Il Marsa hija belt fil qasam tal Port il Kbir ta Malta b popolazzjoni ta 5 389 ruħ Novembru 2005 L isem Marsa jfisser po
Marsa

Il-Marsa hija belt fil-qasam tal-Port il-Kbir ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 5,389 ruħ (Novembru 2005). L-isem Marsa jfisser "port".
Il-Marsa | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Reġjun tan-Nofsinnhar | ||
Kap tal-Gvern | Q133896302 | ||
Isem uffiċjali | MarsaIl-Kunsill Lokali tal-Marsa | ||
Ismijiet oriġinali | MarsaIl-Kunsill Lokali tal-Marsa | ||
Kodiċi postali | MRS | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35°53′00″N 14°29′41″E / 35.8833°N 14.4947°EKoordinati: 35°53′00″N 14°29′41″E / 35.8833°N 14.4947°E | ||
Il-Marsa Il-Marsa (Malta) | |||
Superfiċjenti | 2.8 kilometru kwadru | ||
Għoli | 5 m | ||
Fruntieri ma' | Ħal Luqa, Ħamrun, Raħal Ġdid, Furjanau Ħal Qormi | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 4,401 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon | 356 u 25 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1 | ||
marsalc.gov.mt… |
Etimoloġija
Barra l-Marsa hemm erba' postijiet ohra f’Malta li isimhom jikkonsisti bil-kelma 'marsa' b'kelma oħra marbuta magħha. Dawn huma; Il-Port ta' Marsamxett, Marsaskala, Marsaxlokk u Marsalforn. Kull wieħed għandu rabta ma' xatt il-baħar, u kull wieħed minnhom jagħmel parti minn port, jekk mhux hu nnifsu port. Il-Marsa kienet tissejjaħ hekk għax, bla dubju, kienet tħaddan il-port ġewwieni u importanti. Il-fdal megalitiku fuq Kordin u nħawi fil-qrib kif ukoll oħrajn tal-Feniċi u u r- marbutin mal-Għolja tal-Ġiżwiti jindikaw biċ-ċar li għal dawn in-nies, il-port kien meħtieġ u importanti.
Storja
Fil-fond tal- hemm id-daħliet kennija tal-Marsa, post importanti sa mill-qedem. Fil-mappa ta' Malta li ppubblika fl-1536, hemm indikat il-post ‘Marsa Hortus’. Minn żminijiet aktar imbiegħda, il-post kien magħruf bħala l-Marsa, kelma Għarbija li tfisser "port fejn jankraw il-vapuri".
Id-daħla kienet ukoll magħrufa bħala taż-“żewġ marsiet”, waħda bl-isem ‘Marsa ż-Żgħira’ u l-oħra bl-isem 'il-Marsa il-Kbira'. Tal-ewwel kienet ukoll tissejjaħ Xatt il-Qwabar u kienet tibda minn fejn il-Pont Wharf u tasal fejn saru x-xogħlijiet tal-Gass. Qwabar hi l-plural tal-kelma qabru, li hi ħlejqa anfibja bħal granċ li ġieli ġie msejjaħ ukoll granċ tal-ilma ħelu u li seta' kien komuni madwar il-Marsa. Hekk insibu bebbux għamla ta' qalb, b'qoxra sewda, li kien jinstab fid-daħla u kien jissejjah l-arzell tal-Marsa.
Aktar 'il ġewwa hemm il-Marsa l-Kbira, li tiġbed sa fejn hemm il-knisja ta' Ċejlu. Kienet saret ukoll magħrufa bħala Portu Novu. Iż-żewġ daħliet huma mifrudin mill-“Għolja tal-Ġiżwiti”, li warajha tinfirex il-pjanura l-kbira li tibqa' dieħla sat-truf ta' Ħal Qormi. Hawn wieħed jista' jinnota l-livell baxx tal-art u l-widien, wieħed Wied is-Sewda u l-ieħor Wied il-Kbir, li jaqilbu għal hemm.
Żmien ilu, anke sa ftit qabel il-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann, id-daħla baxxa kienet twassal sat-truf ta' Ħal Qormi, bħal taċ-Ċagħqi jew l-Erba' Qaddisin, fejn kienu nstabu ħafna ċagħaq u ramel. L-inħawi baxxi kienu jiġbru ilma qiegħed li kien jikkawża ħafna malarja. Mal-ilma baħar kien jittella' l-ilma tal-widien. Sa mill-qedem, il-bnedmin li fittxew kenn f'dawk l-inħawi kienu jaħdmu fir-raba' u jkabbru l-uċuħ. Fil-witja jingħad li kien hemm is-simar, kanal tas-sallur, qiegħa mimlija arzell bl-arkati, u menqa mimlija ħut.
Is-sejbiet arkeoloġici li saru f'partijiet differenti tal-Marsa juru li minn żminijiet ilu dal-post kien magħruf man-nies li għexu f'Malta u għarfu jinqdew bil-kenn li joffru l-portijiet tiegħu.
Popolazzjoni
Fi żminijiet medjevali u għal żmien twil wara, il-Marsa kienet tagħmel mal-parroċċa ta' San Ġorġ ta' Ħal Qormi. Iżda meta l-Ħamrun saret parroċċa, it-territorju tal-Marsa reġa' nqasam bejn il-Ħamrun u Ħal Qormi sakemm fl-1913, il-Marsa saret parroċċa u ġabret lura l-art li kienet mifruda minnha. L-art li fuqha hi mibnija llum il-parroċċa tal-Marsa kienet tagħmel parti mit-tliet parroċċi ta' Ħal Qormi, il-Ħamrun u Raħal Ġdid.
Jingħad li fl-1890 fil-Marsa kien hemm 6,200 ruħ u 200 dar, Dan juri li bl-iżvilupp tal-port, in-nies bdew risqin lejn il-post. Dment li l-awtoritajjiet kienu sabu tarf tal-ilmijiet li kienu jġibu l-malarja, il-popolazzjoni setgħet toktor. Din il-problema setgħet kellha effett fuq l-iżvilupp ta' abitazzjoni anke fi żminijiet qodma: l-istoriċi jindikaw li fi żminijiet medjevali kien hemm fil-qrib ir-Raħal Saflieni u jingħad li f'dawk iż-żminijiet, l-irħula fin-naħat ċentrali u tal-Lvant ta' Malta kienu jinstabu fuq xi art x'aktarx ogħla minn inħawi fil-qrib u kien hemm tendenza li jevitaw il-kosta u nħawi baxxi, aktarx minħabba l-malarja.
Imma mal-iżvilupp tal-Port il-Ġdid (Portu Novu), il-Marsa bdiet tikber bħala subborg. Mal-1913 kien innotat li din in-naħa kienet qiegħda dejjem tiżdied fid-djar u fil-fabbriki, tant li kien fiha popolazzjoni ta' eluf ta' nies. Kien hemm madwar 4,000 ruħ. Fiċ-ċensiment tal-1931 kien irreġistrat li kien hemm 7,867 waqt li fl-1948, il-popolazzjoni telgħet għal 11,560 u kien hemm żjieda ta' 46.94%. Iżda wara dan l-għadd beda jonqos: kien hemm 10,672 fl-1957, 9,722 fl-1967 u 7,927 fl-1985. Dan ifisser li sal-aħħar taċ-ċensiment kien hemm nuqqas ta' 18.20%.
Ta' min jinnota li f’dak li għandu x’jaqsam ma' konfini elettorali, fl-1921 il-Marsa kienet tqiegħdet fil-ħames distrett li kien jikludi fih Raħal Ġdid u Ħal Tarxien waqt li mill-1947 tqiegħdet fl-ewwel distrett mal-Belt Valletta.
Ġemellaġġi
Kunsill Lokali
- Josef Azzopardi (Sindku)
- Joseph Scerri (Vici-Sindku)
- Francis Debono (Kunsillier)
- Colin Pace (Kunsillier)
- Dominic Spencer (Kunsillier)
- Charmaine Aquilina (Kunsillier)
- Joe Lia (Kunsillier)
Toroq
|
|
Referenzi
- ^ "Marsa Local Council - Town at a Crossroad: History of Marsa". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-14. Miġbur 2013-03-04.
Ħoloq esterni
- Il-Kunsill Lokali tal-Marsa
- Grupp tal-Iscouts tal-Marsa
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Marsa, X'inhi Marsa? Xi tfisser Marsa?
Il Marsa hija belt fil qasam tal Port il Kbir ta Malta b popolazzjoni ta 5 389 ruħ Novembru 2005 L isem Marsa jfisser port Il Marsa MaltaAmministrazzjoniStat sovranMaltaReġjuni ta MaltaReġjun tan NofsinnharKap tal Gvern Q133896302Isem uffiċjali MarsaIl Kunsill Lokali tal MarsaIsmijiet oriġinali MarsaIl Kunsill Lokali tal MarsaKodiċi postali MRSĠeografijaKoordinati 35 53 00 N 14 29 41 E 35 8833 N 14 4947 E 35 8833 14 4947 Koordinati 35 53 00 N 14 29 41 E 35 8833 N 14 4947 E 35 8833 14 4947Il MarsaIl Marsa Malta Superfiċjenti 2 8 kilometru kwadruGħoli 5 mFruntieri ma Ħal Luqa Ħamrun Raħal Ġdid Furjanau Ħal QormiDemografijaPopolazzjoni 4 401 abitanti 31 Marzu 2014 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 356u 25Zona tal Ħin UTC 1marsalc gov mt Kunsill Lokali MarsaEtimoloġijaBarra l Marsa hemm erba postijiet ohra f Malta li isimhom jikkonsisti bil kelma marsa b kelma oħra marbuta magħha Dawn huma Il Port ta Marsamxett Marsaskala Marsaxlokk u Marsalforn Kull wieħed għandu rabta ma xatt il baħar u kull wieħed minnhom jagħmel parti minn port jekk mhux hu nnifsu port Il Marsa kienet tissejjaħ hekk għax bla dubju kienet tħaddan il port ġewwieni u importanti Il fdal megalitiku fuq Kordin u nħawi fil qrib kif ukoll oħrajn tal Feniċi u u r marbutin mal Għolja tal Ġizwiti jindikaw biċ ċar li għal dawn in nies il port kien meħtieġ u importanti StorjaFil fond tal hemm id daħliet kennija tal Marsa post importanti sa mill qedem Fil mappa ta Malta li ppubblika fl 1536 hemm indikat il post Marsa Hortus Minn zminijiet aktar imbiegħda il post kien magħruf bħala l Marsa kelma Għarbija li tfisser port fejn jankraw il vapuri Id daħla kienet ukoll magħrufa bħala taz zewġ marsiet waħda bl isem Marsa z Zgħira u l oħra bl isem il Marsa il Kbira Tal ewwel kienet ukoll tissejjaħ Xatt il Qwabar u kienet tibda minn fejn il Pont Wharf u tasal fejn saru x xogħlijiet tal Gass Qwabar hi l plural tal kelma qabru li hi ħlejqa anfibja bħal granċ li ġieli ġie msejjaħ ukoll granċ tal ilma ħelu u li seta kien komuni madwar il Marsa Hekk insibu bebbux għamla ta qalb b qoxra sewda li kien jinstab fid daħla u kien jissejjah l arzell tal Marsa Aktar il ġewwa hemm il Marsa l Kbira li tiġbed sa fejn hemm il knisja ta Ċejlu Kienet saret ukoll magħrufa bħala Portu Novu Iz zewġ daħliet huma mifrudin mill Għolja tal Ġizwiti li warajha tinfirex il pjanura l kbira li tibqa dieħla sat truf ta Ħal Qormi Hawn wieħed jista jinnota l livell baxx tal art u l widien wieħed Wied is Sewda u l ieħor Wied il Kbir li jaqilbu għal hemm Zmien ilu anke sa ftit qabel il wasla tal Kavallieri ta San Ġwann id daħla baxxa kienet twassal sat truf ta Ħal Qormi bħal taċ Ċagħqi jew l Erba Qaddisin fejn kienu nstabu ħafna ċagħaq u ramel L inħawi baxxi kienu jiġbru ilma qiegħed li kien jikkawza ħafna malarja Mal ilma baħar kien jittella l ilma tal widien Sa mill qedem il bnedmin li fittxew kenn f dawk l inħawi kienu jaħdmu fir raba u jkabbru l uċuħ Fil witja jingħad li kien hemm is simar kanal tas sallur qiegħa mimlija arzell bl arkati u menqa mimlija ħut Is sejbiet arkeoloġici li saru f partijiet differenti tal Marsa juru li minn zminijiet ilu dal post kien magħruf man nies li għexu f Malta u għarfu jinqdew bil kenn li joffru l portijiet tiegħu PopolazzjoniFi zminijiet medjevali u għal zmien twil wara il Marsa kienet tagħmel mal parroċċa ta San Ġorġ ta Ħal Qormi Izda meta l Ħamrun saret parroċċa it territorju tal Marsa reġa nqasam bejn il Ħamrun u Ħal Qormi sakemm fl 1913 il Marsa saret parroċċa u ġabret lura l art li kienet mifruda minnha L art li fuqha hi mibnija llum il parroċċa tal Marsa kienet tagħmel parti mit tliet parroċċi ta Ħal Qormi il Ħamrun u Raħal Ġdid Jingħad li fl 1890 fil Marsa kien hemm 6 200 ruħ u 200 dar Dan juri li bl izvilupp tal port in nies bdew risqin lejn il post Dment li l awtoritajjiet kienu sabu tarf tal ilmijiet li kienu jġibu l malarja il popolazzjoni setgħet toktor Din il problema setgħet kellha effett fuq l izvilupp ta abitazzjoni anke fi zminijiet qodma l istoriċi jindikaw li fi zminijiet medjevali kien hemm fil qrib ir Raħal Saflieni u jingħad li f dawk iz zminijiet l irħula fin naħat ċentrali u tal Lvant ta Malta kienu jinstabu fuq xi art x aktarx ogħla minn inħawi fil qrib u kien hemm tendenza li jevitaw il kosta u nħawi baxxi aktarx minħabba l malarja Imma mal izvilupp tal Port il Ġdid Portu Novu il Marsa bdiet tikber bħala subborg Mal 1913 kien innotat li din in naħa kienet qiegħda dejjem tizdied fid djar u fil fabbriki tant li kien fiha popolazzjoni ta eluf ta nies Kien hemm madwar 4 000 ruħ Fiċ ċensiment tal 1931 kien irreġistrat li kien hemm 7 867 waqt li fl 1948 il popolazzjoni telgħet għal 11 560 u kien hemm zjieda ta 46 94 Izda wara dan l għadd beda jonqos kien hemm 10 672 fl 1957 9 722 fl 1967 u 7 927 fl 1985 Dan ifisser li sal aħħar taċ ċensiment kien hemm nuqqas ta 18 20 Ta min jinnota li f dak li għandu x jaqsam ma konfini elettorali fl 1921 il Marsa kienet tqiegħdet fil ħames distrett li kien jikludi fih Raħal Ġdid u Ħal Tarxien waqt li mill 1947 tqiegħdet fl ewwel distrett mal Belt Valletta Ġemellaġġi Renju UnitKunsill LokaliJosef Azzopardi Sindku Joseph Scerri Vici Sindku Francis Debono Kunsillier Colin Pace Kunsillier Dominic Spencer Kunsillier Charmaine Aquilina Kunsillier Joe Lia Kunsillier ToroqTriq l Ascot Triq l Assunta Triq Aldo Moro Triq Azzopardi Triq il Biċċerija Triq Balbi Triq Bajjada Triq Belt il Ħazna Triq Derby Triq Diċembru 13 Triq il Farfett Triq Fra Diegu Triq l Għabex Triq il Ħaddiem Triq Ħal Qormi Il Moll tal Ħatab Triq l Irħam Triq l Iskola Triq il Jum Triq il Kapuċini Il Moll tal Knisja Triq il Marsa Triq Nazzarenu Triq N Isourd Triq N Sacco Triq il Prinċep Albertu Triq Patri Magri Il Moll tal Pont Triq il Qaddiefa Triq ir Ross Triq is Sajjieda Triq is Salib tal Marsa Triq Sant Anna Triq San Bernard Triq San Franġisk Triq San Mikiel Triq San Pietru Triq San Tumas Sqaq Sannat Triq is Sebħ Triq Simpson Triq is Sliem Triq ix Xwieni Triq Xemxija Triq Zerafa Triq iz ZimelliReferenzi Marsa Local Council Town at a Crossroad History of Marsa Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 07 14 Miġbur 2013 03 04 Ħoloq esterniIl Kunsill Lokali tal Marsa Grupp tal Iscouts tal Marsa