It terminoloġija hija ġabra jew grupp ta kelmiet jew tifsiriet speċjalizzati marbuta ma qasam partikolari u hija l istud
Terminoloġija

It-terminoloġija hija ġabra jew grupp ta' kelmiet jew tifsiriet speċjalizzati marbuta ma' qasam partikolari, u hija l-istudju ta' tali termini u l-użu tagħhom. Dan l-istudju huwa magħruf ukoll bħala xjenza tat-terminoloġija. It-termini huma kelmiet inġenerali, kelmiet komposti jew espressjonijiet b'diversi kelmiet li f'kuntesti speċifiċi jingħataw tifsiriet speċifiċi — jistgħu jiddevjaw mit-tifsiriet li l-istess kelmiet ikollhom f'kuntesti oħra u fil-lingwaġġ ta' kuljum. It-terminoloġija hija dixxiplina li tistudja, fost affarijiet oħra, l-iżvilupp ta' tali termini u l-interrelazzjonijiet tagħhom ma' dominju speċjalizzat. It-terminoloġija hija differenti mil- peress li tinvolvi l-istudju ta' kunċetti, ta' sistemi kunċettwali u t-tikketti tagħhom (it-termini), filwaqt li l-lessikografika tistudja l-kelmiet u t-tifsiriet tagħhom.
It-terminoloġija hija dixxiplina li b'mod sistematiku tistudja “t-tikkettar jew id-deżinjazzjoni ta' kunċetti” partikolari għal qasam jew għal dominju wieħed jew iktar tal-attività tal-bniedem. Dan isir permezz tar-riċerka u l-analiżi tat-termini f'kuntest bl-iskop li jiġi ddokumentat u promoss l-użu konsistenti. It-terminoloġija tista' tkun limitata għal lingwa waħda jew iktar (pereżempju t-terminoloġija bilingwi jew multilingwi), jew ikollha enfasi interdixxiplinari fuq l-użu tat-termini f'oqsma differenti.
Ħarsa ġenerali
Id-dixxiplina tat-terminoloġija tikkonsisti l-ewwel u qabel kollox fl-aspetti li ġejjin:
- l-analiżi tal-kunċetti u tal-istrutturi tal-kunċetti li jintużaw f'qasam jew f'dominji ta' attività
- l-identifikazzjoni tat-termini assenjati lill-kunċetti
- fil-każ tat-terminoloġija bilingwi jew multilingwi, l-istabbiliment ta' korrispondenzi bejn it-termini f'diversi lingwi
- il-kompilazzjoni tat-terminoloġija fuq il-karta jew elettronikament f'bażijiet tad-data
- il-ġestjoni tal-bażijiet tad-data tat-terminoloġija
- il-ħolqien ta' termini ġodda, skont kif ikun meħtieġ.
Tipi ta' terminoloġija
Issir distinzjoni bejn żewġ tipi ta' xogħol terminoloġiku:
- Xogħol ad hoc fuq it-terminoloġija, li għandu x'jaqsam ma' termini wieħed jew ma' għadd limitat ta' termini.
- Ġabra sistematika ta' terminoloġija, li għandha x'taqsma mat-termini kollha f'qasam jew f'dominju speċifiku, ħafna drabi permezz tal-ħolqien ta' ontoloġija strutturata tat-termini fi ħdan dak id-dominju u l-interrelazzjonijiet tagħhom.
It-terminoloġija ad hoc hija prevalenti fil-professjoni tat-traduzzjoni, fejn traduzzjoni ta' termini speċifiku (jew grupp ta' termini) tkun meħtieġa malajr biex tiġi solvuta problema tat-traduzzjoni.
Terminoloġija bħala dixxiplina
Terminologu jkun espert tal-organizzazzjoni kategorika u jtejjeb ir-reqqa u l-kontenut tat-terminoloġija. L-industriji tekniċi u l-istituzzjonijiet tal-istandardizzazzjoni jikkompilaw il-glossarji tagħhom stess. Dan jipprovdi l-konsistenza meħtieġa f'diversi oqsma, fergħat, movimenti u speċjalitajiet, biex isir xogħol terminoloġiku siewi u mbagħad il-materjal jiġi offrut għal-letteratura tradizzjonali u akkademika tad-dixxiplina.
It-terminoloġija hija kruċjali wkoll fis-soluzzjoni ta' problemi meta wieħed jinsab bejn ħalltejn, pereżempju fit-traduzzjoni lingwistika u fl-epistemoloġija soċjali. It-terminoloġija tgħin biex jinbnew pontijiet ta' għarfien u biex qasam jiġi estiż f'ieħor. It-tradutturi jirriċerkaw it-terminoloġija tal-lingwi li jittraduċu bihom u minnhom. It-terminoloġija tigi mgħallma flimkien mat-traduzzjoni fl- u fl-iskejjel tat-traduzzjoni. Id-dipartimenti u l-uffiċċji l-kbar tat-traduzzjoni spiss ikollhom taqsima tat-terminoloġija.
Teoriji terminoloġiċi
Fost it-teoriji terminoloġiċi nsibu t-teorija ġenerali tat-terminoloġija, is-soċjoterminoloġija, it-teorija komunikattiva tat-terminoloġija, it-terminoloġija soċjokonjittiva, u l-approċċ konjittiv tat-terminoloġija bbażata fuq frames.
Aktar tagħrif
- Sonneveld, H, Loenning, K: (1994): Introducing terminology, in Terminology, pp. 1-6.
- Wright, S.E.; Budin, G.: (1997): Handbook of Terminology Management, Volume 1, Basic Aspects of Terminology Management, Amsterdam, Philadelphia, John Benjamins, p. 370.
- Gaudin, F., 2003, Socioterminologie: une approche sociolinguistique de la terminologie, éd. De Boeck-Duculot, Belgium.
- Wright, S.E.; Budin, G.: (2001): Handbooks of Terminology Management, Volume 2, Application-Oriented Terminology Management, Amsterdam, Philadelphia, John Benjamins.
- Kockaert, H.J.; Steurs, F.: (2014): Handbook of Terminology, Volume 1, Amsterdam, Philadelphia, John Benjamins
Referenzi
- ^ "Definition of TERM" (bl-Ingliż). Merriam-Webster. Miġbur 2021-03-01.
- ^ "ISO - 01.020 - Terminology (principles and coordination)". ISO. Miġbur 2021-03-01.
- ^ "ISO - ISO/TC 37 - Language and terminology". ISO. Miġbur 2021-03-01.
- ^ Wüster, E. (1979). Einführung in die allgemeine Terminologielehre und terminologische Lexikographie. Teil 1-2. Springer-Verlag.
- ^ Gaudin, F. (1993). "Socioterminologie: propos et propositions épistémologiques". Le Langage et l'Homme. Intercommunications. 28 (4): 247–257.
- ^ Cabré, M.T. (1999). La terminología: representación y comunicación.
- ^ Temmerman, R. (2000). Towards new ways of terminology description: the sociocognitive-approach. John Benjamins.
- ^ Faber, P.; Montero, S.; Castro, M.R.; Senso, J.; Prieto, J.A.; León, P.; Márquez C.; Vega, M. (2006). "Process-oriented terminology management in the domain of Coastal Engineering". Terminology. John Benjamins Publishing Company. 12 (2): 189–213.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Terminoloġija, X'inhi Terminoloġija? Xi tfisser Terminoloġija?
It terminoloġija hija ġabra jew grupp ta kelmiet jew tifsiriet speċjalizzati marbuta ma qasam partikolari u hija l istudju ta tali termini u l uzu tagħhom Dan l istudju huwa magħruf ukoll bħala xjenza tat terminoloġija It termini huma kelmiet inġenerali kelmiet komposti jew espressjonijiet b diversi kelmiet li f kuntesti speċifiċi jingħataw tifsiriet speċifiċi jistgħu jiddevjaw mit tifsiriet li l istess kelmiet ikollhom f kuntesti oħra u fil lingwaġġ ta kuljum It terminoloġija hija dixxiplina li tistudja fost affarijiet oħra l izvilupp ta tali termini u l interrelazzjonijiet tagħhom ma dominju speċjalizzat It terminoloġija hija differenti mil peress li tinvolvi l istudju ta kunċetti ta sistemi kunċettwali u t tikketti tagħhom it termini filwaqt li l lessikografika tistudja l kelmiet u t tifsiriet tagħhom It terminoloġija hija dixxiplina li b mod sistematiku tistudja t tikkettar jew id dezinjazzjoni ta kunċetti partikolari għal qasam jew għal dominju wieħed jew iktar tal attivita tal bniedem Dan isir permezz tar riċerka u l analizi tat termini f kuntest bl iskop li jiġi ddokumentat u promoss l uzu konsistenti It terminoloġija tista tkun limitata għal lingwa waħda jew iktar perezempju t terminoloġija bilingwi jew multilingwi jew ikollha enfasi interdixxiplinari fuq l uzu tat termini f oqsma differenti Ħarsa ġeneraliId dixxiplina tat terminoloġija tikkonsisti l ewwel u qabel kollox fl aspetti li ġejjin l analizi tal kunċetti u tal istrutturi tal kunċetti li jintuzaw f qasam jew f dominji ta attivita l identifikazzjoni tat termini assenjati lill kunċetti fil kaz tat terminoloġija bilingwi jew multilingwi l istabbiliment ta korrispondenzi bejn it termini f diversi lingwi il kompilazzjoni tat terminoloġija fuq il karta jew elettronikament f bazijiet tad data il ġestjoni tal bazijiet tad data tat terminoloġija il ħolqien ta termini ġodda skont kif ikun meħtieġ Tipi ta terminoloġijaIssir distinzjoni bejn zewġ tipi ta xogħol terminoloġiku Xogħol ad hoc fuq it terminoloġija li għandu x jaqsam ma termini wieħed jew ma għadd limitat ta termini Ġabra sistematika ta terminoloġija li għandha x taqsma mat termini kollha f qasam jew f dominju speċifiku ħafna drabi permezz tal ħolqien ta ontoloġija strutturata tat termini fi ħdan dak id dominju u l interrelazzjonijiet tagħhom It terminoloġija ad hoc hija prevalenti fil professjoni tat traduzzjoni fejn traduzzjoni ta termini speċifiku jew grupp ta termini tkun meħtieġa malajr biex tiġi solvuta problema tat traduzzjoni Terminoloġija bħala dixxiplinaTerminologu jkun espert tal organizzazzjoni kategorika u jtejjeb ir reqqa u l kontenut tat terminoloġija L industriji tekniċi u l istituzzjonijiet tal istandardizzazzjoni jikkompilaw il glossarji tagħhom stess Dan jipprovdi l konsistenza meħtieġa f diversi oqsma fergħat movimenti u speċjalitajiet biex isir xogħol terminoloġiku siewi u mbagħad il materjal jiġi offrut għal letteratura tradizzjonali u akkademika tad dixxiplina It terminoloġija hija kruċjali wkoll fis soluzzjoni ta problemi meta wieħed jinsab bejn ħalltejn perezempju fit traduzzjoni lingwistika u fl epistemoloġija soċjali It terminoloġija tgħin biex jinbnew pontijiet ta għarfien u biex qasam jiġi estiz f ieħor It tradutturi jirriċerkaw it terminoloġija tal lingwi li jittraduċu bihom u minnhom It terminoloġija tigi mgħallma flimkien mat traduzzjoni fl u fl iskejjel tat traduzzjoni Id dipartimenti u l uffiċċji l kbar tat traduzzjoni spiss ikollhom taqsima tat terminoloġija Teoriji terminoloġiċiFost it teoriji terminoloġiċi nsibu t teorija ġenerali tat terminoloġija is soċjoterminoloġija it teorija komunikattiva tat terminoloġija it terminoloġija soċjokonjittiva u l approċċ konjittiv tat terminoloġija bbazata fuq frames Aktar tagħrifSonneveld H Loenning K 1994 Introducing terminology in Terminology pp 1 6 Wright S E Budin G 1997 Handbook of Terminology Management Volume 1 Basic Aspects of Terminology Management Amsterdam Philadelphia John Benjamins p 370 Gaudin F 2003 Socioterminologie une approche sociolinguistique de la terminologie ed De Boeck Duculot Belgium Wright S E Budin G 2001 Handbooks of Terminology Management Volume 2 Application Oriented Terminology Management Amsterdam Philadelphia John Benjamins Kockaert H J Steurs F 2014 Handbook of Terminology Volume 1 Amsterdam Philadelphia John BenjaminsReferenzi Definition of TERM bl Ingliz Merriam Webster Miġbur 2021 03 01 ISO 01 020 Terminology principles and coordination ISO Miġbur 2021 03 01 ISO ISO TC 37 Language and terminology ISO Miġbur 2021 03 01 Wuster E 1979 Einfuhrung in die allgemeine Terminologielehre und terminologische Lexikographie Teil 1 2 Springer Verlag Gaudin F 1993 Socioterminologie propos et propositions epistemologiques Le Langage et l Homme Intercommunications 28 4 247 257 Cabre M T 1999 La terminologia representacion y comunicacion Temmerman R 2000 Towards new ways of terminology description the sociocognitive approach John Benjamins Faber P Montero S Castro M R Senso J Prieto J A Leon P Marquez C Vega M 2006 Process oriented terminology management in the domain of Coastal Engineering Terminology John Benjamins Publishing Company 12 2 189 213