Wādī al Ḥītān bl Għarbi وادي الحيتان litteralment il Wied tal Balieni pronunzja bl Għarbi Eġizzjan ˈwa diː elˈħit æːn hu
Wadi Al Hitan

Wādī al-Ḥītān (bl-Għarbi: وادي الحيتان, litteralment "il-Wied tal-Balieni"; pronunzja bl-Għarbi Eġizzjan: [ˈwa.diː elˈħit.æːn]) huwa sit paleontoloġiku fil-Governorat ta' Faiyum, l-Eġittu, madwar 150 kilometru (93 mil) fil-Lbiċ tal-Kajr. Il-wied ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2005 għall-mijiet ta' fossili li nstabu ta' wħud mill-iżjed tipi bikrin ta' balieni, l-arkeoċeti (subordni estinta ta' balieni). Is-sit joħroġ fid-dieher evidenza għall-ispjegazzjoni ta' wieħed mill-ikbar misteri tal-evoluzzjoni tal-balieni: l-evoluzzjoni tal-balieni minn annimal terresti għal mammiferu tal-baħar.
L-ebda post ieħor fid-dinja ma fih għadd, konċentrazzjoni u kwalità simili ta' dawn il-fossili, f'pajsaġġ daqstant aċċessibbli, attraenti u protett. B'hekk Wadi Al-Hitan tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.
Storja
Il-fossili li nstabu fis-sit jaf mhumiex l-eqdem iżda l-konċentrazzjoni kbira tagħhom fl-inħawi u l-livell ta' preservazzjoni tagħhom huma tal-għaġeb, tant li saħansitra xi kontenut fl-istonku tal-balieni għadu intatt. Il-preżenza ta' fossili ta' annimali bikrin oħra, fosthom klieb il-baħar, kukkudrilli, pixxisega, fkieren tal-baħar u rajja, li nstabu f'Wadi Al-Hitan jippermettu r-rikostruzzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali u ekoloġiċi tal-madwar ta' dak iż-żmien.
L-ewwel fossili ta' skeletri ta' balieni ġew skoperti fix-xitwa tal-1902-1903. Għat-80 sena ta' wara ma tantx attiraw wisq interess, l-iktar minħabba d-diffikultà biex wieħed jasal ħdejhom. Fis-snin 80 tas-seklu 20 l-interess fis-sit reġa' tqanqal peress li l-vetturi li jingranaw fuq erba' roti saru iktar disponibbli faċilment. Flimkien ma' dan l-interess, bdew iżuru s-sit diversi kollezzjonisti tal-fossili, u ħafna għadam tneħħa. Dan wassal għal diversi appelli biex is-sit jiġi kkonservat.
Il-fdalijiet joħorġu fid-dieher bejn wieħed u ieħor l-għamla tipika simili għall-balieni moderni, għalkemm għad hemm xi aspetti primittivi tal-istruttura tal-kranju u tas-snien. L-ikbar skeletru li nstab huwa twil 21 metru, u fih pinen żviluppati sew b'ħames swaba' fuq ir-riġlejn ta' quddiem u l-preżenza mhux mistennija ta' riġlejn ta' wara, bis-saqajn u bis-swaba', xi ħaġa li ma kinitx magħrufa fl-ebda arkeoċeti. L-għamla tagħhom kienet qisha ta' serp u kienu karnivori. Ftit minn dawn il-fdalijiet huma esposti, iżda l-biċċa l-kbira għadhom taħt saffi baxxi ta' sedimenti, li bil-mod il-mod qed jinkixfu bl-erożjoni. Wādī al-Ḥītān jipprovdi evidenza ta' miljuni ta' snin ta' ħajja kostali u tal-baħar.
Fossili
Wādī al-Ḥītān huwa l-iżjed sit importanti fid-dinja biex juri wieħed mill-bidliet ikoniċi tal-ħajja fid-dinja: l-evoluzzjoni tal-balieni. Joħroġ fid-dieher b'mod ċar l-għamla tagħhom u l-mod kif kienu jgħixu waqt it-tranżizzjoni tagħhom minn annimali terrestri għal annimali tal-baħar. Jisboq sew lil siti oħra komparabbli bħala għadd, konċentrazzjoni u kwalità tal-fossili, u l-aċċessibbiltà u l-ambjent tagħhom f'pajsaġġ attraenti u protett. Jinkludi fih ġabra ikonika ta' skeletri fossilizzati tal-arkeoċeti (balieni primittivi li jiddokumentaw it-tranżizzjoni tal-ċetaċji lejn il-ħajja fil-baħar), tas-sirenjani u tar-rettili, kif ukoll snien tal-klieb il-baħar mill-Formazzjoni ta' Gehannam (40-41 miljun sena ilu). L-istrati f'Wādī al-Ḥītān imorru lura għall-epoka tal-Eoċen Nofsani u fihom ġabra estensiva ta' fossili ta' vertebrati f'erja ta' 200 km2 (77 mil kwadru). Instabu bosta fossili u l-biċċa l-kbira għandhom kwalità eċċellenti ta' preservazzjoni. L-iżjed fossili ewlenin huma l-iskeletri u l-għadam tal-balieni u tal-baqar tal-baħar, u ġew dokumentati diversi mijiet ta' fossili tagħhom. Wādī al-Ḥītān (il-Wied tal-Balieni) huwa partikolari peress li fih konċentrazzjoni kbira ta' fossili tal-balieni (1,500 skeletru fossilizzat ta' vertebrati tal-baħar) f'erja relattivament żgħira.
Il-fossili tal-balieni jvarjaw minn għadam individwali għal skeletri sħaħ, u għadd ta' skeletri parzjali attwalment jinsabu għall-wiri fil-parti pubblika tal-park. L-iżjed żewġ balieni komuni huma l-basilosawru kbir, u d-Dorudon kemxejn iżgħar (bejn 3-5 metri). Instabu wkoll mill-inqas żewġ speċijiet oħra minn fdalijiet iktar rari. Il-balieni kellhom riġlejn żgħar ta' wara, li ma għadhomx preżenti fil-balieni moderni, u kellhom kranju b'saħħtu bi snien simili għal dawk ta' annimali terresti karnivori. Mammiferi oħra huma rrappreżentati permezz tal-iskeletri ta' tliet speċijiet ta' sirenjani jew baqar tal-baħar. Dawn kienu annimali tal-baħar għalkollox bħall-balieni, u bl-istess mod kellhom karatteristiċi primittivi li ma għadhomx preżenti fl-ispeċijiet moderni, u għandhom snien li jissuġġerixxu li kienu jieklu l-ħaxix tal-baħar u pjanti oħra tal-baħar. Instab ukoll l-għadam ta' iljunfant primittiv tal-ispeċi Moeritherium.
Ir-rettili fossilizzati huma rrappreżentati mill-fossili ta' kukkudrilli u ta' fkieren il-baħar, u l-għadam ta' sriep tal-baħar instab ukoll. Instabu wkoll bosta speċijiet ta' ħut bl-għadam, klieb il-baħar u rajja, iżda l-biċċa l-kbira tal-fossili huma snien żgħar iżolati u ma tantx jispikkaw. Fossili ta' ħut ikbar jinkludu ir-rostra u s-"snien tas-sega" tal-pixxisega; rostrum ta' pixxisega twila 1.8 metru hija preżenti fil-park. Il-qxur tal-baħar fossilizzati mhumiex komuni fil-blat ewlieni bil-fossili tal-balieni, iżda huma komuni ħafna fi blat ieħor; bosta blat imwaqqa' fih varjetà wiesgħa ta' qxur tal-baħar fossilizzati. Il-fossili ta' nummuliti b'għamla tonda huma komuni f'xi nħawi, u spiss jiksu l-wiċċ tad-deżert. Fil-park instabet ukoll fossila ta' zokk kbir, u din hija mimlija fossili ta' dud tal-baħar. Hemm ukoll fossili ta' xi ħaxix tal-baħar.
L-eqdem fossila ta' pellikan li ġiet skoperta sa issa (li tmur lura għall-Eoċen Aħħari) ġiet identifikata f'Wādī al-Ḥītān fl-2021.
Ġeoloġija
Il-ġeoloġija tal-wied ħolqot xenarju spettakolari ta' rdumijiet u ta' blat iffurmati bl-erożjoni bir-riħ u bl-ilma. Il-blat preżenti f'Wādī al-Ḥītān huwa kollu tal-Eoċen Nofsani sa Aħħari u jinkludi tliet unitajiet prinċipali ta' blat. Il-Formazzjoni ta' Gehannam tinkludi ġebel tat-tajn tal-baħar miftuħ, li huwa preżenti l-iktar fuq l-artijiet iktar ċatti fil-Lvant tal-park pubbliku. L-unità tal-blat li fiha l-iżjed fossili ta' balieni hija l-Formazzjoni ta' Birket Qarun. Din hija magħmula minn ġebel ramli safrani li jifforma l-biċċa l-kbira tal-irdumijiet.
Il-monotonija ta' dan il-ġebel ramli hija interrotta minn saff abjad ta' moħbiet ippreservati sew tal-annimali (li qabel kienu maħsuba li kienu għeruq tal-mangrovji) u minn saff ta' tajn iswed issolidifikat iktar 'il fuq. Iktar lejn il-Lvant tal-irdumijiet tal-Formazzjoni ta' Birket Qarun, hemm ġebel tal-Formazzjoni ta' Gehannam. Dan jindika bidla fil-fond tal-ilma minn baxx għal iktar fond f'dik id-direzzjoni. Il-qċaċet tal-irdumijiet iktar għoljin jinsabu fi ħdan il-Formazzjoni ta' Qasr el Sagha, li tinkludi ġebel skur li jalterna ma' ġebel tal-ġir mimli qxur tal-baħar, li jirrappreżenta ambjent ta' laguna.
Organiżmi selvaġġi
Wādī al-Ḥītān jospita wkoll 15-il speċi ta' pjanti tad-deżert, għaram tar-ramel, u madwar 15-il tip ta' mammiferi selvaġġi, fosthom il-lupu Eġizzjan, il-volpi aħmar, il-leopard Afrikan, il-mangus Eġizzjan, il-qattus selvaġġ Afrikan, u l-gazzella ta' Dorcas. Il-volpi fennec huwa l-iktar mammiferu komuni u spiss jintlemaħ billejl qrib il-kampijiet tat-turisti. Barra minn hekk, attirati mil-lagi ta' Wadi El Rayan, ġew irreġistrati 19-il speċi ta' rettili u 36 speċi ta' għasafar li jitnisslu.
Turiżmu
Madwar 1,000 viżitatur fis-sena biss isuqu f'Wādī al-Ḥītān b'vettura li tingrana fuq erba' roti peress li t-triq imħarbta u tgħaddi mir-ramel tad-deżert mingħajr ebda tabella. Il-biċċa l-kbira tal-viżitaturi ta' Wādī al-Ḥītān huma barranin, li spiss jikkampjaw fil-wied fit-tmiem il-ġimgħa tax-xitwa. Peress li Wādī al-Ḥītān jinsab fi ħdan iż-Żona Protetta ta' Wadi El Rayan, l-istess pjan ta' ġestjoni u ta' protezzjoni jirrestrinġi l-viżitaturi, li jistgħu jżuru s-sit permezz ta' żjarat gwidati biss b'rotta prestabbilita. It-turiżmu sostenibbli qed jibda jiżviluppa u jikber fl-inħawi, u spiss il-vetturi li jingranaw fuq erba' roti qed jiġu sostitwiti b'mixjiet jew b'mawriet fuq l-iġmla.
Billi parti minn Wādī al-Ḥītān sar attrazzjoni turistika, ġew stabbiliti mogħdijiet għall-mixi bejn il-fossili prinċipali u nbnew postijiet kennija żgħar għad-dell. Dan il-park pubbliku issa jżuruh regolarment għadd ta' gruppi ta' turisti, u hemm ukoll sit żgħar għall-kampeġġ.
Il-wied jinsab wara muntanja magħrufa bħala Garet Gohannam, litteralment "il-Muntanja tal-Infern". Fid-dawl ta' nżul ix-xemx, il-muntanja tidher mixgħula b'dawl ħamrani partikolari.
Il-gvern Eġizzjan sostna li f'Lulju 2007, żewġ karozzi misjuqa minn diplomatiċi Belġjani daħlu f'żona protetta tas-sit u qerdu parti minn fossila ta' baliena, u kkawżaw ħsara b'valur ta' 10 miljun dollaru Amerikan. Il-gvern Belġjan allega li d-diplomatiċi ma kkawżaw l-ebda ħsara, u l-kwistjoni baqgħet qatt ma ssolviet.
Sit ta' Wirt Dinji
Wadi Al-Hitan ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".
Gallerija
Referenzi
- ^ "Wadi Al-Hitan | For UNESCO World Heritage Travellers". www.worldheritagesite.org. Miġbur 2023-10-15.
- ^ "Africa World Heritage sites named" (bl-Ingliż). 2005-07-15. Miġbur 2023-10-15.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Wadi Al-Hitan (Whale Valley)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-15.
- ^ Ray, Amitava (2023-03-23). "Valley of the Whales Egypt at Wadi Al-Hitan | Whizzed Net" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-15.
- ^ El Adli, Joseph J.; Wilson Mantilla, Jeffrey A.; Antar, Mohammed Sameh M.; Gingerich, Philip D. (2 June 2021). "The earliest recorded fossil pelican, recovered from the late Eocene of Wadi Al-Hitan, Egypt". Journal of Vertebrate Paleontology. 41 (1): e1903910.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Wadi Al Hitan, X'inhi Wadi Al Hitan? Xi tfisser Wadi Al Hitan?
Wadi al Ḥitan bl Għarbi وادي الحيتان litteralment il Wied tal Balieni pronunzja bl Għarbi Eġizzjan ˈwa diː elˈħit aeːn huwa sit paleontoloġiku fil Governorat ta Faiyum l Eġittu madwar 150 kilometru 93 mil fil Lbiċ tal Kajr Il wied ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO f Lulju 2005 għall mijiet ta fossili li nstabu ta wħud mill izjed tipi bikrin ta balieni l arkeoċeti subordni estinta ta balieni Is sit joħroġ fid dieher evidenza għall ispjegazzjoni ta wieħed mill ikbar misteri tal evoluzzjoni tal balieni l evoluzzjoni tal balieni minn annimal terresti għal mammiferu tal baħar Fossila ta baliena Basilosawrida f Wadi Al Hitan L ebda post ieħor fid dinja ma fih għadd konċentrazzjoni u kwalita simili ta dawn il fossili f pajsaġġ daqstant aċċessibbli attraenti u protett B hekk Wadi Al Hitan tnizzel bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2005 StorjaTabella fid daħla tas sit Il fossili li nstabu fis sit jaf mhumiex l eqdem izda l konċentrazzjoni kbira tagħhom fl inħawi u l livell ta preservazzjoni tagħhom huma tal għaġeb tant li saħansitra xi kontenut fl istonku tal balieni għadu intatt Il prezenza ta fossili ta annimali bikrin oħra fosthom klieb il baħar kukkudrilli pixxisega fkieren tal baħar u rajja li nstabu f Wadi Al Hitan jippermettu r rikostruzzjoni tal kundizzjonijiet ambjentali u ekoloġiċi tal madwar ta dak iz zmien L ewwel fossili ta skeletri ta balieni ġew skoperti fix xitwa tal 1902 1903 Għat 80 sena ta wara ma tantx attiraw wisq interess l iktar minħabba d diffikulta biex wieħed jasal ħdejhom Fis snin 80 tas seklu 20 l interess fis sit reġa tqanqal peress li l vetturi li jingranaw fuq erba roti saru iktar disponibbli faċilment Flimkien ma dan l interess bdew izuru s sit diversi kollezzjonisti tal fossili u ħafna għadam tneħħa Dan wassal għal diversi appelli biex is sit jiġi kkonservat Il fdalijiet joħorġu fid dieher bejn wieħed u ieħor l għamla tipika simili għall balieni moderni għalkemm għad hemm xi aspetti primittivi tal istruttura tal kranju u tas snien L ikbar skeletru li nstab huwa twil 21 metru u fih pinen zviluppati sew b ħames swaba fuq ir riġlejn ta quddiem u l prezenza mhux mistennija ta riġlejn ta wara bis saqajn u bis swaba xi ħaġa li ma kinitx magħrufa fl ebda arkeoċeti L għamla tagħhom kienet qisha ta serp u kienu karnivori Ftit minn dawn il fdalijiet huma esposti izda l biċċa l kbira għadhom taħt saffi baxxi ta sedimenti li bil mod il mod qed jinkixfu bl erozjoni Wadi al Ḥitan jipprovdi evidenza ta miljuni ta snin ta ħajja kostali u tal baħar FossiliSkeletri ta balieni basilosawridi bħad Dorudon ġew skoperti fis sit Wadi al Ḥitan huwa l izjed sit importanti fid dinja biex juri wieħed mill bidliet ikoniċi tal ħajja fid dinja l evoluzzjoni tal balieni Joħroġ fid dieher b mod ċar l għamla tagħhom u l mod kif kienu jgħixu waqt it tranzizzjoni tagħhom minn annimali terrestri għal annimali tal baħar Jisboq sew lil siti oħra komparabbli bħala għadd konċentrazzjoni u kwalita tal fossili u l aċċessibbilta u l ambjent tagħhom f pajsaġġ attraenti u protett Jinkludi fih ġabra ikonika ta skeletri fossilizzati tal arkeoċeti balieni primittivi li jiddokumentaw it tranzizzjoni tal ċetaċji lejn il ħajja fil baħar tas sirenjani u tar rettili kif ukoll snien tal klieb il baħar mill Formazzjoni ta Gehannam 40 41 miljun sena ilu L istrati f Wadi al Ḥitan imorru lura għall epoka tal Eoċen Nofsani u fihom ġabra estensiva ta fossili ta vertebrati f erja ta 200 km2 77 mil kwadru Instabu bosta fossili u l biċċa l kbira għandhom kwalita eċċellenti ta preservazzjoni L izjed fossili ewlenin huma l iskeletri u l għadam tal balieni u tal baqar tal baħar u ġew dokumentati diversi mijiet ta fossili tagħhom Wadi al Ḥitan il Wied tal Balieni huwa partikolari peress li fih konċentrazzjoni kbira ta fossili tal balieni 1 500 skeletru fossilizzat ta vertebrati tal baħar f erja relattivament zgħira Il fossili tal balieni jvarjaw minn għadam individwali għal skeletri sħaħ u għadd ta skeletri parzjali attwalment jinsabu għall wiri fil parti pubblika tal park L izjed zewġ balieni komuni huma l basilosawru kbir u d Dorudon kemxejn izgħar bejn 3 5 metri Instabu wkoll mill inqas zewġ speċijiet oħra minn fdalijiet iktar rari Il balieni kellhom riġlejn zgħar ta wara li ma għadhomx prezenti fil balieni moderni u kellhom kranju b saħħtu bi snien simili għal dawk ta annimali terresti karnivori Mammiferi oħra huma rrapprezentati permezz tal iskeletri ta tliet speċijiet ta sirenjani jew baqar tal baħar Dawn kienu annimali tal baħar għalkollox bħall balieni u bl istess mod kellhom karatteristiċi primittivi li ma għadhomx prezenti fl ispeċijiet moderni u għandhom snien li jissuġġerixxu li kienu jieklu l ħaxix tal baħar u pjanti oħra tal baħar Instab ukoll l għadam ta iljunfant primittiv tal ispeċi Moeritherium Skeletru parzjali ta basilosawru f Wadi al Ḥitan Ir rettili fossilizzati huma rrapprezentati mill fossili ta kukkudrilli u ta fkieren il baħar u l għadam ta sriep tal baħar instab ukoll Instabu wkoll bosta speċijiet ta ħut bl għadam klieb il baħar u rajja izda l biċċa l kbira tal fossili huma snien zgħar izolati u ma tantx jispikkaw Fossili ta ħut ikbar jinkludu ir rostra u s snien tas sega tal pixxisega rostrum ta pixxisega twila 1 8 metru hija prezenti fil park Il qxur tal baħar fossilizzati mhumiex komuni fil blat ewlieni bil fossili tal balieni izda huma komuni ħafna fi blat ieħor bosta blat imwaqqa fih varjeta wiesgħa ta qxur tal baħar fossilizzati Il fossili ta nummuliti b għamla tonda huma komuni f xi nħawi u spiss jiksu l wiċċ tad dezert Fil park instabet ukoll fossila ta zokk kbir u din hija mimlija fossili ta dud tal baħar Hemm ukoll fossili ta xi ħaxix tal baħar L eqdem fossila ta pellikan li ġiet skoperta sa issa li tmur lura għall Eoċen Aħħari ġiet identifikata f Wadi al Ḥitan fl 2021 ĠeoloġijaĠebel ramli stratifikat u mikul bl erozjoni f Wadi al Ḥitan Il ġeoloġija tal wied ħolqot xenarju spettakolari ta rdumijiet u ta blat iffurmati bl erozjoni bir riħ u bl ilma Il blat prezenti f Wadi al Ḥitan huwa kollu tal Eoċen Nofsani sa Aħħari u jinkludi tliet unitajiet prinċipali ta blat Il Formazzjoni ta Gehannam tinkludi ġebel tat tajn tal baħar miftuħ li huwa prezenti l iktar fuq l artijiet iktar ċatti fil Lvant tal park pubbliku L unita tal blat li fiha l izjed fossili ta balieni hija l Formazzjoni ta Birket Qarun Din hija magħmula minn ġebel ramli safrani li jifforma l biċċa l kbira tal irdumijiet Il monotonija ta dan il ġebel ramli hija interrotta minn saff abjad ta moħbiet ippreservati sew tal annimali li qabel kienu maħsuba li kienu għeruq tal mangrovji u minn saff ta tajn iswed issolidifikat iktar il fuq Iktar lejn il Lvant tal irdumijiet tal Formazzjoni ta Birket Qarun hemm ġebel tal Formazzjoni ta Gehannam Dan jindika bidla fil fond tal ilma minn baxx għal iktar fond f dik id direzzjoni Il qċaċet tal irdumijiet iktar għoljin jinsabu fi ħdan il Formazzjoni ta Qasr el Sagha li tinkludi ġebel skur li jalterna ma ġebel tal ġir mimli qxur tal baħar li jirrapprezenta ambjent ta laguna Volpi fennec f Wadi al Ḥitan Organizmi selvaġġiWadi al Ḥitan jospita wkoll 15 il speċi ta pjanti tad dezert għaram tar ramel u madwar 15 il tip ta mammiferi selvaġġi fosthom il lupu Eġizzjan il volpi aħmar il leopard Afrikan il mangus Eġizzjan il qattus selvaġġ Afrikan u l gazzella ta Dorcas Il volpi fennec huwa l iktar mammiferu komuni u spiss jintlemaħ billejl qrib il kampijiet tat turisti Barra minn hekk attirati mil lagi ta Wadi El Rayan ġew irreġistrati 19 il speċi ta rettili u 36 speċi ta għasafar li jitnisslu TurizmuMadwar 1 000 vizitatur fis sena biss isuqu f Wadi al Ḥitan b vettura li tingrana fuq erba roti peress li t triq imħarbta u tgħaddi mir ramel tad dezert mingħajr ebda tabella Il biċċa l kbira tal vizitaturi ta Wadi al Ḥitan huma barranin li spiss jikkampjaw fil wied fit tmiem il ġimgħa tax xitwa Peress li Wadi al Ḥitan jinsab fi ħdan iz Zona Protetta ta Wadi El Rayan l istess pjan ta ġestjoni u ta protezzjoni jirrestrinġi l vizitaturi li jistgħu jzuru s sit permezz ta zjarat gwidati biss b rotta prestabbilita It turizmu sostenibbli qed jibda jizviluppa u jikber fl inħawi u spiss il vetturi li jingranaw fuq erba roti qed jiġu sostitwiti b mixjiet jew b mawriet fuq l iġmla Billi parti minn Wadi al Ḥitan sar attrazzjoni turistika ġew stabbiliti mogħdijiet għall mixi bejn il fossili prinċipali u nbnew postijiet kennija zgħar għad dell Dan il park pubbliku issa jzuruh regolarment għadd ta gruppi ta turisti u hemm ukoll sit zgħar għall kampeġġ Il wied jinsab wara muntanja magħrufa bħala Garet Gohannam litteralment il Muntanja tal Infern Fid dawl ta nzul ix xemx il muntanja tidher mixgħula b dawl ħamrani partikolari Il gvern Eġizzjan sostna li f Lulju 2007 zewġ karozzi misjuqa minn diplomatiċi Belġjani daħlu f zona protetta tas sit u qerdu parti minn fossila ta baliena u kkawzaw ħsara b valur ta 10 miljun dollaru Amerikan Il gvern Belġjan allega li d diplomatiċi ma kkawzaw l ebda ħsara u l kwistjoni baqgħet qatt ma ssolviet Sit ta Wirt DinjiWadi Al Hitan ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2005 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta kriterju wieħed tal għazla tal UNESCO il kriterju viii Ezempju straordinarju li jirrapprezenta stadji importanti tal istorja tad dinja inkluz it trapass tal ħajja il proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl izvilupp tat tipi differenti ta art jew il karatteristiċi ġeomorfiċi jew fizjografiċi sinifikanti GallerijaReferenzi Wadi Al Hitan For UNESCO World Heritage Travellers www worldheritagesite org Miġbur 2023 10 15 Africa World Heritage sites named bl Ingliz 2005 07 15 Miġbur 2023 10 15 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Wadi Al Hitan Whale Valley UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 15 Ray Amitava 2023 03 23 Valley of the Whales Egypt at Wadi Al Hitan Whizzed Net bl Ingliz Miġbur 2023 10 15 El Adli Joseph J Wilson Mantilla Jeffrey A Antar Mohammed Sameh M Gingerich Philip D 2 June 2021 The earliest recorded fossil pelican recovered from the late Eocene of Wadi Al Hitan Egypt Journal of Vertebrate Paleontology 41 1 e1903910