Plotinu Grieg Πλωτῖνος ca 204 5 270 WK kien filosfu ewlieni tal qedem Fis sistema teoretika tiegħu hemm tliet prinċipji
Plotinu

Plotinu (Grieg: Πλωτῖνος) (ca. 204/5–270 WK) kien filosfu ewlieni tal-qedem. Fis-sistema teoretika tiegħu hemm tliet prinċipji: il-Wieħed, l-Intellett, u r-Ruħ. L-għalliem tiegħu kien u kien parti mit-tradizzjoni Platonika. Storiċi tas-seklu 19 ivvintaw it-terminu u applikawh għalih u għall-filosofija tiegħu, li kienet influwenti fl-. Ħafna mill-informazzjoni bijografika dwar Plotinu ġejja mid-daħla ta' għall-edizzjoni tiegħu tal- ta' Plotinu. Il-kitbiet tiegħu ispiraw sekli sħaħ ta' metafiżiċi u mistiċi , , , u .
Bijografija
jikteb li Plotinu kellu 66 sena meta miet fis-sena 270, it-tieni sena tar-renju tal-imperatur , li jindika li s-sena tat-twelid tiegħu kienet il-205 WK. jikteb li Plotinu twieled f'Likopoli (Lycopolis), fl-Eġittu elenizzat "Plotinu". Lyco bil-Grieg tfisser "lupu". L-istess għerq intuża għal-Liċew (Lukos / Λύκος) ta' Aristotli fl-Eġittu - l-inħawi tal-lupu.
Bħal Platonisti oħrajn, Plotinu kellu sfiduċja intrinsika fil-materjaliżmu, u kien jemmen li l- huma kopja, jew mimika () ta' xi ħaġa "ogħla u inteliġibbli" [VI.I] li kienet "il-parti l-aktar veritiera tal- ġenwin". Din l-isfiduċja estendiha għall-ġisem, inkluż ġismu stess; Porfirju jgħid li darba minnhom ma riedx li jitpinġa ritratt tiegħu, x'aktarx għall-istess raġunijiet ta' disgust. Bl-istess mod Plotinu qatt ma ddiskuta l-antenati tiegħu, it-tfulija, jew il-post u d-data tat-twelid tiegħu. Skont il-kitbiet kollha dwaru, il-ħajja personali u soċjali tiegħu tixhed l-ogħla livelli morali u spiritwali.
Madwar is-sena 232, ta' 27 sena Plotinu vvjaġġa lejn biex jistudja l-filosofija. Hemmhekk ma għoġbu ħadd mill-għalliema tiegħu, sakemm xi ħadd issuġġerielu li jisma' l-ideat ta' . Meta sema' l-lezzjonijiet ta' Ammonju, huwa qal lil ħabib tiegħu, "dan hu r-raġel li kont qed infittex," u beda studju intensiv taħt l-għalliem ġdid tiegħu. Minbarra Ammonju, Plotinu kien influwenzat ukoll mix-xogħlijiet ta' , , u diversi Stojċi.
Spedizzjoni lejn il-Persja u r-ritorn Ruma
Wara ħdax-il sena f'Lixandra, ta' madwar 38 sena, huwa ddeċieda li jivestiga l-filosofija ta' filosfi u . F'tentattiv biex jikseb dan, huwa ħalla Lixandra u ngħaqad mal-armata ta' meta din kienet qed tavvanza fuq il-Persja. Madankollu, il-kampanja militari kienet falliment, u mal-mewt ta' Gordjanu Plotinu sab ruħu mitluf f'art ostili, u irnexxielu jmur lura biss b'diffikultajiet kbar.
Meta kellu 40 sena, waqt ir-renju ta' , huwa wasal Ruma, fejn baqa' kważi għall-kumplament ta' ħajtu. Hemmhekk ġibed lejh diversi studenti. Dawk l-eqreb lejh kienu jinkludu lil , lil tat-, lis-Senatur u lil , tabib li ddedika ħajtu għat-tagħlim Plotinu u li baqa' jassistih sal-mewt.
Is-snin suċċessivi
Kemm dam Ruma, Plotina kiseb ukoll ir-rispett tal-Imperatur u ta' martu . F'punt minnhom Plotinu pprova jikkonvinċi lil Galljenu jerġa' jibni komunita' abbandunata f', magħrufa bħala 'Belt il-Filosfi', fejn l-abitanti setgħu jgħixu skont il-kostituzzjoni mfassla fil-Liġijiet ta' Platun. Għal xi raġuni mhux magħrufa minn Porfirju, din it-talba qatt ma ngħatat sussidju Imperjali.
Sussegwentement Porfirju mar jgħix Sqallija, u hemm sar jaf li l-eks għalliem tiegħu kien miet. Il-filosfu kien qatta' l-aħħar jiem tiegħu għalih waħdu, f'biċċa art ġewwa Campania, imħallija lilu minn sieħbu Zethos. Skont ir-rakkont ta' Ewstokju, li assistih fl-aħħar mumenti tiegħu, l-aħħar kliem ta' Plotinu kien: "Stinkaw biex tagħtu d-Divin li jinsab fikom lura lid-Divin li jinsab f'Kollox." Ewstokju jikteb li daħal serp taħt is-sodda li fuqha kien jinsab Plotinu, u li malli dan tal-aħħar miet, iżżerżaq 'il barra minn toqba fil-ħajt.
Plotinu ħalla diversi kitbiet li saru l-, miktubin fuq medda ta' snin minn madwar is-sena 253 sa ftit xhur qabel ma miet, sbatax-il sena wara. Porfirju jinnota li l-Enneadi, qabel ma hu stess ikkompilahom u rranġahom, kienu biss il-ġabra enormi ta' noti u kitbiet li Plotinu kien juża fil-lezzjoni li jagħti u fid-dibattiti tiegħu. Plotinu kien isibha diffiċli jirrevedi xogħlu, minħabba l-vista batuta li kellu, iżda kitbietu kienu jitolbu editjar intensiv. Skont Porfirju, il-kitba ta' Plotinu kienet waħda atroċi; ma kienx jifred il-kliem kif suppost; u ma tantx kien jaqa' u jqum mir-regoli tal-ortografija. Plotinu kien jobgħod il-proċess editorjali, u ħalla din il-biċċa xogħol f'idejn Porfirju, li mhux biss irfina x-xogħol tal-għalliem tiegħu, iżda wkoll ġabru fl-arranġament li għandha llum.
Tagħlim
Il-Wieħed
- Ara wkoll:
Fost it-tagħlim ta' Plotinu hemm "il-Wieħed": suprem, kompletament tranxendenti, mingħajr ebda distinzjoni, multipliċità jew distinzjoni; bl-istess mod, huwa lil hinn minn kull kategorija tal- u l-. Il-kunċett tal-"kewn" huwa derivat minna permezz tal-oġġetti tal-esperjenza tal-bniedem, imsejħin dijade, u huwa attribut ta' tali oġġetti, iżda l-Wieħed infinit u tranxendenti jmur lil hinn minn tali oġġetti, u allura jmur lil hinn mill-kunċetti li nidderivaw minnhom. Il-Wieħed "ma jista' jkun ebda oġġett eżistenti", u l-anqas ma jista' jkun sempliċement is-somma ta' tali oġġetti, iżda jiġi "qabel kulma jeżisti". Allura, ebda attribut ma jista' jiġi assenjat għall-Wieħed. Nistgħu biss nidentifikawh mat-Tajjeb u mal-prinċipju tas-Sbuħija. [I.6.9]
Per eżempju, il- ma jistax ikun attribwit mal-Wieħed għaliex jimpli distinżjoni bejn ħassieb u l-oġġett tal-ħsieb (mill-ġdid, dijade). Anke l-intelliġenza awto-kontemplativa (in- tan-) titlob . "Ladarba tlissen 'It-Tajjeb,' iżżid xejn iktar: ma' kull żieda, u proporzjonali ma' dik iż-żieda, tkun qed iddaħħal defiċenza." [III.8.11] Plotinu jiċħad li l-Wieħed huwa senzjenti, konxju minnu nnifsu, u li jwettaq azzjonijiet (ergon) [V.6.6]. Minflok, jekk wieħed jinsisti li jrid jiddeskrivi lill-Wieħed, allura jrid isejjaħlu dinamiżmu pur, jew potenzjalità li mingħajra xejn ma jista' jeżisti. [III.8.10] Plotinu jispjega li huwa impossibbli għall-wieħed li jkun Kewn jew Alla Ħallieq konxju minnu nnifsu. F'[V.6.4], Plotinu jqabbel lill-Wieħed mad-"Dawl", 'in- Divin max-"Xemx" u fl-aħħar ir-Ruħ mal-"Qamar" li d-dawl tagħha hu biss "derivazjoni tad-dawl tax-Xemx". L-ewwel dawl jista' jeżisti mingħajr il-bżonn tax-Xemx.
Il-Wieħed, li jmur lil hinn mill-attributi kollha, inkluż il-kewn jew in-nuqqas tiegħu, hu l-għajn tad-dinja - iżda mhux permezz ta' xi att ta' ħolqien, mixtieq jew le, għaliex il-Wieħed, li ma jinbidilx, ma jistax jingħata l-attribut tal-Attività. Plotinu minflok jargumenta li l-multiplu ma jistax jeżisti mingħajr is-sempliċi. Dak "inqas perfett" irid bilfors joħroġ minn dak li hu "perfett" jew "iktar perfett". Allura, il-"ħolqien" kollu joħroġ mill-Wieħed fi stadji suċċessivi ta' inqas u inqas perfezzjoni. Dan l-istadji m'humhiex iżolati temporalment, iżda jseħħu mal-medda taż-żmien bħala proċess kostanti. Plotinu hawnhekk jirriżolvi l-kwistjoni bejn l-ontoloġija ta' Platun u l- (att u potenzjal) ta' Aristotli. Il-kwistjoni kienet li Aristotli, billi rriżolva argument ta' Parmenide - (l-) - kontra l-ontoloġija u t-teorija tal-forom ta' Platun, ħoloq skola oħra ta' ħsieb filosofiku. Hawnhekk Plotinu jirrikonċilja "it-Tajjeb fuq id-" mit- ta' Platun mal- tal-Actus et potentia ta' Aristotli. Plotinu jagħmel dan billi jagħmel il-potenzjal, jew il-qawwa, il-Wieħed u d-demiurgu, jew id-diade, il-komponent tal-azzjoni jew tal-enerġija fl- filosofika. Filosfi Neoplatoniċi li ġew iktar tard, speċjalment , żiedu mijiet ta' essri intermedji bħala ħarġiet bejn il-Wieħed u l-Bniedem' iżda s-sistema ta' Plotinu hi ħafna iktar sempliċi.
Il-Wieħed m'huwiex biss kunċett intellettwali, iżda xi ħaġa li tista' tiġi esperjenzata, esperjenza fejn wieħed imur lil hinn minn kull multipliċità. Plotinu jikteb, "Imissna l-aqqas biss ngħidu li ħa jara, iżda li ser ikun dak li jara, jekk tassew jibqa' possibbli li wieħed jiddistingwi bejn dak li jara u l-muri, mingħajr ma wieħed isostni bla biżgħa li t-tnejn huma, filfatt, wieħed."
Emanazzjoni mill-Wieħed
Plotinu joffri alternattiva għall-kunċett Kristjan Ortodoss tal-ħolqien (mix-xejn), liema kunċett jattribwixxi lil Alla d-deliberazzjoni tal- u l-azzjoni tar-rieda, għalkemm Plotinu qatt jsemmi 'l-Kristjaneżmu fix-xogħlijiet tiegħu. L-emanazzjoni ex deo (minn Alla) tikkonferma t-tranxendenza assoluta tal-Wieħed, u allura tagħmel l-iżvolġiment tal-kosmos sempliċement konsegwenza tal-eżistenza t'Alla; il-Wieħed bl-ebda mod ma jiġi affetwat jew imnaqqas b'dawn l-emanazzjonijiet. Plotinu juża l-analoġija tax-Xemx li tarmi d-dawl mingħajr diskriminazzjoni mingħajr ma tnaqqas lilha nfisha, jew ta' rifless f'mera li b'ebda mod ma tnaqqas jew b'xi mod tibdel l-oġġett rifless.?
L-ewwel emanazzjoni hija n- (il-Monti jew Moħħ divin, logos jew ordni, Ħsieb, Raġuni), identifikata metaforikament mad- fit- ta' . Hija l-ewwel lejn it-Tajjeb. Min-Nous joħroġ l-, jew l-ispirtu, tad-dinja, li Plotinu jaqsam fi tnejn, l-għoli u l-baxx, filwaqt li jidentifika l-aspett baxx tar-Ruħ man-. Mill-Anima Mundi toħroġ ir-ruħ individwali, u finalment il-materja, fl-aktar livell baxx fil-katina tal-, u allura l-inqas livell fil-kosmos.
Plotinu sostna li n-natura essenzjali tal-ħolqien hi waħda divina, għaliex fl-aħħar mill-aħħar din ħierġa mill-Wieħed, permezz tan-nous u l-Anima Mundi. Huwa permezz tat-Tajjeb u tas-Sbuħija li nagħrfu lill-Wieħed, l-ewwel f'affarijiet materjali u mbagħad fil-.
In-natura essenzjalment devozzjonali tal-filosofija ta' Plotinu toħroġ ukoll mill-kunċett tiegħu ta' - il-kisba t'unjoni f'estasi mal-Wieħed. Porfirju jirrakkonta li Plotinu kiseb dan it-twaħħid erba' darbiet kemm dam jafu. Dan jista' jitqabbel mal-kunċetti tal-, il-ħelsien, u kunċetti oħra t' komuni f'ħafna tradizzjonijiet kemm tal-Lvant u tal-Punent.
Il-Bniedem Veru u l-Hena
L-hena awtentika tal-bniedem għal Plotinu tikkonsisti f'li dan jidentifika ruħu ma' dak li hu l-aqwa fl-univers. Minħabba li l-hena tmur lil hinn minn dak kollu li hu materjali, Plotinu jisħaq li r-rikkezzi tad-dinja ma jikkontrollawx l-hena vera tal-bniedem. (Enneadi I.4.4) L-argument ta' Plotinu dwar l-hena hu wieħed mill-akbar influwenzi tiegħu fuq il-ħsieb tal-Punent; dan għaliex kien wieħed minn tal-ewwel li daħħal l-idea li l- (l-hena) tintlaħaq biss bil-kuxjenza.
Il-bniedem veru huwa kapaċità kontemplattiva mhux korporja tar-ruħ, superjuri għal dak kollu li hu korporju. Jirriżulta, allura, li l-hena vera tal-bniedem hija indipendendi mid-dinja fiżika. L-hena vera hi, minflok, dipendenti fuq il-bniedem metafiżiku u awtentiku li jinsab fl-għola kapaċità tar-Raġuni. "Għaliex il-bniedem, speċjalment dak Profiċjenti, m'huwiex iż-żwieġ tar-Ruħ u l-ġisem: prova ta' dan hi li l-bniedem jista' jinqata' mill-ġisem u jiddisprezza t-tjubija apparenti tiegħu" (Enneadi I.4.14) Il-bniedem li kiseb l-hena ma jiddejjaqx mill-mard, mill-iskumdità, eċċ., għaliex l-attenzjoni tiegħu hu fuq l-aqwa u l-akbar affarijiet. L-hena awtentika tal-bniedem hi l-użu ta' dik il-kapaċità l-aktar awtentika tal-bniedem: il-kontemplazzjoni. Anke fl-aktar affarijiet ta' kuljum, f'dawk l-azzjonijiet fiżiċi l-aktar mundani, l-istagħnar tal-att tal-bniedem "... huwa determinat mill-fażi l-aktar għolja tar-Ruħ". (Enneadi III.4.6) Anke fl-aktar argumenti drammatiċi li Plotinu jikkunsidra (eżempju meta wieħed ikun jgħaddi minn tortura estrema), huwa jikkonkludi li dan isaħħaħ l-argument tiegħu li l-hena vera hija metafiżika, għaliex il-bniedem li huwa tassew ħieni jifhem li dak li qed jiġi ttorturat huwa biss ġisem, mhux l-istess individwu konxju, u li allura l-hena tippersisti.
Plotinu joffri deskrizzjoni sħiħa tal-kunċett tiegħu ta' persuna li laħqet eudaimonia. "Il-ħajja perfetta"? tinvolvi persuna b'kontroll fuq ir-raġuni u l-kontemplazzjoni. (Enneadi I.4.4) Il-bniedem ħieni ma jitbandalx bejn l-hena u d-dwejjaq, kif ħafna kontemporanji ta' Plotinu kienu jemmnu. L-Istojċi, per eżempju, kienu jiddubitaw l-abiltà ta' xi ħadd li jkun ħieni (jekk wieħed jassumi li l-hena hi l-kontemplazzjoni) jekk dan ikun mentalment inkapaċitat jew anke rieqed. Plotinu jiċħad dan, għaliex għalih ir-ruħ u l-bniedem veru ma jorqdux mhux marbutin bil-ħin jew biż-żmien; l-anqas ma l-bniedem ħaj li laħaq eudaimonia m'hu sejjer, f'daqqa waħda, jieqaf juża l-kapaċitajiet l-aktar awtentiċi tiegħu sempliċiment minħabba skumdità fil-lat fiżiku tiegħu. "...Ir-rieda tal-Profiċjenti hi magħmula dejjem, u biss, ġewwiena." (Enneadi I.4.11)
B'mod ġenerali, l-hena għal Plotinu hi "... ħarba mill-mogħdijiet u l-affarijiet ta' did-dinja" u l-attenzjoni fuq l-għola, jiġifieri l-Forom u l-Wieħed.
Referenzi
- ^ http://www.abc.net.au/rn/philosopherszone/stories/2011/3237626.htm. Parametru mhux magħruf
|title=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ http://plato.stanford.edu/entries/plotinus/. Parametru mhux magħruf
|title=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ Friggieri, Joe. , p.129. , 2000.
- ^ "Plotinus." The Columbia Electronic Encyclopedia, Sixth Edition. , 2003.
- ^ Porfirju, Dwar il-Ħajja ta' Plotinu u l-Ordni tal-Kotba tiegħu, Kap. 3
- ^ Stace, W. T. (1960) The Teachings of the Mystics, New York, Signet, pp110-123
- ^ Stace, W. T. (1960) The Teachings of the Mystics, New York, Signet, p122
- ^ I.6.6 and I.6.9
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Plotinu, X'inhi Plotinu? Xi tfisser Plotinu?
Plotinu Grieg Plwtῖnos ca 204 5 270 WK kien filosfu ewlieni tal qedem Fis sistema teoretika tiegħu hemm tliet prinċipji il Wieħed l Intellett u r Ruħ L għalliem tiegħu kien u kien parti mit tradizzjoni Platonika Storiċi tas seklu 19 ivvintaw it terminu u applikawh għalih u għall filosofija tiegħu li kienet influwenti fl Ħafna mill informazzjoni bijografika dwar Plotinu ġejja mid daħla ta għall edizzjoni tiegħu tal ta Plotinu Il kitbiet tiegħu ispiraw sekli sħaħ ta metafiziċi u mistiċi u Plotinu c 204 5 270 WK Bijografija dixxiplu ta Plotinu jikteb li Plotinu kellu 66 sena meta miet fis sena 270 it tieni sena tar renju tal imperatur li jindika li s sena tat twelid tiegħu kienet il 205 WK jikteb li Plotinu twieled f Likopoli Lycopolis fl Eġittu elenizzat Plotinu Lyco bil Grieg tfisser lupu L istess għerq intuza għal Liċew Lukos Lykos ta Aristotli fl Eġittu l inħawi tal lupu Bħal Platonisti oħrajn Plotinu kellu sfiduċja intrinsika fil materjalizmu u kien jemmen li l huma kopja jew mimika ta xi ħaġa ogħla u inteliġibbli VI I li kienet il parti l aktar veritiera tal ġenwin Din l isfiduċja estendiha għall ġisem inkluz ġismu stess Porfirju jgħid li darba minnhom ma riedx li jitpinġa ritratt tiegħu x aktarx għall istess raġunijiet ta disgust Bl istess mod Plotinu qatt ma ddiskuta l antenati tiegħu it tfulija jew il post u d data tat twelid tiegħu Skont il kitbiet kollha dwaru il ħajja personali u soċjali tiegħu tixhed l ogħla livelli morali u spiritwali Madwar is sena 232 ta 27 sena Plotinu vvjaġġa lejn biex jistudja l filosofija Hemmhekk ma għoġbu ħadd mill għalliema tiegħu sakemm xi ħadd issuġġerielu li jisma l ideat ta Meta sema l lezzjonijiet ta Ammonju huwa qal lil ħabib tiegħu dan hu r raġel li kont qed infittex u beda studju intensiv taħt l għalliem ġdid tiegħu Minbarra Ammonju Plotinu kien influwenzat ukoll mix xogħlijiet ta u diversi Stojċi Spedizzjoni lejn il Persja u r ritorn Ruma Wara ħdax il sena f Lixandra ta madwar 38 sena huwa ddeċieda li jivestiga l filosofija ta filosfi u F tentattiv biex jikseb dan huwa ħalla Lixandra u ngħaqad mal armata ta meta din kienet qed tavvanza fuq il Persja Madankollu il kampanja militari kienet falliment u mal mewt ta Gordjanu Plotinu sab ruħu mitluf f art ostili u irnexxielu jmur lura biss b diffikultajiet kbar Meta kellu 40 sena waqt ir renju ta huwa wasal Ruma fejn baqa kwazi għall kumplament ta ħajtu Hemmhekk ġibed lejh diversi studenti Dawk l eqreb lejh kienu jinkludu lil lil tat lis Senatur u lil tabib li ddedika ħajtu għat tagħlim Plotinu u li baqa jassistih sal mewt Is snin suċċessivi Kemm dam Ruma Plotina kiseb ukoll ir rispett tal Imperatur u ta martu F punt minnhom Plotinu pprova jikkonvinċi lil Galljenu jerġa jibni komunita abbandunata f magħrufa bħala Belt il Filosfi fejn l abitanti setgħu jgħixu skont il kostituzzjoni mfassla fil Liġijiet ta Platun Għal xi raġuni mhux magħrufa minn Porfirju din it talba qatt ma ngħatat sussidju Imperjali Sussegwentement Porfirju mar jgħix Sqallija u hemm sar jaf li l eks għalliem tiegħu kien miet Il filosfu kien qatta l aħħar jiem tiegħu għalih waħdu f biċċa art ġewwa Campania imħallija lilu minn sieħbu Zethos Skont ir rakkont ta Ewstokju li assistih fl aħħar mumenti tiegħu l aħħar kliem ta Plotinu kien Stinkaw biex tagħtu d Divin li jinsab fikom lura lid Divin li jinsab f Kollox Ewstokju jikteb li daħal serp taħt is sodda li fuqha kien jinsab Plotinu u li malli dan tal aħħar miet izzerzaq il barra minn toqba fil ħajt Plotinu ħalla diversi kitbiet li saru l miktubin fuq medda ta snin minn madwar is sena 253 sa ftit xhur qabel ma miet sbatax il sena wara Porfirju jinnota li l Enneadi qabel ma hu stess ikkompilahom u rranġahom kienu biss il ġabra enormi ta noti u kitbiet li Plotinu kien juza fil lezzjoni li jagħti u fid dibattiti tiegħu Plotinu kien isibha diffiċli jirrevedi xogħlu minħabba l vista batuta li kellu izda kitbietu kienu jitolbu editjar intensiv Skont Porfirju il kitba ta Plotinu kienet waħda atroċi ma kienx jifred il kliem kif suppost u ma tantx kien jaqa u jqum mir regoli tal ortografija Plotinu kien jobgħod il proċess editorjali u ħalla din il biċċa xogħol f idejn Porfirju li mhux biss irfina x xogħol tal għalliem tiegħu izda wkoll ġabru fl arranġament li għandha llum TagħlimIl Wieħed Ara wkoll Il Wieħed huwa bħal sors ta dawl li jinfirex fid dlamijiet Fost it tagħlim ta Plotinu hemm il Wieħed suprem kompletament tranxendenti mingħajr ebda distinzjoni multipliċita jew distinzjoni bl istess mod huwa lil hinn minn kull kategorija tal u l Il kunċett tal kewn huwa derivat minna permezz tal oġġetti tal esperjenza tal bniedem imsejħin dijade u huwa attribut ta tali oġġetti izda l Wieħed infinit u tranxendenti jmur lil hinn minn tali oġġetti u allura jmur lil hinn mill kunċetti li nidderivaw minnhom Il Wieħed ma jista jkun ebda oġġett ezistenti u l anqas ma jista jkun sempliċement is somma ta tali oġġetti izda jiġi qabel kulma jezisti Allura ebda attribut ma jista jiġi assenjat għall Wieħed Nistgħu biss nidentifikawh mat Tajjeb u mal prinċipju tas Sbuħija I 6 9 Per ezempju il ma jistax ikun attribwit mal Wieħed għaliex jimpli distinzjoni bejn ħassieb u l oġġett tal ħsieb mill ġdid dijade Anke l intelliġenza awto kontemplativa in tan titlob Ladarba tlissen It Tajjeb izzid xejn iktar ma kull zieda u proporzjonali ma dik iz zieda tkun qed iddaħħal defiċenza III 8 11 Plotinu jiċħad li l Wieħed huwa senzjenti konxju minnu nnifsu u li jwettaq azzjonijiet ergon V 6 6 Minflok jekk wieħed jinsisti li jrid jiddeskrivi lill Wieħed allura jrid isejjaħlu dinamizmu pur jew potenzjalita li mingħajra xejn ma jista jezisti III 8 10 Plotinu jispjega li huwa impossibbli għall wieħed li jkun Kewn jew Alla Ħallieq konxju minnu nnifsu F V 6 4 Plotinu jqabbel lill Wieħed mad Dawl in Divin max Xemx u fl aħħar ir Ruħ mal Qamar li d dawl tagħha hu biss derivazjoni tad dawl tax Xemx L ewwel dawl jista jezisti mingħajr il bzonn tax Xemx Il Wieħed li jmur lil hinn mill attributi kollha inkluz il kewn jew in nuqqas tiegħu hu l għajn tad dinja izda mhux permezz ta xi att ta ħolqien mixtieq jew le għaliex il Wieħed li ma jinbidilx ma jistax jingħata l attribut tal Attivita Plotinu minflok jargumenta li l multiplu ma jistax jezisti mingħajr is sempliċi Dak inqas perfett irid bilfors joħroġ minn dak li hu perfett jew iktar perfett Allura il ħolqien kollu joħroġ mill Wieħed fi stadji suċċessivi ta inqas u inqas perfezzjoni Dan l istadji m humhiex izolati temporalment izda jseħħu mal medda taz zmien bħala proċess kostanti Plotinu hawnhekk jirrizolvi l kwistjoni bejn l ontoloġija ta Platun u l att u potenzjal ta Aristotli Il kwistjoni kienet li Aristotli billi rrizolva argument ta Parmenide l kontra l ontoloġija u t teorija tal forom ta Platun ħoloq skola oħra ta ħsieb filosofiku Hawnhekk Plotinu jirrikonċilja it Tajjeb fuq id mit ta Platun mal tal Actus et potentia ta Aristotli Plotinu jagħmel dan billi jagħmel il potenzjal jew il qawwa il Wieħed u d demiurgu jew id diade il komponent tal azzjoni jew tal enerġija fl filosofika Filosfi Neoplatoniċi li ġew iktar tard speċjalment ziedu mijiet ta essri intermedji bħala ħarġiet bejn il Wieħed u l Bniedem izda s sistema ta Plotinu hi ħafna iktar sempliċi Il Wieħed m huwiex biss kunċett intellettwali izda xi ħaġa li tista tiġi esperjenzata esperjenza fejn wieħed imur lil hinn minn kull multipliċita Plotinu jikteb Imissna l aqqas biss ngħidu li ħa jara izda li ser ikun dak li jara jekk tassew jibqa possibbli li wieħed jiddistingwi bejn dak li jara u l muri mingħajr ma wieħed isostni bla bizgħa li t tnejn huma filfatt wieħed Emanazzjoni mill Wieħed Plotinu joffri alternattiva għall kunċett Kristjan Ortodoss tal ħolqien mix xejn liema kunċett jattribwixxi lil Alla d deliberazzjoni tal u l azzjoni tar rieda għalkemm Plotinu qatt jsemmi l Kristjanezmu fix xogħlijiet tiegħu L emanazzjoni ex deo minn Alla tikkonferma t tranxendenza assoluta tal Wieħed u allura tagħmel l izvolġiment tal kosmos sempliċement konsegwenza tal ezistenza t Alla il Wieħed bl ebda mod ma jiġi affetwat jew imnaqqas b dawn l emanazzjonijiet Plotinu juza l analoġija tax Xemx li tarmi d dawl mingħajr diskriminazzjoni mingħajr ma tnaqqas lilha nfisha jew ta rifless f mera li b ebda mod ma tnaqqas jew b xi mod tibdel l oġġett rifless L ewwel emanazzjoni hija n il Monti jew Moħħ divin logos jew ordni Ħsieb Raġuni identifikata metaforikament mad fit ta Hija l ewwel lejn it Tajjeb Min Nous joħroġ l jew l ispirtu tad dinja li Plotinu jaqsam fi tnejn l għoli u l baxx filwaqt li jidentifika l aspett baxx tar Ruħ man Mill Anima Mundi toħroġ ir ruħ individwali u finalment il materja fl aktar livell baxx fil katina tal u allura l inqas livell fil kosmos Plotinu sostna li n natura essenzjali tal ħolqien hi waħda divina għaliex fl aħħar mill aħħar din ħierġa mill Wieħed permezz tan nous u l Anima Mundi Huwa permezz tat Tajjeb u tas Sbuħija li nagħrfu lill Wieħed l ewwel f affarijiet materjali u mbagħad fil In natura essenzjalment devozzjonali tal filosofija ta Plotinu toħroġ ukoll mill kunċett tiegħu ta il kisba t unjoni f estasi mal Wieħed Porfirju jirrakkonta li Plotinu kiseb dan it twaħħid erba darbiet kemm dam jafu Dan jista jitqabbel mal kunċetti tal il ħelsien u kunċetti oħra t komuni f ħafna tradizzjonijiet kemm tal Lvant u tal Punent Il Bniedem Veru u l Hena L hena awtentika tal bniedem għal Plotinu tikkonsisti f li dan jidentifika ruħu ma dak li hu l aqwa fl univers Minħabba li l hena tmur lil hinn minn dak kollu li hu materjali Plotinu jisħaq li r rikkezzi tad dinja ma jikkontrollawx l hena vera tal bniedem Enneadi I 4 4 L argument ta Plotinu dwar l hena hu wieħed mill akbar influwenzi tiegħu fuq il ħsieb tal Punent dan għaliex kien wieħed minn tal ewwel li daħħal l idea li l l hena tintlaħaq biss bil kuxjenza Il bniedem veru huwa kapaċita kontemplattiva mhux korporja tar ruħ superjuri għal dak kollu li hu korporju Jirrizulta allura li l hena vera tal bniedem hija indipendendi mid dinja fizika L hena vera hi minflok dipendenti fuq il bniedem metafiziku u awtentiku li jinsab fl għola kapaċita tar Raġuni Għaliex il bniedem speċjalment dak Profiċjenti m huwiex iz zwieġ tar Ruħ u l ġisem prova ta dan hi li l bniedem jista jinqata mill ġisem u jiddisprezza t tjubija apparenti tiegħu Enneadi I 4 14 Il bniedem li kiseb l hena ma jiddejjaqx mill mard mill iskumdita eċċ għaliex l attenzjoni tiegħu hu fuq l aqwa u l akbar affarijiet L hena awtentika tal bniedem hi l uzu ta dik il kapaċita l aktar awtentika tal bniedem il kontemplazzjoni Anke fl aktar affarijiet ta kuljum f dawk l azzjonijiet fiziċi l aktar mundani l istagħnar tal att tal bniedem huwa determinat mill fazi l aktar għolja tar Ruħ Enneadi III 4 6 Anke fl aktar argumenti drammatiċi li Plotinu jikkunsidra ezempju meta wieħed ikun jgħaddi minn tortura estrema huwa jikkonkludi li dan isaħħaħ l argument tiegħu li l hena vera hija metafizika għaliex il bniedem li huwa tassew ħieni jifhem li dak li qed jiġi ttorturat huwa biss ġisem mhux l istess individwu konxju u li allura l hena tippersisti Plotinu joffri deskrizzjoni sħiħa tal kunċett tiegħu ta persuna li laħqet eudaimonia Il ħajja perfetta tinvolvi persuna b kontroll fuq ir raġuni u l kontemplazzjoni Enneadi I 4 4 Il bniedem ħieni ma jitbandalx bejn l hena u d dwejjaq kif ħafna kontemporanji ta Plotinu kienu jemmnu L Istojċi per ezempju kienu jiddubitaw l abilta ta xi ħadd li jkun ħieni jekk wieħed jassumi li l hena hi l kontemplazzjoni jekk dan ikun mentalment inkapaċitat jew anke rieqed Plotinu jiċħad dan għaliex għalih ir ruħ u l bniedem veru ma jorqdux mhux marbutin bil ħin jew biz zmien l anqas ma l bniedem ħaj li laħaq eudaimonia m hu sejjer f daqqa waħda jieqaf juza l kapaċitajiet l aktar awtentiċi tiegħu sempliċiment minħabba skumdita fil lat fiziku tiegħu Ir rieda tal Profiċjenti hi magħmula dejjem u biss ġewwiena Enneadi I 4 11 B mod ġenerali l hena għal Plotinu hi ħarba mill mogħdijiet u l affarijiet ta did dinja u l attenzjoni fuq l għola jiġifieri l Forom u l Wieħed Referenzi http www abc net au rn philosopherszone stories 2011 3237626 htm Parametru mhux magħruf title injorat għajnuna title nieqes jew vojt għajnuna http plato stanford edu entries plotinus Parametru mhux magħruf title injorat għajnuna title nieqes jew vojt għajnuna Friggieri Joe p 129 2000 Plotinus The Columbia Electronic Encyclopedia Sixth Edition 2003 Porfirju Dwar il Ħajja ta Plotinu u l Ordni tal Kotba tiegħu Kap 3 Stace W T 1960 The Teachings of the Mystics New York Signet pp110 123 Stace W T 1960 The Teachings of the Mystics New York Signet p122 I 6 6 and I 6 9