Pawlu Xuereb ir Rabat Malta kien figura politika Maltija u kittieb Bejn is 16 ta Frar 1987 u l 4 ta April 1989 serva bħa
Pawlu Xuereb

Pawlu Xuereb (ir-Rabat (Malta), – ) kien figura politika Maltija u kittieb. Bejn is-16 ta' Frar 1987 u l-4 ta' April 1989 serva bħala aġent President ta' Malta. Kien ukoll Speaker tal-Parlament.
Pawlu Xuereb | |||||
---|---|---|---|---|---|
16 Frar 1987 - 4 April 1989 ← Agatha Barbara - Ċensu Tabone →
Lulju 1986 - Frar 1987 ← Daniel Micallef - Joseph M. Baldacchino → | |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Rabat, 21 Lulju 1923 | ||||
Nazzjonalità | Malta | ||||
Mewt | Malta, 6 Settembru 1994 | ||||
Kawża tal-mewt | () | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni | politiku ġurnalist kittieb | ||||
Premjijiet | List | ||||
Sħubija |
Bijografija
Pawlu Xuereb twieled nhar il-21 ta' Lulju, 1923, bin Adeodato Xuereb (awtur ta' drammi u għalliem) u Maria Dolores née Busuttil. Wara li attenda l-iskola elementari tal-Imdina, huwa ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fil-Kulleġġ ta' San Alwigi, Birkirkara u fil-Kulleġġ Flores, il-Belt Valletta. Bejn l-1946 u l-1949 Pawlu Xuereb studja fis-City Literary Institute u fir-Regent Street Polytechnic f'Londra. Huwa studja wkoll il-ġurnaliżmu, l-ekonomija politika u x-xjenza politika.
Il-gwerra u wara
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija huwa serva mar-Royal Malta Artillery u bejn l-1944 u l-1946 ħadem bħala skrivan fid-dipartiment tal-inġinerija tat-Tarzna. Matul dan il-perjodu Xuereb iddistingwa ruħu u ngħata l-Africa Star, il-War Medal u l-Victory Medal. Fl-1946 emigra lejn l-Ingilterra u ħadem bħala superviżur mad-Dipartiment tal-Kontijiet tad-Ditta Peter Robinson u wara bħala skrivan mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni f'Londra. Hemmhekk huwa kompla bl-istudji tiegħu u ġie lura Malta fl-1950. Fost xogħlijiet li kellu hawnhekk kien hemm dak ta' għalliem mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Il-ħajja politika
Fl-1959 telaq l-impjieg tiegħu mal-Gvern u ssieħeb mal-Partit Laburista fejn kien editur letterarju u assistent editur tal-ġurnal Laburista The Voice of Malta. Fl-1964 inħatar direttur ġenerali tal-istamperija tal-Partit Laburista Freedom Press. Xuereb ikkontesta l-elezzjonijiet tal-1962 u ġie elett għall-ewwel darba. Huwa baqa' jżomm is-siġġu parlamentari tiegħu fl-elezzjonijiet tal-1966, 1971, 1976 u 1981. Huwa kellu diversi karigi fil-gvernijiet Laburisti, fosthom Ministru tal-Industrija u Kummerċ fl-1971, sakemm imbagħad irriżenja mill-Parlament fis-17 ta' April, 1983, biex ġie ikkoopjat bħala membru parlamentari Karmenu Mifsud Bonnici, li kien se jilħaq mexxej tal-MLP. Huwa kien spiker tal-Parlament fiż-żmien imqanqal ta' bejn Lulju 1986 u Frar 1987.
Huwa kien ukoll ukoll chairperson tal-Mid-Med Bank, tal-Medigrain, tal-Investment Finance Bank u tal-Malta Development Corporation.
Aġent President
Pawlu Xuereb inħatar aġent President ta' Malta fis-16 ta' Frar 1987 u baqa' sal-4 ta' April 1989. Wara l-inċidenti vjolenti fir-Rabat tal-1987, Xuereb għamel appell imqanqal minn fuq it-televiżjoni biex tieqaf immedjatament il-vjolenza.
Mart Pawlu Xuereb, Edwige, mhux l-ewwel darba li esprimiet pubblikament ix-xewqa li fis-sala tal- fejn jinżammu l-kwadri tal-eks-Presidenti jitwaħħal ukoll kwadru tiegħu.
Letteratura
Pawlu Xuereb kien ukoll awtur ta' bosta kotba, l-iktar stejjer tad-ditektivs. Il-kotba li ħareġ jinkludu:
- Il-Każ tat-tfajla maħruqa (1966)
- Is-Serqa ta' Nicolas Cotoner (1967)
- Qtil f'San Pawl il-Baħar (1968)
- Runduvù (1971)
- Meta... (1986), rebbieħ tal-Premju Letterarju għal dik is-sena
- Pitirross li ġie Malta u stejjer oħra (1989)
Mewt
Hu miet ta' 71 sena, nhar is-6 ta' Settembru 1994 u ngħata funeral statali. Huwa kien miżżewweġ lil Edwige mwielda Muscat u kellhom tifla, Marija. Fil-Ġnien tar-Rabat hemm monument tiegħu, xogħol l-iskultur Anton Agius.
Ħoloq esterni
- Paġna fuq is-sit uffiċjali tal-President ta' Malta
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Pawlu Xuereb, X'inhi Pawlu Xuereb? Xi tfisser Pawlu Xuereb?
Pawlu Xuereb ir Rabat Malta kien figura politika Maltija u kittieb Bejn is 16 ta Frar 1987 u l 4 ta April 1989 serva bħala aġent President ta Malta Kien ukoll Speaker tal Parlament Pawlu XuerebPresident ta Malta 16 Frar 1987 4 April 1989 Agatha Barbara Ċensu Tabone Speaker tal Kamra tar Rapprezentati ta Malta Lulju 1986 Frar 1987 Daniel Micallef Joseph M Baldacchino ĦajjaTwelid Rabat 21 Lulju 1923Nazzjonalita MaltaMewt Malta 6 Settembru 1994Kawza tal mewt OkkupazzjoniOkkupazzjoni politiku ġurnalist kittiebPremjijiet ListSħubijaBijografijaPawlu Xuereb twieled nhar il 21 ta Lulju 1923 bin Adeodato Xuereb awtur ta drammi u għalliem u Maria Dolores nee Busuttil Wara li attenda l iskola elementari tal Imdina huwa ħa l edukazzjoni sekondarja tiegħu fil Kulleġġ ta San Alwigi Birkirkara u fil Kulleġġ Flores il Belt Valletta Bejn l 1946 u l 1949 Pawlu Xuereb studja fis City Literary Institute u fir Regent Street Polytechnic f Londra Huwa studja wkoll il ġurnalizmu l ekonomija politika u x xjenza politika Il gwerra u wara Matul it Tieni Gwerra Dinjija huwa serva mar Royal Malta Artillery u bejn l 1944 u l 1946 ħadem bħala skrivan fid dipartiment tal inġinerija tat Tarzna Matul dan il perjodu Xuereb iddistingwa ruħu u ngħata l Africa Star il War Medal u l Victory Medal Fl 1946 emigra lejn l Ingilterra u ħadem bħala supervizur mad Dipartiment tal Kontijiet tad Ditta Peter Robinson u wara bħala skrivan mad Dipartiment tat Taxxi Interni f Londra Hemmhekk huwa kompla bl istudji tiegħu u ġie lura Malta fl 1950 Fost xogħlijiet li kellu hawnhekk kien hemm dak ta għalliem mad Dipartiment tal Edukazzjoni Il ħajja politika Fl 1959 telaq l impjieg tiegħu mal Gvern u ssieħeb mal Partit Laburista fejn kien editur letterarju u assistent editur tal ġurnal Laburista The Voice of Malta Fl 1964 inħatar direttur ġenerali tal istamperija tal Partit Laburista Freedom Press Xuereb ikkontesta l elezzjonijiet tal 1962 u ġie elett għall ewwel darba Huwa baqa jzomm is siġġu parlamentari tiegħu fl elezzjonijiet tal 1966 1971 1976 u 1981 Huwa kellu diversi karigi fil gvernijiet Laburisti fosthom Ministru tal Industrija u Kummerċ fl 1971 sakemm imbagħad irrizenja mill Parlament fis 17 ta April 1983 biex ġie ikkoopjat bħala membru parlamentari Karmenu Mifsud Bonnici li kien se jilħaq mexxej tal MLP Huwa kien spiker tal Parlament fiz zmien imqanqal ta bejn Lulju 1986 u Frar 1987 Huwa kien ukoll ukoll chairperson tal Mid Med Bank tal Medigrain tal Investment Finance Bank u tal Malta Development Corporation Aġent President Pawlu Xuereb inħatar aġent President ta Malta fis 16 ta Frar 1987 u baqa sal 4 ta April 1989 Wara l inċidenti vjolenti fir Rabat tal 1987 Xuereb għamel appell imqanqal minn fuq it televizjoni biex tieqaf immedjatament il vjolenza Mart Pawlu Xuereb Edwige mhux l ewwel darba li esprimiet pubblikament ix xewqa li fis sala tal fejn jinzammu l kwadri tal eks Presidenti jitwaħħal ukoll kwadru tiegħu LetteraturaPawlu Xuereb kien ukoll awtur ta bosta kotba l iktar stejjer tad ditektivs Il kotba li ħareġ jinkludu Il Kaz tat tfajla maħruqa 1966 Is Serqa ta Nicolas Cotoner 1967 Qtil f San Pawl il Baħar 1968 Runduvu 1971 Meta 1986 rebbieħ tal Premju Letterarju għal dik is sena Pitirross li ġie Malta u stejjer oħra 1989 MewtHu miet ta 71 sena nhar is 6 ta Settembru 1994 u ngħata funeral statali Huwa kien mizzewweġ lil Edwige mwielda Muscat u kellhom tifla Marija Fil Ġnien tar Rabat hemm monument tiegħu xogħol l iskultur Anton Agius Ħoloq esterniPaġna fuq is sit uffiċjali tal President ta Malta