Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Wied t Isfel tal Awash huwa żona ta riċerka paleoantropoloġika fit tarf tal Majjistral ta Gabi Rasu fir Reġjun ta Afa

Wied t'Isfel tal Awash

  • Paġna Ewlenija
  • Wied t'Isfel tal Awash
Wied t'Isfel tal Awash
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Wied t'Isfel tal-Awash huwa żona ta' riċerka paleoantropoloġika fit-tarf tal-Majjistral ta' Gabi Rasu fir-Reġjun ta' Afar tul ix-xmara Awash fid-Depressjoni ta' Afar tal-Etjopja. Huwa laboratorju naturali uniku għall-istudju tal-oriġini u tal-evoluzzjoni tal-bniedem u ta' għadd ta' fossili tal-ominidi bikrin, b'mod partikolari tal-Australopithecines, kif ukoll ta' wħud mill-eqdem artefatti magħrufa tal-ġebel tal-kultura Olduwan, li nstabu fis-sit — kollha jmorru lura għall-Mijoċen, għall-Plijoċen u għall-Plejstoċen Bikri, jiġifieri madwar 5.6 miljun sena ilu sa 2.5 miljun sena ilu. Huwa maħsub b'mod mifrux li d-diverġenza tan-nisel tal-iżjed ominidi bikrin miċ-chimpanzees tlestiet qrib il-bidu ta' dak il-perjodu ta' żmien, jew xi żmien bejn seba' u ħames miljun sena ilu. Madankollu, il-komunità usa' ta' xjenzati tipprovdi diversi stimi għall-perjodi ta' diverġenza li jimplikaw firxa ikbar ta' żmien għal dan l-avveniment.

Sejbiet arkeoloġiċi

Sejba reċenti tal-Australopithecus anamensis ġiet datata li tmur lura għal madwar 4.2 miljun sena ilu, u b'hekk hemm distakk ta' 200,000 sena biss minn fossila iktar bikrija tal-Ardipithecus ramidus iktar primittiv (4.4 miljun sena ilu). Il-fossili tal-Australopithecus garhi ġew datati li huma saħansitra reċenti daqs il-bidu tal-Plejstoċen, jew 2.5 miljun sena ilu; il-fossili tal-Homo erectus fil-membru ta' Daka fis-sit (miljun sena ilu) u tal-Homo sapiens idaltu (160,000 sena ilu) ġew datati li jmorru lura għall-Plejstoċen Nofsani u Aħħari. Barra minn hekk, instabu rqajja' tat-tafal moħmi, li wħud iqisu bħala evidenza tal-użu kkontrollat tan-nar, u li jmorru lura għal dak l-istess perjodu iktar reċenti.

Is-sedimenti fis-sit oriġinarjament ġew depożitati fil-lagi jew fix-xmajjar, u l-karbonati li nstabu fis-sit fihom proporzjonijiet baxxi ta' isotopi tal-karbonju. Din l-informazzjoni tissuġġerixxi li l-ambjent tal-Wied t'Isfel tal-Awash kien bl-ilma matul il-Mijoċen Aħħari, u li dan ir-reġjun li attwalment huwa wieħed aridu, dak iż-żmien kien okkupat minn ħabitats bil-boskijiet jew bil-bwar tal-ħaxix u s-siġar. Fost il-fdalijiet ta' fossili ta' vertebrati oħra li nstabu flimkien mal-ominidi, hemm ta' tip partikolari ta' far tal-kannamiela, li jkompli jsostni l-ħsieb ta' tali ambjent. Fir-reġjun seħħ vulkaniżmu perjodiku, li x'aktarx li ħoloq reġjuni ekoloġiċi distinti li kienu abitati minn speċijiet differenti ta' annimali vertebrati.

Fost il-fossili l-iżjed importanti ta' ominidi li nstabu fil-Wied t'Isfel tal-Awash hemm:

  • l-Ardipithecus kadabba;
  • l-Ardipithecus ramidus;
  • l-Australopithecus afarensis;
  • l-Australopithecus garhi;
  • l-Australopithecus anamensis;
  • l-Homo erectus;
  • l-Homo sapiens idaltu (li nstab f'Herto Bouri).

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Wied t'Isfel tal-Awash ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Referenzi

  1. ^ Kipfer, Barbara Ann (2000) [2000]. Encyclopedic Dictionary of Archaeology. New York, NY: Kluwer Acad./Plenum Publ. ISBN 0-306-46158-7.
  2. ^ De Heinzelin, J; Clark, JD; White, T; Hart, W; Renne, P; Woldegabriel, G; Beyene, Y; Vrba, E (1999). "Environment and behavior of 2.5-million-year-old Bouri hominids". Science. 284 (5414): 625–9.
  3. ^ Haile-Selassie, Yohannes (2001-07-12). "Late Miocene hominids from the Middle Awash, Ethiopia". Nature. 412 (6843): 178–181.
  4. ^ Gilbert, W. Henry; Asfaw, Berhane (2008). Homo Erectus: Pleistocene Evidence from the Middle Awash, Ethiopia. University of California Press. ISBN 978-0-520-25120-5.
  5. ^ Bogucki (1999) [1999-09-01]. Origins of Human Society. Blackwell Publishing. ISBN 1-57718-112-3.
  6. ^ "BIMODAL VOLCANISM AND RIFT BASIN DEVELOPMENT IN THE MIDDLE AWASH REGION, ETHIOPIA". web.archive.org. 2009-10-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-04. Miġbur 2024-01-16.
  7. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Lower Valley of the Awash". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-16.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Lul, 2025 / 02:39

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Wied t'Isfel tal Awash, X'inhi Wied t'Isfel tal Awash? Xi tfisser Wied t'Isfel tal Awash?

Il Wied t Isfel tal Awash huwa zona ta riċerka paleoantropoloġika fit tarf tal Majjistral ta Gabi Rasu fir Reġjun ta Afar tul ix xmara Awash fid Depressjoni ta Afar tal Etjopja Huwa laboratorju naturali uniku għall istudju tal oriġini u tal evoluzzjoni tal bniedem u ta għadd ta fossili tal ominidi bikrin b mod partikolari tal Australopithecines kif ukoll ta wħud mill eqdem artefatti magħrufa tal ġebel tal kultura Olduwan li nstabu fis sit kollha jmorru lura għall Mijoċen għall Plijoċen u għall Plejstoċen Bikri jiġifieri madwar 5 6 miljun sena ilu sa 2 5 miljun sena ilu Huwa maħsub b mod mifrux li d diverġenza tan nisel tal izjed ominidi bikrin miċ chimpanzees tlestiet qrib il bidu ta dak il perjodu ta zmien jew xi zmien bejn seba u ħames miljun sena ilu Madankollu il komunita usa ta xjenzati tipprovdi diversi stimi għall perjodi ta diverġenza li jimplikaw firxa ikbar ta zmien għal dan l avveniment Rikostruzzjoni tal kranju tal Australopithecus garhi li ġie skopert fis sit Sejbiet arkeoloġiċiSejba reċenti tal Australopithecus anamensis ġiet datata li tmur lura għal madwar 4 2 miljun sena ilu u b hekk hemm distakk ta 200 000 sena biss minn fossila iktar bikrija tal Ardipithecus ramidus iktar primittiv 4 4 miljun sena ilu Il fossili tal Australopithecus garhi ġew datati li huma saħansitra reċenti daqs il bidu tal Plejstoċen jew 2 5 miljun sena ilu il fossili tal Homo erectus fil membru ta Daka fis sit miljun sena ilu u tal Homo sapiens idaltu 160 000 sena ilu ġew datati li jmorru lura għall Plejstoċen Nofsani u Aħħari Barra minn hekk instabu rqajja tat tafal moħmi li wħud iqisu bħala evidenza tal uzu kkontrollat tan nar u li jmorru lura għal dak l istess perjodu iktar reċenti Is sedimenti fis sit oriġinarjament ġew depozitati fil lagi jew fix xmajjar u l karbonati li nstabu fis sit fihom proporzjonijiet baxxi ta isotopi tal karbonju Din l informazzjoni tissuġġerixxi li l ambjent tal Wied t Isfel tal Awash kien bl ilma matul il Mijoċen Aħħari u li dan ir reġjun li attwalment huwa wieħed aridu dak iz zmien kien okkupat minn ħabitats bil boskijiet jew bil bwar tal ħaxix u s siġar Fost il fdalijiet ta fossili ta vertebrati oħra li nstabu flimkien mal ominidi hemm ta tip partikolari ta far tal kannamiela li jkompli jsostni l ħsieb ta tali ambjent Fir reġjun seħħ vulkanizmu perjodiku li x aktarx li ħoloq reġjuni ekoloġiċi distinti li kienu abitati minn speċijiet differenti ta annimali vertebrati Fost il fossili l izjed importanti ta ominidi li nstabu fil Wied t Isfel tal Awash hemm l Ardipithecus kadabba l Ardipithecus ramidus l Australopithecus afarensis l Australopithecus garhi l Australopithecus anamensis l Homo erectus l Homo sapiens idaltu li nstab f Herto Bouri Sit ta Wirt DinjiIl Wied t Isfel tal Awash ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1980 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Referenzi Kipfer Barbara Ann 2000 2000 Encyclopedic Dictionary of Archaeology New York NY Kluwer Acad Plenum Publ ISBN 0 306 46158 7 De Heinzelin J Clark JD White T Hart W Renne P Woldegabriel G Beyene Y Vrba E 1999 Environment and behavior of 2 5 million year old Bouri hominids Science 284 5414 625 9 Haile Selassie Yohannes 2001 07 12 Late Miocene hominids from the Middle Awash Ethiopia Nature 412 6843 178 181 Gilbert W Henry Asfaw Berhane 2008 Homo Erectus Pleistocene Evidence from the Middle Awash Ethiopia University of California Press ISBN 978 0 520 25120 5 Bogucki 1999 1999 09 01 Origins of Human Society Blackwell Publishing ISBN 1 57718 112 3 BIMODAL VOLCANISM AND RIFT BASIN DEVELOPMENT IN THE MIDDLE AWASH REGION ETHIOPIA web archive org 2009 10 04 Arkivjat minn l oriġinal fl 2009 10 04 Miġbur 2024 01 16 a b Centre UNESCO World Heritage Lower Valley of the Awash UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 16

L-aħħar artikli
  • Lulju 01, 2025

    Coona

  • Ġunju 18, 2025

    Constant Vanden Stock Stadium

  • Lulju 06, 2025

    Congratulations (Eurovision)

  • Ġunju 07, 2025

    Concepción (Ċili)

  • Ġunju 07, 2025

    Commonwealth tan-Nazzjonijiet

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq