Il Minjiera tar Ram ta Falun bl Iżvediż Falu Gruva kienet minjiera f l Iżvezja li tħaddmet għal millenju mis seklu 10 sa
Minjiera tar Ram ta' Falun

Il-Minjiera tar-Ram ta' Falun (bl-Iżvediż: Falu Gruva) kienet minjiera f', l-Iżvezja, li tħaddmet għal millenju mis-seklu 10 sal-1992. Il-minjiera pproduċiet saħansitra żewġ terzi tal-ħtieġa ta' tal-Ewropa u għenet biex tiffinanzja ħafna mill-gwerer tal-Iżvezja fis-seklu 17. L-iżviluppi teknoloġiċi fil-minjiera kellhom influwenza enormi fuq ix-xogħol fil-minjieri globalment għal żewġ sekli. Il-minjiera issa hija mużew u fl-2001 ġiet imniżżla fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Storja
Ma hemm l-ebda rendikont bil-miktub li jistabbilixxi eżattament meta bdew l-operazzjonijiet tax-xogħol fil-minjieri f'Falun. L-istudji arkeoloġiċi u ġeoloġiċi jindikaw, b'nuqqas ta' ċertezza konsiderevoli, li l-operazzjonijiet tax-xogħol fil-minjieri bdew f'xi żmien għall-ħabta tas-sena 1000. L-ebda attività sinifikanti ma kienet għadha nbdiet qabel it-850, iżda l-minjiera żgur kienet qed taħdem sal-1080. Instabu oġġetti mis-seklu 10 li fihom ir-ram mill-minjiera. Fil-bidu, l-operazzjonijiet kienu fuq skala żgħira, u l-bdiewa lokali kienu jiġbru l-metalli grezzi, idewbuhom, u jużawhom għall-ħtiġijiet tal-metall għall-unitajiet domestiċi.
Għall-ħabta ta' , ir-re tal-Iżvezja mill-1275 sal-1290, l-operazzjonijiet tax-xogħol fil-minjieri bdew isir b'mod iktar professjonali. In-nies nobbli u l-merkanti barranin minn Lübeck, il-Ġermanja, ħadu post il-bdiewa lokali. Il-merkanti ttrasportaw u biegħu r-ram fl-Ewropa iżda influwenzaw ukoll l-operazzjonijiet u żviluppaw il-metodi u t-teknoloġija li kienu jintużaw għax-xogħol fil-minjieri. L-ewwel dokument bil-miktub dwar il-Minjiera tar-Ram ta' Falun huwa tal-1288; fih hemm iddokumentat li bi tpartit għal proprjetà residenzjali, l-Isqof ta' kiseb sehem ta' 12.5 % fil-minjiera.
Sa nofs is-seklu 14, il-minjiera kienet kibret u saret riżorsa nazzjonali vitali, tant li parti kbira mid-dħul għall-istat Żvediż fis-sekli ta' wara wasal mill-minjiera. Ir-re ta' dak iż-żmien, , żar iż-żona tal-minjiera personalment u fassal karta għall-operazzjonijiet tax-xogħol fil-minjieri, sabiex jiġi żgurat l-interess finanzjarju tas-sovran.
Metodi
Il-metodu prinċipali ta' estrazzjoni tar-ram kien li l-blat jissaħħan permezz ta' ħuġġiġiet kbar tan-nar magħrufa bħala konfigurazzjoni tan-nar. Meta l-blat kien jibred, kien isir dgħajjef u jixxaqqaq, u b'hekk l-għodod manwali bħall-ifilsa u mazez kienu jkunu biżżejjed. Wara l-metall grezz kien jiġi ttrasportat 'il barra mill-minjiera u kien ikun inkaljat biex jitnaqqas il-kontenut tal- fil-fran industrijali fil-beraħ. Id-duħħan oħxon velenuż li kien jifforma minn dan il-proċess kien karatteristika distintiva taż-żona ta' Falun għal sekli sħaħ. Wara l-inkaljar, il-metall grezz kien jiddewweb; u r-riżultat aħħari kien ikun materjal rikk fir-ram. Iċ-ċiklu tal-inkaljar u tat-tidwib kien jiġi ripetut diversi drabi sa ma jiġi prodott ir-ram grezz. Dan kien ikun l-output finali mill-minjiera; imbagħad kien ikun hemm raffinar ulterjuri fir-raffineriji tar-ram f'inħawi oħra. Dan il-proċess baqa' jintuża mingħar ebda bidla sinifikanti għal seba' sekli, sal-aħħar tas-seklu 19. X'aktarx li l-metodi u t-teknoloġija għall-konfigurazzjoni tan-nar u għad-drenaġġ ġew importati mill-minjieri Ġermaniżi, bħal dawk fil-muntanji ta' Harz.
Minaturi ħielsa
L-istruttura organizzattiva tal-Minjiera tar-Ram ta' Falun maħluqa skont il-karta tal-1347 kienet avvanzata għal dak iż-żmien. Il-minaturi ħielsa kellhom is-sjieda ta' ishma tal-operat, li kien proporzjonati għas-sjieda tagħhom tal-inġenji tat-tidwib tar-ram. L-istruttura kienet il-prekursur tal-kumpaniji moderni b'ishma konġunti, u Stora Enso, is-suċċessur modern tal-kumpanija l-antika tax-xogħol fil-minjieri, sikwit tissemma bħala l-iktar kumpanija antika b'ishma konġunti li għadha operattiva fid-dinja.
Era tad-deheb
Fis-seklu 17, il-kapaċità tal-produzzjoni laħqet il-qofol tagħha. Matul dak iż-żmien, l-output mill-minjiera kien jintuża biex jiġu ffinanzjati diversi gwerer tal-Iżvezja matul l-era meta kellha setgħa kbira. Il-Kunsill Privat tal-Iżvezja rrefera għall-minjiera bħala t-teżor u l-ġebla tax-xewka tan-nazzjon. Il-qofol tal-produzzjoni massima ntlaħaq fl-1650, meta ġew prodotti iżjed minn 3,000 tunnellata ta' ram.
Ix-xogħol fil-minjieri fil-muntanja ta' Falun kien ilu għaddej għal kważi nofs millenju sal-aħħar tal-era tad-deheb tal-minjiera. Il-produzzjoni kienet intensifikat fid-deċennji preċedenti, u sal-1687 il-blat kien mimli b'passaġġi żigużajg li jagħtu għal bosta xaftijiet, tant li ċ-ċedimenti kienu pjuttost komuni. Saru sforzi kbar biex jiġu prodotti mapep tal-minjiera biex dak li jkun ikun jaf kif jista' jinnaviga, iżda la kien hemm xi organizzazzjoni kumplessiva u lanqas xi stima tas-saħħa tal-muntanja. Fis-sajf tal-1687, b'mod regolari kien jinstemgħu ħsejjes kbar jidwu mill-muntanja. Lejliet nofs is-sajf ta' dik is-sena, il-ħajt diviżorju bejn il-fosos prinċipali u l-pedamenti ċeda, u parti sinifikanti mill-minjiera kkrollat. Dan seta' faċilment sarraf fi straġi kbira, fejn kienu jinqatlu u jinqabdu taħt l-art mijiet ta' ħaddiema tal-minjiera, li kieku dan ma seħħx lejliet nofs is-sajf, wieħed miż-żewġ jiem tas-sena (flimkien mal-Milied) meta l-minaturi ma kinux jaħdmu.
Ħajja ta' kuljum fil-minjiera
Fl-aħħar tal-jum kienu jitqabbdu ħuġġiġiet tan-nar biex il-metall grezz jissaħħan u kienu jitħallew jaqbdu mal-lejl kollu. L-għada filgħodu, in-nirien kienu jintfew u l-metall grezz kien jiġi mkisser bil-mod il-mod. B'hekk, il-minaturi setgħu javvanzaw xi metru (tliet piedi) fix-xahar. Il-minaturi li kienu jieħdu ħsieb in-nirien u li kienu jkissru l-blat kienu dawk li kien ikollhom l-aqwa ħiliet u l-aqwa pagi. Kienu jintużaw karretti bl-idejn biex jiġi ttrasportat il-metall grezz 'il barra mill-minjiera, b'ċirkwit uman ta' madwar 20 metru (70 pied) b'diversi timijiet li kienu jaħdmu fuq distanzi twal. Dan ix-xogħol is-soltu kien jiġi assenjat lill-ħaddiema ġodda biex juru xi jsarrfu. Ix-xogħol kien iebes u l-minjieri kienu postijiet sħan ħafna minħabba n-nirien kostanti. Barra minn hekk, il-minaturi kienu klijenti tajbin tal-istabbilimenti lokali tax-xorb, tant li kienet meqjusa bħala xi ħaġa normali li l-minaturi jkunu fis-sakra.
żar il-minjiera u fassal deskrizzjoni ċara tal-ħajja tal-minaturi. Huwa ddeskriva li l-minaturi kienu jixxabbtu permezz ta' slielem fraġli u l-għaraq tagħhom kien igelgel minn ġisimhom bħal "ilma minn banju". Huwa żied li: "Il-Minjiera ta' Falun hija waħda mill-għeġubijiet il-kbar tal-Iżvezja iżda hija orribbli daqs l-infern innifsu". Id-deskrizzjoni ta' Linnaeus tal-ambjent li fih kienu jaħdmu l-minaturi kienet din li ġejja: "Il-ħaddiema kienu ċċirkondati bin-nugrufun u d-dlam. Kullimkien kien mimli ġebel, żrar, kubrit korrożiv, qtar, duħħan, irwejjaħ, sħana u trab".
Impatt ekonomiku
Fis-seklu 17 l-Iżvezja kellha monopolju virtwali fuq ir-ram. L-uniku pajjiż ieħor b'output tar-ram komparabbli kien il-Ġappun, iżda l-importazzjonijiet Ewropej mill-Ġappun kienu insinifikanti. Fl-1690, , metallurgu prominenti, intbagħat mir-re biex jistħarreġ is-suq Ewropew tal-metall. Għalkemm il-produzzjoni tar-ram kienet diġà qabdet it-triq tan-niżla fiż-żmien meta ħejja r-rapport tiegħu, xi ħaġa li Odhelius ma qagħadx jaħbi, huwa ddikjara, "Għall-produzzjoni tar-ram, l-Iżvezja dejjem kienet qisha omm, u għalkemm f'ħafna postijiet fl-Ewropa u lil hinn xi ram jiġi estratt, lanqas ix-xita fejn in-nida ma jirrappreżenta ħdejn l-abbundanza tar-ram mill-Iżvezja".
Madankollu, skont l-istandards moderni, l-output ma kienx kbir. Il-qofol tal-produzzjoni bil-kemm kienet tilħaq it-3,000 tunnellata ta' ram fis-sena, u kienet niżlet għal inqas minn 2,000 tunnellata fl-1665; bejn l-1710 u l-1720 bil-kemm kienet tilħaq l-1,000 tunnellata fis-sena. Il-produzzjoni dinjija attwali tar-ram hija 18.3-il miljun tunnellata fis-sena; , minjiera tar-ram moderna fiċ-Ċilì, żammet output annwali li jisboq il-500,000 tunnellata għal deċennji sħaħ.
Storja moderna
Il-produzzjoni tar-ram majnat matul is-seklu 18, u l-kumpanija tax-xogħol fil-minjieri bdiet twettaq id-diversifikazzjoni. Bdiet tissupplimenta l-estrazzjoni tar-ram bil-produzzjoni tal-ħadid u tal-injam. Il-produzzjoni taż-żebgħa ħamra falu ikonika bdiet ġmielha. Fis-seklu 19, il-prodotti tal-ħadid u forestali komplew jikbru fl-importanza tagħhom. Fl-1881 ġie skopert id-deheb fil-Minjiera tar-Ram ta' Falun, u dan irriżulta f'ferneżija ta' tfittxija għad-deheb għal żmien qasir. Eventwalment ġie prodott total ta' ħames tunnellati ta' deheb biss.
Sal-aħħar tas-seklu 20, il-minjiera ma baqgħetx vijabbli ekonomikament. Fit-8 ta' Diċembru 1992, l-aħħar tir ġie sparat fil-minjiera, u x-xogħol kummerċjali kollu fil-minjieri waqaf ħesrem. Illum is-sjieda tal-minjiera hija f'idejn il-fondazzjoni Stora Kopparberget li tieħu ħsieb il-mużew u ż-żjarat turistiċi.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Minjiera tar-Ram ta' Falun fi ħdan iż-Żona tax-Xogħol fil-Minjieri tal-Muntanja l-Kbira tar-Ram f'Falun ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2001. Apparti l-minjiera tar-ram, is-sit jinkludi r-raħal ta' Falun, inkluż id-djar tas-seklu 17 tal-minaturi, iż-żoni residenzjali, u l-Bergsmansbygden, żona usa' li l-minaturi ħielsa insedjaw u fejn bnew proprjetajiet li kienu jirriflettu l-ġid finanzjarju li kellhom.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".
Mużew
Il-mużew jilqa' madwar 100,000 viżitatur fis-sena. Fih wirja dwar l-istorja tax-xogħol fil-minjieri fil-Minjiera tar-Ram ta' Falun tul is-sekli; inkluż il-produzzjoni tal-minerali, il-mudelli tal-makkinarju, l-għodod, u n-nies li kienu jaħdmu fil-minjieri. Hemm ukoll kollezzjoni kbira ta' ritratti, mis-seklu 17, ta' nies notevoli fil-minjiera.
Referenzi
- ^ a b ċ d "Falu Gruva - Upptäck tusen år av historia". Falu Gruva (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-01.
- ^ a b ċ ICOMOS. "Mining Area of the Great Copper Mountain in Falun - Advisory Body Evaluation" (PDF). p. 2.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Mining Area of the Great Copper Mountain in Falun". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-01.
- ^ Rydberg, Sven (1979). Stora Kopparberg - 1000 years of an industrial activity. Gullers International AB. ISBN 91-85228-52-4. pp. 9-11.
- ^ Rydberg, Sven (1979). Stora Kopparberg - 1000 years of an industrial activity. Gullers International AB. ISBN 91-85228-52-4. p. 12.
- ^ Rydberg, Sven (1979). Stora Kopparberg - 1000 years of an industrial activity. Gullers International AB. ISBN 91-85228-52-4. p. 13.
- ^ Rydberg, Sven (1979). Stora Kopparberg - 1000 years of an industrial activity. Gullers International AB. ISBN 91-85228-52-4. p. 14.
- ^ ICOMOS. "Mining Area of the Great Copper Mountain in Falun - Advisory Body Evaluation" (PDF). p. 1.
- ^ Rydberg, Sven (1979). Stora Kopparberg - 1000 years of an industrial activity. Gullers International AB. ISBN 91-85228-52-4. p. 44.
- ^ Rydberg, Sven (1979). Stora Kopparberg - 1000 years of an industrial activity. Gullers International AB. ISBN 91-85228-52-4. p. 43-44.
- ^ Kjellin, Margareta; Ericson, Nina (1999). Genuine Falun Red. Stockholm: Prisma. ISBN 91-518-4371-4. p. 124.
- ^ Heckscher, Eli Filip (1954). An economic history of Sweden, Volume 95. Harvard University Press. ISBN 0-674-22800-6. p. 87.
- ^ Mineral Commodity Summaries (2015). "Copper" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2017-04-27. Miġbur 2021-09-01.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Minjiera tar Ram ta' Falun, X'inhi Minjiera tar Ram ta' Falun? Xi tfisser Minjiera tar Ram ta' Falun?
Il Minjiera tar Ram ta Falun bl Izvediz Falu Gruva kienet minjiera f l Izvezja li tħaddmet għal millenju mis seklu 10 sal 1992 Il minjiera pproduċiet saħansitra zewġ terzi tal ħtieġa ta tal Ewropa u għenet biex tiffinanzja ħafna mill gwerer tal Izvezja fis seklu 17 L izviluppi teknoloġiċi fil minjiera kellhom influwenza enormi fuq ix xogħol fil minjieri globalment għal zewġ sekli Il minjiera issa hija muzew u fl 2001 ġiet imnizzla fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Il Minjiera tar Ram ta FalunStorjaMa hemm l ebda rendikont bil miktub li jistabbilixxi ezattament meta bdew l operazzjonijiet tax xogħol fil minjieri f Falun L istudji arkeoloġiċi u ġeoloġiċi jindikaw b nuqqas ta ċertezza konsiderevoli li l operazzjonijiet tax xogħol fil minjieri bdew f xi zmien għall ħabta tas sena 1000 L ebda attivita sinifikanti ma kienet għadha nbdiet qabel it 850 izda l minjiera zgur kienet qed taħdem sal 1080 Instabu oġġetti mis seklu 10 li fihom ir ram mill minjiera Fil bidu l operazzjonijiet kienu fuq skala zgħira u l bdiewa lokali kienu jiġbru l metalli grezzi idewbuhom u juzawhom għall ħtiġijiet tal metall għall unitajiet domestiċi Kartolina tal Minjiera tar Ram ta Falun fl 1907 Għall ħabta ta ir re tal Izvezja mill 1275 sal 1290 l operazzjonijiet tax xogħol fil minjieri bdew isir b mod iktar professjonali In nies nobbli u l merkanti barranin minn Lubeck il Ġermanja ħadu post il bdiewa lokali Il merkanti ttrasportaw u biegħu r ram fl Ewropa izda influwenzaw ukoll l operazzjonijiet u zviluppaw il metodi u t teknoloġija li kienu jintuzaw għax xogħol fil minjieri L ewwel dokument bil miktub dwar il Minjiera tar Ram ta Falun huwa tal 1288 fih hemm iddokumentat li bi tpartit għal proprjeta residenzjali l Isqof ta kiseb sehem ta 12 5 fil minjiera Sa nofs is seklu 14 il minjiera kienet kibret u saret rizorsa nazzjonali vitali tant li parti kbira mid dħul għall istat Zvediz fis sekli ta wara wasal mill minjiera Ir re ta dak iz zmien zar iz zona tal minjiera personalment u fassal karta għall operazzjonijiet tax xogħol fil minjieri sabiex jiġi zgurat l interess finanzjarju tas sovran Metodi Il Minjiera tar Ram ta Falun minn ġewwa Il metodu prinċipali ta estrazzjoni tar ram kien li l blat jissaħħan permezz ta ħuġġiġiet kbar tan nar magħrufa bħala konfigurazzjoni tan nar Meta l blat kien jibred kien isir dgħajjef u jixxaqqaq u b hekk l għodod manwali bħall ifilsa u mazez kienu jkunu bizzejjed Wara l metall grezz kien jiġi ttrasportat il barra mill minjiera u kien ikun inkaljat biex jitnaqqas il kontenut tal fil fran industrijali fil beraħ Id duħħan oħxon velenuz li kien jifforma minn dan il proċess kien karatteristika distintiva taz zona ta Falun għal sekli sħaħ Wara l inkaljar il metall grezz kien jiddewweb u r rizultat aħħari kien ikun materjal rikk fir ram Iċ ċiklu tal inkaljar u tat tidwib kien jiġi ripetut diversi drabi sa ma jiġi prodott ir ram grezz Dan kien ikun l output finali mill minjiera imbagħad kien ikun hemm raffinar ulterjuri fir raffineriji tar ram f inħawi oħra Dan il proċess baqa jintuza mingħar ebda bidla sinifikanti għal seba sekli sal aħħar tas seklu 19 X aktarx li l metodi u t teknoloġija għall konfigurazzjoni tan nar u għad drenaġġ ġew importati mill minjieri Ġermanizi bħal dawk fil muntanji ta Harz Sehem ta 1 8 tal Minjiera tar Ram ta Falun tas 16 ta Ġunju 1288 Minaturi ħielsa L istruttura organizzattiva tal Minjiera tar Ram ta Falun maħluqa skont il karta tal 1347 kienet avvanzata għal dak iz zmien Il minaturi ħielsa kellhom is sjieda ta ishma tal operat li kien proporzjonati għas sjieda tagħhom tal inġenji tat tidwib tar ram L istruttura kienet il prekursur tal kumpaniji moderni b ishma konġunti u Stora Enso is suċċessur modern tal kumpanija l antika tax xogħol fil minjieri sikwit tissemma bħala l iktar kumpanija antika b ishma konġunti li għadha operattiva fid dinja Era tad deheb Pittura tal ambjent li kienu jaħdmu fih fl imgħoddi l minaturi tal Minjiera tar Ram ta Falun Fis seklu 17 il kapaċita tal produzzjoni laħqet il qofol tagħha Matul dak iz zmien l output mill minjiera kien jintuza biex jiġu ffinanzjati diversi gwerer tal Izvezja matul l era meta kellha setgħa kbira Il Kunsill Privat tal Izvezja rrefera għall minjiera bħala t tezor u l ġebla tax xewka tan nazzjon Il qofol tal produzzjoni massima ntlaħaq fl 1650 meta ġew prodotti izjed minn 3 000 tunnellata ta ram Ix xogħol fil minjieri fil muntanja ta Falun kien ilu għaddej għal kwazi nofs millenju sal aħħar tal era tad deheb tal minjiera Il produzzjoni kienet intensifikat fid deċennji preċedenti u sal 1687 il blat kien mimli b passaġġi ziguzajg li jagħtu għal bosta xaftijiet tant li ċ ċedimenti kienu pjuttost komuni Saru sforzi kbar biex jiġu prodotti mapep tal minjiera biex dak li jkun ikun jaf kif jista jinnaviga izda la kien hemm xi organizzazzjoni kumplessiva u lanqas xi stima tas saħħa tal muntanja Fis sajf tal 1687 b mod regolari kien jinstemgħu ħsejjes kbar jidwu mill muntanja Lejliet nofs is sajf ta dik is sena il ħajt divizorju bejn il fosos prinċipali u l pedamenti ċeda u parti sinifikanti mill minjiera kkrollat Dan seta faċilment sarraf fi straġi kbira fejn kienu jinqatlu u jinqabdu taħt l art mijiet ta ħaddiema tal minjiera li kieku dan ma seħħx lejliet nofs is sajf wieħed miz zewġ jiem tas sena flimkien mal Milied meta l minaturi ma kinux jaħdmu Ħajja ta kuljum fil minjiera Kartolina tal Minjiera tar Ram ta Falun tal 1807 Fl aħħar tal jum kienu jitqabbdu ħuġġiġiet tan nar biex il metall grezz jissaħħan u kienu jitħallew jaqbdu mal lejl kollu L għada filgħodu in nirien kienu jintfew u l metall grezz kien jiġi mkisser bil mod il mod B hekk il minaturi setgħu javvanzaw xi metru tliet piedi fix xahar Il minaturi li kienu jieħdu ħsieb in nirien u li kienu jkissru l blat kienu dawk li kien ikollhom l aqwa ħiliet u l aqwa pagi Kienu jintuzaw karretti bl idejn biex jiġi ttrasportat il metall grezz il barra mill minjiera b ċirkwit uman ta madwar 20 metru 70 pied b diversi timijiet li kienu jaħdmu fuq distanzi twal Dan ix xogħol is soltu kien jiġi assenjat lill ħaddiema ġodda biex juru xi jsarrfu Ix xogħol kien iebes u l minjieri kienu postijiet sħan ħafna minħabba n nirien kostanti Barra minn hekk il minaturi kienu klijenti tajbin tal istabbilimenti lokali tax xorb tant li kienet meqjusa bħala xi ħaġa normali li l minaturi jkunu fis sakra zar il minjiera u fassal deskrizzjoni ċara tal ħajja tal minaturi Huwa ddeskriva li l minaturi kienu jixxabbtu permezz ta slielem fraġli u l għaraq tagħhom kien igelgel minn ġisimhom bħal ilma minn banju Huwa zied li Il Minjiera ta Falun hija waħda mill għeġubijiet il kbar tal Izvezja izda hija orribbli daqs l infern innifsu Id deskrizzjoni ta Linnaeus tal ambjent li fih kienu jaħdmu l minaturi kienet din li ġejja Il ħaddiema kienu ċċirkondati bin nugrufun u d dlam Kullimkien kien mimli ġebel zrar kubrit korroziv qtar duħħan irwejjaħ sħana u trab Impatt ekonomiku Strutturi oħra li jagħmlu parti mis Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO biz zebgħa ħamra falu ikonika Fis seklu 17 l Izvezja kellha monopolju virtwali fuq ir ram L uniku pajjiz ieħor b output tar ram komparabbli kien il Ġappun izda l importazzjonijiet Ewropej mill Ġappun kienu insinifikanti Fl 1690 metallurgu prominenti intbagħat mir re biex jistħarreġ is suq Ewropew tal metall Għalkemm il produzzjoni tar ram kienet diġa qabdet it triq tan nizla fiz zmien meta ħejja r rapport tiegħu xi ħaġa li Odhelius ma qagħadx jaħbi huwa ddikjara Għall produzzjoni tar ram l Izvezja dejjem kienet qisha omm u għalkemm f ħafna postijiet fl Ewropa u lil hinn xi ram jiġi estratt lanqas ix xita fejn in nida ma jirrapprezenta ħdejn l abbundanza tar ram mill Izvezja Madankollu skont l istandards moderni l output ma kienx kbir Il qofol tal produzzjoni bil kemm kienet tilħaq it 3 000 tunnellata ta ram fis sena u kienet nizlet għal inqas minn 2 000 tunnellata fl 1665 bejn l 1710 u l 1720 bil kemm kienet tilħaq l 1 000 tunnellata fis sena Il produzzjoni dinjija attwali tar ram hija 18 3 il miljun tunnellata fis sena minjiera tar ram moderna fiċ Ċili zammet output annwali li jisboq il 500 000 tunnellata għal deċennji sħaħ Storja moderna Il Muzew tal Minjiera tar Ram ta Falun Il produzzjoni tar ram majnat matul is seklu 18 u l kumpanija tax xogħol fil minjieri bdiet twettaq id diversifikazzjoni Bdiet tissupplimenta l estrazzjoni tar ram bil produzzjoni tal ħadid u tal injam Il produzzjoni taz zebgħa ħamra falu ikonika bdiet ġmielha Fis seklu 19 il prodotti tal ħadid u forestali komplew jikbru fl importanza tagħhom Fl 1881 ġie skopert id deheb fil Minjiera tar Ram ta Falun u dan irrizulta f fernezija ta tfittxija għad deheb għal zmien qasir Eventwalment ġie prodott total ta ħames tunnellati ta deheb biss Sal aħħar tas seklu 20 il minjiera ma baqgħetx vijabbli ekonomikament Fit 8 ta Diċembru 1992 l aħħar tir ġie sparat fil minjiera u x xogħol kummerċjali kollu fil minjieri waqaf ħesrem Illum is sjieda tal minjiera hija f idejn il fondazzjoni Stora Kopparberget li tieħu ħsieb il muzew u z zjarat turistiċi Sit ta Wirt DinjiIl Minjiera tar Ram ta Falun fi ħdan iz Zona tax Xogħol fil Minjieri tal Muntanja l Kbira tar Ram f Falun ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2001 Apparti l minjiera tar ram is sit jinkludi r raħal ta Falun inkluz id djar tas seklu 17 tal minaturi iz zoni residenzjali u l Bergsmansbygden zona usa li l minaturi ħielsa insedjaw u fejn bnew proprjetajiet li kienu jirriflettu l ġid finanzjarju li kellhom Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli Veduta panoramika tal Minjiera tar Ram ta Falun minn barraMuzewIl muzew jilqa madwar 100 000 vizitatur fis sena Fih wirja dwar l istorja tax xogħol fil minjieri fil Minjiera tar Ram ta Falun tul is sekli inkluz il produzzjoni tal minerali il mudelli tal makkinarju l għodod u n nies li kienu jaħdmu fil minjieri Hemm ukoll kollezzjoni kbira ta ritratti mis seklu 17 ta nies notevoli fil minjiera Referenzi a b ċ d Falu Gruva Upptack tusen ar av historia Falu Gruva bl Ingliz Miġbur 2021 09 01 a b ċ ICOMOS Mining Area of the Great Copper Mountain in Falun Advisory Body Evaluation PDF p 2 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Mining Area of the Great Copper Mountain in Falun UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 09 01 Rydberg Sven 1979 Stora Kopparberg 1000 years of an industrial activity Gullers International AB ISBN 91 85228 52 4 pp 9 11 Rydberg Sven 1979 Stora Kopparberg 1000 years of an industrial activity Gullers International AB ISBN 91 85228 52 4 p 12 Rydberg Sven 1979 Stora Kopparberg 1000 years of an industrial activity Gullers International AB ISBN 91 85228 52 4 p 13 Rydberg Sven 1979 Stora Kopparberg 1000 years of an industrial activity Gullers International AB ISBN 91 85228 52 4 p 14 ICOMOS Mining Area of the Great Copper Mountain in Falun Advisory Body Evaluation PDF p 1 Rydberg Sven 1979 Stora Kopparberg 1000 years of an industrial activity Gullers International AB ISBN 91 85228 52 4 p 44 Rydberg Sven 1979 Stora Kopparberg 1000 years of an industrial activity Gullers International AB ISBN 91 85228 52 4 p 43 44 Kjellin Margareta Ericson Nina 1999 Genuine Falun Red Stockholm Prisma ISBN 91 518 4371 4 p 124 Heckscher Eli Filip 1954 An economic history of Sweden Volume 95 Harvard University Press ISBN 0 674 22800 6 p 87 Mineral Commodity Summaries 2015 Copper PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2017 04 27 Miġbur 2021 09 01