Puebla de Zaragoza pronunzja bl Ispanjol ˈpweβla bin Nahuatl Cuetlaxcoapan formalment Heroica Puebla de Zaragoza u li qa
Puebla (belt)

Puebla de Zaragoza (pronunzja bl-Ispanjol: [ˈpweβla]; bin-Nahuatl: Cuetlaxcoapan), formalment Heroica Puebla de Zaragoza, u li qabel kienet Puebla de los Ángeles matul l-era kolonjali, magħrufa sempliċement bħala Puebla, hija s-sede tal-Muniċipalità ta' Puebla. Hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-istat ta' Puebla, u r-raba' l-ikbar belt fil-Messiku, wara l-Belt tal-Messiku, u Guadalajara. Hija belt bi pjanta tal-era tal-Viċirè u tinsab fix-Xlokk tal-Messiku Ċentrali fir-rotta prinċipali bejn il-Belt tal-Messiku u l-port Atlantiku prinċipali tal-Messiku, — madwar 100 kilometru (62 mil) fil-Lvant ix-Xlokk tal-Belt tal-Messiku u madwar 220 kilometru (140 mil) fil-Punent ta' Veracruz.
Puebla (belt) | ||
---|---|---|
Messiku | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Messiku | |
State of Mexico | Puebla | |
Municipality of Mexico | Puebla | |
Kap tal-Gvern | (en) | |
Isem uffiċjali | Heroica Puebla de Zaragoza | |
Ismijiet oriġinali | Heroica Puebla de Zaragoza | |
Kodiċi postali | 72000 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 19°03′05″N 98°13′04″W / 19.0514°N 98.2178°WKoordinati: 19°03′05″N 98°13′04″W / 19.0514°N 98.2178°W | |
Puebla (belt) Puebla (belt) (Mexico) | ||
Superfiċjenti | 546 kilometru kwadru | |
Għoli | 2,153 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 1,434,062 abitanti (2010) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | Il-ĦamisambUTCIl-Ħamis | |
Kodiċi tat-telefon | 221 / 222 | |
Żona tal-Ħin | ||
bliet ġemellati | Firenze, , , , Cancun, , Rodi, , Cádiz, , , , Fes, , , Wonsanu | |
pueblacapital.gob.mx |
Il-belt ġiet stabbilita fl-1531 f'żona msejħa Cuetlaxcoapan, li tfisser "fejn is-sriep jibdlu l-ġilda tagħhom", bejn żewġ insedjamenti indiġeni ta' dak iż-żmien, u . Dan il-wied ma kienx popolat fis-seklu 16, peress li fl-era Pre-Ispanika dawn l-inħawi kienu jintużaw primarjament għall-"gwerer tal-fjuri" bejn għadd ta' popolazzjonijiet. Minħabba l-istorja u l-istili arkitettoniċi tagħha li jvarjaw mir-Rinaxximent sal-Barokk Messikan, il-belt tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987. Il-belt hija famuża wkoll għall-mole poblano, għaċ-chiles en nogada u għall-fuħħar ta' Talavera. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-ekonomija tagħha hija bbażata fuq l-industrija.
Puebla hi r-raba' l-ikbar belt fil-Messiku u r-raba' l-ikbar żona metropolitana fil-Messiku, u l-popolazzjoni attwali tagħha tlaħħaq it-3,250,000 ruħ. Il-belt isservi bħala waħda miċ-ċentri prinċipali għall-Messiku Ċentrali u għal-Lvant. L-istudenti mill-istati tal-madwar jattendu l-universitajiet prestiġjużi tagħha, bħal BUAP, UDLAP, Ibero, fost oħrajn. Il-belt teċċella wkoll fl-industrija, u għandha l-ikbar fabbrika tal-Volkswagen fid-dinja, 'il barra mill-Ġermanja, li tinsab fil-muniċipalità ta' Cuautlancingo u impjant tal-Audi f'San José Chiapa. B'hekk, bosta fornituri tal-impjanti tal-assemblaġġ tal-Volkswagen u tal-Audi fetħu fabbriki fiż-żona metropolitana ta' Puebla.
Storja
Era Pre-Kolombjana
Xi storiċi jqisu li l-inħawi fejn tinsab il-belt illum il-ġurnata ma kinux abitati fl-era Pre-Kolombjana, għajr fis-seklu 15, meta dan il-wied twarrab għall-hekk imsejħa Gwerer tal-Fjuri fost il-popolazzjonijiet ta' Itzocan, Tepeaca, Huejotzingo, Texmelucan u Tlaxcala, u s-suldati li kienu jinqabdu kienu jintużaw bħala vittmi għas-sagrifiċċji.
L-istabbiliment ta' Puebla beda b'ittra mill-isqof ta' Tlaxcala, Julián Garcés, fl-1530 lir-reġina Spanjola fejn saħaq dwar il-ħtieġa li jkun hemm insedjament Spanjol bejn il-Belt tal-Messiku u l-port ta' Veracruz. Skont leġġenda, l-isqof kellu ħolma dwar fejn kellu jibni l-belt. F'din il-ħolma, huwa ra wied bil-boskijiet u bil-mergħat li kienet tgħaddi minnhom xmara bl-ilma ċar u bil-fawwariet tal-ilma ġieri f'art għammiela. Hu u jikkontempla dan ix-xenarju, ra grupp ta' anġli li niżlu mis-sema u indikawlu l-limiti tal-belt. Konvint li kien ra viżjoni divina, huwa ċċelebra quddiesa, u flimkien ma' xi patrijiet mar ifittex il-post indikat. Ħames legi mill-monasteru huwa ddikjara li kienu sabu l-post indikat fil-ħolma. Din il-leġġenda hija s-sors tal-isem oriġinali ta' Puebla, Puebla de los Ángeles, u tal-laqam attwali tagħha Angelópolis (litteralment il-Belt tal-Anġli).
Arma
L-arma tal-belt tirreferi għal belt (b'kastell u ħames torrijiet) protetta mill-anġli; l-ittri K. V. jirreferu għal Karlu V, l-Imperatur Ruman Sagru (bil-Latin: Karolus V), magħruf ukoll bħala Karlu I ta' Spanja; u fuq in-naħa t'isfel hemm seba' xmajjar li jaqsmu l-belt.
Era kolonjali
Il-belt ġiet stabbilita fl-1531 fil-Wied ta' Cuetlaxcoapan bħala belt Spanjola, mhux fuq il-pedamenti ta' belt-stat indiġena eżistenti. Id-data uffiċjali tal-istabbiliment hija s-16 ta' April 1531. Madankollu, dan l-ewwel tentattiv ta' insedjament ma rnexxiex minħabba l-għargħar kostanti tas-sit li kien qrib ħafna tax-xmara. Diversi xmajjar jgħaddu mill-Wied ta' Puebla, fosthom dawk ta' San Francisco, Atoyac u Alseseca. Dan il-wied imiss mal-bliet-stati indiġeni li ġew ikkonvertiti b'irħula kolonjali, fosthom Cholula, Tlaxcala, Huejotzingo u Tepeaca, li kollha kemm huma kellhom popolazzjonijiet indiġeni kbar. Wara l-istabbiliment tal-belt, dan il-wied sar ir-rotta prinċipali bejn il-Belt tal-Messiku u Veracruz, il-port mal-kosta tal-Karibew u l-kollegament ma' Spanja.
Puebla kienet belt u reġjun importanti fl-istorja ta' Spanja l-Ġdida, peress li kienet ir-reġjun ċentrali tal-insedjament Spanjol, f'nofs triq bejn il-port prinċipali u l-belt kapitali, kellha popolazzjoni indiġena kbira, u attirat bosta insedjaturi Spanjoli. Kienet tipprovdi prodotti mkabbra b'mod kummerċjali lill-belt kapitali u saret ċentru tal-produzzjoni lokali tat-tessuti. Hija kkollegata sew mat-Tramuntana tal-Messiku, b'mod partikolari mar-reġjun tal-estrazzjoni tal-fidda madwar Zacatecas.
Il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni ttrasferiet ruħha mix-xatt tal-Punent tax-xmara ta' San Francisco lejn sit iktar fil-għoli. Ftit familji baqgħu jgħixu fejn kienu u l-insedjament oriġinali ngħata l-isem ta' Alto de San Francisco. Il-Kuruna Spanjola appoġġat l-istabbiliment ta' Puebla bħala belt mingħajr encomiendas, peress li kien qed isir abbuż minn din is-sistema u għadd ta' Spanjoli kienu qed isibu ruħhom mingħajr art. Puebla ngħatat l-arma tagħha fl-1538, flimkien mat-titli "Noble y Leal" (Nobbli u Leali) fl-1558, "Muy Noble y Leal Ciudad" (Belt Nobbli Ħafna u Leali) fl-1561 u "Muy Noble y Muy Leal Ciudad" (Belt Nobbli Ħafna u Leali Ħafna) fl-1576.
Il-konfigurazzjoni tal-belt għandha disinn Spanjol klassiku, iċċentrata fuq pjazza prinċipali, attwalment imsejħa Zócalo. Din il-pjazza prinċipali oriġinarjament kienet rettangolari, iżda iktar 'il quddiem saret kwadra minħabba li l-verżjoni bikrija tqieset bħala kerha. Karatteristika ewlenija oħra tal-belt kienu s-swieq (tianguis) li kienu jsiru kull ġimgħa, fejn il-bejjiegħa indiġeni kienu jmorru bil-merkanzija u bl-oġġetti tal-ikel tagħhom biex ibigħuhom lill-popolazzjoni. Sa nofs is-seklu 16, l-ilma twassal lejn il-pjazza prinċipali lejn funtana ġdida. Sal-aħħar tas-seklu, il-belt kienet tokkupa 120 blokka, u l-biċċa l-kbira minnhom kienu għadhom qed jinbnew. Il-katidral il-ġdid inbeda fl-1575. Il-klima favorevoli u l-pożizzjoni strateġika tal-belt għenuha tistagħna, u malajr saret it-tieni l-iżjed belt importanti fi Spanja l-Ġdida. , il-kompożitur famuż tas-seklu 17 fid-Dinja l-Ġdida, qatta' ħafna minn ħajtu fil-katidral, minn madwar l-1620 sal-1664.
Il-kunsill tal-belt ta' Puebla, magħmul minn Spanjoli biss, kellu ċertu ammont ta' awtonomija fil-politika tal-belt u l-art taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu. Dan il-kunsill annetta l-irħula ta' Amozoc, Totimehuacán u Cuautinchán mat-territorju tiegħu fl-1755. Sal-1786, l-artijiet ta' Puebla kienu estiżi minn dik li issa hija Veracruz sal-istati ta' Guerrero. Il-belt baqgħet tikber u ġiet irregolata iktar matul is-sekli 17 u 18. Inbena muniċipju ġdid fl-1714 u t-tianguis fil-pjazza prinċipali ġew sostitwiti b'bankarelli tal-injam fis-snin 70 tas-seklu 18. It-toroq ġew pavimentati bil-ġebel bejn l-1786 u l-1811.
L-attività kummerċjali tneħħiet għalkollox mill-pjazza prinċipali sal-bidu tas-seklu 19 u tpoġġiet fis-suq ta' San Francisco Parian. Inbnew pjazez oħra, fosthom ta' San Luis, San Antonio, El Carmen, La Concordia u Santa Inés. Il-pjazza prinċipali sarulha diversi trasformazzjonijiet, u żdiedu statwi u ġonna. Matul il-Gwerra Messikana tal-Indipendenza, ir-rwol prinċipali ta' Puebla kien l-istampar u d-distribuzzjoni tal-pjan għall-indipendenza. Fl-1827, wara l-Indipendenza, l-Ispanjoli (peninsulares) kollha tkeċċew mill-artijiet tal-belt.
Era Repubblikana Bikrija
Fl-1847, il-belt ittieħdet mill-forzi tal-Istati Uniti taħt il-Ġeneral , mingħajr ma ġie sparat tir. Il-gwarniġjon Amerikan ġie assedjat fil-belt mill-14 ta' Settembru sat-12 ta' Ottubru 1847 mill-forzi irregolari tal-Ġeneral u iktar 'il quddiem dawn ġew imsaħħa minn Antonio López de Santa Ana. L-assedju spiċċa bil-qawwa tal-Ġeneral Joseph Lane li ssieltet minn Veracruz sal-belt wara li rebħet kontra Santa Ana fil-Battalja ta' Huamantla fid-9 ta' Ottubru 1847. Dak iż-żmien Puebla kienet il-bażi għall-kampanja militari tal-Ġeneral Lane kontra l-Ġeneral Rea u rvelli oħra li fixklu l-linji tal-komunikazzjoni tal-armata tal-Istati Uniti. Dawn il-forzi telqu f'Lulju 1848 wara li ġie rratifikat it-Trattat ta' Guadalupe Hidalgo.
Matul l-intervent tal-Franċiżi fil-Messiku fil-5 ta' Mejju 1862 fil-Battalja ta' Puebla, il-forzi Messikani tad-difiża taħt Ignacio Zaragoza rebħu kontra l-armata Franċiża taħt il-Konti de Lorencez. Isem il-belt inbidel għal Puebla de Zaragoza fl-1862, b'digriet maħruġ minn u l-btata tas-"5 de Mayo" (Cinco de Mayo) hija avveniment annwali ewlieni hawnhekk. Il-belt ġiet attakata mill-ġdid mill-Franċiżi fl-1863, li rnexxielhom jeħduha. Il-forzi Franċiżi telqu fl-1866 u r-rikostruzzjoni bdiet fl-1867.
Matul l-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, Puebla baqgħet importanti kulturalment u ekonomikament. Kellha industrija tat-tessuti b'saħħitha f'dak iż-żmien. L-immigrazzjoni mill-Ewropa kienet imħeġġa u nies minn Spanja, l-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Libanu ġew jgħixu fil-belt.
F'dik li kienet il-prekursur tar-Rivoluzzjoni Messikana, l-aħwa Carmen, Máximo y Aquiles Serdán kienu l-imħuħ wara waħda mill-ewwel konfoffi kontra l-gvern ta' . Il-pjanijiet tagħhom ġew skoperti u d-dar tagħhom, li kienet tinsab f'6 Triq Oriente, ġiet iċċirkondata mit-truppi federali. Faqqgħet battalja bl-armi tan-nar, u fiha l-aħwa Serdán inqatlu fit-18 ta' Novembru 1910. Matul ir-Rivoluzzjoni Messikana, il-belt ittieħdet mill-forzi taħt il-Ġeneral , u mbagħad kienet taħt il-kontroll ta' Zapata.
Avvenimenti reċenti
Mill-1931 sal-aħħar tas-seklu 20, it-tkabbir tal-belt xpruna l-assorbiment tal-muniċipalitajiet ta' Ignacio Mariscal, San Felipe Hueyotlipan, Resurreccion, San Jeronimo Caleras, San Miguel Canoa u San Francisco Totimehuacán fil-belt. Fl-1950, permezz tad-digriet tal-kungress statali, il-belt ingħatat it-titlu ta' Heroica Puebla de Zaragoza. Fl-1977, il-gvern federali ddikjara l-belt bħala Żona tal-Monumenti Storiċi. Fl-1987 imbagħad, iċ-ċentru storiku ta' Puebla ġie ddikjarat Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Il-belt ta' Puebla ressqet il-kandidatura tagħha biex ikollha s-sede taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles tal-Amerka, u għal żmien qasir intużat bħala l-kwartieri ġenerali temporanji tas-segretarjat sal-waqfien tan-negozjati fl-2005.
Sit ta' Wirt Dinji
Iċ-Ċentru Storiku ta' Puebla ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Puebla tinsab fil-Wied ta' Puebla, magħruf ukoll bħala l-Wied ta' Cuetlaxcoapan, li huwa wied kbir imdawwar mill-muntanji u mill-vulkani tal-Medda Vulkanika Trans-Messikana mill-erba' naħat. Tinsab 40 kilometru (25 mil) fil-Lvant tal-vulkani ta' Popocatépetl u Iztaccíhuatl, u b'hekk ir-residenti għandhom veduti tal-qċaċet tagħhom li spiss ikunu miksijin bil-borra. Minħabba l-prossimità tal-vulkan ta' Popocatépetl, Puebla xi kultant tkun esposta għall-irmied u għat-trab li joħorġu mill-vulkan meta jkun iktar attiv mis-soltu, l-iktar reċenti fid-19 ta' Mejju 2023.
Il-vulkan rieqed ta' La Malinche jinsab fit-Tramuntana tal-belt, u Pico de Orizaba jinsab fil-Lvant. Idroloġikament, il-belt tagħmel parti mill-baċir tax-xmara Atoyac; ix-xmara tnixxi mill-porzjonijiet tat-Tramuntana, tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-muniċipalità, u tikkollega mal-Lag ta' Valsequillo, fejn inbniet id-Diga ta' Manuel Ávila Camacho. Xmajjar oħra li jaqsmu l-inħawi huma x-xmajjar Alseseca u San Francisco.
Klima
Skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen (Cwb), Puebla għandha klima subtropikali tal-artijiet għoljin, minħabba l-pożizzjoni tropikali u l-altitudni għolja ta' madwar 2,100 metru (6,889.76 pied). Fil-Messiku, id-deżinjazzjoni uffiċjali hi: "klima miti subumduża bix-xita tas-sajf". Qajla tkun ħafna sħana f'Puebla, b'medja ta' tlett ijiem biss fejn it-temperaturi jaqbżu d-29 °C (84 °F). It-temperaturi billejl ikunu bierda s-sena kollha. Puebla tesperjenza xhur tax-xitwa miti u nexfin (minn nofs Ottubru sa Frar), xhur tar-rebbiegħa sħan (minn Marzu sa nofs Mejju), u staġun tal-monsuni (minn nofs Mejju sa Ottubru).
Data klimatika għal Puebla, il-Messiku (1951-2010) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 29.5 (85.1) | 32.0 (89.6) | 35.0 (95.0) | 36.0 (96.8) | 36.5 (97.7) | 34.0 (93.2) | 33.0 (91.4) | 33.0 (91.4) | 32.0 (89.6) | 33.0 (91.4) | 31.0 (87.8) | 30.5 (86.9) | 36.5 (97.7) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 23.0 (73.4) | 23.9 (75.0) | 25.9 (78.6) | 27.5 (81.5) | 28.0 (82.4) | 26.4 (79.5) | 25.3 (77.5) | 25.3 (77.5) | 24.8 (76.6) | 24.8 (76.6) | 24.4 (75.9) | 23.6 (74.5) | 25.2 (77.4) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 13.9 (57.0) | 15.0 (59.0) | 17.1 (62.8) | 19.0 (66.2) | 19.8 (67.6) | 19.4 (66.9) | 18.4 (65.1) | 18.4 (65.1) | 18.2 (64.8) | 17.3 (63.1) | 15.8 (60.4) | 14.5 (58.1) | 17.2 (63.0) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 4.9 (40.8) | 6.2 (43.2) | 8.4 (47.1) | 10.5 (50.9) | 11.7 (53.1) | 12.5 (54.5) | 11.6 (52.9) | 11.5 (52.7) | 11.5 (52.7) | 9.8 (49.6) | 7.2 (45.0) | 5.4 (41.7) | 9.3 (48.7) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −5.5 (22.1) | −1.5 (29.3) | −2.0 (28.4) | 1.0 (33.8) | 5.0 (41.0) | 5.0 (41.0) | 4.0 (39.2) | 4.5 (40.1) | 0.0 (32.0) | 2.0 (35.6) | −4.5 (23.9) | −6.0 (21.2) | −6.0 (21.2) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 12.0 (0.47) | 8.5 (0.33) | 9.4 (0.37) | 28.8 (1.13) | 83.5 (3.29) | 193.5 (7.62) | 161.6 (6.36) | 172.4 (6.79) | 197.1 (7.76) | 79.1 (3.11) | 18.0 (0.71) | 5.2 (0.20) | 969.1 (38.15) |
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) | 1.6 | 1.7 | 2.4 | 6.2 | 12.7 | 18.2 | 17.9 | 18.2 | 18.7 | 10.0 | 3.1 | 1.2 | 111.9 |
Umdità relattiva medja (%) | 53 | 53 | 47 | 52 | 55 | 63 | 67 | 68 | 65 | 62 | 52 | 60 | 58 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 263 | 280 | 285 | 266 | 245 | 200 | 212 | 202 | 183 | 228 | 259 | 253 | 2,876 |
Sors: Servicio Meteorológico National (l-umdità mill-1981 sas-sena 2000) | |||||||||||||
Sors: Ogimet (is-sigħat ta' xemx mill-1981 sal-2010) |
Nies notevoli
- – kowċ;
- – fiżiku u missier il-kantanta/kantawtriċi ;
- – attriċi televiżiva u tal-films;
- – youtuber;
- – attur;
- – Viċi President tal-Club Universidad Nacional;
- - plejer tal-futbol;
- – kowċ;
- – kittieb;
- - plejer tal-futbol;
- – kowċ;
- – kowċ;
- – attriċi televiżiva u tal-films.
Ġemellaġġ
Puebla hija ġemellata ma':
|
|
Referenzi
- ^ Sierra Silva, Pablo Miguel. Urban Slavery in Colonial Mexico: Puebla de los Angeles, 1531-1706. New York: Cambridge University Press 2018, p. 8.
- ^ Tony (2020-07-20). "On the road to becoming an authentic "poblano"". MexConnect (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
- ^ Julia Hirshberg, "Social Experiments in New Spain: A Prosopographical Study of the Early Settlement at Puebla de Los Angeles, 1531-1534" , Hispanic American Historical Review vol. 59, 1979.
- ^ "Fundación e historia de Puebla". www.elclima.com.mx (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Enciclopedia de los Municipios de México ESTADO DE PUEBLA PUEBLA"". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-12-01. Miġbur 2023-08-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Barbosa Cano, Manlio (2000). "Puebla. Proceso fundacional milenario". Enlaces. 8: 5–12.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Puebla". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
- ^ Ludwig, Christopher; Ludwig2016-07-19T12:25:00+01:00, Chris. "Volkswagen & Audi in Mexico part 2: Everything in its right place". Automotive Logistics (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Ciudad de Puebla". web.archive.org. 2011-09-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-09-27. Miġbur 2023-08-01.
- ^ Trevor (2020-06-14). "South from Puebla, Mexico". MexConnect (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
- ^ Guy P.C. Thomson, Puebla de Los Angeles: Industry and Society in a Mexican City, 1700-1850. Westview Press 1989.
- ^ Brescia, Michael M. (July 2004). "Liturgical Expressions of Episcopal Power: Juan de Palafox y Mendoza and Tridentine Reform in Colonial Mexico". The Catholic Historical Review. 90 (3): 497–518.
- ^ "Sucesos históricos de Puebla". web.archive.org. 2011-09-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-09-27. Miġbur 2023-08-01.
- ^ Art, Philadelphia Museum of (1908). Philadelphia Museum of Art Bulletin (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ "NORMALES CLIMATOLÓGICAS 1981–2000" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-03-04. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Climat report". www.ogimet.com. Miġbur 2023-08-01.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Puebla (belt), X'inhi Puebla (belt)? Xi tfisser Puebla (belt)?
Puebla de Zaragoza pronunzja bl Ispanjol ˈpwebla bin Nahuatl Cuetlaxcoapan formalment Heroica Puebla de Zaragoza u li qabel kienet Puebla de los Angeles matul l era kolonjali magħrufa sempliċement bħala Puebla hija s sede tal Muniċipalita ta Puebla Hija l belt kapitali u l ikbar belt tal istat ta Puebla u r raba l ikbar belt fil Messiku wara l Belt tal Messiku u Guadalajara Hija belt bi pjanta tal era tal Viċire u tinsab fix Xlokk tal Messiku Ċentrali fir rotta prinċipali bejn il Belt tal Messiku u l port Atlantiku prinċipali tal Messiku madwar 100 kilometru 62 mil fil Lvant ix Xlokk tal Belt tal Messiku u madwar 220 kilometru 140 mil fil Punent ta Veracruz Puebla belt MessikuAmministrazzjoniStat sovranMessikuState of MexicoPueblaMunicipality of MexicoPueblaKap tal Gvern en Isem uffiċjali Heroica Puebla de ZaragozaIsmijiet oriġinali Heroica Puebla de ZaragozaKodiċi postali 72000ĠeografijaKoordinati 19 03 05 N 98 13 04 W 19 0514 N 98 2178 W 19 0514 98 2178 Koordinati 19 03 05 N 98 13 04 W 19 0514 N 98 2178 W 19 0514 98 2178Puebla belt Puebla belt Mexico Superfiċjenti 546 kilometru kwadruGħoli 2 153 mDemografijaPopolazzjoni 1 434 062 abitanti 2010 Informazzjoni oħraFondazzjoni Il ĦamisambUTCIl ĦamisKodiċi tat telefon 221 222Zona tal Ħinbliet ġemellati Firenze Cancun Rodi Cadiz Fes Wonsanupueblacapital gob mx Il belt ġiet stabbilita fl 1531 f zona msejħa Cuetlaxcoapan li tfisser fejn is sriep jibdlu l ġilda tagħhom bejn zewġ insedjamenti indiġeni ta dak iz zmien u Dan il wied ma kienx popolat fis seklu 16 peress li fl era Pre Ispanika dawn l inħawi kienu jintuzaw primarjament għall gwerer tal fjuri bejn għadd ta popolazzjonijiet Minħabba l istorja u l istili arkitettoniċi tagħha li jvarjaw mir Rinaxximent sal Barokk Messikan il belt tnizzlet bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1987 Il belt hija famuza wkoll għall mole poblano għaċ chiles en nogada u għall fuħħar ta Talavera Madankollu il biċċa l kbira tal ekonomija tagħha hija bbazata fuq l industrija Puebla hi r raba l ikbar belt fil Messiku u r raba l ikbar zona metropolitana fil Messiku u l popolazzjoni attwali tagħha tlaħħaq it 3 250 000 ruħ Il belt isservi bħala waħda miċ ċentri prinċipali għall Messiku Ċentrali u għal Lvant L istudenti mill istati tal madwar jattendu l universitajiet prestiġjuzi tagħha bħal BUAP UDLAP Ibero fost oħrajn Il belt teċċella wkoll fl industrija u għandha l ikbar fabbrika tal Volkswagen fid dinja il barra mill Ġermanja li tinsab fil muniċipalita ta Cuautlancingo u impjant tal Audi f San Jose Chiapa B hekk bosta fornituri tal impjanti tal assemblaġġ tal Volkswagen u tal Audi fetħu fabbriki fiz zona metropolitana ta Puebla StorjaEra Pre Kolombjana Dokument li jirrikonoxxi lil Puebla bħala belt iffirmat mir Reġina ta Spanja Isabella tal Portugall mill arkivju muniċipali Xi storiċi jqisu li l inħawi fejn tinsab il belt illum il ġurnata ma kinux abitati fl era Pre Kolombjana għajr fis seklu 15 meta dan il wied twarrab għall hekk imsejħa Gwerer tal Fjuri fost il popolazzjonijiet ta Itzocan Tepeaca Huejotzingo Texmelucan u Tlaxcala u s suldati li kienu jinqabdu kienu jintuzaw bħala vittmi għas sagrifiċċji L istabbiliment ta Puebla beda b ittra mill isqof ta Tlaxcala Julian Garces fl 1530 lir reġina Spanjola fejn saħaq dwar il ħtieġa li jkun hemm insedjament Spanjol bejn il Belt tal Messiku u l port ta Veracruz Skont leġġenda l isqof kellu ħolma dwar fejn kellu jibni l belt F din il ħolma huwa ra wied bil boskijiet u bil mergħat li kienet tgħaddi minnhom xmara bl ilma ċar u bil fawwariet tal ilma ġieri f art għammiela Hu u jikkontempla dan ix xenarju ra grupp ta anġli li nizlu mis sema u indikawlu l limiti tal belt Konvint li kien ra vizjoni divina huwa ċċelebra quddiesa u flimkien ma xi patrijiet mar ifittex il post indikat Ħames legi mill monasteru huwa ddikjara li kienu sabu l post indikat fil ħolma Din il leġġenda hija s sors tal isem oriġinali ta Puebla Puebla de los Angeles u tal laqam attwali tagħha Angelopolis litteralment il Belt tal Anġli Arma L arma tal belt tirreferi għal belt b kastell u ħames torrijiet protetta mill anġli l ittri K V jirreferu għal Karlu V l Imperatur Ruman Sagru bil Latin Karolus V magħruf ukoll bħala Karlu I ta Spanja u fuq in naħa t isfel hemm seba xmajjar li jaqsmu l belt Era kolonjali Mappa tal belt fl 1698 Il belt ġiet stabbilita fl 1531 fil Wied ta Cuetlaxcoapan bħala belt Spanjola mhux fuq il pedamenti ta belt stat indiġena ezistenti Id data uffiċjali tal istabbiliment hija s 16 ta April 1531 Madankollu dan l ewwel tentattiv ta insedjament ma rnexxiex minħabba l għargħar kostanti tas sit li kien qrib ħafna tax xmara Diversi xmajjar jgħaddu mill Wied ta Puebla fosthom dawk ta San Francisco Atoyac u Alseseca Dan il wied imiss mal bliet stati indiġeni li ġew ikkonvertiti b irħula kolonjali fosthom Cholula Tlaxcala Huejotzingo u Tepeaca li kollha kemm huma kellhom popolazzjonijiet indiġeni kbar Wara l istabbiliment tal belt dan il wied sar ir rotta prinċipali bejn il Belt tal Messiku u Veracruz il port mal kosta tal Karibew u l kollegament ma Spanja Iċ Cedula Real li tat l arma kolonjali lill belt ta Puebla de los Angeles u li ngħatat minn l Imperatur RuCedula Real de la Ciudad de Puebla JPGman Sagru fil belt ta Valladolid fl 20 ta Lulju 1538 Puebla kienet belt u reġjun importanti fl istorja ta Spanja l Ġdida peress li kienet ir reġjun ċentrali tal insedjament Spanjol f nofs triq bejn il port prinċipali u l belt kapitali kellha popolazzjoni indiġena kbira u attirat bosta insedjaturi Spanjoli Kienet tipprovdi prodotti mkabbra b mod kummerċjali lill belt kapitali u saret ċentru tal produzzjoni lokali tat tessuti Hija kkollegata sew mat Tramuntana tal Messiku b mod partikolari mar reġjun tal estrazzjoni tal fidda madwar Zacatecas Il biċċa l kbira tal popolazzjoni ttrasferiet ruħha mix xatt tal Punent tax xmara ta San Francisco lejn sit iktar fil għoli Ftit familji baqgħu jgħixu fejn kienu u l insedjament oriġinali ngħata l isem ta Alto de San Francisco Il Kuruna Spanjola appoġġat l istabbiliment ta Puebla bħala belt mingħajr encomiendas peress li kien qed isir abbuz minn din is sistema u għadd ta Spanjoli kienu qed isibu ruħhom mingħajr art Puebla ngħatat l arma tagħha fl 1538 flimkien mat titli Noble y Leal Nobbli u Leali fl 1558 Muy Noble y Leal Ciudad Belt Nobbli Ħafna u Leali fl 1561 u Muy Noble y Muy Leal Ciudad Belt Nobbli Ħafna u Leali Ħafna fl 1576 Il konfigurazzjoni tal belt għandha disinn Spanjol klassiku iċċentrata fuq pjazza prinċipali attwalment imsejħa Zocalo Din il pjazza prinċipali oriġinarjament kienet rettangolari izda iktar il quddiem saret kwadra minħabba li l verzjoni bikrija tqieset bħala kerha Karatteristika ewlenija oħra tal belt kienu s swieq tianguis li kienu jsiru kull ġimgħa fejn il bejjiegħa indiġeni kienu jmorru bil merkanzija u bl oġġetti tal ikel tagħhom biex ibigħuhom lill popolazzjoni Sa nofs is seklu 16 l ilma twassal lejn il pjazza prinċipali lejn funtana ġdida Sal aħħar tas seklu il belt kienet tokkupa 120 blokka u l biċċa l kbira minnhom kienu għadhom qed jinbnew Il katidral il ġdid inbeda fl 1575 Il klima favorevoli u l pozizzjoni strateġika tal belt għenuha tistagħna u malajr saret it tieni l izjed belt importanti fi Spanja l Ġdida il kompozitur famuz tas seklu 17 fid Dinja l Ġdida qatta ħafna minn ħajtu fil katidral minn madwar l 1620 sal 1664 Il Biblioteca Palafoxiana stabbilita mill patri Juan de Palafox y Mendoza fl 1646 hija rikonoxxuta mill UNESCO bħala l ewwel librerija pubblika fl Amerki Il kunsill tal belt ta Puebla magħmul minn Spanjoli biss kellu ċertu ammont ta awtonomija fil politika tal belt u l art taħt il ġurisdizzjoni tiegħu Dan il kunsill annetta l irħula ta Amozoc Totimehuacan u Cuautinchan mat territorju tiegħu fl 1755 Sal 1786 l artijiet ta Puebla kienu estizi minn dik li issa hija Veracruz sal istati ta Guerrero Il belt baqgħet tikber u ġiet irregolata iktar matul is sekli 17 u 18 Inbena muniċipju ġdid fl 1714 u t tianguis fil pjazza prinċipali ġew sostitwiti b bankarelli tal injam fis snin 70 tas seklu 18 It toroq ġew pavimentati bil ġebel bejn l 1786 u l 1811 L attivita kummerċjali tneħħiet għalkollox mill pjazza prinċipali sal bidu tas seklu 19 u tpoġġiet fis suq ta San Francisco Parian Inbnew pjazez oħra fosthom ta San Luis San Antonio El Carmen La Concordia u Santa Ines Il pjazza prinċipali sarulha diversi trasformazzjonijiet u zdiedu statwi u ġonna Matul il Gwerra Messikana tal Indipendenza ir rwol prinċipali ta Puebla kien l istampar u d distribuzzjoni tal pjan għall indipendenza Fl 1827 wara l Indipendenza l Ispanjoli peninsulares kollha tkeċċew mill artijiet tal belt Era Repubblikana Bikrija Il Kappella tar Ruzarju kapulavur tal Barokk Messikan u darba magħrufa bħala t Tmien Għaġeb tad Dinja Fl 1847 il belt ittieħdet mill forzi tal Istati Uniti taħt il Ġeneral mingħajr ma ġie sparat tir Il gwarniġjon Amerikan ġie assedjat fil belt mill 14 ta Settembru sat 12 ta Ottubru 1847 mill forzi irregolari tal Ġeneral u iktar il quddiem dawn ġew imsaħħa minn Antonio Lopez de Santa Ana L assedju spiċċa bil qawwa tal Ġeneral Joseph Lane li ssieltet minn Veracruz sal belt wara li rebħet kontra Santa Ana fil Battalja ta Huamantla fid 9 ta Ottubru 1847 Dak iz zmien Puebla kienet il bazi għall kampanja militari tal Ġeneral Lane kontra l Ġeneral Rea u rvelli oħra li fixklu l linji tal komunikazzjoni tal armata tal Istati Uniti Dawn il forzi telqu f Lulju 1848 wara li ġie rratifikat it Trattat ta Guadalupe Hidalgo Matul l intervent tal Franċizi fil Messiku fil 5 ta Mejju 1862 fil Battalja ta Puebla il forzi Messikani tad difiza taħt Ignacio Zaragoza rebħu kontra l armata Franċiza taħt il Konti de Lorencez Isem il belt inbidel għal Puebla de Zaragoza fl 1862 b digriet maħruġ minn u l btata tas 5 de Mayo Cinco de Mayo hija avveniment annwali ewlieni hawnhekk Il belt ġiet attakata mill ġdid mill Franċizi fl 1863 li rnexxielhom jeħduha Il forzi Franċizi telqu fl 1866 u r rikostruzzjoni bdiet fl 1867 Pittura tal Battalja ta Puebla fiċ ċentru tal belt fl 1863 Matul l aħħar tas seklu 19 u l bidu tas seklu 20 Puebla baqgħet importanti kulturalment u ekonomikament Kellha industrija tat tessuti b saħħitha f dak iz zmien L immigrazzjoni mill Ewropa kienet imħeġġa u nies minn Spanja l Italja il Ġermanja Franza u l Libanu ġew jgħixu fil belt F dik li kienet il prekursur tar Rivoluzzjoni Messikana l aħwa Carmen Maximo y Aquiles Serdan kienu l imħuħ wara waħda mill ewwel konfoffi kontra l gvern ta Il pjanijiet tagħhom ġew skoperti u d dar tagħhom li kienet tinsab f 6 Triq Oriente ġiet iċċirkondata mit truppi federali Faqqgħet battalja bl armi tan nar u fiha l aħwa Serdan inqatlu fit 18 ta Novembru 1910 Matul ir Rivoluzzjoni Messikana il belt ittieħdet mill forzi taħt il Ġeneral u mbagħad kienet taħt il kontroll ta Zapata Avvenimenti reċenti Il belt ta Puebla fl 1869 Litografija tal istazzjon ferrovjarju l ġdid Mill 1931 sal aħħar tas seklu 20 it tkabbir tal belt xpruna l assorbiment tal muniċipalitajiet ta Ignacio Mariscal San Felipe Hueyotlipan Resurreccion San Jeronimo Caleras San Miguel Canoa u San Francisco Totimehuacan fil belt Fl 1950 permezz tad digriet tal kungress statali il belt ingħatat it titlu ta Heroica Puebla de Zaragoza Fl 1977 il gvern federali ddikjara l belt bħala Zona tal Monumenti Storiċi Fl 1987 imbagħad iċ ċentru storiku ta Puebla ġie ddikjarat Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Il belt ta Puebla ressqet il kandidatura tagħha biex ikollha s sede taz Zona ta Kummerċ Ħieles tal Amerka u għal zmien qasir intuzat bħala l kwartieri ġenerali temporanji tas segretarjat sal waqfien tan negozjati fl 2005 Sit ta Wirt DinjiIċ Ċentru Storiku ta Puebla ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1987 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem ĠeografijaIl vulkan ta Popocatepetl Puebla tinsab fil Wied ta Puebla magħruf ukoll bħala l Wied ta Cuetlaxcoapan li huwa wied kbir imdawwar mill muntanji u mill vulkani tal Medda Vulkanika Trans Messikana mill erba naħat Tinsab 40 kilometru 25 mil fil Lvant tal vulkani ta Popocatepetl u Iztaccihuatl u b hekk ir residenti għandhom veduti tal qċaċet tagħhom li spiss ikunu miksijin bil borra Minħabba l prossimita tal vulkan ta Popocatepetl Puebla xi kultant tkun esposta għall irmied u għat trab li joħorġu mill vulkan meta jkun iktar attiv mis soltu l iktar reċenti fid 19 ta Mejju 2023 Il vulkan rieqed ta La Malinche jinsab fit Tramuntana tal belt u Pico de Orizaba jinsab fil Lvant Idroloġikament il belt tagħmel parti mill baċir tax xmara Atoyac ix xmara tnixxi mill porzjonijiet tat Tramuntana tal Lvant u tan Nofsinhar tal muniċipalita u tikkollega mal Lag ta Valsequillo fejn inbniet id Diga ta Manuel Avila Camacho Xmajjar oħra li jaqsmu l inħawi huma x xmajjar Alseseca u San Francisco KlimaSkont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Cwb Puebla għandha klima subtropikali tal artijiet għoljin minħabba l pozizzjoni tropikali u l altitudni għolja ta madwar 2 100 metru 6 889 76 pied Fil Messiku id dezinjazzjoni uffiċjali hi klima miti subumduza bix xita tas sajf Qajla tkun ħafna sħana f Puebla b medja ta tlett ijiem biss fejn it temperaturi jaqbzu d 29 C 84 F It temperaturi billejl ikunu bierda s sena kollha Puebla tesperjenza xhur tax xitwa miti u nexfin minn nofs Ottubru sa Frar xhur tar rebbiegħa sħan minn Marzu sa nofs Mejju u staġun tal monsuni minn nofs Mejju sa Ottubru Data klimatika għal Puebla il Messiku 1951 2010 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 29 5 85 1 32 0 89 6 35 0 95 0 36 0 96 8 36 5 97 7 34 0 93 2 33 0 91 4 33 0 91 4 32 0 89 6 33 0 91 4 31 0 87 8 30 5 86 9 36 5 97 7 Temp għolja medja f C F 23 0 73 4 23 9 75 0 25 9 78 6 27 5 81 5 28 0 82 4 26 4 79 5 25 3 77 5 25 3 77 5 24 8 76 6 24 8 76 6 24 4 75 9 23 6 74 5 25 2 77 4 Temp medja ta kuljum f C F 13 9 57 0 15 0 59 0 17 1 62 8 19 0 66 2 19 8 67 6 19 4 66 9 18 4 65 1 18 4 65 1 18 2 64 8 17 3 63 1 15 8 60 4 14 5 58 1 17 2 63 0 Temp baxxa medja f C F 4 9 40 8 6 2 43 2 8 4 47 1 10 5 50 9 11 7 53 1 12 5 54 5 11 6 52 9 11 5 52 7 11 5 52 7 9 8 49 6 7 2 45 0 5 4 41 7 9 3 48 7 Temp baxxa rekord f C F 5 5 22 1 1 5 29 3 2 0 28 4 1 0 33 8 5 0 41 0 5 0 41 0 4 0 39 2 4 5 40 1 0 0 32 0 2 0 35 6 4 5 23 9 6 0 21 2 6 0 21 2 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 12 0 0 47 8 5 0 33 9 4 0 37 28 8 1 13 83 5 3 29 193 5 7 62 161 6 6 36 172 4 6 79 197 1 7 76 79 1 3 11 18 0 0 71 5 2 0 20 969 1 38 15 Medja ta jiem bil preċipitazzjoni 0 1 mm 1 6 1 7 2 4 6 2 12 7 18 2 17 9 18 2 18 7 10 0 3 1 1 2 111 9 Umdita relattiva medja 53 53 47 52 55 63 67 68 65 62 52 60 58 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 263 280 285 266 245 200 212 202 183 228 259 253 2 876 Sors Servicio Meteorologico National l umdita mill 1981 sas sena 2000 Sors Ogimet is sigħat ta xemx mill 1981 sal 2010 Nies notevoli kowċ fiziku u missier il kantanta kantawtriċi attriċi televiziva u tal films youtuber attur Viċi President tal Club Universidad Nacional plejer tal futbol kowċ kittieb plejer tal futbol kowċ kowċ attriċi televiziva u tal films ĠemellaġġPuebla hija ġemellata ma il Paragwaj il Messiku il Polonja mill 1997 l Istati Uniti Colorado l Istati Uniti Rodi il Greċja Spanja Spanja Spanja il Ġermanja il Messiku Fez il Marokk Wonsan il Korea ta FuqReferenzi Sierra Silva Pablo Miguel Urban Slavery in Colonial Mexico Puebla de los Angeles 1531 1706 New York Cambridge University Press 2018 p 8 Tony 2020 07 20 On the road to becoming an authentic poblano MexConnect bl Ingliz Miġbur 2023 08 01 Julia Hirshberg Social Experiments in New Spain A Prosopographical Study of the Early Settlement at Puebla de Los Angeles 1531 1534 Hispanic American Historical Review vol 59 1979 Fundacion e historia de Puebla www elclima com mx bl Ispanjol Miġbur 2023 08 01 Enciclopedia de los Municipios de Mexico ESTADO DE PUEBLA PUEBLA web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2008 12 01 Miġbur 2023 08 01 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Barbosa Cano Manlio 2000 Puebla Proceso fundacional milenario Enlaces 8 5 12 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Historic Centre of Puebla UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 08 01 Ludwig Christopher Ludwig2016 07 19T12 25 00 01 00 Chris Volkswagen amp Audi in Mexico part 2 Everything in its right place Automotive Logistics bl Ingliz Miġbur 2023 08 01 Ciudad de Puebla web archive org 2011 09 27 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 09 27 Miġbur 2023 08 01 Trevor 2020 06 14 South from Puebla Mexico MexConnect bl Ingliz Miġbur 2023 08 01 Guy P C Thomson Puebla de Los Angeles Industry and Society in a Mexican City 1700 1850 Westview Press 1989 Brescia Michael M July 2004 Liturgical Expressions of Episcopal Power Juan de Palafox y Mendoza and Tridentine Reform in Colonial Mexico The Catholic Historical Review 90 3 497 518 Sucesos historicos de Puebla web archive org 2011 09 27 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 09 27 Miġbur 2023 08 01 Art Philadelphia Museum of 1908 Philadelphia Museum of Art Bulletin bl Ingliz Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna NORMALES CLIMATOLoGICAS 1981 2000 PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2016 03 04 Miġbur 2023 08 01 Climat report www ogimet com Miġbur 2023 08 01