Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Pëtr Il ič Čajkovskij bir Russu Пётр Ильи ч Чайко вский San Pietruburgu kien kompożitur Russu tal era Pëtr Il ič Čajkovs

Pëtr Il'ič Čajkovskij

  • Paġna Ewlenija
  • Pëtr Il'ič Čajkovskij
Pëtr Il'ič Čajkovskij
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Pëtr Il'ič Čajkovskij (bir-Russu: Пётр Ильи́ч Чайко́вский; , – San Pietruburgu, ) kien kompożitur Russu tal-era .

Pëtr Il'ič Čajkovskij
professur

Ħajja
Twelid , 25 April 1840 (in Julian calendar), 7 Mejju 1840
Nazzjonalità
Residenza San Pietruburgu
Moska

Moska

San Pietruburgu

Firenze
Ruma
Moska


Ewropa
L-ewwel lingwa Russu
Mewt (en) u San Pietruburgu, 25 Ottubru 1893 (Julian)
Post tad-dfin
Kawża tal-mewt kawżi naturali (Kolera)
Familja
Missier
Omm
Konjuga/i  (Lulju 1877 -  Settembru 1877)
Aħwa
uri
  • (en)
    (en)
    (en)
    (en)
Edukazzjoni
Alma mater Konservatorju ta' San Pietruburgu 1865)
Skola Imperjali tal-Ġurisprudenza
(1850 - 12 Mejju 1859 (Julian))
Livell tal-edukazzjoni
Lingwi Russu
Franċiż
Ġermaniż
Għalliema (en)
(en)
Studenti
uri
  • (en)
    (en)
    (en)
    Q91471581
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur








traduttur
Post tax-xogħol San Pietruburgu
Moska
Impjegaturi Università ta' Washington
Konservatorju ta' Moska  (1866 -
Xogħlijiet importanti (en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
Premjijiet
List

Moviment artistiku



Strument/i tal-mużika

Bijografija

Čajkovskij twieled Kamsko-Votkinsk, ir-Russja, minn Il'ja Petrovič Čajkovskij, inġinier minerarju Ukren u mit-tieni mara tiegħu, Aleksandra Andreevna Assier, li kienet ta' nisel Franċiż. Beda jieħu l-lezzjonijiet tal- meta kellu seba' snin. Mill-1861 sal-1865 studja fil-Konservatorju ta' San Pietruburgu, fejn ħa d-diploma bil-kompożizzjoni "Għanja lill-ferħ" fuq versi ta' . Fl-1866 inħatar professur tat-teorija u armonija fil-Konservatorju ta' Moska, imwaqqaf dik is-sena. Din il-kattedra offrihilu fuq rakkomandazzjoni ta' , ħu Nikolaj u l-ewwel għalliem ta' Čajkovskij f'San Pietruburgu. Żamm dik il-pożizzjoni sal-1876.

Disagħt ijiem biss wara l-ewwel kunċert tas-Sitt Sinfonija tiegħu, (Pathétique), fl-1893 f'San Pietruburgu, Čajkovskij miet. Hemm opinjoni mifruxa li kien qatel ruħu b'idejh, allavolja l-mod u ċ-ċirkustanzi għadhom mhux ċerti: isemmiet ukoll il-kolera, li seta' ħa mill-ilma mniġġeż li kien xorob ftit jiem qabel. Imma hu iżjed probabbli li kien avvelenament bl- billi nafu li fil-funeral u xi wħud minn sħabu warajh resqu lejn il-mejjet u bisuh fuq ġbinu. Hemm xnieġħa oħra li xi ħbieb tiegħu u xi nies li kien studja magħhom inkuraġġewh biex joqtol ruħu b'idejh biex jevita skandlu minħabba xi relazzjoni li kellu ma' neputi ta' membru tal-aristokrazija Russa.

Minkejja l- tiegħu, fit-18 ta' Lulju 1877, iżżewweġ, għalkemm kontra qalbu, lil Antonina Miljukova, studenta fil-konservatorju li kienet tammirah ħafna. Kien iddeċieda li jiżżewweġ ‘il min jieħdu. Il-konsegwenzi fuq il-psike ta' Čajkovskij kienu tal-biża': ġranet biss wara ż-żwieġ beda jiddispjaċih u ġimgħatejn wara waqa' fl-ilma ngazzat tax-xmara u kien ħa jmut l-aħħar (jgħidu li kien attentat ta' suwiċidju bla grazzja); darba li kien għaddhielu l-effett tal-inċident, telaq lejn San Pietruburgu b'għeja nervuża kbira.

Matul ħajtu kellu appoġġ ekonomiku u morali ġeneruż mill-armla għanja Nadežda von Meck. Din kienet intlaqtet ħafna mill-mużika ta' Čajkovskij u saret il-finanziera prinċipali tal-kompożitur. Bis-somom kbar ta' flus li tagħtu seta' jitlaq mill-kattedra fil-konservatorju biex jiddedika ruħu kompletament għall-kompożizzjoni. Kienet ukoll konfidenti privileġġata għaliex kellha korrispondenza kontinwa miegħu li damet mill-1877 sal-1890, b'total ta' 'l fuq minn 1200 ittra; huma, bi ftehim bejniethom, qatt ma ltaqgħu. Ma' dan kollu wara 13-il sena, il-korrispondenza waqfet f'daqa, uffiċjalment minħabba li l-benefattriċi falliet, allavolja ħafna (fosthom Berberova fil-bijografija tagħha) sostnew li l-kawża kienet l-iskoperta tal-omosesswalità ta' Pëtr Il'ič.

Forsi l-iżjed bijografija interessanti ta' Čajkovskij hi dik li kitbet , li tagħmel iżjed enfasi fuq l-istudju psikoloġiku tal-personalità tal-mużiċista milli fuq l-analisi tax-xogħol artistiku tiegħu. Din il-bijografija għandha t-titlu evokattiv , kif kienet issejjaħlu il-maħbuba governanti Fanny. F'dal-ktieb l-awtriċi tpinġi ritratt interessanti tal-artista, li jibda mill-fraġiltà żagħżugħa tat-tifel, marbut morbożament ma' ommu, ta' oriġni Franċiża, li mietet f'età żgħira bil-kolera. Matul is-snin tal-adolexxenza, immarkati b'ħbiberiji mħawdin ma' ħbieb fil-konservatorju, kellu rabta ta' mħabba profonda mal-kuġin tiegħu Davydov, li għalih iddedika l-aħħar xogħol tiegħu, is-sitt sinfonija, li bla dubju tista' titqis bħala t-testment spiritwali ta' Čajkovskij. Fil-bijografija tagħha Berberova ċaħdet kategorikament l-ipoteżi tas-suwiċidju u twaħħal fix-xorb tal-ilma mniġġeż bħala l-kawża tad-diżgrazzja tal-mewt tiegħu.

Il-ħajja tiegħu hi rakkontata fil-film ta' Ken Russell The music lovers (1970).

Il-qabar tiegħu qiegħed fiċ-Ċimiterju Tixvin ta' San Pietruburgu.

L-istil

Čajkovskij kulturament kien imbiegħed ħafna mill-kompożituri Russi kontemporanji miegħu (dawn saru jissejħu l-Grupp ta' Ħamsa) li kienu ispirati min-nazzjonaliżmu, waqt li hu, fil-mużika kellu spirtu kożmopolita. Però, il-partituri tiegħu, mimlijin sensibbiltà u eleganza naturali, xorta juru tratti li huma distintament Russi, fl-għażla spissa tal- u fuq kollox fil-melodiji li sikwit huma meħudin mill-kant tradizzjonali jew mill-liturġija ortodossa.

Bil-kontra tal-kollegi Russi, Čajkovskij f'ħajtu kollha kien jistudja l-mużika tal-punent - minn Mozart sal-operisti Taljani u mir- romantiċi Ġermaniżi għall-iskola ġdida Franċiża ta' u . (Ta' min jinnota li Beethoven ma tantx kien jogħġbu, l-iżjed Beethoven tal-maturità, u ‘l Schumann kien jippreferih mir-"rival" .) Hekk irnexxilu jagħti l-mużika tiegħu xeħta tassew internazzjonali.

F'dan is-sens, il-figura tiegħu ta' mużiċista kapaċi li jassorbi u jirrielabora kwalunkwe lingwaġġ u kull forma mużikali, hi fundamentali fl-ambitu romantiku kif ukoll biex nifhmu l-vjaġġ artistiku li kien ħa jagħmel fil-futur .

Fost il-ħafna aspetti tal-figura tiegħu b'ħafna faċċati, ta' kompożitur instintiv u appassjonat u fl-istess ħin attent ħafna għall-irfinar formali, tispikka s-sensibbiltà timbrika straordinarja. Čajkovskij kien jaf jesperimenta bil-possibiltajiet espressivi tal-istrumenti tradizzjonali, b'mod partikulari bl-istrumenti tan-nifs, u joħroġ minhom ħoss u taħwir oriġinali, raffinatissmu u inkonfondibbli. L-importanza li ta lill-kuluri tal-orkestra twarrab il-mużika pjanistika għat-tieni pjan, minkejja l-fama straordinarja li kiseb bl-ewwel kunċert għall-pjanu u l-orkestra.

Kompożizzjonijiet Prinċipali

Balletti

Čajkovskij jaf il-popolarità tiegħu l-iżjed lill-mużika għall-.

  • Il-Lag tac-Ċinji, op. 20 (1875-76) Kien l-ewwel ballett ta' Čaikovskij, irrappreżentat, b'xi qtugħ fit-Teatru Bol'šoj ta' , fl-1877. Ma kienx apprezzat sħiħ ħlief wara l-mewt tal-mużiċista minkejja it-tirqim drammaturġiku finissmu u fantasjuż.
  • Is-Sbejħa Rieqda, op. 66 (1888-89) Čaikovskij kien iqis dan ix-xogħol bħala wieħed mill-iżjed li rnexxa. L-ewwel rappreżentazzjoni tiegħu kienet fl-1890, fit-Teatru Mariinskij f'San Pietruburgu.
  • Il-Kissiera tal-Lewż, op. 71 (1891-92) Dan hu wieħed mix-xogħlijiet l-iżjed popolari. Il-faxxinu qiegħed fis-sentiment pekuljari ta' maġija u ta' seher flimkien mal-ħolm u r-ritorn għat-tfulija. Čajkovskij ġabar fi suite Op. 71a (1892) tmien biċċiet estratti minn dan il-ballett.

Sinfoniji

  • Sinfonija nru. 1 fis-Sol minuri (Ħolm tax-xitwa), op. 13 (1866)
  • Sinfonija nru. 2 fid-Do minuri (Russja Żgħira), op. 17 (1872)
  • Sinfonija nru. 3 fir-Re maġġuri (Pollakka), op. 29 (1875)
  • Sinfonija nru. 4 fil-Fa minuri, op. 36 (1877)
  • Manfred, op. 58 (1885)
  • Sinfonija nru. 5 fil-Mi minuri, op. 64 (1888)
  • Sinfonija nru. 6 fis-Si minuri (Pathétique), op. 74 (1893)
  • Sinfonija fil-Mi bemoll maġġuri (1891-1892, abbandunata)

Ouvertures u xogħlijiet oħra għall-orkestra

  • Il-Buraxka, op. 76 (1864)
  • Ouverture fil-Fa maġġuri (1865, rev. 1866)
  • Ouverture solenni fuq l-innu nazzjonali Daniż, op. 15 (1866, rev. 1892)
  • Id-Destin, op. 77 (1868)
  • Romeo u Ġuljetta (1869, rev. 1870, 1880)
  • It-Tempesta, op. 18 (1873)
  • Marċ Slav, op. 31 (1876)
  • Francesca da Rimini, op. 32 (1876)
  • Kapriċċ Taljan, op. 45 (1880)
  • Serenata għall-arki, op. 48 (1880)
  • L-1812, op. 49 (1880)
  • Amletu, op. 67 (1888)
  • Voevoda, op. 78 (1890-91)

Kunċerti u biċċiet konċertanti

  • Kunċert għall-pjanu nru. 1 fis-Si bemoll minuri, op. 23 (1874-75, rev. 1879 et 1889)
  • Sérenade mélancolique, op. 26 (1875)
  • Varjazzjonijiet fuq tema rokoko, op. 33 (1876)
  • Valz-Scherzo, op. 34 (1877)
  • Kunċert għall-vjolin fir-Re maġġuri, op. 35 (1878)
  • Kunċert għall-pjanu nru. 2 fis-Sol maġġuri, op. 44 (1879-80)
  • Concert fantaisie, op. 56 (1884)
  • Pezzo Capriccioso, op. 62 (1887)
  • Kunċert għall-pjanu nru. 3 fil-Mi bemoll maġġuri, op. 75 (1893)
  • Kunċert għall-pjanu nru. 3, Andante u Finale, op. 79 (1893)

Suites

  • Suite nru. 1 fir-Re minuri, op. 43 (1878-1879)
  • Suite nru. 2 fid-Do maġġuri, op. 53 (1883)
  • Suite nru. 3 fis-Sol maġġuri, op. 55 (1884)
  • Suite nru. 4 fis-Sol maġġuri, Mozartiana, op. 61 (1887)

Čajkovskij ġabar fi suite għall-ballett, Op. 71a (1892) tmien biċċiet estratti mill-ballett tiegħu Il-Kissiera tal-Lewż. Jeżistu wkoll xi suites għall-balletti il-Lag taċ-Ċinji (suite 20a) u is-Sbejħa Rieqda (suite 66a), imma dawn m'humiex awtentiċi, għaliex ma nġabrux mill-kompożitur innifsu (għalkemm kellu f'rasu li jagħmel hekk) u kienu ippublikati wara mewtu.

Mużika da camera

  • Kwartett għall-arki fis-Si bemoll maġġuri (1865)
  • Kwartett għall-arki nru. 1 fir-Re maġġuri, op. 11 (1871)
  • Kwartett għall-arki nru. 2 fil-Fa maġġuri, op. 22 (1873-74)
  • Kwartett għall-arki nru. 3 fil-Mi bemoll minuri, op. 30 (1876)
  • Tifkira ta' post għażiż, op. 42 (1878)
  • Trio għall-pjanu fil-La minuri, op. 50 (1881-82)
  • Tifkira ta' Firenze, op. 70 (1890)

Biċċiet għall-pjanu

Čajkovskij kiteb xi mitt biċċa għall-pjanu. Fosthom l-iżjed famużi huma L-iStaġuni op. 37a.

Mużika di scena

  • Sneguročka, op. 12 (1873)

Opri

Čajkovskij ikkompona għaxar opri. Fosthom it-tnejn l-iżjed famużi huma Ewġenju Onegin u r-Reġina tal-Piki li jinstemgħu spiss fir-repertorju liriku modern. L-opri l-oħra, għalkemm magħrufin ħafna inqas (u barra mir-Russja rari li jindaqqu) huma:

Titlu bil-Malti Titlu oriġinali (bir-Russu) Librett Première (data) Première (post)
Voevoda Воевода Aleksandr Ostrovskij u l-kompożitur 11 ta' Frar 1869 Moska, Teatru Bol'šoj
Undina Ундина Vladimir Sologub Qatt ma ndaqqet Qatt ma ndaqqet
Opriċnik Опричник il-kompożitur 24 ta' April 1874 San Pietruburgu, Teatru Mariinskij
Vakula l-Ħaddied Кузнец Вакула J. P. Polonski 6 ta' Diċembru 1876 San Pietruburgu, Teatru Mariinskij
Ewġenju Onegin Евгений Онегин il-kompożitur, fuq storja ta' Puškin 29 ta' Marzu 1879 Moska, Teatru Malyj
Ix-Xebba t'Orléans Орлеанская дева il-kompożitur, fuq it-traġedja ta' Schiller 25 ta' Frar 1881 San Pietruburgu, Teatru Mariinskij
Mażepa Мазепа Viktor Burenin u l-kompożitur, fuq storja ta' Puškin 15 ta' Frar 1884 Moska, Teatru Bol'šoj
Ċereviċki Черевички J. P. Polonski 31 ta' Jannar 1887 Moska, Teatru Bol'šoj
Is-Saħħara Чародейка Ippolit Špažinskij 1 ta' Novembru 1887 San Pietruburgu, Teatru Mariinskij
Ir-Reġina tal-Piki Пиковая дама Modest Čajkovskij u l-kompożitur, fuq storja ta' Puškin 19 ta' Diċembru 1890 San Pietruburgu, Teatru Mariinskij
Iolanta Иоланта Modest Čajkovskij, fuq storja ta' Henrik Hertz 18 ta' Diċembru 1892 San Pietruburgu, Teatru Mariinskij

Gallerija

  • Čajkovskij fl-1866 meta kien professur fil-Konservatorju ta' Moska
  • Čajkovskij fl-1875
  • Aleksandr Ziloti u Čajkovskij
  • Čajkovskij u martu Antonina Miljukova fl-1887
  • Brandukov u Čajkovskij fit-18 ta' Mejju, 1888
  • L-aħħar ritratt ta' Čajkovskij fl-1893
  • Id-dar ta' Čajkovskij fi Klin, li saret mużew
  • Plakka ġo Venezja fl-unur ta' Čajkovskij
  • Il-qabar ta' Čajkovskij f'San Pietruburgu

Noti

  1. ^ Billi hemm ħafna verżjonijiet tat-traslitterazzjoni mir-Russu ta' dan l-isem: Tchaikovsky, Ciajkovskij, Tchaïkovski, Chaikovski, Tschaikowski jew Tsjaikovski, qegħdin nużaw it-traslitterazzjoni xjentifika (International Scholarly System). F'din il-paġna nużaw din it-traslitterazzjoni għall-ismijiet Russi kollha.
  2. ^ Il-partitura nqerdet mill-kompożitur fis-snin 1870. Ġiet rikostitwita fl-1948, minn xi abbozzi u xi biċċiet għall-orkestra li baqgħu sħaħ.
  3. ^ Dan ix-xogħol kien rifjutat mill-Opera Imperjali u Čajkovskij qattal-partitura. Però, tliet estratti, li ndaqqu fit-28 ta' Marzu 1870, għadhom jeżistu. Čajkovskij reġa' uża xi idejat minn din l-opra f'xi xogħlijiet oħra.
  4. ^ Reviżjoni ta' Vakula l-Ħaddied
  5. ^ Traduzzjoni : Il-kompożitur kbir Russu Pëtr Il'ič Čajkovskij qagħad mit-2 sas-16 ta' Diċembru 1887 f'din il-lukanda fejn ikkompona r-raba' sinfonija.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Pëtr Il'ič Čajkovskij
  • Għal lista sħiħa tax-xogħlijiet ta' Čajkovskij, ara
  • Għal iżjed dettalji fuq il-kompożizzjonijiet, ara
  • Sit bit-Taljan dedikat lil Čajkovskij
  • Sit bl-Ingliż dedikat lil Čajkovskij
  • Il-balletti ta' Čajkovskij ikkoreografati minn Rudolf Nureyev

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 22:22

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Pëtr Il'ič Čajkovskij, X'inhi Pëtr Il'ič Čajkovskij? Xi tfisser Pëtr Il'ič Čajkovskij?

Petr Il ic Cajkovskij bir Russu Pyotr Ili ch Chajko vskij San Pietruburgu kien kompozitur Russu tal era Petr Il ic CajkovskijprofessurĦajjaTwelid 25 April 1840 in Julian calendar 7 Mejju 1840NazzjonalitaResidenza San Pietruburgu Moska Moska San Pietruburgu Firenze Ruma Moska EwropaL ewwel lingwa RussuMewt en u San Pietruburgu 25 Ottubru 1893 Julian Post tad dfinKawza tal mewt kawzi naturali Kolera FamiljaMissierOmmKonjuga i Lulju 1877 Settembru 1877 Aħwa uri en en en en EdukazzjoniAlma mater Konservatorju ta San Pietruburgu 1865 Skola Imperjali tal Ġurisprudenza 1850 12 Mejju 1859 Julian Livell tal edukazzjoniLingwi Russu Franċiz ĠermanizGħalliema en en Studenti uri en en en Q91471581OkkupazzjoniOkkupazzjoni kompozitur tradutturPost tax xogħol San Pietruburgu MoskaImpjegaturi Universita ta Washington Konservatorju ta Moska 1866 Xogħlijiet importanti en en en en en en en en en Premjijiet ListMoviment artistikuStrument i tal muzikaBijografijaCajkovskij twieled Kamsko Votkinsk ir Russja minn Il ja Petrovic Cajkovskij inġinier minerarju Ukren u mit tieni mara tiegħu Aleksandra Andreevna Assier li kienet ta nisel Franċiz Beda jieħu l lezzjonijiet tal meta kellu seba snin Mill 1861 sal 1865 studja fil Konservatorju ta San Pietruburgu fejn ħa d diploma bil kompozizzjoni Għanja lill ferħ fuq versi ta Fl 1866 inħatar professur tat teorija u armonija fil Konservatorju ta Moska imwaqqaf dik is sena Din il kattedra offrihilu fuq rakkomandazzjoni ta ħu Nikolaj u l ewwel għalliem ta Cajkovskij f San Pietruburgu Zamm dik il pozizzjoni sal 1876 Disagħt ijiem biss wara l ewwel kunċert tas Sitt Sinfonija tiegħu Pathetique fl 1893 f San Pietruburgu Cajkovskij miet Hemm opinjoni mifruxa li kien qatel ruħu b idejh allavolja l mod u ċ ċirkustanzi għadhom mhux ċerti isemmiet ukoll il kolera li seta ħa mill ilma mniġġez li kien xorob ftit jiem qabel Imma hu izjed probabbli li kien avvelenament bl billi nafu li fil funeral u xi wħud minn sħabu warajh resqu lejn il mejjet u bisuh fuq ġbinu Hemm xnieġħa oħra li xi ħbieb tiegħu u xi nies li kien studja magħhom inkuraġġewh biex joqtol ruħu b idejh biex jevita skandlu minħabba xi relazzjoni li kellu ma neputi ta membru tal aristokrazija Russa Minkejja l tiegħu fit 18 ta Lulju 1877 izzewweġ għalkemm kontra qalbu lil Antonina Miljukova studenta fil konservatorju li kienet tammirah ħafna Kien iddeċieda li jizzewweġ il min jieħdu Il konsegwenzi fuq il psike ta Cajkovskij kienu tal biza ġranet biss wara z zwieġ beda jiddispjaċih u ġimgħatejn wara waqa fl ilma ngazzat tax xmara u kien ħa jmut l aħħar jgħidu li kien attentat ta suwiċidju bla grazzja darba li kien għaddhielu l effett tal inċident telaq lejn San Pietruburgu b għeja nervuza kbira Matul ħajtu kellu appoġġ ekonomiku u morali ġeneruz mill armla għanja Nadezda von Meck Din kienet intlaqtet ħafna mill muzika ta Cajkovskij u saret il finanziera prinċipali tal kompozitur Bis somom kbar ta flus li tagħtu seta jitlaq mill kattedra fil konservatorju biex jiddedika ruħu kompletament għall kompozizzjoni Kienet ukoll konfidenti privileġġata għaliex kellha korrispondenza kontinwa miegħu li damet mill 1877 sal 1890 b total ta l fuq minn 1200 ittra huma bi ftehim bejniethom qatt ma ltaqgħu Ma dan kollu wara 13 il sena il korrispondenza waqfet f daqa uffiċjalment minħabba li l benefattriċi falliet allavolja ħafna fosthom Berberova fil bijografija tagħha sostnew li l kawza kienet l iskoperta tal omosesswalita ta Petr Il ic Forsi l izjed bijografija interessanti ta Cajkovskij hi dik li kitbet li tagħmel izjed enfasi fuq l istudju psikoloġiku tal personalita tal muziċista milli fuq l analisi tax xogħol artistiku tiegħu Din il bijografija għandha t titlu evokattiv kif kienet issejjaħlu il maħbuba governanti Fanny F dal ktieb l awtriċi tpinġi ritratt interessanti tal artista li jibda mill fraġilta zagħzugħa tat tifel marbut morbozament ma ommu ta oriġni Franċiza li mietet f eta zgħira bil kolera Matul is snin tal adolexxenza immarkati b ħbiberiji mħawdin ma ħbieb fil konservatorju kellu rabta ta mħabba profonda mal kuġin tiegħu Davydov li għalih iddedika l aħħar xogħol tiegħu is sitt sinfonija li bla dubju tista titqis bħala t testment spiritwali ta Cajkovskij Fil bijografija tagħha Berberova ċaħdet kategorikament l ipotezi tas suwiċidju u twaħħal fix xorb tal ilma mniġġez bħala l kawza tad dizgrazzja tal mewt tiegħu Il ħajja tiegħu hi rakkontata fil film ta Ken Russell The music lovers 1970 Il qabar tiegħu qiegħed fiċ Ċimiterju Tixvin ta San Pietruburgu L istilCajkovskij kulturament kien imbiegħed ħafna mill kompozituri Russi kontemporanji miegħu dawn saru jissejħu l Grupp ta Ħamsa li kienu ispirati min nazzjonalizmu waqt li hu fil muzika kellu spirtu kozmopolita Pero il partituri tiegħu mimlijin sensibbilta u eleganza naturali xorta juru tratti li huma distintament Russi fl għazla spissa tal u fuq kollox fil melodiji li sikwit huma meħudin mill kant tradizzjonali jew mill liturġija ortodossa Bil kontra tal kollegi Russi Cajkovskij f ħajtu kollha kien jistudja l muzika tal punent minn Mozart sal operisti Taljani u mir romantiċi Ġermanizi għall iskola ġdida Franċiza ta u Ta min jinnota li Beethoven ma tantx kien jogħġbu l izjed Beethoven tal maturita u l Schumann kien jippreferih mir rival Hekk irnexxilu jagħti l muzika tiegħu xeħta tassew internazzjonali F dan is sens il figura tiegħu ta muziċista kapaċi li jassorbi u jirrielabora kwalunkwe lingwaġġ u kull forma muzikali hi fundamentali fl ambitu romantiku kif ukoll biex nifhmu l vjaġġ artistiku li kien ħa jagħmel fil futur Fost il ħafna aspetti tal figura tiegħu b ħafna faċċati ta kompozitur instintiv u appassjonat u fl istess ħin attent ħafna għall irfinar formali tispikka s sensibbilta timbrika straordinarja Cajkovskij kien jaf jesperimenta bil possibiltajiet espressivi tal istrumenti tradizzjonali b mod partikulari bl istrumenti tan nifs u joħroġ minhom ħoss u taħwir oriġinali raffinatissmu u inkonfondibbli L importanza li ta lill kuluri tal orkestra twarrab il muzika pjanistika għat tieni pjan minkejja l fama straordinarja li kiseb bl ewwel kunċert għall pjanu u l orkestra Kompozizzjonijiet PrinċipaliBalletti Cajkovskij jaf il popolarita tiegħu l izjed lill muzika għall Il Lag tac Ċinji op 20 1875 76 Kien l ewwel ballett ta Caikovskij irrapprezentat b xi qtugħ fit Teatru Bol soj ta fl 1877 Ma kienx apprezzat sħiħ ħlief wara l mewt tal muziċista minkejja it tirqim drammaturġiku finissmu u fantasjuz Is Sbejħa Rieqda op 66 1888 89 Caikovskij kien iqis dan ix xogħol bħala wieħed mill izjed li rnexxa L ewwel rapprezentazzjoni tiegħu kienet fl 1890 fit Teatru Mariinskij f San Pietruburgu Il Kissiera tal Lewz op 71 1891 92 Dan hu wieħed mix xogħlijiet l izjed popolari Il faxxinu qiegħed fis sentiment pekuljari ta maġija u ta seher flimkien mal ħolm u r ritorn għat tfulija Cajkovskij ġabar fi suite Op 71a 1892 tmien biċċiet estratti minn dan il ballett Sinfoniji Sinfonija nru 1 fis Sol minuri Ħolm tax xitwa op 13 1866 Sinfonija nru 2 fid Do minuri Russja Zgħira op 17 1872 Sinfonija nru 3 fir Re maġġuri Pollakka op 29 1875 Sinfonija nru 4 fil Fa minuri op 36 1877 Manfred op 58 1885 Sinfonija nru 5 fil Mi minuri op 64 1888 Sinfonija nru 6 fis Si minuri Pathetique op 74 1893 Sinfonija fil Mi bemoll maġġuri 1891 1892 abbandunata Ouvertures u xogħlijiet oħra għall orkestra Il Buraxka op 76 1864 Ouverture fil Fa maġġuri 1865 rev 1866 Ouverture solenni fuq l innu nazzjonali Daniz op 15 1866 rev 1892 Id Destin op 77 1868 Romeo u Ġuljetta 1869 rev 1870 1880 It Tempesta op 18 1873 Marċ Slav op 31 1876 Francesca da Rimini op 32 1876 Kapriċċ Taljan op 45 1880 Serenata għall arki op 48 1880 L 1812 op 49 1880 Amletu op 67 1888 Voevoda op 78 1890 91 Kunċerti u biċċiet konċertanti Kunċert għall pjanu nru 1 fis Si bemoll minuri op 23 1874 75 rev 1879 et 1889 Serenade melancolique op 26 1875 Varjazzjonijiet fuq tema rokoko op 33 1876 Valz Scherzo op 34 1877 Kunċert għall vjolin fir Re maġġuri op 35 1878 Kunċert għall pjanu nru 2 fis Sol maġġuri op 44 1879 80 Concert fantaisie op 56 1884 Pezzo Capriccioso op 62 1887 Kunċert għall pjanu nru 3 fil Mi bemoll maġġuri op 75 1893 Kunċert għall pjanu nru 3 Andante u Finale op 79 1893 Suites Suite nru 1 fir Re minuri op 43 1878 1879 Suite nru 2 fid Do maġġuri op 53 1883 Suite nru 3 fis Sol maġġuri op 55 1884 Suite nru 4 fis Sol maġġuri Mozartiana op 61 1887 Cajkovskij ġabar fi suite għall ballett Op 71a 1892 tmien biċċiet estratti mill ballett tiegħu Il Kissiera tal Lewz Jezistu wkoll xi suites għall balletti il Lag taċ Ċinji suite 20a u is Sbejħa Rieqda suite 66a imma dawn m humiex awtentiċi għaliex ma nġabrux mill kompozitur innifsu għalkemm kellu f rasu li jagħmel hekk u kienu ippublikati wara mewtu Muzika da camera Kwartett għall arki fis Si bemoll maġġuri 1865 Kwartett għall arki nru 1 fir Re maġġuri op 11 1871 Kwartett għall arki nru 2 fil Fa maġġuri op 22 1873 74 Kwartett għall arki nru 3 fil Mi bemoll minuri op 30 1876 Tifkira ta post għaziz op 42 1878 Trio għall pjanu fil La minuri op 50 1881 82 Tifkira ta Firenze op 70 1890 Biċċiet għall pjanu Cajkovskij kiteb xi mitt biċċa għall pjanu Fosthom l izjed famuzi huma L iStaġuni op 37a Muzika di scena Snegurocka op 12 1873 Opri Cajkovskij ikkompona għaxar opri Fosthom it tnejn l izjed famuzi huma Ewġenju Onegin u r Reġina tal Piki li jinstemgħu spiss fir repertorju liriku modern L opri l oħra għalkemm magħrufin ħafna inqas u barra mir Russja rari li jindaqqu huma Titlu bil Malti Titlu oriġinali bir Russu Librett Premiere data Premiere post Voevoda Voevoda Aleksandr Ostrovskij u l kompozitur 11 ta Frar 1869 Moska Teatru Bol soj Undina Undina Vladimir Sologub Qatt ma ndaqqet Qatt ma ndaqqet Opriċnik Oprichnik il kompozitur 24 ta April 1874 San Pietruburgu Teatru Mariinskij Vakula l Ħaddied Kuznec Vakula J P Polonski 6 ta Diċembru 1876 San Pietruburgu Teatru Mariinskij Ewġenju Onegin Evgenij Onegin il kompozitur fuq storja ta Puskin 29 ta Marzu 1879 Moska Teatru Malyj Ix Xebba t Orleans Orleanskaya deva il kompozitur fuq it traġedja ta Schiller 25 ta Frar 1881 San Pietruburgu Teatru Mariinskij Mazepa Mazepa Viktor Burenin u l kompozitur fuq storja ta Puskin 15 ta Frar 1884 Moska Teatru Bol soj Ċereviċki Cherevichki J P Polonski 31 ta Jannar 1887 Moska Teatru Bol soj Is Saħħara Charodejka Ippolit Spazinskij 1 ta Novembru 1887 San Pietruburgu Teatru Mariinskij Ir Reġina tal Piki Pikovaya dama Modest Cajkovskij u l kompozitur fuq storja ta Puskin 19 ta Diċembru 1890 San Pietruburgu Teatru Mariinskij Iolanta Iolanta Modest Cajkovskij fuq storja ta Henrik Hertz 18 ta Diċembru 1892 San Pietruburgu Teatru MariinskijGallerijaCajkovskij fl 1866 meta kien professur fil Konservatorju ta Moska Cajkovskij fl 1875 Aleksandr Ziloti u Cajkovskij Cajkovskij u martu Antonina Miljukova fl 1887 Brandukov u Cajkovskij fit 18 ta Mejju 1888 L aħħar ritratt ta Cajkovskij fl 1893 Id dar ta Cajkovskij fi Klin li saret muzew Plakka ġo Venezja fl unur ta Cajkovskij Il qabar ta Cajkovskij f San PietruburguNoti Billi hemm ħafna verzjonijiet tat traslitterazzjoni mir Russu ta dan l isem Tchaikovsky Ciajkovskij Tchaikovski Chaikovski Tschaikowski jew Tsjaikovski qegħdin nuzaw it traslitterazzjoni xjentifika International Scholarly System F din il paġna nuzaw din it traslitterazzjoni għall ismijiet Russi kollha Il partitura nqerdet mill kompozitur fis snin 1870 Ġiet rikostitwita fl 1948 minn xi abbozzi u xi biċċiet għall orkestra li baqgħu sħaħ Dan ix xogħol kien rifjutat mill Opera Imperjali u Cajkovskij qattal partitura Pero tliet estratti li ndaqqu fit 28 ta Marzu 1870 għadhom jezistu Cajkovskij reġa uza xi idejat minn din l opra f xi xogħlijiet oħra Revizjoni ta Vakula l Ħaddied Traduzzjoni Il kompozitur kbir Russu Petr Il ic Cajkovskij qagħad mit 2 sas 16 ta Diċembru 1887 f din il lukanda fejn ikkompona r raba sinfonija Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Petr Il ic Cajkovskij Għal lista sħiħa tax xogħlijiet ta Cajkovskij ara Għal izjed dettalji fuq il kompozizzjonijiet ara Sit bit Taljan dedikat lil Cajkovskij Sit bl Ingliz dedikat lil Cajkovskij Il balletti ta Cajkovskij ikkoreografati minn Rudolf Nureyev

L-aħħar artikli
  • Ġunju 12, 2025

    Elena Ceaușescu

  • Ġunju 14, 2025

    Element kimiku

  • Ġunju 07, 2025

    El Salvador

  • Ġunju 09, 2025

    El Escorial

  • Ġunju 11, 2025

    Ekonomista

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq