Peter Serracino Inglott Valletta 26 t April 1936 16 ta Marzu 2012 magħruf komunament bħala Father Peter kien saċerdot fi
Peter Serracino Inglott

Peter Serracino Inglott (Valletta, 26 t'April, 1936 - 16 ta' Marzu, 2012), magħruf komunament bħala Father Peter, kien saċerdot, filosfu, professur, u eks-Rettur tal-Università ta' Malta. Huwa kien ċentrali fir-rikostruzzjoni tas-sistema edukattiva Maltija wara l-1987.
Peter Serracino Inglott | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Valletta, 26 April 1936 | ||
Nazzjonalità | Malta | ||
Mewt | Malta, 16 Marzu 2012 | ||
Kawża tal-mewt | kawżi naturali ( (en) ) | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Università ta' Malta (1951 - 1955) Baċellerat tal-Arti Campion Hall (en) (1955 - 1958) Masters tal-Arti Catholic University of Paris (en) (1958 - 1960) Bachelor of Divinity (en) Università Cattolica del Sacro Cuore (en) (1960 - 1963) PhD fil-filosofija | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | politiku | ||
Impjegaturi | Università ta' Pariġi College of Europe (en) Università ta' Malta | ||
Premjijiet | List
|
Ħajja
Bin Oscar u Maria Calamatta, Serracino Inglott kien ordnat qassis f'Milan fl-1962 minn Kardinal Montini li aktar 'il quddiem ġie proklamat Papa Pawlu VI.
Bejn l-1987 u l-1988, u mill-1 ta' Lulju 1991 sa meta rtira fl-1996, hu serva bħala Rettur tal-Università ta' Malta. Hu mexxa t-tibdil kbir u fetaħ l-Universita' għall-kotra.
Fil-kitba tiegħu kien hemm esplorazzjoni sħiħa fil-valutazzjoni artistika tax-xogħol letterarju. Kien hemm fuq kollox proċess filosofiku.
Hu studja f'Malta, Pariġi, u Oxford fejn kien Rhodes Scholar u rebaħ il-Premju tal-Kanċillier għall-Ingliż. Studja fl-Institut Catholique de Paris (BD cum laude 1958-1960) u fl-Università Cattolica del Sacro Cuore (Ph.D. 1960-1963) b'teżi fuq it-Tractatus Logico-Philosophicus ta' Wittgenstein. Għallem il-filosofija f'Malta, Ottawa, Venezja u Milan. Kien membru ta' diversi korpi internazzjonali u ppublika ħafna artikli fuq l-arti u l-kultura Maltija, l-estetika u r-reliġjon, u fuq il-fruntieri bejn il-filosofija u x-xjenzi soċjali.
F'ħajtu kellu diversi pożizzjonijiet għolja. Sena wara li nħatar qassis, jiġifieri fl-1963 kien Librar fl-Universita' ta' Malta u sentejn wara beda jgħallem il-Filosofija. Imbaghad fl-1971 laħaq Professur u Kap tad-Dipartiment tal-Filosofija. Serva wkoll bħala Dekan tal-Fakulta' tal-Arti.
Flimkien ma' Professur Salvino Busuttil fl-1974 waqqaf il-European Documentation Centre fil-Belt Valletta. Kien iċ-Chairman tiegħu meta fl-1992 sar il-European Documentation and Research Centre, fejn ħadem mill-qrib mal-Professur Roderick Pace.
Fl-1978 laħaq Direttur tal-Istitut tal-Filosofija u l-Istudji umani.
Kien ukoll Professur fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta' Malta.
Serracino Inglott kien professur tal-estetika fl-Instituto Internazionale di Arte e Liturgia ta' Milan, visiting professor fl-Università ta' Pariġi II (Sorbonne – Pantheon) (1989-1990), UNESCO Fellow fl-Open University, UK (1978) u guest lecturer fl-universitajiet ta' Cincinnati, Milan (Cattolica), Venezja (Ca Foscari), Palermo u l-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges (1989, 1990).
Għal disa' snin bejn l-1987 u l-1996 serva bħala Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Fl-istess snin kien ukoll Konsulent tal-Prim Ministru ta' Malta ta' dak iż-żmien Eddie Fenech Adami. Reġa' serva bħala Konsulent bejn l-1998 u l-2004. Minkejja dan f'mewtu, Joseph Muscat, il-Mexxej tal-Partit Laburista stqarr li "l-Professur Peter Serracino Inglott kien protagonist ewlieni tal-ħajja intellettwali ta' pajjiżna għall-kważi nofs seklu. Għamilna għażliet politiċi differenti minn xulxin iżda ir-rispett u l-istima tagħna lejh bħala bniedem, bħala studjuż, bħala saċerdot, u bħala Malti li ħabb lill-pajjiżu, kienu għoljin ħafna. Minkejja dawn l-għażliet, kien hemm art komuni ta' soċjetà aktar ġusta, aktar tolleranti u aktar miftuħa. F'ismi, f'isem marti Michelle, il-familja tiegħi u l-Partit Laburista nesprimi s-sogħba tagħna għat-telfa ta' dan l-intelletwali ewlieni Malti."
Filosofija, Politika u Arti
Il-filosofija ta’ Fr Peter dejjem poġġiet lill-bniedem sħiħ fil-qalba ta’ kull azzjoni politika f’dak li hu kien isejjaħ “il-primat tal-bniedem”. Bħala saċerdot u studjuż, dejjem fittex li jlaqqa’ flimkien it-tiftix razzjonali mat-twemmin. Għalih, “l-iskoperta ta’ Alla qiegħda fl-istħarriġ fil-fond, b’mod speċjali tal-ħolqien, u dan jiġi biss mill-istudju”.
Il-kontribut ta’ Fr Peter kien wieħed fl-aqwa sens ta’ dak li hu politiku, jiġifieri l-politika bħala mezz li jittraduċi ħsieb u valuri f’azzjoni prattika favur in-nies u l-familji biex dawn jilħqu l-milja tagħhom.
Fost il-kontributi kbar ta’ Fr Peter hemm l-impenn tiegħu fil-qasam soċjali, edukattiv, kulturali u artistiku. Bħala bniedem li ħabb l-għerf kien iddikjara li jixtieq li “l-Università ssir id-dar tal-poplu kollu” u wara l-1987 dan wettqu meta nebbaħ u mexxa r-riformi edukattivi li rrivoluzzjonaw dan il-qasam u fetħu beraħ il-bibien tal-Università u ta’ istituzzjonijiet edukattivi oħrajn għal kulħadd. Bħala Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija saħaq fuq il-bżonn li Malta tkun fuq quddiem nett fil-qasam tal-iżviluppi teknoloġiċi.
Kontribut ieħor tiegħu kien dwar is-soċjetà tal-wens, li fiha l-bniedem ma jkunx il-klijent tal-Istat iżda jkun il-qalba ta’ sistema sħiħa li tinkludi l-familja, il-privat u l-volontarjat f’soċjetà li tagħti sedqa u dinjità lil kull persuna.
Fr Peter jibqa’ msemmi kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna għall-kontribut li ta fil-qasam soċjali, edukattiv, kuturali u artistiku, iżda fuq kollox jibqa’ mfakkar għall-umiltà tiegħu u għal kemm kien aċċessibli għal kulħadd.
Mewt
Fl-aħħar ftit xhur ta' ħajtu, hu beda jsoffri mill-marda Creuzfeldt-Jakob. Il-funeral tiegħu sar fit-23 ta' Marzu 2012, wara li tpoġġa għall-qima tal-pubbliku, l-ewwel fuq il-kampus tal-Universita', u aktar tard il-Knisja tal-Ġiżwiti l-Belt. Il-quddiesa presente catavere saret fil-Knisja ta' San Pawl il-Belt stess, wara korteo li telaq mill-Knisja tal-Ġiżwiti.
Unuri
- Dottorat Honoris Causa mill-Università ta' Brunel tar-Renju Unit
- Dottorat Honoris Causa mil-Luther College, Iowa
- Dottorat Honoris Causa mill-International Maritime Law Institute.
- Chevalier of the Légion d'honneur (1990) mill-Gvern Franċiż
- Cavaliere di Gran Croce of the Ordine al Merito (1995) mill-Gvern Taljan
- Gra-Cruz da Ordem (1995) mill-Gvern Portugiż
- Kumpann tal-Ordni tal-Mertu (1995) mill-Gvern Malti
Kitbiet tiegħu
- Linji Ġodda (1973)
- ‘Secolarizzazione e linguaggio’, fi Crisi dell’Occidente e Fondazione della Cultura (ed. N. Incardona), Palermo (1976);
- ‘Malta and the EEC: The Priority of Political Considerations’, f' Azad Perspektiv, Malta, no. 8 (1979);
- The Law of the Sea and the Development of Mediterranean Regional Institutions fi Small States in the Modern World: The Conditions of Survival (1979)
- Beginning Philosophy (1987)
- Mediterranean Music, UNESCO (1988) ma' Charles Camilleri
- Ilħna Mkissra (1989)
- Tal-Għaxra u Nofs l-Erwieħ (vol.I, 1989; vol. II, 1990; vol. III, 1991);
- ‘The Mediterranean Story-Telling Sailor: Odysseus and Sinbad’ f' Atti della Terza Assemblea Plenaria della Communità delle Università Mediterranee (1989);
- ‘Responsabilità morali degli scienziati nei confronti delle generazioni future’ fi Scienza ed Etica nella Centralità dell’ Uomo (ed. P. Cattorini), Milano (1990);
- Compostella, Malta (1993) Libretto of an Opera on the European significance of the pilgrimage in medieval and contemporary times;
- It-tieni mewt ta’ Lazzru (1994)
- Peopled Silence (1995)
- The Maltese Cross, Malta (1995) – A European Opera on the mystery of Schiller’s Die Malteser;
- Pynchon, Wittgenstein and Malta (1995) ma' Petra Bianchi et al.;
- The volume Interfaces, essays in honour of Peter Serracino-Inglott (1997) b'kontribuzzjonijiet ta':
- Alain Blondy (Professor of History at the Sorbonne)
- David E. Cooper (Professor of Philosophy at the University of Durham)
- David Farley-Hills (Emeritus Professor at the University of Wales)
- John Haldane (Professor of Philosophy and Head of the School of Philosophical and Anthropological Studies at the University of St. Andrews)
- Peter Jones (Professor of Philosophy and Director of the Institute for Advanced Studies in the Humanities at the University of Edinburgh)
- Elisabeth Mann Borgese (Professor of Politics at Dalhousie University)
- Federico Mayor (Director General of UNESCO)
- Paul Streeten (Professor of Economics and chairman of the editorial board of the bi-monthly journal World Development)
- jinkludi bijografija qasira ta' Peter Serracino Inglott miktuba minn Joe Friggieri u bibliografija annotata.
- Encounters with Malta (ed. with Petra Bianchi) (2000)
- A Quest for Knighthood- Caravaggio for Children of all Ages (ma' Arja Nukarinen) (2009)
- Perichoresis. A Meditation on the Icon of Our Lady of Damascus, Librerija Preca, (2010)
Libretti ta' Opri
- Compostella (1993) bit-Taljan;
- The Maltese Cross (1995);
- Zebra (2000);
- Elisabeth; or to be a Mann (2005).
Referenzi
- ^ Malta loses its ‘most brilliant mind’ Malta titlef l-iktar moħħ brillanti, artiklu fuq timesofmalta.com.
Ħoloq esterni
- Biografiji - Fr. Peter Serracino Inglott
- Filosofija f'Malta
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Peter Serracino Inglott, X'inhi Peter Serracino Inglott? Xi tfisser Peter Serracino Inglott?
Peter Serracino Inglott Valletta 26 t April 1936 16 ta Marzu 2012 magħruf komunament bħala Father Peter kien saċerdot filosfu professur u eks Rettur tal Universita ta Malta Huwa kien ċentrali fir rikostruzzjoni tas sistema edukattiva Maltija wara l 1987 Peter Serracino InglottretturĦajjaTwelid Valletta 26 April 1936Nazzjonalita MaltaMewt Malta 16 Marzu 2012Kawza tal mewt kawzi naturali en EdukazzjoniAlma mater Universita ta Malta 1951 1955 Baċellerat tal Arti Campion Hall en 1955 1958 Masters tal Arti Catholic University of Paris en 1958 1960 Bachelor of Divinity en Universita Cattolica del Sacro Cuore en 1960 1963 PhD fil filosofijaOkkupazzjoniOkkupazzjoni politikuImpjegaturi Universita ta Pariġi College of Europe en Universita ta MaltaPremjijiet List 1955 ĦajjaBin Oscar u Maria Calamatta Serracino Inglott kien ordnat qassis f Milan fl 1962 minn Kardinal Montini li aktar il quddiem ġie proklamat Papa Pawlu VI Bejn l 1987 u l 1988 u mill 1 ta Lulju 1991 sa meta rtira fl 1996 hu serva bħala Rettur tal Universita ta Malta Hu mexxa t tibdil kbir u fetaħ l Universita għall kotra Fil kitba tiegħu kien hemm esplorazzjoni sħiħa fil valutazzjoni artistika tax xogħol letterarju Kien hemm fuq kollox proċess filosofiku Hu studja f Malta Pariġi u Oxford fejn kien Rhodes Scholar u rebaħ il Premju tal Kanċillier għall Ingliz Studja fl Institut Catholique de Paris BD cum laude 1958 1960 u fl Universita Cattolica del Sacro Cuore Ph D 1960 1963 b tezi fuq it Tractatus Logico Philosophicus ta Wittgenstein Għallem il filosofija f Malta Ottawa Venezja u Milan Kien membru ta diversi korpi internazzjonali u ppublika ħafna artikli fuq l arti u l kultura Maltija l estetika u r reliġjon u fuq il fruntieri bejn il filosofija u x xjenzi soċjali F ħajtu kellu diversi pozizzjonijiet għolja Sena wara li nħatar qassis jiġifieri fl 1963 kien Librar fl Universita ta Malta u sentejn wara beda jgħallem il Filosofija Imbaghad fl 1971 laħaq Professur u Kap tad Dipartiment tal Filosofija Serva wkoll bħala Dekan tal Fakulta tal Arti Flimkien ma Professur Salvino Busuttil fl 1974 waqqaf il European Documentation Centre fil Belt Valletta Kien iċ Chairman tiegħu meta fl 1992 sar il European Documentation and Research Centre fejn ħadem mill qrib mal Professur Roderick Pace Fl 1978 laħaq Direttur tal Istitut tal Filosofija u l Istudji umani Kien ukoll Professur fil Fakulta tat Teoloġija tal Universita ta Malta Serracino Inglott kien professur tal estetika fl Instituto Internazionale di Arte e Liturgia ta Milan visiting professor fl Universita ta Pariġi II Sorbonne Pantheon 1989 1990 UNESCO Fellow fl Open University UK 1978 u guest lecturer fl universitajiet ta Cincinnati Milan Cattolica Venezja Ca Foscari Palermo u l Kulleġġ tal Ewropa fi Bruges 1989 1990 Għal disa snin bejn l 1987 u l 1996 serva bħala Chairman tal Kunsill Malti għax Xjenza u t Teknoloġija Fl istess snin kien ukoll Konsulent tal Prim Ministru ta Malta ta dak iz zmien Eddie Fenech Adami Reġa serva bħala Konsulent bejn l 1998 u l 2004 Minkejja dan f mewtu Joseph Muscat il Mexxej tal Partit Laburista stqarr li l Professur Peter Serracino Inglott kien protagonist ewlieni tal ħajja intellettwali ta pajjizna għall kwazi nofs seklu Għamilna għazliet politiċi differenti minn xulxin izda ir rispett u l istima tagħna lejh bħala bniedem bħala studjuz bħala saċerdot u bħala Malti li ħabb lill pajjizu kienu għoljin ħafna Minkejja dawn l għazliet kien hemm art komuni ta soċjeta aktar ġusta aktar tolleranti u aktar miftuħa F ismi f isem marti Michelle il familja tiegħi u l Partit Laburista nesprimi s sogħba tagħna għat telfa ta dan l intelletwali ewlieni Malti Filosofija Politika u ArtiIl filosofija ta Fr Peter dejjem poġġiet lill bniedem sħiħ fil qalba ta kull azzjoni politika f dak li hu kien isejjaħ il primat tal bniedem Bħala saċerdot u studjuz dejjem fittex li jlaqqa flimkien it tiftix razzjonali mat twemmin Għalih l iskoperta ta Alla qiegħda fl istħarriġ fil fond b mod speċjali tal ħolqien u dan jiġi biss mill istudju Il kontribut ta Fr Peter kien wieħed fl aqwa sens ta dak li hu politiku jiġifieri l politika bħala mezz li jittraduċi ħsieb u valuri f azzjoni prattika favur in nies u l familji biex dawn jilħqu l milja tagħhom Fost il kontributi kbar ta Fr Peter hemm l impenn tiegħu fil qasam soċjali edukattiv kulturali u artistiku Bħala bniedem li ħabb l għerf kien iddikjara li jixtieq li l Universita ssir id dar tal poplu kollu u wara l 1987 dan wettqu meta nebbaħ u mexxa r riformi edukattivi li rrivoluzzjonaw dan il qasam u fetħu beraħ il bibien tal Universita u ta istituzzjonijiet edukattivi oħrajn għal kulħadd Bħala Chairman tal Kunsill Malti għax Xjenza u t Teknoloġija saħaq fuq il bzonn li Malta tkun fuq quddiem nett fil qasam tal izviluppi teknoloġiċi Kontribut ieħor tiegħu kien dwar is soċjeta tal wens li fiha l bniedem ma jkunx il klijent tal Istat izda jkun il qalba ta sistema sħiħa li tinkludi l familja il privat u l volontarjat f soċjeta li tagħti sedqa u dinjita lil kull persuna Fr Peter jibqa msemmi kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna għall kontribut li ta fil qasam soċjali edukattiv kuturali u artistiku izda fuq kollox jibqa mfakkar għall umilta tiegħu u għal kemm kien aċċessibli għal kulħadd MewtFl aħħar ftit xhur ta ħajtu hu beda jsoffri mill marda Creuzfeldt Jakob Il funeral tiegħu sar fit 23 ta Marzu 2012 wara li tpoġġa għall qima tal pubbliku l ewwel fuq il kampus tal Universita u aktar tard il Knisja tal Ġizwiti l Belt Il quddiesa presente catavere saret fil Knisja ta San Pawl il Belt stess wara korteo li telaq mill Knisja tal Ġizwiti UnuriDottorat Honoris Causa mill Universita ta Brunel tar Renju Unit Dottorat Honoris Causa mil Luther College Iowa Dottorat Honoris Causa mill International Maritime Law Institute Chevalier of the Legion d honneur 1990 mill Gvern Franċiz Cavaliere di Gran Croce of the Ordine al Merito 1995 mill Gvern Taljan Gra Cruz da Ordem 1995 mill Gvern Portugiz Kumpann tal Ordni tal Mertu 1995 mill Gvern MaltiKitbiet tiegħuLinji Ġodda 1973 Secolarizzazione e linguaggio fi Crisi dell Occidente e Fondazione della Cultura ed N Incardona Palermo 1976 Malta and the EEC The Priority of Political Considerations f Azad Perspektiv Malta no 8 1979 The Law of the Sea and the Development of Mediterranean Regional Institutions fi Small States in the Modern World The Conditions of Survival 1979 Beginning Philosophy 1987 Mediterranean Music UNESCO 1988 ma Charles Camilleri Ilħna Mkissra 1989 Tal Għaxra u Nofs l Erwieħ vol I 1989 vol II 1990 vol III 1991 The Mediterranean Story Telling Sailor Odysseus and Sinbad f Atti della Terza Assemblea Plenaria della Communita delle Universita Mediterranee 1989 Responsabilita morali degli scienziati nei confronti delle generazioni future fi Scienza ed Etica nella Centralita dell Uomo ed P Cattorini Milano 1990 Compostella Malta 1993 Libretto of an Opera on the European significance of the pilgrimage in medieval and contemporary times It tieni mewt ta Lazzru 1994 Peopled Silence 1995 The Maltese Cross Malta 1995 A European Opera on the mystery of Schiller s Die Malteser Pynchon Wittgenstein and Malta 1995 ma Petra Bianchi et al The volume Interfaces essays in honour of Peter Serracino Inglott 1997 b kontribuzzjonijiet ta Alain Blondy Professor of History at the Sorbonne David E Cooper Professor of Philosophy at the University of Durham David Farley Hills Emeritus Professor at the University of Wales John Haldane Professor of Philosophy and Head of the School of Philosophical and Anthropological Studies at the University of St Andrews Peter Jones Professor of Philosophy and Director of the Institute for Advanced Studies in the Humanities at the University of Edinburgh Elisabeth Mann Borgese Professor of Politics at Dalhousie University Federico Mayor Director General of UNESCO Paul Streeten Professor of Economics and chairman of the editorial board of the bi monthly journal World Development jinkludi bijografija qasira ta Peter Serracino Inglott miktuba minn Joe Friggieri u bibliografija annotata Encounters with Malta ed with Petra Bianchi 2000 A Quest for Knighthood Caravaggio for Children of all Ages ma Arja Nukarinen 2009 Perichoresis A Meditation on the Icon of Our Lady of Damascus Librerija Preca 2010 Libretti ta Opri Compostella 1993 bit Taljan The Maltese Cross 1995 Zebra 2000 Elisabeth or to be a Mann 2005 Referenzi Malta loses its most brilliant mind Malta titlef l iktar moħħ brillanti artiklu fuq timesofmalta com Ħoloq esterniBiografiji Fr Peter Serracino Inglott Filosofija f Malta