ruħu biex jokkupa lil Peschiera u lil Verona b’mod temporanju. F’dan il-perjodu, Napuljun seraq għadd ta’ opri tal-arti mill-knejjes, fosthom it-Trittiku tal-artal tal-Bażilika ta’ San Zeno, kapulavur tal-artist mill-Veneto , li ġie żarmat u ntbagħat lejn il-. Kien biss matul ir-restawr li Antonio Canova rnexxielu jikseb il-biċċa ċentrali tat-Trittiku. Il-biċċiet l-oħra, li qabel kienu magħqudin bħala kapulavur wieħed, baqgħu Franza fil-Mużew tal-Belle Arti ta’ u fil-Louvre ta’ Pariġi. Matul din l-okkupazzjoni temporanja min-naħa tal-milizzji rivoluzzjonarji Franċiżi, faqqa’ rvell qalbieni msejjaħ il-perjodi tal-Għid ta’ Verona. Matul dan l-irvell, iċ-ċittadini ta’ Verona ħaqqewha mal-qawwiet Franċiżi u rreżistew l-attakki bil-kanuni fuq il-belt, qabel ma kellhom iċedu għax sfaw imdawra minn 15,000 suldat oħra. Mit-3,000 suldat tal-gwarniġjon Franċiż, waqt l-irvell mietu xi 500 suldat, indarbu xi 1,000 suldat, u ġew arrestati bħala priġuniera xi 2,400 persuna (500 suldat u 1,900 qrabat). Is-sena 1797 kienet is-sena ta’ tmiem l-istorja tar-Repubblika ta’ Venezja, li mbagħad wassal biex il-belt ta’ Verona, waqt il-gwerer ta’ Napuljun, tgħaddi f’idejn Franza u l-Awstrija, abbażi tad-diversi trattati li tfasslu tul is-snin.
Storja kontemporanja
Wara l-Kungress ta’ Vjenna tal-1815, il-provinċja ta’ Verona ġiet assorbita mir-Renju Waħdieni tal-Lombardia u tal-Veneto, li kien Stat li jiddependi fuq l-Imperu Awstrijak, u gawdiet perjodu ta’ stabbiltà sal-1866. Il-marixxall Josef Radetzky, nominat kmandant tar-Renju, irrikonoxxa li Verona kienet post strateġiku tassew importanti fi ħdan iż-żona Kwadrilatera ffortifikata, li kienet żona ta’ importanza militari kbira fl-istrateġija tad-dinastija ta’ , peress li setgħet isservi ta’ lqugħ kontra l-assalti tar-Renju ta’ , u għalhekk kompliet tiġi ffortifikata. Fil-fatt l-inġiniera militari bdew iwettqu sistema difensiva magħmula minn swar, fortizzi, kastelli, torrijiet tal-għassa u binjiet oħra, u Verona saret belt iffortifikata.
L-istorja ta’ Verona fl-Italja magħquda bdiet fis-16 ta’ Ottubru 1866, meta d-dinastija ta’ Savoj (Savoia bit-Taljan) ikkonkwistat il-Veneto wara t-tielet gwerra tal-indipendenza. Minn hawn ’il quddiem, il-belt ta’ Verona kellha perjodu ta’ trankwillità, li sfaxxa minħabba kriżi ekonomika li damet saħansitra wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-kriżi wasslet biex mijiet ta’ eluf ta’ ċittadini ta’ Verona jemigraw. Barra minn hekk, fl-1882 ix-Xmara Adige għerrqet il-biċċa l-kbira taċ-ċentru storiku tal-belt u dan wassal biex is-swar max-xtut tax-xmara jiġu msaħħa.
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Verona kienet waħda mill-iktar bliet Taljani li ġew ibbumbardjati, b’xi 11,627 binja mġarrfa għalkollox u 8,347 binja imġarrfa b’mod gravi. Wara li spiċċa l-, il-belt ta’ Verona, li kienet is-sede ta’ ħames ministeri u bosta binjiet importanti tal-Ġermaniżi, saret ċentru importanti tar-. Proprju taħt il-ġurisdizzjoni tagħha, seħħ il-proċediment ġudizzjarju ta’ Verona kontra u faxxisti oħra, li kienu akkużati li kkonfoffaw ma’ biex Mussolini jiġi arrestat. Il-proċediment ġudizzjarju wassal għall-eżekuzzjoni sommarja tagħhom fil-poligonu tal-fortizza ta’ San Procolo.
Simboli
L-istemma tal-komun tfaċċat għall-ħabta ta’ nofs is-seklu 13 meta Verona kienet għadha komun ħieles. L-istemma ta’ qabel b’salib abjad fuq sfond aħmar, ġie sostitwit b’salib dehbi fuq sfond ikħal, li għadhom il-kuluri araldiċi ta’ Verona sa llum.
Simbolu ieħor ta’ Verona, li jintuża wkoll fl-istemma tal-provinċja, huwa dak b’sellum abjad, b’erba’ jew ħames skaluni, fuq sfond aħmar. Jeżistu żewġ varjanti ta’ din l-istemma, allavolja ma tantx huma magħrufa. L-ewwel varjant fih żewġt iklieb, wieħed ma’ kull ġenb tas-sellum, filwaqt li t-tieni varjant fih ajkla imperjali fil-quċċata tas-sellum. Dan it-tieni varjant, intuża uffiċjalment minn u Cangrande I della Scala meta kienu vikarji imperjali, kariga li ngħatatilhom mill-imperatur tal-Lussemburgu.
Sit ta’ Wirt Dinji
Il-belt ta’ Verona hija magħrufa universalment bħala belt tal-arti. Fis-sena 2000, Verona ġiet iskritta fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”, u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”. Għaldaqstant, l-UNESCO qieset li l-arkitettura u n-nisġa urbana tal-belt ta’ Verona jirriflettu l-evoluzzjoni tal-belt iffortifikata tul l-istorja tagħha ta’ elfejn sena.
L-elementi Rumani, Romaneski, Gotiċi, Rinaxximentali u suċċessivi waslulna sħaħ sa żminijietna, filwaqt li n-nisġa urbana għandha koerenza u omoġenjetà notevoli bis-saħħa tas-swar mad-dawra taċ-ċentru storiku tal-belt li donnhom ħarsu liċ-ċentru anke mill-industrija u tal-impjanti ferrovjarji li baqgħu barra mis-swar. It-Tieni Gwerra Dinjija biss ħalliet ġerħiet kbar, li minn tal-inqas tgħattew kemm jista’ jkun bil-pjan ta’ rikostruzzjoni li ġie adottat wara l-gwerra. Permezz tal-pjan, l-istruttura oriġinarja tal-belt inżammet, frott il-proċess tar-rikostruzzjoni li twettaq b’ħila u reqqa liema bħalhom.
Referenzi
- ^ Luciano Canepari, Verona, in Il DiPI – Dizionario di pronuncia italiana, Zanichelli, 2009, ISBN 978-88-08-10511-0.
- ^ Bruno Migliorini et al., Scheda sul lemma "Verona", in Dizionario d'ortografia e di pronunzia, Rai Eri, 2007, ISBN 978-88-397-1478-7.
- ^ "Bilancio demografico anno 2020 (dato provvisorio)., demo.istat.it". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna) - ^ "Camera di Commercio di Verona, pp. 7-8" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2020-06-28. Miġbur 2021-02-02. Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna) - ^ "Valutazione Ambientale Strategica: integrazioni al rapporto ambientale (PDF), in Piano di Assetto del Territorio, Verona, Comune di Verona, 2007". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna) - ^ "Valutazione Ambientale Strategica: integrazioni al rapporto ambientale (PDF), in Piano di Assetto del Territorio, Verona, Comune di Verona, 2007" (PDF). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna) - ^ "Valutazione Ambientale Strategica: integrazioni al rapporto ambientale (PDF), in Piano di Assetto del Territorio, Verona, Comune di Verona, 2007, p. 120" (PDF). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna) - ^ "Valutazione Ambientale Strategica: integrazioni al rapporto ambientale (PDF), in Piano di Assetto del Territorio, Verona, Comune di Verona, 2007, pp. 110-111" (PDF). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna) - ^ Giovanna Baldassin Molli, Verona, Verona, Banca Popolare di Verona, 2007, p. 17.
- ^ Notiziario della Banca Popolare di Verona, Verona, 1989, n. 1.
- ^ Giovanna Baldassin Molli, Verona, Verona, Banca Popolare di Verona, 2007, p. 23.
- ^ Giovanna Baldassin Molli, Verona, Verona, Banca Popolare di Verona, 2007, p. 24.
- ^ Pierpaolo Brugnoli, Le strade di Verona, Roma, Newton Compton, 1999, ISBN 88-8289-025-2, p. 63.
- ^ Notiziario della Banca Popolare di Verona, Verona, 1999, n. 2
- ^ Giovanni Priante, L'Arena e Verona: 140 anni di storia, Verona, Athesis, 2007, pp. 15-17.
- ^ ARPAV, Atlante climatico del Veneto: precipitazioni, Mestre, Regione del Veneto, 2013, p. 24, ISBN 978-88-908313-2-4.
- ^ ARPAV, Atlante climatico del Veneto: precipitazioni, Mestre, Regione del Veneto, 2013, p. 30, ISBN 978-88-908313-2-4.
- ^ ARPAV, Atlante climatico del Veneto: precipitazioni, Mestre, Regione del Veneto, 2013, p. 132, ISBN 978-88-908313-2-4.
- ^ Luigi Beschi, Verona, in Enciclopedia dell'arte antica, Istituto dell'Enciclopedia Italiana, 1966.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, pp. 54-55, p. 74 u p. 86, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Alessandra Aspes, Il Veneto nell'antichità: preistoria e protostoria, Verona, Banca Popolare di Verona, 1984, p. 795, SBN IT\ICCU\VEA\0012431.
- ^ Alessandra Aspes, Il Veneto nell'antichità: preistoria e protostoria, Verona, Banca Popolare di Verona, 1984, p. 800, SBN IT\ICCU\VEA\0012431.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, p. 134, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, p. 132, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Plinju x-Xiħ. Naturalis Historia, libro III, 130.
- ^ Tito Livio. Ab Urbe Condita, libro V, 35.
- ^ Plutarku, De fortuna Romanorum, 12, 325.
- ^ Ezio Buchi e Giuliana Cavalieri Manasse, Il Veneto nell'età romana, Verona, Banca Popolare di Verona, 1987, p. 15, SBN IT\ICCU\CFI\0077395.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, pp. 143-144, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Lionello Puppi, Ritratto di Verona: lineamenti di una storia urbanistica, Verona, Banca Popolare di Verona, 1978, pp. 32-33, SBN IT\ICCU\VEA\0041968.
- ^ Silvia Corbetta (a cura di), 1913-2013: Arena di Verona, Verona, Cariverona, 2013, p. 11, SBN IT\ICCU\PBE\0062496.
- ^ Lionello Puppi, Ritratto di Verona: lineamenti di una storia urbanistica, Verona, Banca Popolare di Verona, 1978, p. 80, SBN IT\ICCU\VEA\0041968.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, p. 184, p. 190 u p. 196, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Andrea Castagnetti e Gian Maria Varanini, Il veneto nel medioevo: dai Comuni cittadini al predominio scaligero nella Marca, Verona, Banca Popolare di Verona, 1991, p. 6, ISBN 88-04-36999-X.
- ^ Gian Piero Bognetti, Teodorico di Verona e Verona longobarda, capitale di regno, Padova, CEDAM, 1959, p. 376, SBN IT\ICCU\UBO\1792021.
- ^ "INGV, I terremoti nella storia: Nel 1117 il più forte terremoto dell'area padana colpiva Verona e la pianura centro-occidentale, su ingvterremoti.com". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna) - ^ "(PDF) Enzo Boschi, Alberto Comastri e Emanuela Guidoboni, The "exceptional" earthquake of 3 January 1117 in the Verona area (northern Italy): a critical time review and detection of two lost earthquakes (lower Germany and Tuscany), in Journal of Geophysical Research, vol. 110, Washington, Diċembru 2005, p. 100". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna) - ^ Mario Carrara, Gli Scaligeri, Varese, Dall'Oglio, 1966, pp. 136-137, SBN IT\ICCU\SBL\0546240.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, p. 292, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Ettore Napione, Il corpo del principe: ricerche su Cangrande della Scala, Venezia, Marsilio, 2006, p. 30, SBN IT\ICCU\TO0\1525395.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, p. 312, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, p. 320, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, p. 323, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Pierpaolo Brugnoli e Arturo Sandrini, Architettura a Verona nell'età della Serenissima, Verona, Banca Popolare di Verona, 1988, p. 196, SBN IT\ICCU\CFI\0113116.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, p. 357, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, pp. 365-366, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, pp. 371-373, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, p. 386, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Memorie della Rivoluzione di Verona nel 1797, di Antonio Maffei, p. 146.
- ^ Giovanni Solinas, Storia di Verona, Verona, Centro Rinascita, 1981, p. 406, SBN IT\ICCU\SBL\0619693.
- ^ Giovanni Priante, L'Arena e Verona: 140 anni di storia, Verona, Athesis, 2007, p. 31.
- ^ Giovanni Priante, L'Arena e Verona: 140 anni di storia, Verona, Athesis, 2007, p. 99.
- ^ Giovanni Priante, L'Arena e Verona: 140 anni di storia, Verona, Athesis, 2007, p. 91.
- ^ Mario Carrara, Gli Scaligeri, Varese, Dall'Oglio, 1966, p. 24 u p. 70, SBN IT\ICCU\SBL\0546240.
- ^ ""City of Verona" - UNESCO". Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|koawturi=
(għajnuna)
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Verona, X'inhi Verona? Xi tfisser Verona?
Verona veˈroʊne ve ROH ne bit Taljan veˈroːna hija belt max Xmara fir reġjun tal l Italja b 259 610 abitant Hija waħda mis seba kapitali provinċjali tar reġjun Verona hija l ikbar muniċipalita fir reġjun u t tieni l ikbar fil Grigal tal Italja Iz zona metropolitana ta Verona tkopri erja ta 1 426 km2 u għandha popolazzjoni ta 714 310 abitant Hija waħda mid destinazzjonijiet turistiċi ewlenin fit Tramuntana tal Italja bis saħħa tal wirt artistiku tagħha u d diversi fieri spettakli u opri li jsiru kull sena bħal perezempju l istaġun tal fl l ta zmien ir fil qalba tal belt Verona ItaljaAmministrazzjoniPajjizItaljaRegion of ItalyVenetoProvinċja tal ItaljaProvince of Verona en Kap tal Gvern en Isem uffiċjali VeronaIsmijiet oriġinali Verona VeronaKodiċi postali 37100u 37121 37142ĠeografijaKoordinati 45 26 19 N 10 59 34 E 45 4386 N 10 9928 E 45 4386 10 9928 Koordinati 45 26 19 N 10 59 34 E 45 4386 N 10 9928 E 45 4386 10 9928VeronaVerona Italy Superfiċjenti 198 92 0 01 kilometru kwadruGħoli 59 mFruntieri ma en en en en en en en en en en en en en en en u en DemografijaPopolazzjoni 255 588 abitanti 1 Jannar 2023 Informazzjoni oħraFondazzjoni 550 BCE Kodiċi tat telefon 045Zona tal Ħin UTC 1u UTC 2bliet ġemellati Tirana Munich Salzburg Betlem en en en en en en en Korce en en Korfu en mul en en en en comune verona it Bejn is sekli 13 u 14 il belt kienet immexxija mill Familja Della Scala Matul dan il perjodu ta zmien b mod partikolari taħt it tmexxija ta il belt esperjenzat prosperita kbira u kienet tgawdi rikkezzi u poter kbar filwaqt li kienet imħarsa mis swar ġodda ta madwarha L era tal Familja Della Scala ħalliet warajha diversi monumenti madwar il belt Tnejn mill kapulavuri ta William Shakespeare huma ambjentati f Verona Romeo u Ġuljetta kif ukoll Iz Zewġ Ġentlomi ta Verona Mhuwiex magħruf jekk Shakespeare qatt zarx Verona jew l Italja izda l kapulavuri tiegħu ħajru lil ħafna vizitaturi jzuru Verona u l bliet tal madwar Verona kienet art twelid wkoll li jintqal li kienet l ewwel umanista ewlenija mara u waħda mill iktar umanisti importanti tar Rinaxximent Il belt ta Verona ġiet iddikjarata Sit ta Wirt Dinji mill UNESCO minħabba l istruttura urbana u l arkitettura tagħha ĠeografijaTerritorju Il pajsaġġ tal għoljiet ta Verona bid dwieli fuq quddiem u bis siġar taz zebbuġ fl isfond L inħawi abitati ta Verona jinsabu f pozizzjoni ċentrali meta mqabbla mat territorju muniċipali li huwa fih eteroġenjeta notevoli ta pajsaġġi minħabba l pozizzjoni ġeografika tiegħu b altitudni li tvarja bejn 30 metru fil pjanura għal 600 metru fiz zona muntanjuza qabel l Il belt tul ix xtut tax Xmara Adige fil punt fejn ix xmara tidħol fil Pjanura Padana u tnixxi f għamla ta S hija mdawra fit Tramuntana biz zona muntanjuza tal Lessinja u fin Nofsinhar tax xmara bil pjanura Tul iz zona bl għoljiet magħrufa bħala Torricelle iz zoni bil boskijiet jalternaw maz zoni b mergħat aridi għalkemm xorta waħda hemm zoni bil veġetazzjoni kemm naturali kif ukoll ikkultivati L iktar li jispikkaw huma d dwieli u l għelieqi bis siġar taz zebbuġ sa għoli ta xi 400 metru Iz zoni bl għoljiet huma maqsuma f marogne jiġifieri ħbula art maqsuma bil ħitan tas sejjieħ li minbarra li jirrapprezentaw ezempju tajjeb ta prevenzjoni tal ħela tal ilma jew ta ċedimenti tal art għandhom valur arkitettoniku intrinsiku li jsebbaħ il pajsaġġ Fl aħħar nett iz zona bl għoljiet tagħti għal wied imzewwaq b diversi nixxigħat magħrufa fost l abitanti lokali bħala progni jew vaj imsejħa mill Punent għal Lvant Quinzano Borago Galina Valpantena u Squaranto Ix Xmara Adige hija element karatteristiku ewlieni tal pajsaġġ u tikkundizzjona ferm l izvilupp tat territorju kemm fuq livell urban kif ukoll fuq livell extraurban L ambjent naturali madwar ix xmara ġie alterat għalkollox mill attivita tal bniedem li ra kif jagħmel biex jisfruttah għall biedja Minkejja dan għad hemm xi elementi seminaturali lil hinn miz zona abitata Iz zona li fiha l iktar bosk mhux mittiefes wisq mill bniedem hija dik fuq il gzira ta Pestrino f nofs ix xmara li hija waħda mill ftit zoni li ma ġietx mimsusa mill bniedem biex jikkontrolla il livell tax xmara kemm jista jkun sabiex jevita l impatt tal għargħar Zoni oħra ta dan it tip jinsabu fil park naturali tal Villa Bernini Buri fejn għad hemm zona bil boskijiet bi fdalijiet tal foresti antiki fil pjanura u fil park naturali tan Nofsinhar tax Xmara Adige Idrografija Ix Xmara Adige u l iktar pont antik ta Verona ta zmien ir Rumani Ix Xmara Adige tgħaddi min nofs is swar għoljin u b saħħithom ta Verona li nbnew apposta biex iħarsu l belt mill qawwa tax xmara wara l għargħar terribbli tal 1882 Fl imgħoddi ix xmara kellha funzjoni ċentrali għall belt ta Verona minħabba diversi attivitajiet kummerċjali u industrijali Barra minn hekk ix Xmara Adige kienet passaġġ navigabbli intern importanti ħafna li jwassal sa Trento Għalhekk tul ix xmara qrib il belt ta Verona nbnew bosta binjiet li kienu jintuzaw għat trasport tal merkanzija kif ukoll mollijiet binjiet doganali torrijiet li kienu jintuzaw biex jiġu olzati l ktajjen minn naħa għall oħra tax xmara sakemm titħallas il mizata dovuta kastelli u fortizzi Fin Nofsinhar tal belt fl inħawi magħrufa bħala Filippini qrib ix xmara għad hemm id il moll u d Dwana ta San Fermo kif ukoll il fdalijiet ta binja antika oħra tad dwana magħrufa bħala Dogana d acqua li kienet ġiet ibbumbardjata fit Tieni Gwerra Dinjija Għaldaqstant sas seklu 19 Verona u s subborgi tagħha qrib ix xmara kellhom ekonomija marbuta direttament max xmara stess Tul ix xtut tax xmara kienu jinħadmu blokok tal irħam u l injam mis siġar li mbagħad kienu jiġu ttrasportati fuq ix xmara Barra minn hekk kien hemm ukoll tarzni fejn kienu jinbnew u jissewwew id dgħajjes diversi mtieħen tal ilma fuq wiċċ l ilma pompi tal ilma imħazen industriji zgħar u attivitajiet artiġjanali Dari ix xmara kienet tofroq f kanali sekondarji li llum il ġurnata m għadhomx jezistu Qrib it teatru Ruman fuq in naħa tax xellug kien hemm il kanal magħruf bħala l Kanal tal Ilma Mejjet imsejjaħ hekk minn zmien ir Rumani minħabba li l fluss tal ilma kien ibatti kwazi għalkollox xi ħaġa li mbagħad ġrat tassew tant illi l kanal nixef kollu Dan il kanal kien jerġa jagħti għall fluss prinċipali tax xmara qrib Ponte Navi u kien jifforma qisha gzira magħmula minn zrar u sedimenti ta qiegħ ix xmara Barra minn hekk kien hemm l Adigetto li kien foss kbir li twessa fil Medjuevu għal skopijiet ta difiza Dan il foss kien jissepara mix xmara Adige ftit qabel Castelvecchio u jibqa sejjer sas swar muniċipali fin Nofsinhar sakemm jerġa jingħaqad max xmara ftit iktar lil hinn mill Ponte Aleardi Batra minn hekk kien hemm ukoll l hekk imsejħa vo jiġifieri iktar minn sebgħin kollegament zgħur bl ilma li kienu jiggarantixxu li l ilma ħdejn iz zona abitata tal belt ma jiġix ilma qiegħed L imtieħen tal ilma fuq wiċċ ix Xmara Adige L imtieħen tal ilma mibnija fuq pjattaforma jew pontun fuq wiċċ l ilma kienu tassew karatteristiċi u kienu jinbnew b dan il mod apposta biex ikunu jistgħu jadattaw għall varjazzjonijiet fil livell tal ilma tax xmara Fuq il pontun kien ikun hemm ir rota bil paletti tal injam tal mitħna tal ilma u qisha għarixa tal injam li kienet tintuza għad dris Dawn l imtieħen tal ilma kienu jkunu kollegati max xtut b pont zgħir magħmul b tavla tal injam imsejjaħ peagno Dawn l imtieħen tal ilma kienu ddokumentati mill Medjuevu u ħafna minnhom kienu kkontrollati mid diversi monasteri lokali li fl imgħoddi kellhom id dritt li jisfruttaw l ilma tax xmara Mhux ta b xejn kien hemm grupp ta mtieħen tal ilma b mod partikolari qrib il Bazilika ta San Zeno tul il parti tax xmara bejn il knisja ta San Giorgio in Braida u l Katidral Matul is seklu 19 kien hemm iktar minn 400 minnhom imma mbagħad maz zieda tal industrijalizzazzjoni ta Verona naqsu sew u għebu għalkollox sal bidu tas seklu 20 Minħabba l għargħar miz zieda fil livel tal ilma tax xmara tas 16 ta Settembru 1882 li għerrqu l biċċa l kbira tal belt qerdu mijiet ta djar u zewġ pontijiet u kkawzaw diversi vittmi il mogħdijiet tal ilma tax xmara kellhom jiġu mmodifikati għalkollox bejn l 1885 u 1899 u b hekk id dehra tal belt inbidlet għal dejjem Il qiegħ tax Xmara Adige ġie mwessa u mnaddaf il ħitan kbar qishom swar inbnew jew ġew irrestawrati mad dawra kollha tal belt filwaqt li l Kanali tal Adigetto u tal Ilma Mejjet intradmu u ngħalqu għalkollox Sabiex jitnaqqas id daqs tax xmara meta tgħaddi minn fejn iz zoni urbani ġie mwettaq il kanal industrijali Camuzzoni li jibda minn Chievo fejn fl 1923 imbagħad twettaq pont li jservi bħala diga u jibqa għaddej għal 7 5 km lejn ix Xlokk qabel ma jerġa jingħaqad max Xmara Adige ftit iktar l isfel mill belt ta Verona Klima L Arena u l Pjazza Bra fil borra Ir reġjun tal Veneto għandu karatteristiċi klimatiċi li jiġu ddeterminati mill pozizzjoni tiegħu fuq il latitudnijiet medji Din il pozizzjoni twassal għall effetti klimatiċi staġonali Minbarra l pozizzjoni ġeografika tiegħu fl Italja ir reġjun jinsab ukoll f zona ta tranzizzjoni bejn l Ewropa Ċentrali fejn jaħkmu l kurrenti tal Punent il kurrenti tal Oċean Atlantiku u xi kultant il kurrenti kesħin u nexfin mill Grigal u n Nofsinhar tal Ewropa fejn jaħkmu l kurrenti mill antiċikluni sottotropikali u mill Mediterran Flimkien ma dawn il fatturi makroterritorjali hemm ukoll fatturi importanti oħra li jinfluwenzaw b mod sinifikanti l klima fuq livell reġjonali u fil kaz speċifiku ta Verona jwasslu biex it territorju bħal donnu jkun jista jinqasam fis sottozoni klimatiċi li ġejjin il Pjanura Padana Veneta imdawra minn ktajjen muntanjuzi lejn it Tramuntana u n Nofsinhar u li tiftaħ b mod ewlieni lejn il Lvant zona muntanjuza kbira iktar fl għoli u l lejn il Punent Għaldaqstant fuq livell territorjali il klima ta Verona ġeneralment tkun klima tal pjanura jiġifieri moderata u umda bi xtiewi relattivament kesħin u bi sjuf sħan It temperatura medja annwali tkun xi 13 14 C Meta t temp ikun affettwat mill kurrenti antiċikloniċi il massa tal arja fuq il pjanura tkun stabbli fl għoli jew twassal għal inverzjoni termika fil baxx u għalhekk iseħħu fenomeni staġonali bħan nida iċ ċpar il ġlata ir riħ isfel u l akkumulu ta sustanzi niġġiesa fil baxx Dawn il fenomeni jseħħu l iktar minħabba l prezenza tal umdita minn għejun importanti bħaz zoni tar raba bl irrigazzjoni u l Lag ta Garda li bħal donnhom jitimgħu lill massa tal arja qrib l art bil fwar Il preċipitazzjonijiet jiġifieri xita silġ borra eċċ huma distribwiti b mod pjuttost uniformi matul is sena għalkemm ix xitwa s soltu tkun l iktar staġun niexef filwaqt li l ħarifa u r rebbiegħa jġibu magħhom maltemp mill Atlantiku jew mill Mediterran Fis sajf ikun hemm maltempati pjuttost ta sikwit u ħafna drabi jkunu bis silġ Meta fin Nofsinhar tat territorju ta Verona jiġifieri fil Widien il Kbar ta Verona ikun hemm preċipitazzjonijiet minimi ta madwar 700 mm fil pjanura u l għoljiet iktar qrib il belt ta Verona dawn jizdiedu għal 800 mm filwaqt li lejn id dwieli ta Valpolicella sa ma wieħed jitla lejn iz zoni muntanjuzi ta qabel Lessinja il parti tan Nofsinhar ta u l katina muntanjuza ta dawn jizdiedu għal 900 1100 mm sa xi 1500 mm VERONA VILLAFRANCA 1981 2010 Xhur Staġuni Sena Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Dic Xit Reb Sajf Ħar T mass medja C 6 2 9 0 13 8 17 9 23 6 27 2 30 0 29 5 24 9 18 5 11 7 7 2 7 5 18 4 28 9 18 4 18 3 T medja C 2 5 4 3 8 7 12 6 18 0 21 8 24 4 24 0 19 5 13 9 7 8 3 6 3 5 13 1 23 4 13 7 13 4 T min medja C 1 3 0 0 3 6 7 3 12 4 16 3 18 8 18 4 14 1 9 4 3 9 0 2 0 5 7 8 17 8 9 1 8 6 Preċipitazzjonijiet mm 39 7 33 6 45 2 73 0 70 1 85 0 62 9 84 2 78 0 82 1 73 2 56 3 129 6 188 3 232 1 233 3 783 3 Jiem ta xita 5 4 5 9 8 9 5 6 6 7 7 6 15 22 20 20 77StorjaTwaqqif Iz zona fejn tinsab Verona ilha abitata minn zmien in Neolitiċi u dan wisq probabbli għaliex wieħed bilfors irid jgħaddi minn din iz zona jekk ikun ġej jew sejjer mill Punent jew il Lvant tal Pjanura Padana Veneta fit Tramuntana tax X aktarx li kien hemm xi insedjament lejn in Nofsinhar tal għolja ta San Pietru qrib wieħed mill ftit punti minn fejn wieħed jista jaqsam ix xmara Adige bil mixi Fil fatt hawnhekk instabu ħafna fdalijiet ta zmien in Neolitiċi Fl epoka protostorika fl inħawi ta dan l insedjament għexu wkoll il Galli Ċenomani mill Gallja l Qadima li ppreferew it territorji fin naħa tal Punent tax xmara il Veneti li kienu jgħixu fit territorji tal Lvant u ir Reti li kienu konfederazzjoni ta tribujiet li kienu jgħixu fiz zona tal Alpi L istoriċi Latini ma rnexxilhomx jidentifikaw l oriġini ċerta tal insedjament ta qabel zmien ir Rumani u kienu jakkreditaw it twaqqif tal belt lill Veneti jew lill predeċessuri tagħhom jew saħansitra lill mill Etrurja l Qadima Perezempju l istoriku Polibju kien isostni li fit tieni seklu Q K ir razza Veneta kienet l iktar waħda komuni fil belt u effettivament ma kellux tort sa barra għaliex il prezenza tal Veneti hija dokumentata ferm u kkonfermata mis sejbien tal fdalijiet qrib l għolja ta San Pietru Min naħa l oħra Plinju x Xiħ kien isostni li t twaqqif tal belt sar mir Reti u mill Euganei flimkien filwaqt li Tito Livio kien tal fehma li l belt twaqqfet mill Galli Ċenomani Storja antika L Arkata ta Kostantinu f Ruma fiha xbieha tal assedju ta Verona mit truppi ta Kostantinu I Fin naħa t isfel fuq il lemin jidhru s swar tal belt li ġew imsaħħa u mwessa minn Galljenu snin qabel L ewwel kuntatti bejn Ruma l antika u Verona huma dokumentati għall ħabta tat tielet seklu Q K u mill bidu nett kienu kuntatti ta ħbiberija u ta alleanza Fil fatt fis seklu 390 Q K il Galli Senoni ta Brenno invadew Ruma u x aktarx proprju bis saħħa tal għajnuna tal Veneti ġew imġiegħla jiddjalogaw mar Rumani Barra minn hekk iktar il quddiem anke l Galli Ċenomani u l Veneti għenu lir Rumani fil battalji saħansitra meta r Rumani kkonkwistaw il Gallja Ċisalpina Bis saħħa tal konkwista u tal kolonjalizzazzjoni Rumana tal Pjanura Padana ħarġet fid dieher l importanza strateġika tal belt ta Verona li fis seklu 89 Q K saret kolonja u fis seklu 49 Q K saret muniċipju Ruman permezz tal Lex Roscia ta B hekk il municipium ingħata 3 700 km ta art u sar magħruf ukoll bħala Res publica Veronensium Matul il perjodu repubblikan Verona ġiet imwaqqfa mill ġdid max xtut tal Adige fejn malajr kibret u zviluppat ekonomikament tant li bejn nofs l ewwel seklu Q K u s seklu ta wara nbnew is swar u l monumenti ewlenin tal belt Fil perjodu ta wara il belt ta Verona laħqet il quċċata tar rikkezza u tas seħer tagħha meta nbena s simbolu tal belt u l monument li għadu ikoniku sal lum il ġurnata jiġifieri l anfiteatru Ruman magħruf bħala l Arena Barra minn hekk ġew restawrati l Forum Ruman u z zewġ bibien tal belt Borsari u Leoni Fis sekli ta wara iz zona abitata kellha tħabbat wiċċha mal invazjonijiet tal Barbari proprju minħabba li kienet l ewwel belt tal Italja li wieħed jinzerta fi triqtu mit Tramuntana tal Ewropa Għalhekk l imperatur fis sena 265 saħħaħ u wessa s swar tal belt saħansitra lil hinn mill Arena Il fortifikazzjonijiet imsaħħa kienu kruċjali fl assedju tat truppi ta kontra t truppi ta li kienu nġabru qaqoċċa fil qalba tal belt filwaqt li battalji importanti oħra ġew miġġielda fejn il bibien tal belt ta Verona Storja tal Medjuevu Teodoriku l Kbir Bil waqgħa tal fil belt stabbilew ruħhom renji ġodda fosthom ir renju tal gvernat minn magħruf bħala Dietrich von Bern jew Teodoriku ta Verona Sar magħruf b dan l isem tal aħħar peress li l belt ta Verona kienet is sede ppreferuta tar re tant li wessa z zona abitata biex issir ċentru militare importanti Imbagħad ġew il li interrompew id dominju qasir tal Bizantini li kienu rebħu lill Ostrogoti fil u għamluha belt kapitali tal Italja sas sena 571 meta ħadet postha l belt ta Verona xorta waħda baqgħet belt kapitali ta dukat importanti tal Longobardi u waħda mill bliet prinċipali tal Langobardia Maior ħdejn Milan u Pavia L eġemonija tal Longobardi fir rigward ta Verona u l biċċa l kbira tal Italja damet għal zewġ sekli sal wasla tal f Verona fis sena 774 rnexxielu jegħleb ir rezistenza aħħarija tar Renju tal Longobardi mmexxija minn Adelki iben Desiderju il prinċep fittex il kenn fil belt ta Verona qabel ma ġie mġiegħel jaħrab Wara l waqgħa tal Longobardi feġġ l Imperu Karolinġju bl inkoronazzjon ta Karlu Manju li assenja r Renju tal Longobardi lil ibnu Fil bidu tal millenju l ġdid Verona flimkien ma Aquileia saret tifforma parti mill influwenza tal wara li kienet tat il kontribut siewi tagħha fil battalji tul is snin għall investituri mal Fl 1117 it territorju ta Verona ntlaqat minn qerriedi l ikbar avveniment sismiku li qatt seħħ fil Pjanura Padana li minbarra li ġarraf diversi binjiet u monumenti ġab miegħu krizi ekonomika u soċjali Madankollu it terremot kien ukoll opportunita biex klassi ġdida ta Verona tikseb il poter issawwar tip ta gvern lokali awtonomu u fl 1136 twaqqaf wieħed mill ewwel Komuni Comuni Taljani ħielsa Il kisba ta awtonomija kbira wasslet ukoll għal ġlieda interna bejn zewġ fazzjonijiet il u l Il Gwelfi kellhom l appoġġ taċ ċittadini fil kampanja madwar il belt u fuq kollox l appoġġ tal Kontijiet ta filwaqt li l Gibellini kellhom l appoġġ taċ ċittadini fil belt proprja immexxija mill Montagues bl Ingliz li ssemmew fil kapulavur ta Shakespeare Romeo u Ġuljetta Cangrande I della Scala Il fazzjoni tal Gibellini ssaħħet meta kiseb il poter u l iktar permezz ta meta t tip ta gvern tal belt għadda minn Komun għal Signoria immexxija minn Sinjur Il belt ta Verona reġgħet kisbet il ġid u l importanza b mod partikolari bis saħħa ta li kien bniedem tassew irrispettat tant li Dante Alighieri ddedikalu cantica sħiħa fil Ġenna tal Is setgħa ta Cangrande I della Scala kienet estiza mal biċċa l kbira tat Tramuntana tal Italja Hu sar Sinjur ta Verona u kif ukoll vikarju imperjali ta Mantova u kap tal fazzjoni tal Gibellini fl Italja Il politika tal espansjoni ta Verona lejn il Lvant ġiet interrotta mill mewta ħesrem ta Cangrande I fl eta ta 38 sena ftit jiem wara l konkwista ta Treviso wara li bela tossina naturali Il mewta tiegħu ħalliet lis Signoria lampa stampa mingħajr dixxendenti diretti u l poter għadda għand in neputi li wara l kisba ta Lucca wessa s Signoria sal Baħar Tirren Dan il kobor territorjali beda jinkwieta lill istati ġirien u wassal għat twaqqif ta lega promossa mir Repubblika ta Venezja Fiha ssieħbu l familji u Il qawwa militari ta Verona ġġieldet zewġ battalji kbar kontrihom qabel ma ċediet Dan wassal biex is Signoria kellha tnaqqis kbir fit territorju tagħha u fl 1388 wara li ddgħajfet minħabba d dizgwidi bejn il familji influwenti il Viskonti ħadulha postha Id dominju tal Viskonti u warajhom ta Da Carrara kien wieħed qasir għaliex qalb it tgemgim taċ ċittadini ta Verona u l irvelli li spiss kienu jfeġġu fil belt fit 22 ta Ġunju 1405 Venezja ħatfet l opportunita biex tinvadiha bl għajnuna taċ ċittadini stess Storja moderna Fl 24 ta Ġunju 1405 Venezja ħadet ir riedni ta Verona f idejha u taħt il governanza tagħha l belt ta Verona gawdiet perjodu twil ta paċi sal 1509 meta r Repubblika ta Venezja ġiet attakata mill qawwiet tal Lega ta Kif intemmet il gwerra tal Lega ta Cambrai Verona reġgħet gawdiet perjodu ieħor ta paċi li din id darba ma ntemmx minħabba gwerra izda minħabba marda devastanti il pesta tal 1630 li waslet l Italja mis suldati Ġermanizi Il pesta kienet dizastru għall belt ta Verona In numri jitkellmu waħedom skont iċ tal 1626 kien hemm 53 333 abitant li sa tmien l imxija tal pesta naqsu għal 20 738 abitant Dan ifisser li mietu kwazi zewġ terzi tal popolazzjoni Tant kien hemm katavri fil belt li dawn kellhom jinħarqu jew jintremew fix Xmara Adige għaliex ma kienx fadal post fejn jindifnu Wara s seklu 17 l ekonomija bdiet tirpilja Bdew jinbnew knejjes u binjiet bi stil Rinaxximentali Wieħed mill iktar arkitetti importanti ta dan l istil fil belt ta Verona kien F dan il perjodu ta twelid mill ġdid tal arti u tal kultura ġiet zviluppata wkoll it teknika famuza tal kunċerti tal qniepen ta Verona u twaqqfu għexieren ta akkademji importanti li kattru l attivitajiet kulturali fuq dimensjoni Ewropea L assalt fuq Castelvecchio matul ir rewwixta kontra l Franċizi fil perjodi tal Għid ta Verona F Mejju 1796 waqt il Kampanja tal Italja miġġielda miċ ċittadini rivoluzzjonarji ta Franza kontra l qawwier monarkiċi Ewropej tal Ancien Regime il ġeneral Napuljun Bonaparte rebaħ kontra l qawwa militari Awstrijaka fi Il qawwa militari Awstrijaka kellha tirtira minnufih filwaqt li Napuljan u l ideat rivoluzzjonarji Franċizi ħarbtu t trankwillita taċ ċittadini ta Verona Il qawwa Awstrijaka rtirat f u b hekk kasbret in newtralita tal Veneto Napuljun min naħa tiegħu approfitta ruħu biex jokkupa lil Peschiera u lil Verona b mod temporanju F dan il perjodu Napuljun seraq għadd ta opri tal arti mill knejjes fosthom it Trittiku tal artal tal Bazilika ta San Zeno kapulavur tal artist mill Veneto li ġie zarmat u ntbagħat lejn il Kien biss matul ir restawr li Antonio Canova rnexxielu jikseb il biċċa ċentrali tat Trittiku Il biċċiet l oħra li qabel kienu magħqudin bħala kapulavur wieħed baqgħu Franza fil Muzew tal Belle Arti ta u fil Louvre ta Pariġi Matul din l okkupazzjoni temporanja min naħa tal milizzji rivoluzzjonarji Franċizi faqqa rvell qalbieni msejjaħ il perjodi tal Għid ta Verona Matul dan l irvell iċ ċittadini ta Verona ħaqqewha mal qawwiet Franċizi u rrezistew l attakki bil kanuni fuq il belt qabel ma kellhom iċedu għax sfaw imdawra minn 15 000 suldat oħra Mit 3 000 suldat tal gwarniġjon Franċiz waqt l irvell mietu xi 500 suldat indarbu xi 1 000 suldat u ġew arrestati bħala priġuniera xi 2 400 persuna 500 suldat u 1 900 qrabat Is sena 1797 kienet is sena ta tmiem l istorja tar Repubblika ta Venezja li mbagħad wassal biex il belt ta Verona waqt il gwerer ta Napuljun tgħaddi f idejn Franza u l Awstrija abbazi tad diversi trattati li tfasslu tul is snin Storja kontemporanja Sal 1866 l impjanti ferrovjarji qrib l istazzjon tal belt kienu l ikbar industrija ta Verona Wara l Kungress ta Vjenna tal 1815 il provinċja ta Verona ġiet assorbita mir Renju Waħdieni tal Lombardia u tal Veneto li kien Stat li jiddependi fuq l Imperu Awstrijak u gawdiet perjodu ta stabbilta sal 1866 Il marixxall Josef Radetzky nominat kmandant tar Renju irrikonoxxa li Verona kienet post strateġiku tassew importanti fi ħdan iz zona Kwadrilatera ffortifikata li kienet zona ta importanza militari kbira fl istrateġija tad dinastija ta peress li setgħet isservi ta lqugħ kontra l assalti tar Renju ta u għalhekk kompliet tiġi ffortifikata Fil fatt l inġiniera militari bdew iwettqu sistema difensiva magħmula minn swar fortizzi kastelli torrijiet tal għassa u binjiet oħra u Verona saret belt iffortifikata L istorja ta Verona fl Italja magħquda bdiet fis 16 ta Ottubru 1866 meta d dinastija ta Savoj Savoia bit Taljan ikkonkwistat il Veneto wara t tielet gwerra tal indipendenza Minn hawn il quddiem il belt ta Verona kellha perjodu ta trankwillita li sfaxxa minħabba krizi ekonomika li damet saħansitra wara t Tieni Gwerra Dinjija Din il krizi wasslet biex mijiet ta eluf ta ċittadini ta Verona jemigraw Barra minn hekk fl 1882 ix Xmara Adige għerrqet il biċċa l kbira taċ ċentru storiku tal belt u dan wassal biex is swar max xtut tax xmara jiġu msaħħa Matul it Tieni Gwerra Dinjija Verona kienet waħda mill iktar bliet Taljani li ġew ibbumbardjati b xi 11 627 binja mġarrfa għalkollox u 8 347 binja imġarrfa b mod gravi Wara li spiċċa l il belt ta Verona li kienet is sede ta ħames ministeri u bosta binjiet importanti tal Ġermanizi saret ċentru importanti tar Proprju taħt il ġurisdizzjoni tagħha seħħ il proċediment ġudizzjarju ta Verona kontra u faxxisti oħra li kienu akkuzati li kkonfoffaw ma biex Mussolini jiġi arrestat Il proċediment ġudizzjarju wassal għall ezekuzzjoni sommarja tagħhom fil poligonu tal fortizza ta San Procolo Simboli L istemma tas Signoria bis sellum tipiku tal familja della Scala L istemma tal komun tfaċċat għall ħabta ta nofs is seklu 13 meta Verona kienet għadha komun ħieles L istemma ta qabel b salib abjad fuq sfond aħmar ġie sostitwit b salib dehbi fuq sfond ikħal li għadhom il kuluri araldiċi ta Verona sa llum Simbolu ieħor ta Verona li jintuza wkoll fl istemma tal provinċja huwa dak b sellum abjad b erba jew ħames skaluni fuq sfond aħmar Jezistu zewġ varjanti ta din l istemma allavolja ma tantx huma magħrufa L ewwel varjant fih zewġt iklieb wieħed ma kull ġenb tas sellum filwaqt li t tieni varjant fih ajkla imperjali fil quċċata tas sellum Dan it tieni varjant intuza uffiċjalment minn u Cangrande I della Scala meta kienu vikarji imperjali kariga li ngħatatilhom mill imperatur tal Lussemburgu Sit ta Wirt DinjiIl Bazilika ta San Zeno Il belt ta Verona hija magħrufa universalment bħala belt tal arti Fis sena 2000 Verona ġiet iskritta fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Għaldaqstant l UNESCO qieset li l arkitettura u n nisġa urbana tal belt ta Verona jirriflettu l evoluzzjoni tal belt iffortifikata tul l istorja tagħha ta elfejn sena L elementi Rumani Romaneski Gotiċi Rinaxximentali u suċċessivi waslulna sħaħ sa zminijietna filwaqt li n nisġa urbana għandha koerenza u omoġenjeta notevoli bis saħħa tas swar mad dawra taċ ċentru storiku tal belt li donnhom ħarsu liċ ċentru anke mill industrija u tal impjanti ferrovjarji li baqgħu barra mis swar It Tieni Gwerra Dinjija biss ħalliet ġerħiet kbar li minn tal inqas tgħattew kemm jista jkun bil pjan ta rikostruzzjoni li ġie adottat wara l gwerra Permezz tal pjan l istruttura oriġinarja tal belt inzammet frott il proċess tar rikostruzzjoni li twettaq b ħila u reqqa liema bħalhom Referenzi Luciano Canepari Verona in Il DiPI Dizionario di pronuncia italiana Zanichelli 2009 ISBN 978 88 08 10511 0 Bruno Migliorini et al Scheda sul lemma Verona in Dizionario d ortografia e di pronunzia Rai Eri 2007 ISBN 978 88 397 1478 7 Bilancio demografico anno 2020 dato provvisorio demo istat it Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Camera di Commercio di Verona pp 7 8 PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2020 06 28 Miġbur 2021 02 02 Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Valutazione Ambientale Strategica integrazioni al rapporto ambientale PDF in Piano di Assetto del Territorio Verona Comune di Verona 2007 Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Valutazione Ambientale Strategica integrazioni al rapporto ambientale PDF in Piano di Assetto del Territorio Verona Comune di Verona 2007 PDF Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Valutazione Ambientale Strategica integrazioni al rapporto ambientale PDF in Piano di Assetto del Territorio Verona Comune di Verona 2007 p 120 PDF Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Valutazione Ambientale Strategica integrazioni al rapporto ambientale PDF in Piano di Assetto del Territorio Verona Comune di Verona 2007 pp 110 111 PDF Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Giovanna Baldassin Molli Verona Verona Banca Popolare di Verona 2007 p 17 Notiziario della Banca Popolare di Verona Verona 1989 n 1 Giovanna Baldassin Molli Verona Verona Banca Popolare di Verona 2007 p 23 Giovanna Baldassin Molli Verona Verona Banca Popolare di Verona 2007 p 24 Pierpaolo Brugnoli Le strade di Verona Roma Newton Compton 1999 ISBN 88 8289 025 2 p 63 Notiziario della Banca Popolare di Verona Verona 1999 n 2 Giovanni Priante L Arena e Verona 140 anni di storia Verona Athesis 2007 pp 15 17 ARPAV Atlante climatico del Veneto precipitazioni Mestre Regione del Veneto 2013 p 24 ISBN 978 88 908313 2 4 ARPAV Atlante climatico del Veneto precipitazioni Mestre Regione del Veneto 2013 p 30 ISBN 978 88 908313 2 4 ARPAV Atlante climatico del Veneto precipitazioni Mestre Regione del Veneto 2013 p 132 ISBN 978 88 908313 2 4 Luigi Beschi Verona in Enciclopedia dell arte antica Istituto dell Enciclopedia Italiana 1966 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 pp 54 55 p 74 u p 86 SBN IT ICCU SBL 0619693 Alessandra Aspes Il Veneto nell antichita preistoria e protostoria Verona Banca Popolare di Verona 1984 p 795 SBN IT ICCU VEA 0012431 Alessandra Aspes Il Veneto nell antichita preistoria e protostoria Verona Banca Popolare di Verona 1984 p 800 SBN IT ICCU VEA 0012431 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 p 134 SBN IT ICCU SBL 0619693 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 p 132 SBN IT ICCU SBL 0619693 Plinju x Xiħ Naturalis Historia libro III 130 Tito Livio Ab Urbe Condita libro V 35 Plutarku De fortuna Romanorum 12 325 Ezio Buchi e Giuliana Cavalieri Manasse Il Veneto nell eta romana Verona Banca Popolare di Verona 1987 p 15 SBN IT ICCU CFI 0077395 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 pp 143 144 SBN IT ICCU SBL 0619693 Lionello Puppi Ritratto di Verona lineamenti di una storia urbanistica Verona Banca Popolare di Verona 1978 pp 32 33 SBN IT ICCU VEA 0041968 Silvia Corbetta a cura di 1913 2013 Arena di Verona Verona Cariverona 2013 p 11 SBN IT ICCU PBE 0062496 Lionello Puppi Ritratto di Verona lineamenti di una storia urbanistica Verona Banca Popolare di Verona 1978 p 80 SBN IT ICCU VEA 0041968 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 p 184 p 190 u p 196 SBN IT ICCU SBL 0619693 Andrea Castagnetti e Gian Maria Varanini Il veneto nel medioevo dai Comuni cittadini al predominio scaligero nella Marca Verona Banca Popolare di Verona 1991 p 6 ISBN 88 04 36999 X Gian Piero Bognetti Teodorico di Verona e Verona longobarda capitale di regno Padova CEDAM 1959 p 376 SBN IT ICCU UBO 1792021 INGV I terremoti nella storia Nel 1117 il piu forte terremoto dell area padana colpiva Verona e la pianura centro occidentale su ingvterremoti com Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna PDF Enzo Boschi Alberto Comastri e Emanuela Guidoboni The exceptional earthquake of 3 January 1117 in the Verona area northern Italy a critical time review and detection of two lost earthquakes lower Germany and Tuscany in Journal of Geophysical Research vol 110 Washington Diċembru 2005 p 100 Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Mario Carrara Gli Scaligeri Varese Dall Oglio 1966 pp 136 137 SBN IT ICCU SBL 0546240 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 p 292 SBN IT ICCU SBL 0619693 Ettore Napione Il corpo del principe ricerche su Cangrande della Scala Venezia Marsilio 2006 p 30 SBN IT ICCU TO0 1525395 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 p 312 SBN IT ICCU SBL 0619693 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 p 320 SBN IT ICCU SBL 0619693 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 p 323 SBN IT ICCU SBL 0619693 Pierpaolo Brugnoli e Arturo Sandrini Architettura a Verona nell eta della Serenissima Verona Banca Popolare di Verona 1988 p 196 SBN IT ICCU CFI 0113116 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 p 357 SBN IT ICCU SBL 0619693 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 pp 365 366 SBN IT ICCU SBL 0619693 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 pp 371 373 SBN IT ICCU SBL 0619693 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 p 386 SBN IT ICCU SBL 0619693 Memorie della Rivoluzione di Verona nel 1797 di Antonio Maffei p 146 Giovanni Solinas Storia di Verona Verona Centro Rinascita 1981 p 406 SBN IT ICCU SBL 0619693 Giovanni Priante L Arena e Verona 140 anni di storia Verona Athesis 2007 p 31 Giovanni Priante L Arena e Verona 140 anni di storia Verona Athesis 2007 p 99 Giovanni Priante L Arena e Verona 140 anni di storia Verona Athesis 2007 p 91 Mario Carrara Gli Scaligeri Varese Dall Oglio 1966 p 24 u p 70 SBN IT ICCU SBL 0546240 City of Verona UNESCO Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna