Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Xeff jew chef huwa kok professjonali mħarreġ u mlaħħaq u ħaddiem tas sengħa li huwa espert fl aspetti kollha tat tħejjij

Xeff

  • Paġna Ewlenija
  • Xeff
Xeff
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Xeff jew chef huwa kok professjonali mħarreġ u mlaħħaq u ħaddiem tas-sengħa li huwa espert fl-aspetti kollha tat-tħejjija tal-ikel, li spiss jiffoka fuq tip partikolari ta' tisjir. Il-kelma "xeff" jew "chef" ġejja mit-terminu Franċiż chef de cuisine, jiġifieri d-direttur jew il-kap ta' kċina. Xeff jista' jirċievi taħriġ formali minn istituzzjoni jew inkella jagħmel apprendistat ma' xeff ieħor bl-esperjenza.

Hemm bosta termini differenti li jużaw il-kelma chef, u ġeneralment ikollhom x'jaqsmu ma' oqsma speċifiċi tat-tħejjija tal-ikel. Xi eżempji huma ngħidu aħna s-sous-chef, li ġerarkikament jiġi wara x-xeff fi kċina, u x-chef de partie, li jieħu ħsieb qasam speċifiku tal-produzzjoni tal-ikel. Is-sistema tat-titli fil-qasam tal-kċina hija ġerarkija li tintuża fir-ristoranti u fil-lukandi li jimpjegaw persunal estensiv, b'diversi professjonijiet differenti li jużaw il-kelma chef fit-titli tagħhom. Taħt il-livelli ġerarkiċi kollha ta' xeff imbagħad ikun hemm l-assistenti tal-kċina. Uniformi standard ta' xeff tinkludi kappell (l-iktar wieħed tradizzjonali jissejjaħ toque), maktur ta' madwar l-għonq, ġakketta double-breasted, fardal u par żarbun b'saħħtu (li jaf jinkludi biċċa tal-azzar jew tal-plastik fuq is-swaba').

Etimoloġija

Il-kelma "xeff" jew "chef" toriġina (u hija mqassra) mit-terminu chef de cuisine (pronunzja bil-Franċiż: ​[ʃɛf.də.kɥi.zin]), jiġifieri d-direttur jew il-kap ta' kċina. Il-kelma bil-Franċiż ġejja mil-Latin caput (ras) u hija wkoll kalk mal-kelma Ingliża "chief"). It-titlu ta' "chef" fil-professjoni kulinarja oriġina fl-haute cuisine tas-seklu 19. L-arti kulinarja, fost aspetti oħra tal-lingwa Franċiża, introduċiet diversi termini u titli mill-Franċiż li jintużaw hekk sa llum.

Titli

Diversi titli, imsemmija hawn taħt, jingħataw lil dawk li jaħdmu fi kċina professjonali u kull wieħed minnhom jista' jitqies bħala titlu għal tip ta' xeff partikolari. Ħafna mit-titli huma bbażati fuq il-brigade de cuisine (jew sistema ġerarkika) iddokumentata minn , filwaqt li oħrajn għandhom tifsira iktar ġenerali skont il-kċina individiwali.

Chef de cuisine

Ismijiet oħra jinkludu xeff eżekuttiv, xeff maniġer, xeff kap, u master chef. Din il-persuna tkun responsabbli għall-attivitajiet kollha marbuta mal-kċina, li s-soltu jinkludu l-ħolqien tal-menu, il-ġestjoni tal-persunal tal-kċina, l-ordnar u x-xiri tal-ingredjenti, il-kontroll tal-kostijiet tal-materja prima u d-disinn tal-ikla fil-platt jew l-ipplejtjar. Chef de cuisine huwa t-terminu tradizzjonali Franċiż li minnu oriġina t-terminu "chef" jew xeff bil-Malti. It-titlu ta' chef kap spiss jintuża għall-persuna li jkollha r-responsabbiltajiet ta' xeff eżekuttiv, iżda meta jkun hemm it-tnejn fi kċina, dan jieħu d-deċiżjonijiet eżekuttivi l-kbar bħad-direzzjoni tal-menu, l-awtorità finali fid-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tal-persunal, eċċ. Dan spiss japplika għall-każijiet fejn ikun hemm xeff eżekuttiv għal diversi ristoranti. Dan ikun involut fil-verifika tal-evalwazzjoni sensorja (eż. ir-riħa bix-xamm, id-dehra bil-vista, eċċ.) tal-ikliet wara li jitħejjew u jkun konxju sew ta' kull karatteristika sensorja ta' ikliet speċifiċi.

F'Malta, it-titlu ta' xeff eżekuttiv normalment jintuża fil-lukandi b'diversi ristoranti.

Sous-chef

Is-sous-chef de cuisine (litteralment dak li jkun taħt ix-xeff fil-kċina) huwa t-tieni xeff fil-ġerarkija tal-kċina u l-assistent dirett tax-chef de cuisine jew tax-xeff kap. Din il-persuna jaf tkun responsabbli għall-iskedar u t-tqassim tax-xogħol tal-persunal tal-kċina, jew tidħol bħala sostitut meta x-xeff kap ikun assenti. Barra minn hekk, jista' jkun sostitut ta' chef de partie jew jassistih meta jkun hemm bżonn. Din il-persuna tkun responsabbli għall-inventarju tal-kċina, għall-indafa u l-organizzazzjoni tal-kċina, u għat-taħriġ kontinwu tal-persunal kollu tal-kċina. Id-dmirijiet ta' sous-chef jaf jinkludu wkoll it-twettiq tal-istruzzjonijiet tax-xeff kap, it-twettiq ta' kontrolli fuq xeffs oħra, u s-sorveljar tar-rotazzjoni f'waqtha tal-prodotti kollha tal-ikel. Entitajiet iżgħar jaf ma jkollhomx sous-chef, filwaqt li entitajiet kbar jaf ikollhom iktar minn wieħed.

Chef de partie

Chef de partie, magħruf ukoll bħala "station chef" jew "line cook", ikun responsabbli għal qasam partikolari tal-produzzjoni. Fil-kċejjen il-kbar, kull chef de partie jaf ikollha diversi koki jew assistenti. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-kċejjen, ix-chef de partie ikun l-unika ħaddiem f'dak id-dipartiment. Spiss ix-chef de partie jkollhom ġerarkija għalihom stess, u jibdew bl-ewwel kok, it-tieni kok, eċċ., skont il-bżonn.

Commis (chef)

Commis jew commis chef ikun xeff bażiku fil-kċejjen il-kbar li jaħdem taħt chef de partie biex jitgħallem ir-responsabbiltajiet u x-xogħol ta' qasam partikolari fil-kċina. Dan jista' jkun xeff li reċentement ikun temm taħriġ kulinarju formali jew għadu qed jattendi xi taħriġ.

Titli tas-sistema ġerarkika

Fost id-diversi titli li jista' jkollu xeff mis-sistema ġerarkika hemm dawn li ġejjin:

Malti Ingliż Franċiż IPA Responsabbiltajiet
Sauté chef Sauté chef saucier [sosje] Oġġetti tal-ikel biz-zalza u z-zalza tagħhom. (L-ogħla pożizzjoni fis-sezzjonijiet tal-kċina).
Xeff tal-ħut Fish chef poissonnier [pwasɔnje] Ikliet bil-ħut, u spiss tindif tal-ġewwieni tal-ħut u tnaqqija tax-xewk, u tħejjija taz-zlazi. (Jista' jkun ikkombinat mas-sauté chef).
Xeff tax-xiwi Roast chef rôtisseur [ʁotisœʁ] Laħmijiet mixwijin, stuffat tal-laħam, u z-zlazi tagħhom.
Xeff tal-grill Grill chef grillardin [ɡʁijaʁdɛ̃] Ikel tal-grill. (Jista' jkun ikkombinat mar-rotisseur).
Xeff tal-qali Fry chef friturier [fʁityʁje] Ikel moqli. (Jista' jkun ikkombinat mar-rotisseur).
Xeff tal-istarters Entrée preparer entremétier [ɑ̃tʁəmetje] Starters u ikel ta' qabel il-platt prinċipali, u sikwit is-sopop, il-ħxejjex, l-għaġin, eċċ. (Jista' jkun ikopri l-kompiti tal-potager u tal-légumier).
Xeff tas-sopop Soup chef potager [pɔtaʒe] Sopop. (Jista' jkun li l-kompiti tiegħu jsiru mill-entremétier).
Xeff tal-ħxejjex Vegetable chef légumier [legymje] Ħxejjex. (Jista' jkun li l-kompiti tiegħu jsiru mill-entremétier).
Roundsman Roundsman tournant [tuʁnɑ̃] Jaħdem fejn ikun hemm bżonn fil-kċina, magħruf ukoll bħala "swing cook".
Pantry chef Pantry chef garde manger [ɡaʁd mɑ̃ʒe] Ikel kiesaħ: insalati, appetizers kesħin, pâtés u charcuterie.
Biċċier Butcher boucher [buʃe] Ibiċċer il-laħam tal-annimali, tat-tjur, u xi kultant il-ħut.
Xeff tal-ħami Pastry chef pâtissier [patisje] Ikel moħmi: oġġetti tal-ikel bl-għaġina, torti, kejkijiet, ħobż u deżerti. Jista' jkun is-superviżur ta' tim separat fl-istess kċina.

Assistent tal-kċina

Hemm żewġ tipi ta' assistenti tal-kċina. Hemm il-"kitchen-hands" li jgħinu fil-kompiti bażiċi tat-tħejjija tal-ikel taħt id-direzzjoni tax-xeff. Dawn iwettqu kompiti li ma jirrikjedux wisq ħiliet bħat-tqaxxir tal-patata jew il-ħasil tal-insalata. U hemm l-"istewards" jew il-"kitchen porters" li jkunu involuti fit-tindif u fil-ħasil ġenerali tal-affarijiet tal-kċina u tal-kċina stess. Fil-kċejjen iż-żgħar, dawn id-dmirijiet jaf ikunu inkorporati.

Communard is-soltu jkun dak li jħejji l-ikla għall-persunal waqt ix-xogħol. Din l-ikel spiss tissejjaħ l-ikla tal-persunal jew tal-familja.

Escuelerie (mill-Franċiż tas-seklu 15) jew iktar reċentement "dishwasher" huwa dak li normalment jitqabbad jaħsel il-platti u l-pożati, u jżomm il-kċina nadifa.

Edukazzjoni kulinarja

It-tagħlim, it-taħriġ u l-edukazzjoni tax-xeff huma disponibbli minn bosta istituzzjonijiet kulinarji li joffru diplomi, lawriji, baċellerati, u programmi tal-arti kulinarja. Skont il-livell ta' edukazzjoni, il-korsijiet jaf jieħdu bejn sena sa erba' snin. Apprendistat spiss ikun parti minn kurrikulu. Tkun xi tkun l-edukazzjoni mogħtija, il-biċċa l-kbira tal-kċejjen professjonali jkollhom sistema ta' apprendistati, u l-maġġoranza tal-koki ġodda jibdew f'livell baxx ta' kok sa ma bil-mod il-mod jilħqu l-livell ta' xeff.

Bħal ħafna xogħlijiet tas-sengħa, xeff is-soltu jagħmel xi tip ta' apprendistat formali li jkun jinkludi ħafna snin ta' taħriġ fuq ix-xogħol. L-iskejjel kulinarj u r-ristoranti joffru dawn l-apprendistati. Sabiex wieħed isir apprendist, irid ikollu mill-inqas 18-il sena u jkollu diploma sekondarja jew postsekondarja. L-apprendistati s-soltu jdumu tliet snin jew erba' snin biex jitlestew u jikkombinaw it-tagħlim fil-klassi mat-taħriġ fuq ix-xogħol. Il-perjodu ta' taħriġ għal xeff ġeneralment idum erba' snin b'kollox. Xeff li jkun għadu kemm ġie kkwalifikat javvanza fi stadji b'titli differenti ta' toquecommis-chef, magħrufa bħala commis tal-ewwel sena, commis tat-tieni sena, eċċ. Il-paga s-soltu togħla skont dawn l-istadji. Bħal kull xeff ieħor għajr ix-xeff eżekuttiv, l-apprendisti jitqiegħdu f'sezzjoni partikolari tal-kċina (eż., is-sezzjoni tal-istarters (jew tal-appetizers/entrée) taħt il-gwida ta' demi-chef de partie u jingħataw kompiti relattivament bażiċi. Idealment, maż-żmien, commis ikun qatta' ammont ta' żmien f'kull sezzjoni tal-kċina biex jitgħallem l-affarijiet bażiċi. Mingħajr l-ebda sorveljanza jew għajnuna, commis jaf jitqabbad jaħdem fis-sezzjoni tal-ħxejjex.

Il-perjodu ta' taħriġ formali normali għal xeff huwa ta' sentejn sa erba' snin f'kulleġġ tal-catering (bħal pereżempju l-Istitut tal-Istudji tat-Turiżmu (bl-Ingliż: Institute of Tourism Studies (ITS)), f'Malta). Sikwit iqattgħu s-sajf jaħdmu f'sezzjonijiet differenti tal-kċina jew fi kċejjen differenti. F'xi każijiet minflok isiru korsijiet bil-ġurnata allokata lil hinn mix-xogħol, fejn xeff jaħdem full-time fi kċina bħala apprendist u mbagħad ikollu ġurnata allokata (jew iktar) fejn jitħalla jattendi l-kulleġġ tal-catering.

Uniformi

L-uniformi standard ta' xeff tinkludi kappell magħruf bħala toque, maktur madwar l-għonq, ġakketta double-breasted, fardal u par żarbun li jaf ikollu biċċa tal-azzar jew tal-plastik fuq is-swaba'. Oriġinarjament il-kappell ta' xeff kien iddisinjat bħala kappell twil bit-tinjiet u kien jissejjaħ Dodin Bouffant jew toque.

Ix-xedd tal-għonq jew il-maktur madwar l-għonq oriġinarjament kien jintlibes biex wieħed ikun jista' jimsaħ l-għaraq minn mal-wiċċ, iżda peress li issa dan imur kontra r-regolamenti tas-saħħa u tal-iġjene, jintlibes biss bħala dekorazzjoni. Il-maktur madwar l-għonq tax-xeff oriġinarjament kien jintlibes fuq in-naħa ta' ġewwa tal-ġakketta biex l-għaraq ma jinżilx mill-wiċċ u mill-għonq 'l isfel. Il-ġakketta s-soltu tkun bajda biex ix-xeff jiddandan bl-indafa tiegħu u anke bħala mezz kontra s-sħana tal-kċina. Ġeneralment tkun double-breasted biex tgħin lix-xeff jevita li jkollu feriti serji bħal ħruq jew qtugħ. Din isservi wkoll bħala mezz biex ix-xeff ikun jista' jgħatti xi tbajja' fuq il-ġakketta peress li naħa tal-ġakketta tista' tinqafel fuq l-oħra, li hija xi ħaġa li ssir spiss mix-xeff.

Jintlibes ukoll fardal sa taħt l-irkoppa, ukoll għall-istess raġuni, biex ix-xeff jevita li jinstamat għax iwaqqa' xi ħaġa taħraq fuqu bħal misħun. Iż-żraben ikunu b'saħħithom u ġieli b'biċċa tal-azzar jew tal-plastik fuq is-swaba' biex jevitaw li x-xeff iweġġa' minħabba li taqa' xi ħaġa fuq saqajh bħal xi sikkina. Skont xi regolamenti dwar l-iġjene, il-ġojjellerija mhux suppost tintlibes ħlief iċ-ċurkett taż-żwieġ u ġojjellerija reliġjuża. Jekk ikollha tintuża xi għata fuq xi ferita, din trid tkun ta' lewn blu—kulur li ma tantx issibu fl-oġġetti tal-ikel—biex tkun tista' tingħaraf jekk taqa' fl-ikel. Spiss is-suf tal-wiċċ u x-xagħar twil ikollu jinġabar f'xibka apposta jew jinqata' jew jitqaxxar, għas-sikurezza u l-iġjene tal-ikel. Xi faxex fuq l-idejn is-soltu jiġu mgħottija b'ingwanti tan-nylon. Normalment il-latex ma tantx jintuża fit-tħejjija tal-ikel minħabba l-allerġiji.

Referenzi

  1. ^ "Roth, Isabel. "Innervate". The University of Nottingham School of English Studies" (PDF).
  2. ^ "Definition of chef de cuisine | Dictionary.com". www.dictionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-23.
  3. ^ "Types of Chefs: Executive Chef, Sous Chef & Celebrity Chefs – Who's Who in the Kitchen?". www.culinaryschools.org. Miġbur 2021-07-23.
  4. ^ a b The Culinary Institute of America (2011). The Professional Chef (9th ed.). Hoboken, New Jersey: John Wiley & Sons. ISBN 978-0-470-42135-2. p. 8.
  5. ^ Brickman, Sophie (2010-09-12). "How French Laundry's chefs reach for the stars". SFGATE (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-23.
  6. ^ a b ċ The Culinary Institute of America (2011). The Professional Chef (9th ed.). Hoboken, New Jersey: John Wiley & Sons. ISBN 978-0-470-42135-2. p. 9.
  7. ^ "Chef Revelations Kevin Gratton". The Caterer (bl-Ingliż). 2011-08-04. Miġbur 2021-07-23.
  8. ^ "Chef Training Options". Kitchen Warrior (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-23. Miġbur 2021-07-23.
  9. ^ "Institute of Tourism Studies". its.edu.mt. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-23. Miġbur 2021-07-23.
  10. ^ a b "Sockrider, Guy David (July 27, 2005). "History of the Chefs Uniform". Chefolio. Pflugerville, Texas: Escoffier Media". Arkivjat minn l-oriġinal fl-December 29, 2016. Miġbur July 23, 2021.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 17 Lul, 2025 / 09:50

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Xeff, X'inhi Xeff? Xi tfisser Xeff?

Xeff jew chef huwa kok professjonali mħarreġ u mlaħħaq u ħaddiem tas sengħa li huwa espert fl aspetti kollha tat tħejjija tal ikel li spiss jiffoka fuq tip partikolari ta tisjir Il kelma xeff jew chef ġejja mit terminu Franċiz chef de cuisine jiġifieri d direttur jew il kap ta kċina Xeff jista jirċievi taħriġ formali minn istituzzjoni jew inkella jagħmel apprendistat ma xeff ieħor bl esperjenza Pittura ta xeff Franċiz ta 1823 1891 Hemm bosta termini differenti li juzaw il kelma chef u ġeneralment ikollhom x jaqsmu ma oqsma speċifiċi tat tħejjija tal ikel Xi ezempji huma ngħidu aħna s sous chef li ġerarkikament jiġi wara x xeff fi kċina u x chef de partie li jieħu ħsieb qasam speċifiku tal produzzjoni tal ikel Is sistema tat titli fil qasam tal kċina hija ġerarkija li tintuza fir ristoranti u fil lukandi li jimpjegaw persunal estensiv b diversi professjonijiet differenti li juzaw il kelma chef fit titli tagħhom Taħt il livelli ġerarkiċi kollha ta xeff imbagħad ikun hemm l assistenti tal kċina Uniformi standard ta xeff tinkludi kappell l iktar wieħed tradizzjonali jissejjaħ toque maktur ta madwar l għonq ġakketta double breasted fardal u par zarbun b saħħtu li jaf jinkludi biċċa tal azzar jew tal plastik fuq is swaba EtimoloġijaIl kelma xeff jew chef toriġina u hija mqassra mit terminu chef de cuisine pronunzja bil Franċiz ʃɛf de kɥi zin jiġifieri d direttur jew il kap ta kċina Il kelma bil Franċiz ġejja mil Latin caput ras u hija wkoll kalk mal kelma Ingliza chief It titlu ta chef fil professjoni kulinarja oriġina fl haute cuisine tas seklu 19 L arti kulinarja fost aspetti oħra tal lingwa Franċiza introduċiet diversi termini u titli mill Franċiz li jintuzaw hekk sa llum TitliDiversi titli imsemmija hawn taħt jingħataw lil dawk li jaħdmu fi kċina professjonali u kull wieħed minnhom jista jitqies bħala titlu għal tip ta xeff partikolari Ħafna mit titli huma bbazati fuq il brigade de cuisine jew sistema ġerarkika iddokumentata minn filwaqt li oħrajn għandhom tifsira iktar ġenerali skont il kċina individiwali Chef de cuisine Xeff tas sushi fil Ġappun Ismijiet oħra jinkludu xeff ezekuttiv xeff maniġer xeff kap u master chef Din il persuna tkun responsabbli għall attivitajiet kollha marbuta mal kċina li s soltu jinkludu l ħolqien tal menu il ġestjoni tal persunal tal kċina l ordnar u x xiri tal ingredjenti il kontroll tal kostijiet tal materja prima u d disinn tal ikla fil platt jew l ipplejtjar Chef de cuisine huwa t terminu tradizzjonali Franċiz li minnu oriġina t terminu chef jew xeff bil Malti It titlu ta chef kap spiss jintuza għall persuna li jkollha r responsabbiltajiet ta xeff ezekuttiv izda meta jkun hemm it tnejn fi kċina dan jieħu d deċizjonijiet ezekuttivi l kbar bħad direzzjoni tal menu l awtorita finali fid deċizjonijiet tal ġestjoni tal persunal eċċ Dan spiss japplika għall kazijiet fejn ikun hemm xeff ezekuttiv għal diversi ristoranti Dan ikun involut fil verifika tal evalwazzjoni sensorja ez ir riħa bix xamm id dehra bil vista eċċ tal ikliet wara li jitħejjew u jkun konxju sew ta kull karatteristika sensorja ta ikliet speċifiċi F Malta it titlu ta xeff ezekuttiv normalment jintuza fil lukandi b diversi ristoranti Sous chef Xeff Taljan iservi t tartufo tip ta preġjat Is sous chef de cuisine litteralment dak li jkun taħt ix xeff fil kċina huwa t tieni xeff fil ġerarkija tal kċina u l assistent dirett tax chef de cuisine jew tax xeff kap Din il persuna jaf tkun responsabbli għall iskedar u t tqassim tax xogħol tal persunal tal kċina jew tidħol bħala sostitut meta x xeff kap ikun assenti Barra minn hekk jista jkun sostitut ta chef de partie jew jassistih meta jkun hemm bzonn Din il persuna tkun responsabbli għall inventarju tal kċina għall indafa u l organizzazzjoni tal kċina u għat taħriġ kontinwu tal persunal kollu tal kċina Id dmirijiet ta sous chef jaf jinkludu wkoll it twettiq tal istruzzjonijiet tax xeff kap it twettiq ta kontrolli fuq xeffs oħra u s sorveljar tar rotazzjoni f waqtha tal prodotti kollha tal ikel Entitajiet izgħar jaf ma jkollhomx sous chef filwaqt li entitajiet kbar jaf ikollhom iktar minn wieħed Chef de partie Chef de partie magħruf ukoll bħala station chef jew line cook ikun responsabbli għal qasam partikolari tal produzzjoni Fil kċejjen il kbar kull chef de partie jaf ikollha diversi koki jew assistenti Madankollu fil biċċa l kbira tal kċejjen ix chef de partie ikun l unika ħaddiem f dak id dipartiment Spiss ix chef de partie jkollhom ġerarkija għalihom stess u jibdew bl ewwel kok it tieni kok eċċ skont il bzonn Commis chef Commis jew commis chef ikun xeff baziku fil kċejjen il kbar li jaħdem taħt chef de partie biex jitgħallem ir responsabbiltajiet u x xogħol ta qasam partikolari fil kċina Dan jista jkun xeff li reċentement ikun temm taħriġ kulinarju formali jew għadu qed jattendi xi taħriġ Titli tas sistema ġerarkika Fost id diversi titli li jista jkollu xeff mis sistema ġerarkika hemm dawn li ġejjin Malti Ingliz Franċiz IPA Responsabbiltajiet Saute chef Saute chef saucier sosje Oġġetti tal ikel biz zalza u z zalza tagħhom L ogħla pozizzjoni fis sezzjonijiet tal kċina Xeff tal ħut Fish chef poissonnier pwasɔnje Ikliet bil ħut u spiss tindif tal ġewwieni tal ħut u tnaqqija tax xewk u tħejjija taz zlazi Jista jkun ikkombinat mas saute chef Xeff tax xiwi Roast chef rotisseur ʁotisœʁ Laħmijiet mixwijin stuffat tal laħam u z zlazi tagħhom Xeff tal grill Grill chef grillardin ɡʁijaʁdɛ Ikel tal grill Jista jkun ikkombinat mar rotisseur Xeff tal qali Fry chef friturier fʁityʁje Ikel moqli Jista jkun ikkombinat mar rotisseur Xeff tal istarters Entree preparer entremetier ɑ tʁemetje Starters u ikel ta qabel il platt prinċipali u sikwit is sopop il ħxejjex l għaġin eċċ Jista jkun ikopri l kompiti tal potager u tal legumier Xeff tas sopop Soup chef potager pɔtaʒe Sopop Jista jkun li l kompiti tiegħu jsiru mill entremetier Xeff tal ħxejjex Vegetable chef legumier legymje Ħxejjex Jista jkun li l kompiti tiegħu jsiru mill entremetier Roundsman Roundsman tournant tuʁnɑ Jaħdem fejn ikun hemm bzonn fil kċina magħruf ukoll bħala swing cook Pantry chef Pantry chef garde manger ɡaʁd mɑ ʒe Ikel kiesaħ insalati appetizers kesħin pates u charcuterie Biċċier Butcher boucher buʃe Ibiċċer il laħam tal annimali tat tjur u xi kultant il ħut Xeff tal ħami Pastry chef patissier patisje Ikel moħmi oġġetti tal ikel bl għaġina torti kejkijiet ħobz u dezerti Jista jkun is supervizur ta tim separat fl istess kċina Assistent tal kċinaHemm zewġ tipi ta assistenti tal kċina Hemm il kitchen hands li jgħinu fil kompiti baziċi tat tħejjija tal ikel taħt id direzzjoni tax xeff Dawn iwettqu kompiti li ma jirrikjedux wisq ħiliet bħat tqaxxir tal patata jew il ħasil tal insalata U hemm l istewards jew il kitchen porters li jkunu involuti fit tindif u fil ħasil ġenerali tal affarijiet tal kċina u tal kċina stess Fil kċejjen iz zgħar dawn id dmirijiet jaf ikunu inkorporati Communard is soltu jkun dak li jħejji l ikla għall persunal waqt ix xogħol Din l ikel spiss tissejjaħ l ikla tal persunal jew tal familja Escuelerie mill Franċiz tas seklu 15 jew iktar reċentement dishwasher huwa dak li normalment jitqabbad jaħsel il platti u l pozati u jzomm il kċina nadifa Edukazzjoni kulinarjaChefs jitħarrġu fi skola għax chefs f l Ingilterra It tagħlim it taħriġ u l edukazzjoni tax xeff huma disponibbli minn bosta istituzzjonijiet kulinarji li joffru diplomi lawriji baċellerati u programmi tal arti kulinarja Skont il livell ta edukazzjoni il korsijiet jaf jieħdu bejn sena sa erba snin Apprendistat spiss ikun parti minn kurrikulu Tkun xi tkun l edukazzjoni mogħtija il biċċa l kbira tal kċejjen professjonali jkollhom sistema ta apprendistati u l maġġoranza tal koki ġodda jibdew f livell baxx ta kok sa ma bil mod il mod jilħqu l livell ta xeff Bħal ħafna xogħlijiet tas sengħa xeff is soltu jagħmel xi tip ta apprendistat formali li jkun jinkludi ħafna snin ta taħriġ fuq ix xogħol L iskejjel kulinarj u r ristoranti joffru dawn l apprendistati Sabiex wieħed isir apprendist irid ikollu mill inqas 18 il sena u jkollu diploma sekondarja jew postsekondarja L apprendistati s soltu jdumu tliet snin jew erba snin biex jitlestew u jikkombinaw it tagħlim fil klassi mat taħriġ fuq ix xogħol Il perjodu ta taħriġ għal xeff ġeneralment idum erba snin b kollox Xeff li jkun għadu kemm ġie kkwalifikat javvanza fi stadji b titli differenti ta toquecommis chef magħrufa bħala commis tal ewwel sena commis tat tieni sena eċċ Il paga s soltu togħla skont dawn l istadji Bħal kull xeff ieħor għajr ix xeff ezekuttiv l apprendisti jitqiegħdu f sezzjoni partikolari tal kċina ez is sezzjoni tal istarters jew tal appetizers entree taħt il gwida ta demi chef de partie u jingħataw kompiti relattivament baziċi Idealment maz zmien commis ikun qatta ammont ta zmien f kull sezzjoni tal kċina biex jitgħallem l affarijiet baziċi Mingħajr l ebda sorveljanza jew għajnuna commis jaf jitqabbad jaħdem fis sezzjoni tal ħxejjex Il perjodu ta taħriġ formali normali għal xeff huwa ta sentejn sa erba snin f kulleġġ tal catering bħal perezempju l Istitut tal Istudji tat Turizmu bl Ingliz Institute of Tourism Studies ITS f Malta Sikwit iqattgħu s sajf jaħdmu f sezzjonijiet differenti tal kċina jew fi kċejjen differenti F xi kazijiet minflok isiru korsijiet bil ġurnata allokata lil hinn mix xogħol fejn xeff jaħdem full time fi kċina bħala apprendist u mbagħad ikollu ġurnata allokata jew iktar fejn jitħalla jattendi l kulleġġ tal catering UniformiChefs fil Messiku libsin uniformi standard L uniformi standard ta xeff tinkludi kappell magħruf bħala toque maktur madwar l għonq ġakketta double breasted fardal u par zarbun li jaf ikollu biċċa tal azzar jew tal plastik fuq is swaba Oriġinarjament il kappell ta xeff kien iddisinjat bħala kappell twil bit tinjiet u kien jissejjaħ Dodin Bouffant jew toque Ix xedd tal għonq jew il maktur madwar l għonq oriġinarjament kien jintlibes biex wieħed ikun jista jimsaħ l għaraq minn mal wiċċ izda peress li issa dan imur kontra r regolamenti tas saħħa u tal iġjene jintlibes biss bħala dekorazzjoni Il maktur madwar l għonq tax xeff oriġinarjament kien jintlibes fuq in naħa ta ġewwa tal ġakketta biex l għaraq ma jinzilx mill wiċċ u mill għonq l isfel Il ġakketta s soltu tkun bajda biex ix xeff jiddandan bl indafa tiegħu u anke bħala mezz kontra s sħana tal kċina Ġeneralment tkun double breasted biex tgħin lix xeff jevita li jkollu feriti serji bħal ħruq jew qtugħ Din isservi wkoll bħala mezz biex ix xeff ikun jista jgħatti xi tbajja fuq il ġakketta peress li naħa tal ġakketta tista tinqafel fuq l oħra li hija xi ħaġa li ssir spiss mix xeff Jintlibes ukoll fardal sa taħt l irkoppa ukoll għall istess raġuni biex ix xeff jevita li jinstamat għax iwaqqa xi ħaġa taħraq fuqu bħal misħun Iz zraben ikunu b saħħithom u ġieli b biċċa tal azzar jew tal plastik fuq is swaba biex jevitaw li x xeff iweġġa minħabba li taqa xi ħaġa fuq saqajh bħal xi sikkina Skont xi regolamenti dwar l iġjene il ġojjellerija mhux suppost tintlibes ħlief iċ ċurkett taz zwieġ u ġojjellerija reliġjuza Jekk ikollha tintuza xi għata fuq xi ferita din trid tkun ta lewn blu kulur li ma tantx issibu fl oġġetti tal ikel biex tkun tista tingħaraf jekk taqa fl ikel Spiss is suf tal wiċċ u x xagħar twil ikollu jinġabar f xibka apposta jew jinqata jew jitqaxxar għas sikurezza u l iġjene tal ikel Xi faxex fuq l idejn is soltu jiġu mgħottija b ingwanti tan nylon Normalment il latex ma tantx jintuza fit tħejjija tal ikel minħabba l allerġiji Referenzi Roth Isabel Innervate The University of Nottingham School of English Studies PDF Definition of chef de cuisine Dictionary com www dictionary com bl Ingliz Miġbur 2021 07 23 Types of Chefs Executive Chef Sous Chef amp Celebrity Chefs Who s Who in the Kitchen www culinaryschools org Miġbur 2021 07 23 a b The Culinary Institute of America 2011 The Professional Chef 9th ed Hoboken New Jersey John Wiley amp Sons ISBN 978 0 470 42135 2 p 8 Brickman Sophie 2010 09 12 How French Laundry s chefs reach for the stars SFGATE bl Ingliz Miġbur 2021 07 23 a b ċ The Culinary Institute of America 2011 The Professional Chef 9th ed Hoboken New Jersey John Wiley amp Sons ISBN 978 0 470 42135 2 p 9 Chef Revelations Kevin Gratton The Caterer bl Ingliz 2011 08 04 Miġbur 2021 07 23 Chef Training Options Kitchen Warrior bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 07 23 Miġbur 2021 07 23 Institute of Tourism Studies its edu mt Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 07 23 Miġbur 2021 07 23 a b Sockrider Guy David July 27 2005 History of the Chefs Uniform Chefolio Pflugerville Texas Escoffier Media Arkivjat minn l oriġinal fl December 29 2016 Miġbur July 23 2021

L-aħħar artikli
  • Lulju 10, 2025

    Ryan Scicluna

  • Lulju 16, 2025

    Ruma

  • Lulju 16, 2025

    Riga

  • Lulju 10, 2025

    Renju ta' Mapungubwe

  • Lulju 08, 2025

    Rettangolu

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq