San Bażilju l Kbir Kappadoċja 330 w K 379 w K kien wieħed mis Santi Padri Insara tal Knisja tal Lvant San Bażilju l Kbir
San Bażilju

San Bażilju l-Kbir (Kappadoċja, 330 w.K. - 379 w.K.) kien wieħed mis-Santi Padri Insara tal-Knisja tal-Lvant.
San Bażilju l-Kbir | |
---|---|
Twelid | 329 Ċesarea fil-Kappadoċja |
Mewt | 1 ta' Jannar, 379 Ċesarea fil-Kappadoċja |
1 ta' Jannar fil-Lvant, 2 ta' Jannar fil-Punent | |
Attributi | ilbies ta' iskof Grieg |
l-ordni tal-patrijiet Bażiljani, ħaddiema fl-isptarijiet, riformaturi, il-Kappadoċja |
Fost il-Missirijiet kollha tal-Knisja tal-Kappadoċċa kien San Bażilju waħdu li ngħata t-titlu ta’ ‘il-Kbir’. Fil-fatt San Bażilju kien tassew kbir mhux biss għax kien organizzatur kapaċi fil-Knisja imma wkoll minħabba l-ħila li kellu biex jagħti interpretazzjoni tajba u ġenwina tat-tagħlim Kattoliku. Barra minn hekk hu kien wieħed mill-Missirijiet l-iktar important tal-monakiżmu fl-Orjent u rnexxielu jirriforma l-liturġija tal-Knisja Griega u jreġġagħha lura lejn is-sempliċita’ li kellha fil-bidu.
Tfulija u Studju
San Bażilju twieled madwar is-sena 330 f’Ċesarija tal-Kappadoċja, fl-Asja Minuri fin-nofsinhar tat-Turkija tal-lum, minn familja magħrufa kemm għall-ispirtu nisrani u kemm għan-nobbilta’ tagħha. Missieru, li wkoll kien jismu Bażilju u li kien magħruf bħala għalliem tar-rettorika fin-Neoċesarija, kien dak li tah l-ewwel tagħlim. Ommu kien jisimha Emmelja u kienet bint martri. Mill-għaxart itfal li kellha, tlieta saru Isqfijiet u iktar tard qaddisin. Dawn kienu: San Bażilju, San Girgor ta’ Nissa u San Pietru ta’ Sebaste.
San Bażilju għamel l-istudji tiegħu superjuri tar-retorika l-ewwel f’Ċesarija, wara f’Kostantinopli u fl-aħħar, meta hu diġa’ kellu wieħed u għoxrin sena jew iżjed, f’Ateni. Waqt li kien f’Ateni, iltaqa’ ma’ Girgor ta’ Nażjanże, għamel ħbieb miegħu u baqa’ jżomm din il-ħbiberija qaddisa tul għomru kollu. Qrib is-sena 356, meta hu kellu madwar sitta u għoxrin sena, Bażilju reġa’ lura lejn il-belt ta’ Ċesarija li fiha twieled u beda jgħallem ir-rettorika, imma fi żmien qasir irriżenja u ta ruħu għall-perfezzjoni axxetika wara li kkonverta u tgħammed (357).
Mill-Magħmudija għal Isqof
Tgħammed meta kellu madwar ħamsa u għoxrin sena u mill-ewwel interessa ruħu fil-ħajja axxetika. Bl-iskop li jkollu quddiemu l-eżempju ta’ ħafna axxeti ta’ żmienu, għamel vjaġġ twil li ħadu fl-Eġittu, fil-Palestina, fis-Sirja u fil-Mesopotamja. Wara li reġa’ lura f’Ċesarija tal-Kappadoċja, Bażilju qassam ġidu lill-fqar u nġabar f’eremitaġġ li hu għamel qrib Neoċesarija, fuq l-Iris. Ftit wara, xi ħbieb tiegħu ngħaqdu miegħu fl-istess eremitaġġ.
Fis-sena 358 mar iżuru Girgor ta’ Nażjanże u t-tnejn flimkien għamlu antoloġija tal-opri ta’ Oriġene taħt it-titlu ta’ Filocalia (L-imħabba lejn il-ħwejjeġ sbieħ). Miegħu kiteb ukoll żewġ regoli bħala gwida għall-ħajja komunitarja fil-monasteru. Minħabba f’hekk San Bażilju beda jitqies bħala l-leġislatur tal-monakiżmu Grieg. Imbagħad fi żmien qasir hu waqqaf diversi monasteri.
Qrib is-sena 364 l-Isqof Ewsebju, Metropolita ta’ Ċesarija, ipperswada lil Bażilju biex isir saċerdot. Wara li ħa l-ordni sagri, Bażilju beda jgħin lill-Isqof Ewsebju bħala kunsillier u assistent tiegħu, u taha għall- interpretazzjoni tal-Iskriturra fil-predikazzjoni u fil-kitba. Hekk ġara li meta fis-sena 370 miet l-Isqof Ewsebju, Bażilju sar Isqof ta’ Ċesarija minfloku u Metropolita tal-Kappadoċja.
Hekk kif sar Isqof, Bażilju ta bidu għal riforma fid-djoċċesi tiegħu. Hu bena ħafna sptarijiet għall-morda u għall-vittmi tal-epidemiji li kienu komuni minħabba l-faqar u n-nuqqas ta' iġjene. Bena wkoll djar għall-vjaġġaturi u għall-barranin li kienu jinzertaw f’pajjiżu.
Fi żmien Bażilju l-Istat kien iħaddan l-Arjaniżmu, u għalhekk l-Isqof dejjem kellu għadma iebsa fir-relazzjoni tiegħu mal-mexxejja lokali. Fl-azzjonijiet kollha tiegħu, Bażilju wera li kien prudenti min-naħa l-waħda, imma wkoll kien jaf ikun iebes quddiem l-intimidazzjoni ta’ l-Imperatur Valente u tal-Prefetti tiegħu. Valente spiċċċċa biex bagħat lill-Prefett Mudest għand l-Isqof Bażilju ħalli jheddu li, sakemm ma kienx se jagħtih dikjarazzjoni ffirmata minnu li hu jħaddan l-Arjaniżmu, hu kien se jeżiljah u jaħtaf taħt idejh il-ġid kollu tiegħu, mobbli u immobbli. Meta l-Imperatur Valente ra xi bniedem ta’ kuraġġ kien Bażilju, ma baqax jitlob minnu d-dikjarazzjoni favur is-setta arjana, u rtira d-digriet ta’ l-eżilju li kien ħejja għal Bażilju.
Bażilju kien jinkwieta ħafna quddiem il-problema tan-nuqqas ta’ għaqda bejn il-Knisja Orjentali u dik Oċċidentali, u dan mhux biss fost il-lajċi nsara imma wkoll fost il-kleru u l-istess Isqfijiet. Minħabba f’hekk hu talab lil Atanasju biex flimkien miegħu jkun jista’ jtejjeb ir-relazzjoni bejn Ruma u l-Orjent. Hu spiċċċċa biex kiteb ittra lill-Papa Damasu li fiha fissirlu l-qagħda iebsa li kienu fiha l-Knejjes Orjentali, u saħansitra talbu biex imur u jżurhom personalment (Ittra 70).
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar San Bażilju, X'inhi San Bażilju? Xi tfisser San Bażilju?
San Bazilju l Kbir Kappadoċja 330 w K 379 w K kien wieħed mis Santi Padri Insara tal Knisja tal Lvant San Bazilju l KbirTwelid 329 Ċesarea fil KappadoċjaMewt 1 ta Jannar 379 Ċesarea fil Kappadoċja1 ta Jannar fil Lvant 2 ta Jannar fil PunentAttributi ilbies ta iskof Griegl ordni tal patrijiet Baziljani ħaddiema fl isptarijiet riformaturi il Kappadoċja Fost il Missirijiet kollha tal Knisja tal Kappadoċċa kien San Bazilju waħdu li ngħata t titlu ta il Kbir Fil fatt San Bazilju kien tassew kbir mhux biss għax kien organizzatur kapaċi fil Knisja imma wkoll minħabba l ħila li kellu biex jagħti interpretazzjoni tajba u ġenwina tat tagħlim Kattoliku Barra minn hekk hu kien wieħed mill Missirijiet l iktar important tal monakizmu fl Orjent u rnexxielu jirriforma l liturġija tal Knisja Griega u jreġġagħha lura lejn is sempliċita li kellha fil bidu Tfulija u StudjuSan Bazilju twieled madwar is sena 330 f Ċesarija tal Kappadoċja fl Asja Minuri fin nofsinhar tat Turkija tal lum minn familja magħrufa kemm għall ispirtu nisrani u kemm għan nobbilta tagħha Missieru li wkoll kien jismu Bazilju u li kien magħruf bħala għalliem tar rettorika fin Neoċesarija kien dak li tah l ewwel tagħlim Ommu kien jisimha Emmelja u kienet bint martri Mill għaxart itfal li kellha tlieta saru Isqfijiet u iktar tard qaddisin Dawn kienu San Bazilju San Girgor ta Nissa u San Pietru ta Sebaste San Bazilju għamel l istudji tiegħu superjuri tar retorika l ewwel f Ċesarija wara f Kostantinopli u fl aħħar meta hu diġa kellu wieħed u għoxrin sena jew izjed f Ateni Waqt li kien f Ateni iltaqa ma Girgor ta Nazjanze għamel ħbieb miegħu u baqa jzomm din il ħbiberija qaddisa tul għomru kollu Qrib is sena 356 meta hu kellu madwar sitta u għoxrin sena Bazilju reġa lura lejn il belt ta Ċesarija li fiha twieled u beda jgħallem ir rettorika imma fi zmien qasir irrizenja u ta ruħu għall perfezzjoni axxetika wara li kkonverta u tgħammed 357 Mill Magħmudija għal IsqofBasilii Magni Opera 1540 Tgħammed meta kellu madwar ħamsa u għoxrin sena u mill ewwel interessa ruħu fil ħajja axxetika Bl iskop li jkollu quddiemu l ezempju ta ħafna axxeti ta zmienu għamel vjaġġ twil li ħadu fl Eġittu fil Palestina fis Sirja u fil Mesopotamja Wara li reġa lura f Ċesarija tal Kappadoċja Bazilju qassam ġidu lill fqar u nġabar f eremitaġġ li hu għamel qrib Neoċesarija fuq l Iris Ftit wara xi ħbieb tiegħu ngħaqdu miegħu fl istess eremitaġġ Fis sena 358 mar izuru Girgor ta Nazjanze u t tnejn flimkien għamlu antoloġija tal opri ta Oriġene taħt it titlu ta Filocalia L imħabba lejn il ħwejjeġ sbieħ Miegħu kiteb ukoll zewġ regoli bħala gwida għall ħajja komunitarja fil monasteru Minħabba f hekk San Bazilju beda jitqies bħala l leġislatur tal monakizmu Grieg Imbagħad fi zmien qasir hu waqqaf diversi monasteri Qrib is sena 364 l Isqof Ewsebju Metropolita ta Ċesarija ipperswada lil Bazilju biex isir saċerdot Wara li ħa l ordni sagri Bazilju beda jgħin lill Isqof Ewsebju bħala kunsillier u assistent tiegħu u taha għall interpretazzjoni tal Iskriturra fil predikazzjoni u fil kitba Hekk ġara li meta fis sena 370 miet l Isqof Ewsebju Bazilju sar Isqof ta Ċesarija minfloku u Metropolita tal Kappadoċja Hekk kif sar Isqof Bazilju ta bidu għal riforma fid djoċċesi tiegħu Hu bena ħafna sptarijiet għall morda u għall vittmi tal epidemiji li kienu komuni minħabba l faqar u n nuqqas ta iġjene Bena wkoll djar għall vjaġġaturi u għall barranin li kienu jinzertaw f pajjizu Fi zmien Bazilju l Istat kien iħaddan l Arjanizmu u għalhekk l Isqof dejjem kellu għadma iebsa fir relazzjoni tiegħu mal mexxejja lokali Fl azzjonijiet kollha tiegħu Bazilju wera li kien prudenti min naħa l waħda imma wkoll kien jaf ikun iebes quddiem l intimidazzjoni ta l Imperatur Valente u tal Prefetti tiegħu Valente spiċċċċa biex bagħat lill Prefett Mudest għand l Isqof Bazilju ħalli jheddu li sakemm ma kienx se jagħtih dikjarazzjoni ffirmata minnu li hu jħaddan l Arjanizmu hu kien se jeziljah u jaħtaf taħt idejh il ġid kollu tiegħu mobbli u immobbli Meta l Imperatur Valente ra xi bniedem ta kuraġġ kien Bazilju ma baqax jitlob minnu d dikjarazzjoni favur is setta arjana u rtira d digriet ta l ezilju li kien ħejja għal Bazilju Bazilju kien jinkwieta ħafna quddiem il problema tan nuqqas ta għaqda bejn il Knisja Orjentali u dik Oċċidentali u dan mhux biss fost il lajċi nsara imma wkoll fost il kleru u l istess Isqfijiet Minħabba f hekk hu talab lil Atanasju biex flimkien miegħu jkun jista jtejjeb ir relazzjoni bejn Ruma u l Orjent Hu spiċċċċa biex kiteb ittra lill Papa Damasu li fiha fissirlu l qagħda iebsa li kienu fiha l Knejjes Orjentali u saħansitra talbu biex imur u jzurhom personalment Ittra 70