Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Miroslav Klose imwieled bħala Mirosław Marian Klose huwa eks plejer tal futbol Ġermaniż li kien jilgħab bħala attakkant

Miroslav Klose

  • Paġna Ewlenija
  • Miroslav Klose
Miroslav Klose
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Miroslav Klose, imwieled bħala Mirosław Marian Klose (, ) huwa eks-plejer tal-futbol Ġermaniż li kien jilgħab bħala attakkant.

Miroslav Klose
Informazzjoni personali
Isem sħiħMirosław Marian Klose
Twelid9 ta' Ġunju 1978 (1978-06-09) (47 sena)
, Polonja
Tul1.82 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1987–1998SG Blaubach-Diedelkopf
Karriera professjonali
SninKlabb
1998–1999
1999–2004
2004–2007
2007–2011Bayern Munich
2011–2016
Tim nazzjonali
2001–2014Ġermanja
Timijiet ikkowċjati
2016–2018Ġermanja (assistent)
2020–2021Bayern Munich (assistent)

Minkejja li Pollakk minn twelidu, Klose għandu ċ-ċittadinanza Ġermaniża. Matul it-Tazza tad-Dinja 2006 ġewwa l-Ġermanja hu kien l-aqwa skorer tal-kompetizzjoni b'ħames gowls. Fl-edizzjoni preċedenti tal-2002 li saret fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun hu skorja wkoll l-istess ammont ta' gowls fl-ewwel dehra tiegħu f'fażi finali ta' dan il-kampjonat dinji. Fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010, l-ewwel gowl tiegħu wasal fl-ewwel rawnd tal-fażi eliminatorja kontra l-Ingilterra u skorja darbtejn kontra l-Arġentina fil-kwarti tal-finali, partita li mmarkat il-100 dehra tiegħu man-nazzjonal Ġermaniż. Permezz ta' dan il-gowls, attwalment jinsab fit-tieni post flimkien ma' fil-lista tal-aqwa skorers ta' kull żmien fit-Tazza tad-Dinja.

Bijografija

Imwieled f', belt fil-Polonja b'komunità qawwija Ġermaniża, ta' età żgħira ttrasferixxa lejn il-Ġermanja. Missieru, Józef Kloze, u ommu, Barbara Jeż, it-tnejn kienu nvoluti fl-isport: missieru kien plejer professjonista u lagħab ukoll fl- Franċiża, waqt li ommu kienet għal diversi snin gowlkiper tat-tim nazzjonali Pollakk tal- u membru tal-Partit Komunista Pollakk.

Hu hu miżżewweġ lil Sylwia Klose u hu missier tat-twemin Luan u Noah. F'intervista mar-rivista Ġermaniża hu stqarr kif fid-dar jitkellmu il-Pollakk waqt li t-tfal tiegħu jitgħallmu l-Ġermaniż l-iskola.

Karriera

Kaiserslautern

Wara staġun ma' , huwa ngħaqad ma' . Sena wara li ngħaqad mal-klabb hu rnexxielu jiżblokka ruħu mal-ewwel tim. Fl-ewwel 67 logħba huwa skorja 33 gowl. L-istaġun 2002–03 kien diżappuntanti għal Klose minħabba li sab ix-xibka 7 darbiet biss.

Werder Bremen

Fl-2004 huwa ttrasferixxa għal ma' għal somma ta' €5 miljun. Wara bidu mhux daqsek mill-aqwa, Klose ifforma koppja offensiva mill-aktar effetiva mal-Franċiż u l-Kroat u anki mal-Paragwajan , biex b'hekk skorja 15-il gowl fil-Bundesliga.

Sal-2005, Klose kien stabbilixxa lilu nnifsu bħala fost l-aqwa attakkanti tal-futbol Ġermaniżi, jekk mhux ukoll l-aqwa. Fl-, hu skorja 25 gowl f'26 logħba tal-kampjonat, l-akbar total f'dak l-istaġun, u barra minn hekk assista sittax-il gowl.

Wara prestazzjoni mill-aqwa li ħalla fit-Tazza tad-Dinja 2006, kien hemm għajdut li Klose kien se jitlaq lit-tim ta' . Timijiet bħal Barcelona u Juventus kienu fost dawk interessati fl-akkwist ta' dan il-plejer. Kien hemm spekulazzjoni li Klose seta' jissieħeb ma' Bayern Munich, bil-president tal-klabb Franz Beckenbauer ammiratur kbir tal-plejer.

Bayern Munich

Fis-26 ta' Ġunju, 2007, ġie kkonfermat il-passaġġ ta' Klose għal Bayern Munich għas-somma ta' €15-il miljun. Klose kompla t-testijiet mediċi fit-28 ta' Ġunju qabel ma ffirma kuntratt ta' erba' snin.

Klose għamel id-debutt uffiċjali fir-rebħa ta' 4–1 kontra l-eks-tim tiegħu, Werder Bremen, fl-ewwel rawnd tad-. Wara li naqas milli jipparteċipaw fir-rebħa li Bayern Munich għamlu fis-semifinali kontra minħabba li kien imweġġa', Klose irritorna fil-finali kontra , fejn skorja l-ewwel gowl kompetittiv tiegħu mal-klabb il-ġdid biex huma rebħu l-ewwel titlu staġjonali.

Miroslav Klose beda tajjeb fil-Bundesliga meta skorja doppjetta kontra fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat fir-rebħa ta' 3–0, fejn ukoll assista lil . Lejn l-aħħar ta' Settembru, hu skorja l-ewwel għall-klabb f'rebħa ta' 5–0 kontra fil-kampjonat. Lejn l-aħħar nofs tal-istaġun, Klose bata sabiex jirrepeti l-forma tal-ewwel nofs. Madanakollu, l-20 gowl tiegħu (fil-kompetizzjonijiet kollha) – flimkien ma' rekord impressjonanti fit-Tazza DFB – għenu mhux ftit lill-klabb biex jikseb id-doppjetta tal-kampjonat u t-tazza nazzjonali.

It-tieni staġun tiegħu kien wieħed pożittiv hekk kif spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-klabb b'20 gowl f'kull kompetizzjoni, figura li setgħet kienet aħjar li ma kienux għall-problemi fiżiċi li tappnulu l-istaġun. L-aħħar sentejn mal-klabb Bavarjan kienu deludenti hekk kif ħafna drabi spiċċa fost is-sostituti.

Fis-6 ta' Ġunju, 2011, Klose u Bayern Munich baqgħu ma laħqux qbil u hekk kif il-kuntratt tiegħu kien skada, iddeċieda li jħalli 'l-klabb fi tmiem l-istaġun 2010–11.

Lazio

Nhar id-9 ta' Ġunju, 2011, Klose iffirma kuntratt ta' sentejn mal-klabb Taljan ta' . Dan se jkun l-ewwel tim tiegħu barra mill-Ġermanja.

Internazzjonali

F'Jannar tal-2001, il-kowċ nazzjonali tal-Polonja, , mar il-Ġermanja sabiex jipperswadi lil Klose biex jilgħab f'isem il-Polonja. Din ir-rikjesta ġie rrifjutata minn Klose li għażel li jilgħab għall-Ġermanja. Il-konsistenza tiegħu fl-ammont ta' gowls, wassluh biex jiddebutta mat-tim nazzjonali kontra l-Albanija nhar l-24 ta' Marzu, 2001. Klose daħal bħala sostitut u żewġ minuti mill-ħin skorja l-gowl tar-rebħa permezz ta' daqqa ta' ras, għal skor finali ta' 2–1.

F'intervista li ta għal Przegląd Sportowy fid-9 ta' Ġunju, 2008, Klose stqarr li d-deċiżjoni tiegħu li jilgħab għall-Ġermanja u mhux għall-Polonja ma kinitx waħda faċli, u li kieku l-uffiċċjali Pollakki kienu aktar kmieni, seta' għażel li jilgħab mal-Polonja. Fatt kurjuż huwa li meta Klose skorja mal-Ġermanja, it-tim qatt ma tilef. Attwalment jinsab fit-tieni post flimkien ma' bħala l-aqwa skorer ta' kull żmien fit-Tazza tad-Dinja.

Tazza tad-Dinja 2002

Klose żblokka fix-xena internazzjonali tal-futbol waqt it-Tazza tad-Dinja 2002 li saret fil-Korea u l-Ġappun. Għall-Ġermanja hu skorja ħames gowls, kollha bir-ras, matul il-kompetizzjoni, fejn temm l-ewwel esperjenza f'kampjonat internazzjonali bħala t-tieni l-aqwa skorer flimkien ma' . Fost il-ħames gowls kien hemm tripletta li għamel fir-rebħa kbira tal-Ġermaniżi fuq l- bl-iskor ta' 8–0.

Tazza tad-Dinja 2006

Klose ġie msejjaħ mal-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 2006, it-tieni Tazza tad-Dinja fuq livell personali. Fil-partita tal-ftuħ kontra l-, li kienet taħbat ukoll ma' għeluq it-28 sena tiegħu, Klose skorja darbtejn għall-Ġermanja, fis-17 u fil-61 minuta. Il-partita spiċċat 4–2 favur it-tim Ġermaniż. Matul il-kompetizzjoni fforma koppja offensiva formidabbli ma' li bejniethom skorjaw tmien gowls.

Hu skorja żewġ gowls oħra kontra l- fl-20 ta' Ġunju, fejn b'hekk poġġa ruħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-aqwa skorers. Klose lagħab rwol importanti fir-rebħa tal-Ġermanja kontra l- fejn kien hu li pprovda żewġ assists lil li skorja ż-żewġ gowls fir-rebħa ta' 2–0 fir-rawnd tal-aħħar sittax.

Il-forma tajba tiegħu kompliet hekk kif lejn l-aħħar minuti tal-partita mill-kwarti tal-finali kontra l-Arġentina, li ntlagħbet fit-30 ta' Ġunju 2006, hu rnexxielu jikseb il-gowl tal-pari fejn wassal biex il-Ġermanja tirbaħ 4–2 wara l-għoti tal-penalties. Klose huwa l-ewwel Ġermaniż minn żmien fis-sebgħinijiet li sar l-aqwa skorer tat-Tazza tad-Dinja, u l-ewwel Ġermaniż li skorja l-aktar gowls minn meta l-Ġermanja ngħaqdet f'pajjiż wieħed (Müller irrappreżenta lill-). L-edizzjoni tal-2006 intemmet bi Klose għaxar gowls fiż-żewġ edizzjonijiet li lagħab tat-Tazza tad-Dinja, sitta 'l bogħod mir-rekord tal-Brażiljan Ronaldo.

Kampjonati Ewropej 2008

Fis-6 ta' Settembru, 2006, Klose skorja darbtejn kontra San Marino fir-rebħa ta' 13–0 tal-Ġermanja, biex b'hekk tella' n-numru ta' gowls internazzjonali għal 33, l-istess ammont ta' u b'hekk wasal sas-seba' post tal-aqwa skorers ta' kull żmien tal-Ġermanja.

Minkejja n-nifxa fil-gowls li kien għaddej minnha li wasslu għal xniegħat li seta' jitneħħa mill-ewwel ħdax, il-kowċ Ġermaniż ċaħad dan kollu. Nhar it-8 ta' Settembru, 2007, Klose kellu l-faxxa ta' kaptan għall-ewwel darba u ċċelebraa dan l-avveniment biż-żewġ gowls tar-rebħa ta' 2–0 fuq Wales.

Fil-fażi finali, Klose beda l-partita tal-ftuħ mill-ewwel minuta u kien hu li pprovda ż-żewġ gowls tal-Ġermanja skurjati minn fir-rebħa ta' 2–0. Fiż-żewġ partiti segwenti kontra l-Kroazja u l-Awstrija ma rnexxielux jiskorja gowl wieħed, però fil-fażi eliminatorja hu fetaħ il-kont tiegħu għal din il-kompetizzjoni permezz ta' żewġ gowls għall-Ġermanja, l-ewwel fil-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Portugall u t-tieni wasal fis-semifinali kontra t-Turkija. Madanakollu ma sabx ix-xibka fil-finali mitlufa mill-Ġermaniżi kontra Spanja.

Tazza tad-Dinja 2010

Klose ġie magħżul fost it-23 plejer tal-Ġermanja għat-Tazza tad-Dinja 2010, it-tielet waħda tiegħu. Fl-ewwel logħba mill-fażi tal-gruppi kontra l-Awstralja, Klose skorja t-tieni gowl fir-rebħa ta' 4–0. Fit-tieni logħba kontra s-Serbja, Klose ingħata karta ħamra fit-36 minuta, partita li l-Ġermaniżi tilfu 1–0. Fir-rawnd ta' L-Aħħar Sittax, hu skorja t-tnax-il gowl tiegħu fit-Tazza tad-Dinja meta sab ix-xibka fil-konfront kontra l-Ingilterra tas-27 ta' Ġunju, 2010. Dan kien il-50 gowl tiegħu fid-99 logħba internazzjonali, hekk kif il-Ġermaniżi ttrijonfaw 4–1. Il-100 logħba tiegħu waslet fil-kwarti tal-finali kontra l-Arġentina hu skorja darbtejn, it-tieni u r-raba' gowls, fir-rebħa ta' 4–0, biex ugwalja r-rekord tal-konnazzjonali Gerd Müller. Minħabba uġigħ f'daru li sofra fis-semifinali kontra Spanja (li l-Ġermanja tilfet 1-0), Klose ma setax jilgħab fil-partita għat-tielet post kontra l-Urugwaj (li l-Ġermanja rebħet 3-2).

Statistika tal-karriera

Korretti sal-14 ta' Mejju 2011
Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
2 0 – 2 0
29 9 4 0 12 2 45 11
31 16 4 0 – 35 16
32 9 4 4 0 0 36 13
26 10 1 1 2 1 29 12
Total 120 44 13 5 14 3 147 52
32 15 5 0 8 2 44 17
26 25 5 2 9 4 40 31
31 13 3 0 13 2 47 15
Total 89 53 13 2 30 8 132 63
Bayern Munich 27 10 8 6 12 5 47 21
26 10 4 3 8 7 38 20
25 3 5 2 8 1 38 6
20 1 4 3 2 1 26 5
Total 98 24 21 14 30 14 149 52
Total tal-karriera 308 121 47 21 74 25 429 167

Unuri

Klabb

Werder Bremen
  • : 2006
Bayern Munich
  • Bundesliga: 2007–08, 2009–10
  • : 2008, 2010
  • : 2007
  • : 2010

Individwali

  • : 2006
  • Żarbuna tad-Deheb: 2006
  • Żarbuna tal-Fidda: 2002

Referenzi

  1. ^ Sylwia Klose
  2. ^ "Klose set to leave Bayern" (bl-Ingliż). UEFA. 2011-06-06. Miġbur 2011-06-06.
  3. ^ "Klose leaves Bayern for Lazio" (bl-Ingliż). UEFA. 2011-06-09. Miġbur 2011-06-09.
  4. ^ "Klose call as Germans beat Albania" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2001-03-24. Miġbur 2008-06-08.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Miroslav Klose (Miroslav Klose)
  • (DE) Sit uffiċjali
  • (DE) Miroslav Klose fuq fussballdaten.de
  • Miroslav Klose – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
  • Miroslav Klose – rekord fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA (arkivju)
  • Miroslav Klose fuq National-Football-Teams.com

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 20:24

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Miroslav Klose, X'inhi Miroslav Klose? Xi tfisser Miroslav Klose?

Miroslav Klose imwieled bħala Miroslaw Marian Klose huwa eks plejer tal futbol Ġermaniz li kien jilgħab bħala attakkant Miroslav KloseInformazzjoni personaliIsem sħiħMiroslaw Marian KloseTwelid9 ta Ġunju 1978 1978 06 09 47 sena PolonjaTul1 82 mRwolAttakkantMixtliet1987 1998SG Blaubach DiedelkopfKarriera professjonaliSninKlabb1998 19991999 20042004 20072007 2011Bayern Munich2011 2016Tim nazzjonali2001 2014ĠermanjaTimijiet ikkowċjati2016 2018Ġermanja assistent 2020 2021Bayern Munich assistent Minkejja li Pollakk minn twelidu Klose għandu ċ ċittadinanza Ġermaniza Matul it Tazza tad Dinja 2006 ġewwa l Ġermanja hu kien l aqwa skorer tal kompetizzjoni b ħames gowls Fl edizzjoni preċedenti tal 2002 li saret fil Korea t Isfel u l Ġappun hu skorja wkoll l istess ammont ta gowls fl ewwel dehra tiegħu f fazi finali ta dan il kampjonat dinji Fit Tazza tad Dinja tal FIFA 2010 l ewwel gowl tiegħu wasal fl ewwel rawnd tal fazi eliminatorja kontra l Ingilterra u skorja darbtejn kontra l Arġentina fil kwarti tal finali partita li mmarkat il 100 dehra tiegħu man nazzjonal Ġermaniz Permezz ta dan il gowls attwalment jinsab fit tieni post flimkien ma fil lista tal aqwa skorers ta kull zmien fit Tazza tad Dinja BijografijaImwieled f belt fil Polonja b komunita qawwija Ġermaniza ta eta zgħira ttrasferixxa lejn il Ġermanja Missieru Jozef Kloze u ommu Barbara Jez it tnejn kienu nvoluti fl isport missieru kien plejer professjonista u lagħab ukoll fl Franċiza waqt li ommu kienet għal diversi snin gowlkiper tat tim nazzjonali Pollakk tal u membru tal Partit Komunista Pollakk Hu hu mizzewweġ lil Sylwia Klose u hu missier tat twemin Luan u Noah F intervista mar rivista Ġermaniza hu stqarr kif fid dar jitkellmu il Pollakk waqt li t tfal tiegħu jitgħallmu l Ġermaniz l iskola KarrieraKaiserslautern Wara staġun ma huwa ngħaqad ma Sena wara li ngħaqad mal klabb hu rnexxielu jizblokka ruħu mal ewwel tim Fl ewwel 67 logħba huwa skorja 33 gowl L istaġun 2002 03 kien dizappuntanti għal Klose minħabba li sab ix xibka 7 darbiet biss Werder Bremen Miroslav Klose ma Werder Bremen Fl 2004 huwa ttrasferixxa għal ma għal somma ta 5 miljun Wara bidu mhux daqsek mill aqwa Klose ifforma koppja offensiva mill aktar effetiva mal Franċiz u l Kroat u anki mal Paragwajan biex b hekk skorja 15 il gowl fil Bundesliga Sal 2005 Klose kien stabbilixxa lilu nnifsu bħala fost l aqwa attakkanti tal futbol Ġermanizi jekk mhux ukoll l aqwa Fl hu skorja 25 gowl f 26 logħba tal kampjonat l akbar total f dak l istaġun u barra minn hekk assista sittax il gowl Wara prestazzjoni mill aqwa li ħalla fit Tazza tad Dinja 2006 kien hemm għajdut li Klose kien se jitlaq lit tim ta Timijiet bħal Barcelona u Juventus kienu fost dawk interessati fl akkwist ta dan il plejer Kien hemm spekulazzjoni li Klose seta jissieħeb ma Bayern Munich bil president tal klabb Franz Beckenbauer ammiratur kbir tal plejer Bayern Munich Fis 26 ta Ġunju 2007 ġie kkonfermat il passaġġ ta Klose għal Bayern Munich għas somma ta 15 il miljun Klose kompla t testijiet mediċi fit 28 ta Ġunju qabel ma ffirma kuntratt ta erba snin Klose għamel id debutt uffiċjali fir rebħa ta 4 1 kontra l eks tim tiegħu Werder Bremen fl ewwel rawnd tad Wara li naqas milli jipparteċipaw fir rebħa li Bayern Munich għamlu fis semifinali kontra minħabba li kien imweġġa Klose irritorna fil finali kontra fejn skorja l ewwel gowl kompetittiv tiegħu mal klabb il ġdid biex huma rebħu l ewwel titlu staġjonali Miroslav Klose beda tajjeb fil Bundesliga meta skorja doppjetta kontra fl ewwel ġurnata tal kampjonat fir rebħa ta 3 0 fejn ukoll assista lil Lejn l aħħar ta Settembru hu skorja l ewwel għall klabb f rebħa ta 5 0 kontra fil kampjonat Lejn l aħħar nofs tal istaġun Klose bata sabiex jirrepeti l forma tal ewwel nofs Madanakollu l 20 gowl tiegħu fil kompetizzjonijiet kollha flimkien ma rekord impressjonanti fit Tazza DFB għenu mhux ftit lill klabb biex jikseb id doppjetta tal kampjonat u t tazza nazzjonali It tieni staġun tiegħu kien wieħed pozittiv hekk kif spiċċa bħala l aqwa skorer tal klabb b 20 gowl f kull kompetizzjoni figura li setgħet kienet aħjar li ma kienux għall problemi fiziċi li tappnulu l istaġun L aħħar sentejn mal klabb Bavarjan kienu deludenti hekk kif ħafna drabi spiċċa fost is sostituti Fis 6 ta Ġunju 2011 Klose u Bayern Munich baqgħu ma laħqux qbil u hekk kif il kuntratt tiegħu kien skada iddeċieda li jħalli l klabb fi tmiem l istaġun 2010 11 Lazio Nhar id 9 ta Ġunju 2011 Klose iffirma kuntratt ta sentejn mal klabb Taljan ta Dan se jkun l ewwel tim tiegħu barra mill Ġermanja InternazzjonaliMiroslav Klose waqt taħriġ mat tim nazzjonali Ġermaniz F Jannar tal 2001 il kowċ nazzjonali tal Polonja mar il Ġermanja sabiex jipperswadi lil Klose biex jilgħab f isem il Polonja Din ir rikjesta ġie rrifjutata minn Klose li għazel li jilgħab għall Ġermanja Il konsistenza tiegħu fl ammont ta gowls wassluh biex jiddebutta mat tim nazzjonali kontra l Albanija nhar l 24 ta Marzu 2001 Klose daħal bħala sostitut u zewġ minuti mill ħin skorja l gowl tar rebħa permezz ta daqqa ta ras għal skor finali ta 2 1 F intervista li ta għal Przeglad Sportowy fid 9 ta Ġunju 2008 Klose stqarr li d deċizjoni tiegħu li jilgħab għall Ġermanja u mhux għall Polonja ma kinitx waħda faċli u li kieku l uffiċċjali Pollakki kienu aktar kmieni seta għazel li jilgħab mal Polonja Fatt kurjuz huwa li meta Klose skorja mal Ġermanja it tim qatt ma tilef Attwalment jinsab fit tieni post flimkien ma bħala l aqwa skorer ta kull zmien fit Tazza tad Dinja Tazza tad Dinja 2002 Klose zblokka fix xena internazzjonali tal futbol waqt it Tazza tad Dinja 2002 li saret fil Korea u l Ġappun Għall Ġermanja hu skorja ħames gowls kollha bir ras matul il kompetizzjoni fejn temm l ewwel esperjenza f kampjonat internazzjonali bħala t tieni l aqwa skorer flimkien ma Fost il ħames gowls kien hemm tripletta li għamel fir rebħa kbira tal Ġermanizi fuq l bl iskor ta 8 0 Tazza tad Dinja 2006 Klose ġie msejjaħ mal iskwadra għat Tazza tad Dinja 2006 it tieni Tazza tad Dinja fuq livell personali Fil partita tal ftuħ kontra l li kienet taħbat ukoll ma għeluq it 28 sena tiegħu Klose skorja darbtejn għall Ġermanja fis 17 u fil 61 minuta Il partita spiċċat 4 2 favur it tim Ġermaniz Matul il kompetizzjoni fforma koppja offensiva formidabbli ma li bejniethom skorjaw tmien gowls Hu skorja zewġ gowls oħra kontra l fl 20 ta Ġunju fejn b hekk poġġa ruħu fl ewwel post tal klassifika tal aqwa skorers Klose lagħab rwol importanti fir rebħa tal Ġermanja kontra l fejn kien hu li pprovda zewġ assists lil li skorja z zewġ gowls fir rebħa ta 2 0 fir rawnd tal aħħar sittax Il forma tajba tiegħu kompliet hekk kif lejn l aħħar minuti tal partita mill kwarti tal finali kontra l Arġentina li ntlagħbet fit 30 ta Ġunju 2006 hu rnexxielu jikseb il gowl tal pari fejn wassal biex il Ġermanja tirbaħ 4 2 wara l għoti tal penalties Klose huwa l ewwel Ġermaniz minn zmien fis sebgħinijiet li sar l aqwa skorer tat Tazza tad Dinja u l ewwel Ġermaniz li skorja l aktar gowls minn meta l Ġermanja ngħaqdet f pajjiz wieħed Muller irrapprezenta lill L edizzjoni tal 2006 intemmet bi Klose għaxar gowls fiz zewġ edizzjonijiet li lagħab tat Tazza tad Dinja sitta l bogħod mir rekord tal Braziljan Ronaldo Kampjonati Ewropej 2008 Fis 6 ta Settembru 2006 Klose skorja darbtejn kontra San Marino fir rebħa ta 13 0 tal Ġermanja biex b hekk tella n numru ta gowls internazzjonali għal 33 l istess ammont ta u b hekk wasal sas seba post tal aqwa skorers ta kull zmien tal Ġermanja Minkejja n nifxa fil gowls li kien għaddej minnha li wasslu għal xniegħat li seta jitneħħa mill ewwel ħdax il kowċ Ġermaniz ċaħad dan kollu Nhar it 8 ta Settembru 2007 Klose kellu l faxxa ta kaptan għall ewwel darba u ċċelebraa dan l avveniment biz zewġ gowls tar rebħa ta 2 0 fuq Wales Fil fazi finali Klose beda l partita tal ftuħ mill ewwel minuta u kien hu li pprovda z zewġ gowls tal Ġermanja skurjati minn fir rebħa ta 2 0 Fiz zewġ partiti segwenti kontra l Kroazja u l Awstrija ma rnexxielux jiskorja gowl wieħed pero fil fazi eliminatorja hu fetaħ il kont tiegħu għal din il kompetizzjoni permezz ta zewġ gowls għall Ġermanja l ewwel fil partita tal kwarti tal finali kontra l Portugall u t tieni wasal fis semifinali kontra t Turkija Madanakollu ma sabx ix xibka fil finali mitlufa mill Ġermanizi kontra Spanja Tazza tad Dinja 2010 Klose ġie magħzul fost it 23 plejer tal Ġermanja għat Tazza tad Dinja 2010 it tielet waħda tiegħu Fl ewwel logħba mill fazi tal gruppi kontra l Awstralja Klose skorja t tieni gowl fir rebħa ta 4 0 Fit tieni logħba kontra s Serbja Klose ingħata karta ħamra fit 36 minuta partita li l Ġermanizi tilfu 1 0 Fir rawnd ta L Aħħar Sittax hu skorja t tnax il gowl tiegħu fit Tazza tad Dinja meta sab ix xibka fil konfront kontra l Ingilterra tas 27 ta Ġunju 2010 Dan kien il 50 gowl tiegħu fid 99 logħba internazzjonali hekk kif il Ġermanizi ttrijonfaw 4 1 Il 100 logħba tiegħu waslet fil kwarti tal finali kontra l Arġentina hu skorja darbtejn it tieni u r raba gowls fir rebħa ta 4 0 biex ugwalja r rekord tal konnazzjonali Gerd Muller Minħabba uġigħ f daru li sofra fis semifinali kontra Spanja li l Ġermanja tilfet 1 0 Klose ma setax jilgħab fil partita għat tielet post kontra l Urugwaj li l Ġermanja rebħet 3 2 Statistika tal karrieraKorretti sal 14 ta Mejju 2011 Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Total Prez Gowls Prez Gowls Prez Gowls Prez Gowls 2 0 2 0 29 9 4 0 12 2 45 11 31 16 4 0 35 16 32 9 4 4 0 0 36 13 26 10 1 1 2 1 29 12 Total 120 44 13 5 14 3 147 52 32 15 5 0 8 2 44 17 26 25 5 2 9 4 40 31 31 13 3 0 13 2 47 15 Total 89 53 13 2 30 8 132 63 Bayern Munich 27 10 8 6 12 5 47 21 26 10 4 3 8 7 38 20 25 3 5 2 8 1 38 6 20 1 4 3 2 1 26 5 Total 98 24 21 14 30 14 149 52 Total tal karriera 308 121 47 21 74 25 429 167UnuriKlabb Werder Bremen 2006 Bayern Munich Bundesliga 2007 08 2009 10 2008 2010 2007 2010 Individwali 2006 Zarbuna tad Deheb 2006 Zarbuna tal Fidda 2002Referenzi Sylwia Klose Klose set to leave Bayern bl Ingliz UEFA 2011 06 06 Miġbur 2011 06 06 Klose leaves Bayern for Lazio bl Ingliz UEFA 2011 06 09 Miġbur 2011 06 09 Klose call as Germans beat Albania bl Ingliz BBC Sport 2001 03 24 Miġbur 2008 06 08 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Miroslav Klose Miroslav Klose DE Sit uffiċjali DE Miroslav Klose fuq fussballdaten de a span li Miroslav Klose rekord kompetittiv tal FIFA arkivjat a span li Miroslav Klose rekord fil kompetizzjonijiet tal UEFA arkivju a span li Miroslav Klose fuq National Football Teams com a span li

L-aħħar artikli
  • Ġunju 12, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol ta' Wales

  • Ġunju 09, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja

  • Ġunju 07, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol ta' San Marino

  • Ġunju 10, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta

  • Ġunju 08, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq