It Tholos ta El Romeral li jinsab żewġ kilometri u nofs fit Tramuntana tar raħal ta l Andalusija Spanja huwa wieħed mill
Tholos ta' El Romeral

It-Tholos ta' El Romeral, li jinsab żewġ kilometri u nofs fit-Tramuntana tar-raħal ta' , l-Andalusija, Spanja, huwa wieħed mill-iżjed eżempji importanti ta' arkitettura Neolitika fin-Nofsinhar tal-Ewropa. It-Tholos ta' El Romeral, magħruf ukoll bħala l-Għar ta' El Romeral (bl-Ispanjol: Cueva de Romeral) u d-Dolmen ta' El Romeral (bl-Ispanjol: Dolmen de Romeral), huwa sit funebri megalitiku li nbena għall-ħabta tal-1800 Q.K. Huwa wieħed minn tliet oqbra fir-reġjun, flimkien mad-Dolmen ta' Menga u d-Dolmen ta' Viera; it-tnejn jinsabu lejn il-Lbiċ.
Fl-2016, dawn it-tliet siti, flimkien ma' Peña de los Enamorados u El Torcal, tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bit-titlu "Sit tad-Dolmens ta' Antequera".
Data
Saħansitra sas-seklu 20 kien jingħad li t-tliet oqbra megalitiċi fiż-żona (id-Dolmen ta' Menga, id-Dolmen ta' Viera u t-Tholos ta' El Romeral) oriġinaw mill-istess perjodu. Madankollu, mir-riċerka sussegwenti ħareġ fid-dieher li t-tholos inbniet ferm wara ż-żewġ dolmens. Iż-żewġ dolmens inbnew għall-ħabta tat-3800 Q.K., filwaqt li l-kostruzzjoni tat-Tholos ta' El Romeral x'aktarx li saret għall-ħabta tal-1800 Q.K. Huwa rikonoxxut u attribwit lill-kultura usa' ta' Los Millares, li kellha ċ-ċentru tagħha iktar minn 200 kilometru lejn il-Lvant. Ir-raġunijiet ewlenin li ngħataw għal dan huma l-materjali differenti tal-ġebel li ntużaw u l-pjanta differenti tal-kompartimenti, peress li ż-żewġ dolmens l-oħra għandhom kompartimenti rettangolari.
Arkitettura
It-Tholos ta' El Romeral huwa qabar bil-kompartimenti mirdum b'tumbata funebri (tumulus). Jikkonsisti minn kuritur twil magħmul minn ħitan qishom ħitan tas-sejjieħ b'ġebliet żgħar mingħajr tkaħħil u soqfa b'ħaġar megalitiku. Il-kuritur jagħti għal żewġ kompartimenti tondi konsekuttivi b'għamla ta' xehda. L-ikbar kompartiment għandu dijametru ta' bejn wieħed u ieħor 4.20 metri u għandu ħitan tas-sejjieħ mibnija bl-istess mod bħal tal-kuritur, li jxaqilbu 'l ġewwa sa ma jissaqqfu b'ħaġra megalitika fuq nett. L-art tal-kuritur u tal-kompartiment ewlieni hija magħmula minn ħamrija kkumpattata. It-tieni kompartiment huwa kkollegata mal-ewwel wieħed permezz ta' kuritur rettangolari u mhux aċċessibbli għall-pubbliku. Għandu dijametru ta' bejn wieħed u ieħor żewġ metri, fih ħaġra mdaqqsa li fuqha x'aktarx kienu jitpoġġew il-katavri qabel id-dfin, u l-art tal-kompartiment iż-żgħir hija miksija bil-ħaġar. Fi ħdan it-tholos instabu għadam u oġġetti funebri.
Għalkemm jingħad li dawn il-binjiet megalitiċi kellhom użi differenti (oqbra, tempji, eċċ.), it-Tholos ta' El Romeral huwa ċertament sit funebri minħabba li ġo fih instabu fdalijiet umani, qxur tal-baħar, u żewġ tipi ta' bċejjeċ taċ-ċeramika.
Ara wkoll
- Sit tad-Dolmens ta' Antequera
- Dolmen ta' Menga
- Dolmen ta' Viera
- Peña de los Enamorados
- El Torcal
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tholos ta' El Romeral (Tholos de El Romeral) |
- The Modern Antiquarian
- The Megalithic Portal
- Historia de la Arquitectura en España (bl-Ispanjol)
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tholos ta' El Romeral, X'inhi Tholos ta' El Romeral? Xi tfisser Tholos ta' El Romeral?
It Tholos ta El Romeral li jinsab zewġ kilometri u nofs fit Tramuntana tar raħal ta l Andalusija Spanja huwa wieħed mill izjed ezempji importanti ta arkitettura Neolitika fin Nofsinhar tal Ewropa It Tholos ta El Romeral magħruf ukoll bħala l Għar ta El Romeral bl Ispanjol Cueva de Romeral u d Dolmen ta El Romeral bl Ispanjol Dolmen de Romeral huwa sit funebri megalitiku li nbena għall ħabta tal 1800 Q K Huwa wieħed minn tliet oqbra fir reġjun flimkien mad Dolmen ta Menga u d Dolmen ta Viera it tnejn jinsabu lejn il Lbiċ It Tholos ta El Romeral minn barra Fl 2016 dawn it tliet siti flimkien ma Pena de los Enamorados u El Torcal tnizzlu fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO bit titlu Sit tad Dolmens ta Antequera DataIs saqaf tat Tholos ta El Romeral Saħansitra sas seklu 20 kien jingħad li t tliet oqbra megalitiċi fiz zona id Dolmen ta Menga id Dolmen ta Viera u t Tholos ta El Romeral oriġinaw mill istess perjodu Madankollu mir riċerka sussegwenti ħareġ fid dieher li t tholos inbniet ferm wara z zewġ dolmens Iz zewġ dolmens inbnew għall ħabta tat 3800 Q K filwaqt li l kostruzzjoni tat Tholos ta El Romeral x aktarx li saret għall ħabta tal 1800 Q K Huwa rikonoxxut u attribwit lill kultura usa ta Los Millares li kellha ċ ċentru tagħha iktar minn 200 kilometru lejn il Lvant Ir raġunijiet ewlenin li ngħataw għal dan huma l materjali differenti tal ġebel li ntuzaw u l pjanta differenti tal kompartimenti peress li z zewġ dolmens l oħra għandhom kompartimenti rettangolari ArkitetturaId daħla tat Tholos ta El Romeral It Tholos ta El Romeral huwa qabar bil kompartimenti mirdum b tumbata funebri tumulus Jikkonsisti minn kuritur twil magħmul minn ħitan qishom ħitan tas sejjieħ b ġebliet zgħar mingħajr tkaħħil u soqfa b ħaġar megalitiku Il kuritur jagħti għal zewġ kompartimenti tondi konsekuttivi b għamla ta xehda L ikbar kompartiment għandu dijametru ta bejn wieħed u ieħor 4 20 metri u għandu ħitan tas sejjieħ mibnija bl istess mod bħal tal kuritur li jxaqilbu l ġewwa sa ma jissaqqfu b ħaġra megalitika fuq nett L art tal kuritur u tal kompartiment ewlieni hija magħmula minn ħamrija kkumpattata It tieni kompartiment huwa kkollegata mal ewwel wieħed permezz ta kuritur rettangolari u mhux aċċessibbli għall pubbliku Għandu dijametru ta bejn wieħed u ieħor zewġ metri fih ħaġra mdaqqsa li fuqha x aktarx kienu jitpoġġew il katavri qabel id dfin u l art tal kompartiment iz zgħir hija miksija bil ħaġar Fi ħdan it tholos instabu għadam u oġġetti funebri Għalkemm jingħad li dawn il binjiet megalitiċi kellhom uzi differenti oqbra tempji eċċ it Tholos ta El Romeral huwa ċertament sit funebri minħabba li ġo fih instabu fdalijiet umani qxur tal baħar u zewġ tipi ta bċejjeċ taċ ċeramika Ara wkollSit tad Dolmens ta Antequera Dolmen ta Menga Dolmen ta Viera Pena de los Enamorados El TorcalĦoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Tholos ta El Romeral Tholos de El Romeral The Modern Antiquarian The Megalithic Portal Historia de la Arquitectura en Espana bl Ispanjol Referenzi Centre UNESCO World Heritage Antequera Dolmens Site UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 09 26 a b Dolmen from El Romeral www spanisharts com Miġbur 2021 09 26 Dolmen de El Romeral Official Andalusia tourism website www andalucia org Miġbur 2021 09 26