San Piju ta Pietrelcina imwieled Francesco Forgione magħruf l iktar bħala Patri Piju jew Patri PijuĦajjaIsem propju Fran
Patri Piju

San Piju ta' Pietrelcina, imwieled Francesco Forgione, magħruf l-iktar bħala Patri Piju jew
Patri Piju | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Francesco Forgione |
Twelid | , 25 Mejju 1887 |
Nazzjonalità | Italja |
Mewt | , 23 Settembru 1968 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan Latin |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | |
Festa | |
Padre Pio, (Pietrelcina, Italja, 25 ta' Mejju 1887 – San Giovanni Rotondo, 23 ta' Settembru 1968), kien patri Franġiskan Kapuċċin Taljan u saċerdot; qaddis ikkanonizzat mill-Knisja Kattolika li ċ-ċelebrazzjoni tal-festa tiegħu ssir fit-23 ta' Settembru, fl-anniversarju ta' mewtu.
Anke meta kien għadu ħaj ingħata venerazzjoni popolari kbira ħafna ħabba l-pjagi li kellu f'ġismu u l-mirakli li jingħad li wettaq f'ħajtu u wara mewtu. Kien ukoll oġġett ta' ħafna kritika u suspetti fi ħdan il-Knisja u barra minnha.
Tfulija
Twieled fi Pietrelcina, raħal fil-provinċja ta’ Benevento fl-Italja, nhar il-25 ta’ Mejju 1887, minn Grazio Forgione u Giuseppina f’dar ċkejkna u fqira fil-kampanja. Missieru kien bidwi, bniedem bla skola iżda għaref. Semmewh Franġisku u kien ir-raba’ tifel minn seba’ ulied, li tnejn minnhom mietu trabi. F’dawk is-snin, ix-xogħol kien naqas ħafna u Grazio beda jsibha bi tqila biex jaqla’ l-għixien għall-familja tiegħu. Huwa emigra darbtejn, l-ewwel darba meta Franġisku (Piju) kien għadu tifel ċkejken, kien mar l-Amerka t’isfel iżda kienet ġietu ħażina. It-tieni darba, ftit qabel ma’ Piju sar saċerdot, Grazio għamel kemxa ġmielha u meta ġie lura xtara żewġ għelieqi providenzjali għal Patri Piju li seta’ jitbiegħed mill-familjari tiegħu u hemm jinġabar fit-talb.
Il-vojt ta’ missieru fi tfulitu mlietu wisq tajjeb ommu li kienet tgħożżu b’imħabba kbira. Ta’ ħames snin, Franġisku wiegħed lilu nnifsu lill-qaddis patrun ta’ ismu, San Franġisk t’Assisi. Wara dan jingħad li kien ġa beda jkollu l-viżjonijiet. Kien jara lill-Madonna u jitkellem magħha u kien ukoll jara x-xitan taħt xbihat ta’ bnedmin kif ukoll ta’ annimali mill-aktar koroh. Ta’ tifel li kien, hu kien jaħseb li kulħadd kien ikollu minn dawn l-affarijiet. Meta kellu disa’ snin, Franġisku jingħad li assista għall-ewwel miraklu tiegħu. Kien ma’ missieru fis-Santwarju ta’ San Pellegrino meta resqet mara b’tifel marid f’dirgħajha, tgħajjat donnha teħodha ma’ San Pellegrino għax ma kienx fejqilha lil binha. Fit-telfa li kienet, telqet lit-tifel fuq l-altar filwaqt li qaltlu: “Kollox sew. Jekk ma tridx tfejqu, allura ħudu int.” GĦal dik ix-xena, kulħadd tbikkem. Franġisku talab għat-tifel b’ħeġġa kbira, b’għajnejh fissi fuqu. F’daqqa waħda it-tifel għolla jdejh, qam fuq riġlejh u għajjat “mamma”. Kulħadd infexx jgħajjat “miraklu”. It-tifel kien fieq għal kollox.
Patri Kapuċċin
Dik il-ħabta fi Pietrelcina kien jidher ta’ spiss wieħed ajk kapuċċin jismu Fra Kamillu. Dan kellu leħja sewda twila u folta u bil-manjieri ħelwin li kellu, kien jiġbed lejh lil kulħadd, żgħar u kbar. Franġisku kien inġibed ħafna lejh, l-aktar minħabba l-baffi li kellu, u xtaq isir bħalu. Kienu l-baffi l-ewwel ħaġa li ġibditu lejn il-Kapuċċini! Ta’ sittax –il sena beda n-novizzjat tiegħu f’Morcone u ħa l-isem ta’ Fra Piju. Sa mill-ewwel ġranet tiegħu fil-kunvent huwa sar il-mimmi ta’ għajnejn il-patrijiet kapuċċini l-oħra. Il-Majjistru tiegħu Patri Tommaso qal fuqu: “Kien dejjem novizz eżemplari, puntwali u eżatt f’kollox.” Kien jagħmel penitenzi anki waqt l-ikel – fost l-oħrajn, kien jitlob permess biex jgħaddi l-ikel lill-patri ta’ ħdejh. Kien jitlob ħafna u fit-tul, u ta’ spiss kien jitlob permess biex ma jinżilx għar-rikreazzjoni ħalli jkun jista’ jkompli jitlob. L-unika ħaġa li kienet tinkwieta lill-patrijiet sħabu kienet saħħtu. Fra Piju kien sar magħlub wisq u kien spiss jaqbdu deni qawwi. Dan kien deni li t-tobba ma setgħux jispjegaw. Xi drabi t-termometru kien jinkiser bil-qawwa tad-deni. Minħabba f’hekk kien jintbagħat għal xi jiem id-dar, b’permess speċjali tas-superjuri, għall-arja tajba ta’ Pietrelcina biex ikun jista’ jirpilja.
Nhar it-22 ta’ Jannar 1904 huwa għamel l-ewwel professjoni tiegħu. Għat-tliet snin ta’ wara huwa qagħad fil-Kunvent ta’ San Elia a Pianisi f’Campobasso u f’għeluq it-tielet sena għamel il-professjoni solenni. Wara li l-mard reġa’ bagħtu fi Pietrelcina, Piju kompla jistudja t-teoloġija mgħejjun mill-arċipriet ta’ raħal twelidu, Mons. Pannullo. Matul dawn is-snin ta’ studju jingħad li Piju kellu attakki kontinwi u ħorox ħafna mix-xitan li xi drabi kienu jħallulu anke sinjali esterni bħal tbenġil, nefħ u sinjali ta’ daqqiet fuq wiċċu. Iżda jingħad li kien ikollu wkoll viżjonijiet ta’ konsolazzjoni minn Ġesù.
Saċerdot
Piju kien ordnat saċerdot nhar l-10 t’Awissu 1910 fid-Duomo ta’ Benevento mill-Arċisqof Paolo Schinosi u erbat ijiem wara ċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu, fil-Knisja ta’ Pietrelcina. Fil-paniġierku tal-quddiesa, Patri Agostino, id-direttur spiritwali tiegħu tkellem fuq tliet punti essenzjali fil-missjoni tas-saċerdot: il-pulptu, l-altar u l-konfessjonarju, u testwalment qallu: “Inti, minħabba saħħtek, ma tantx tista’ tkun predikatur; għalhekk nawguralek li tkun konfessur kbir.”
Il-Pjagi
Ftit inqas minn xahar wara li sar saċerdot, bdew jidhru fil-pali ta’ idejh bħal “dbabar ħomor” li kienu jweġġgħu ħafna iżda li wara xi ġurnata jew tnejn kienu jgħibu għal kollox. Piju kien pront tkellem ma’ l-arċipriet Pannullo li kien sar it-tieni missier tiegħu. It-tnejn flimkien kienu talbu bil-ħerqa lil Alla, biex jekk jista’ jkun, ineħħilu dawk is-sinjali u jħallilu biss l-uġigħ. U għal dik id-darba hekk ġara. Ħames snin wara, nhar l-20 ta’ Settembru 1915, waqt li fil-knisja ta’ Pietrelcina kienet qiegħda ssir il-Festa tal-Pjagi ta’ San Franġisk, Piju kien mitluf fit-talb f’ “għarix” li kien għamel hu stess f’għalqa tal-familja tiegħu. Darba ommu ratu ħiereġ mill-għarix iferfer kemm jiflaħ idejh bħal meta wieħed ikun mess xi ħaġa taħraq. Bil-ħlewwa kolha, ommu qaltlu biċ-ċajt jekk kienx qiegħed idoqq il-kitarra, imma hu weġibha biss li kellu idejh juġgħuh. Nafu b’dan biss minn ittra li huwa bagħat lid-direttur tiegħu Patri Agostino, xahar wara.
Bil-lieva
Dawk kienu s-snin ta’ l- u Piju bħaż-żgħażagħ Taljani l-oħra nġabar bil-lieva iżda għamel biss xahar (Novembru 1915) minħabba d-deni stramb li reġa’ qabdu. It-tobba militari eżentawh għal sena u Piju reġa’ lura Pietrelcina. Bħalma kien dejjem jiġri, wara ftit ġimgħat irpilja u reġa’ beda jaqdi fil-pastorali tal-parroċċa. Xahrejn wara s-superjuri reliġjużi tiegħu ordnawlu jmur fil-kunvent ta’ Sant’Anna ġewwa Foggia iżda hemmhekk sofra wisq attakki mix-xitan li kien anke jsawtu. Meta għalqitlu s-sena eżentat mil-lieva huwa rraporta f’Napli fejn reġgħu eżentawh għal sitt xhur oħra, jiġifieri sa Ġunju 1917. F’Mejju ta’ dik is-sena, mar l-ewwel u l-unika darba f’ħajtu Ruma biex jakkumpanja lil oħtu ż-żgħira li kellha ssir soru ta’ Santa Briġida. Hija ħadet l-isem ta’ Suor Pia. Kien biss ħamsin sena wara li reġgħet rat lil ħuha, meta marret issellimlu fil-funeral tiegħu. Mietet seba’ xhur warajh, nhar it-30 t’April 1969. t
F’San Giovanni Rotondo
F’Marzu 1918 inħeles darba għal dejjem mis-servizz militari għax instab li kien ibati bi bronco-pneumonite kronika, tant li l-uffiċjali militari qalu: “Ħa nibagħtuh id-dar forsi jmut fil-kwiet u l-paċi.” Iżda Piju kellu jmut fil-kwiet u l-paċi ħamsin sena wara, meta kellu 81 sena. Nhar it-18 ta’ Marzu huwa mar lura fil-Kunvent ta’ San Giovanni Rotondo fejn sentejn qabel il-Provinċjal iddeċieda li jħallih hemm għal kollox fuq xewqa ta’ l-istess Patri Piju. Lil Piju għażluh bħala direttur tal-“fratini”, dawk it-tfal li kienu mħajrin isiru patrijiet. Il-ħemda tal-kunvent fqajjar, maqtugħ għalih waħdu u mdawwar minn kullimkien b’siġar iħaddru s-sena kollha, kien tassew ideali għal Patri Piju. Il-ftit nies li kienu jiffrekwentaw il-knisja mill-ewwel intlaqtu mill-qdusija sempliċi ta’ dak il-patri żagħżugħ u marradi u hekk l-għadd tagħhom beda jiżdied kuljum.
Pjagi viżibbli
“ … Kien filgħodu ta’ l-20 tax-xahar (Settembru 1918) li għadda. Kont qiegħed fil-Kor wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, meta ħassejtni qisni meħud għal għarrieda minn nagħsa ħelwa. Is-sensi kollha, interni u esterni, flimkien mal-fakultajiet tar-ruħ, sabu ruħhom f’ħemda li ma titfissirx. Matul dan kollu, kien hemm skiet perfett madwari. F’daqqa waħda ħassejt fija paċi u telqa sħiħa… Dan kollu ġara f’teptipa t’għajn jew f’leħħa ta’ berqa u waqt li kien qed isir dan kollu, rajt quddiemi Personaġġ Misterjuż… Il-ħarsa tiegħu werwritni. Dak li ħassejt f’dak il-ħin ma nistax ngħidlek. Ħassejtni qed immut għax ħassejt qalbi trid toħroġ minn sidri. Id-dehra tal-Personaġġ għebet… u jien sibt ruħi b’idejja, riġlejja u l-kustat imniffda u bid-demm ħiereġ minnhom. Tista’ timmaġina l-uġigħ li ħassejt dak il-ħin u li għadni nħoss kontinwament kważi kuljum. Il-ferita tal-qalb tnixxi demm bla waqfien, l-aktar mill-Ħamis filgħaxija sas-Sibt. ”
22.10.1918
Hekk kiteb f’ittra Patri Piju lid-direttur spiritwali tiegħu li obbligah jagħmel dan. Dakinhar, fil-jum tal-Ġimgħa, Piju kien waħdu fil-Kunvent għax il-patrijiet l-oħra kellhom xi qadjiet. Waqt li kien qiegħed għarkubbtejh quddiem il-Kurċifiss, jingħad li Ġesu Msallab (il-Personaġġ Misterjuż) ħa l-ħajja u minnu ħarġu ħames vleġeġ li ppenetraw il-ġisem tiegħu. Piju bilkemm kellu s-saħħa jqum mill-art u jasal saċ-ċella biex ikun jista’ jbiddel ħwejġu u jnaddafhom mid-demm biex ma jindunawx b’dak li kien ġralu. Din id-darba l-Mulej ma neħħielux is-sinjali. Jingħad li Patri Piju baqa' b'dawk il-pjagi sal-aħħar jum ta’ ħajtu.
L-aħbar ta’ patri bil-pjagi xterdet ma’ San Giovanni Rotondo u kważi ma’ l-Italja kollha. Is-superjuri reliġjużi nfixlu f’dik is-sitwazzjoni delikata. Il-Ministru Ġenerali tal-Kapuċċini ddeċieda li ma jitħallewx nies ikellmu lil Patri Piju u billi n-nies iktar bdew jersqu lejn il-kunvent, dan issakkar u ma kien jitħalla ħadd jidħol mingħajr il-permess tas-superjur.
F’ittra oħra lid-direttur spiritwali tiegħu, Patri Piju stqarr li kien iħossu “ħażin ħafna fiżikament u moralment” għax għal ħafna dawn is-sinjali kienu “sinjali ta’ kontradizzjoni”: x’uħud jaċċettawhom u jbusuhom u oħrajn jiċħduhom u jmaqdruhom. B’ordni tas-superjuri huwa kien iżommhom dejjem mgħottijin u kien ineħħi l-ingwanti biss waqt il-quddiesa. B’ordni tal-Provinċjal, tmint ijiem biss wara li seħħ il-fenomenu, ittieħdu xi ritratti tal-pjagi biex jintbagħtu Ruma lill-Kongregazzjoni tas-Sant’Uffizzju.
L-ewwel testijiet mediċi fuq Patri Piju saru tmien xhur wara li feġġ il-fenomenu mill-professur Romanelli minn Barletta li stqarr li ma setax jikklassifika l-pjagi xjentifikament. Professur ieħor, Amigo Bignami pprova anke jfejjaqlu l-pjagi iżda bla suċċess. Il-professuri Luigi Romanelli u Giorgio Festa ikkonkludew li mhemmx spjegazzjoni naturali tal-fenomenu. Festa rrimarka wkoll li mill-pjagi kienet toħroġ riħa ta’ fwieħa. Patri , tabib u psikologu, il-fundatur ta’ l-Universita Cattolica, ipprova jeżaminah hu wkoll iżda mingħajr suċċess għax ma kellux awtorizzazzjoni bil-miktub. Patri Piju kellu direttivi minn Ruma stess biex ma jħalli lil ħadd jeżaminalu l-pjagi. Gemelli ippubblika studju li fih sejjaħ lil Padre Piju “isteriku” f’kelma oħra “miġnun”. Kiteb hekk:
“ È un bluff... Padre Pio ha tutte le caratteristiche somatiche dell'isterico e dello psicopatico... Quindi, le ferite che ha sul corpo... Fasulle... Frutto di un'azione patologica morbosa... Un ammalato si procura le lesioni da sé... Si tratta di piaghe, con carattere distruttivo dei tessuti... tipico della patologia isterica. ”
Sanzjonat mill-Awtoritajiet tal-Knisja
Nhar it-2 ta’ Ġunju 1922 is- ordna li Patri Piju jibda jqaddes biss fil-privat, ma jagħtix barka lin-nies u ma jweġibx l-ittri tan-nies. Piju kien dejjem lest jagħmel dak kollu li jkun mitlub mis-superjuri tiegħu u kien jiddispjaċih biss għal dak kollu li kien qiegħed jiġri minħabba fih. F’Mejju 1923, is-Sant’Uffizzju ħareġ dikjarazzjoni li biha widdeb lill-fidili kollha li dak li kien qed jingħad fuq Patri Piju ma kellu ebda ħjiel ta’ sopranatural. Sena wara, reġa’ wissa li ħadd m’għandu jersaq lejn San Giovanni Rotondo biex juri qima u devozzjoni lejn Patri Piju. Kemm –il darba ppruvaw ukoll iċaqilquh minn San Giovanni Rotondo iżda dan qatt ma sar.
F’ittra lill-Vigarju Provinċjali ta’ Foggia, Piju kiteb:
“ Naħseb li mhemmx għalfejn intennilek kemm ninsab lest li nobdi kwalunkwe ordni li nirċievi mingħand is-superjuri. Il-kelma tagħhom hija għalija l-Kelma ta’ Alla li lejH irrid inżomm sħiħ it-twemmin tiegħi sal-mewt u bil-għajnuna tiegħu rrid nobdi kwalunkwe kmand, ikun kemm ikun tqil u ta’ tbatija għall-miżerja tiegħu.” ”
(23.08.1923)
Il-persekuzzjoni kontra Patri Piju laħqet il-quċċata tagħha meta b’digriet ieħor tas-Sant’Uffizzju fl-1931, Piju kien sospiż a divinis u mġiegħel jinqata’ anki mill-istess ħutu patrijiet u jkun segregat, iżolat fil-Kunvent mingħajr ma jista’ jkellem lil ħadd, fi kliem ieħor sar priġunier fil-kunvent.
Iżda ħafna ħbieb ta’ Patri Piju ħadmu kemm felħu biex iwaqqfu din il-"priġunerija". Żewġ isqfijiet kapuċċini, Longhini u Cuccarollo ppreżentaw dossier lill-Papa Piju XI li studjah bir-reqqa. F’Lulju 1933, is-Sant’Uffizzju reġġa’ lura d-deċiżjonijiet tiegħu. Meta l-Provinċjal għarraf b’dan lil Piju, il-patrijiet sħabu tal-kunvent infexxew f’ċapċip kbir u Piju bid-dmugħ f’għajnejh, bieslu idejh u talbu jirringrazzja lill-Papa f’ismu.
Fama Internazzjonali
Il-fama ta’ Patri Piju xterdet ’il barra mill-Italja. Kienu jmorru jżuruh pellegrini mhux mill-pajjiżi Ewropej, fosthom Maltin, iżda wkoll ħafna Amerikani u Sudamerikani. Eluf ta’ ittri kienu qegħdin jaslulu fil-kunvent minn madwar id-dinja kollha, x’uħud anke miċ-Ċina u mil-Lvant Imbiegħed. Fost l-ittri li rċieva, darba rċieva waħda, fl-1962, mingħand il-Kardinal Pollakk Karol Woytla (iktar tard il-Papa Ġwanni Pawlu II), li talbu jitlob għal waħda omm żagħżugħa Pollakka li kienet kważi fl-aħħar għax kellha tumur fi griżmejha. GĦaddew ftit ġranet u l-Kardinal reġa’ kitiblu biex jirringrazzjah għax il-mara kienet qalgħet il-grazzja.
Minkejja l-popolarità kbira tiegħu, ħajtu fil-kunvent baqgħet dejjem l-istess. Kien iqaddes tal-ħamsa ta’ filgħodu. GĦall-quddiesa tiegħu, in-nies ġieli għamlu lejl sħiħ wara l-bieb tal-knisja biex malli tiftaħ, jintasbu fl-ewwel postijiet. Nistgħu ngħidu li ħajtu bħala saċerdot kienet talb, quddiesa u qrar. Kien iqatta’ sigħat twal fil-konfessjonarju u kien jixtieq li “l-ġurnata fiha 48 siegħa flok 24” biex ikun jista’ jqarar iżjed. Fil-festi jingħad li ġieli għamel 18-il siegħa jqarar. Eluf kbar jingħad li sabu lil Alla mill-ġdid permezz ta’ Patri Piju. Kienu jqerru għandu isqfijiet, kardinali, politiċi, artisti u minn kull xorta ta’ nies.
Jibni sptar: Casa Sollievo della Sofferenza
Fl-1925 Patri Piju rranġa bini li qabel kien iservi ta’ monasteru u għamel sptar żgħir li semmieh għal San Franġisk. Iżda fl-1956 għamel l-opra kolossali tiegħu meta bil-flus ta’ ħafna benefatturi fetaħ wieħed mill-aktar sptarijiet moderni anke sal-ġurnata tal-lum, “Casa Sollievo della Sofferenza” – Dar għas-Serħan mit-Tbatija. Iżda dan l-isptar għalkemm ġab serħan lil ħafna pazjenti reġa’ ġab sofferenza kbira għal Patri Piju li kienet tixbah lil dik li għadda minnha għoxrin sena qabel, meta waqqfuh milli jqaddes. Issa Patri Piju kien bniedem anzjan u batut fiżikament.
Waqt li kien qed jinbena l-isptar mhux kollox kien miexi dritt fl-amministrazzjoni, mhux tort ta’ Patri Piju li kien ħalla f’idejn ħaddieħor it-tmexxija ta’ l-isptar. Fl-1952, il-Ġeneral tal-Kapuċċini fuq struzzjoni mis-Sant’Uffizzju wissa lir-reliġjużi tiegħu biex ma jorganizzawx pellegrinaġġi għal San Giovanni Rotondo. Fl-1960, il-Papa bagħat lil Mons. Carlo Maccari biex jinvestiga l-ħafna xnigħat li kienu qegħdin isiru fuq Patri Piju, anke li kien qiegħed ikollu relazzjonijiet ma’ xi nisa. Patri Piju ġie miżmum milli jiċċelebra ż-żwiġijiet u l-magħmudijiet u ma jdumx iktar minn nofs siegħa fil-quddiesa. Saħansitra kienu tpoġġew xi mikrofoni fiċ-ċella u fil-konfessjonarju tiegħu. Patri Piju kien ħadha bi kbira wisq din il-ħaġa skandaluża għax qatt ma stenna li ssir din il-ħaġa min-nies tal-Knisja. Kien fl-1964, erba’ snin qabel mewtu li l-Papa Pawlu VI temm din it-tieni persekuzzjoni tas-Sant’Uffizzju.
Mewt u iktar misteri
Patri Piju miet nhar it-23 ta’ Settembru 1968 fis-2.30 a.m. Il-ġurnata ta’ qabel kien qaddes bħas-soltu għalkemm fl-aħħar ta’ dik il-quddiesa kien se jaqa’ ma’ l-art kieku mhux għax żammewh il-patrijiet li kienu qegħdin jassistuh. It-tabib kuranti ta’ Padre Piju, Dr Giuseppe Sala, meta ċċertifikah mejjet, ħalla miktub: “Għaxar minuti wara l-mewt, l-idejn, il-kustat u r-riġlejn ta’ Padre Piju… u kull parti oħra tal-ġisem, la kienu juru marki ta’ feriti, la ċikatriċi fl-idejn u fir-riġlejn, la fil-wiċċ u lanqas fil-qiegħ tagħhom u lanqas fil-kustat fejn qabel kellu feriti li kienu jidhru tajjeb”. Sala iddikjara wkoll li dan il-fatt “huwa għal kollox barrani minn kull tip ta’ komportament kliniku”.
Patri Piju ndifen fil-Kripta tas-Santwarju ta’ San Giovanni Rotondo. Nhar it-23 ta’ Mejju 1987, il-Papa Ġwanni Pawlu II, li meta kien għadu student f’Ruma kien iltaqa’ u tkellem ma’ Patri Piju, mar iżur il-qabar tiegħu u talab fit-tul fuqu. Tnax –il sena wara kien dan l-istess Papa li ddikjarah beatu, nhar it-2 ta’ Mejju 1999. Nhar is-16 ta' Ġunju 2002 l-istess Papa ddikjarah qaddis. Il-Knisja tagħmel it-tifkira ta' San Piju ta’ Pietrelcina nhar it-23 ta’ Settembru.
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Patri Piju, X'inhi Patri Piju? Xi tfisser Patri Piju?
San Piju ta Pietrelcina imwieled Francesco Forgione magħruf l iktar bħala Patri Piju jew Patri PijuĦajjaIsem propju Francesco ForgioneTwelid 25 Mejju 1887Nazzjonalita ItaljaMewt 23 Settembru 1968EdukazzjoniLingwi Taljan LatinOkkupazzjoniOkkupazzjoniFesta Padre Pio Pietrelcina Italja 25 ta Mejju 1887 San Giovanni Rotondo 23 ta Settembru 1968 kien patri Franġiskan Kapuċċin Taljan u saċerdot qaddis ikkanonizzat mill Knisja Kattolika li ċ ċelebrazzjoni tal festa tiegħu ssir fit 23 ta Settembru fl anniversarju ta mewtu Anke meta kien għadu ħaj ingħata venerazzjoni popolari kbira ħafna ħabba l pjagi li kellu f ġismu u l mirakli li jingħad li wettaq f ħajtu u wara mewtu Kien ukoll oġġett ta ħafna kritika u suspetti fi ħdan il Knisja u barra minnha TfulijaTwieled fi Pietrelcina raħal fil provinċja ta Benevento fl Italja nhar il 25 ta Mejju 1887 minn Grazio Forgione u Giuseppina f dar ċkejkna u fqira fil kampanja Missieru kien bidwi bniedem bla skola izda għaref Semmewh Franġisku u kien ir raba tifel minn seba ulied li tnejn minnhom mietu trabi F dawk is snin ix xogħol kien naqas ħafna u Grazio beda jsibha bi tqila biex jaqla l għixien għall familja tiegħu Huwa emigra darbtejn l ewwel darba meta Franġisku Piju kien għadu tifel ċkejken kien mar l Amerka t isfel izda kienet ġietu ħazina It tieni darba ftit qabel ma Piju sar saċerdot Grazio għamel kemxa ġmielha u meta ġie lura xtara zewġ għelieqi providenzjali għal Patri Piju li seta jitbiegħed mill familjari tiegħu u hemm jinġabar fit talb Il vojt ta missieru fi tfulitu mlietu wisq tajjeb ommu li kienet tgħozzu b imħabba kbira Ta ħames snin Franġisku wiegħed lilu nnifsu lill qaddis patrun ta ismu San Franġisk t Assisi Wara dan jingħad li kien ġa beda jkollu l vizjonijiet Kien jara lill Madonna u jitkellem magħha u kien ukoll jara x xitan taħt xbihat ta bnedmin kif ukoll ta annimali mill aktar koroh Ta tifel li kien hu kien jaħseb li kulħadd kien ikollu minn dawn l affarijiet Meta kellu disa snin Franġisku jingħad li assista għall ewwel miraklu tiegħu Kien ma missieru fis Santwarju ta San Pellegrino meta resqet mara b tifel marid f dirgħajha tgħajjat donnha teħodha ma San Pellegrino għax ma kienx fejqilha lil binha Fit telfa li kienet telqet lit tifel fuq l altar filwaqt li qaltlu Kollox sew Jekk ma tridx tfejqu allura ħudu int GĦal dik ix xena kulħadd tbikkem Franġisku talab għat tifel b ħeġġa kbira b għajnejh fissi fuqu F daqqa waħda it tifel għolla jdejh qam fuq riġlejh u għajjat mamma Kulħadd infexx jgħajjat miraklu It tifel kien fieq għal kollox Patri KapuċċinDik il ħabta fi Pietrelcina kien jidher ta spiss wieħed ajk kapuċċin jismu Fra Kamillu Dan kellu leħja sewda twila u folta u bil manjieri ħelwin li kellu kien jiġbed lejh lil kulħadd zgħar u kbar Franġisku kien inġibed ħafna lejh l aktar minħabba l baffi li kellu u xtaq isir bħalu Kienu l baffi l ewwel ħaġa li ġibditu lejn il Kapuċċini Ta sittax il sena beda n novizzjat tiegħu f Morcone u ħa l isem ta Fra Piju Sa mill ewwel ġranet tiegħu fil kunvent huwa sar il mimmi ta għajnejn il patrijiet kapuċċini l oħra Il Majjistru tiegħu Patri Tommaso qal fuqu Kien dejjem novizz ezemplari puntwali u ezatt f kollox Kien jagħmel penitenzi anki waqt l ikel fost l oħrajn kien jitlob permess biex jgħaddi l ikel lill patri ta ħdejh Kien jitlob ħafna u fit tul u ta spiss kien jitlob permess biex ma jinzilx għar rikreazzjoni ħalli jkun jista jkompli jitlob L unika ħaġa li kienet tinkwieta lill patrijiet sħabu kienet saħħtu Fra Piju kien sar magħlub wisq u kien spiss jaqbdu deni qawwi Dan kien deni li t tobba ma setgħux jispjegaw Xi drabi t termometru kien jinkiser bil qawwa tad deni Minħabba f hekk kien jintbagħat għal xi jiem id dar b permess speċjali tas superjuri għall arja tajba ta Pietrelcina biex ikun jista jirpilja Nhar it 22 ta Jannar 1904 huwa għamel l ewwel professjoni tiegħu Għat tliet snin ta wara huwa qagħad fil Kunvent ta San Elia a Pianisi f Campobasso u f għeluq it tielet sena għamel il professjoni solenni Wara li l mard reġa bagħtu fi Pietrelcina Piju kompla jistudja t teoloġija mgħejjun mill arċipriet ta raħal twelidu Mons Pannullo Matul dawn is snin ta studju jingħad li Piju kellu attakki kontinwi u ħorox ħafna mix xitan li xi drabi kienu jħallulu anke sinjali esterni bħal tbenġil nefħ u sinjali ta daqqiet fuq wiċċu Izda jingħad li kien ikollu wkoll vizjonijiet ta konsolazzjoni minn Ġesu SaċerdotPiju kien ordnat saċerdot nhar l 10 t Awissu 1910 fid Duomo ta Benevento mill Arċisqof Paolo Schinosi u erbat ijiem wara ċċelebra l ewwel quddiesa tiegħu fil Knisja ta Pietrelcina Fil paniġierku tal quddiesa Patri Agostino id direttur spiritwali tiegħu tkellem fuq tliet punti essenzjali fil missjoni tas saċerdot il pulptu l altar u l konfessjonarju u testwalment qallu Inti minħabba saħħtek ma tantx tista tkun predikatur għalhekk nawguralek li tkun konfessur kbir Il PjagiFtit inqas minn xahar wara li sar saċerdot bdew jidhru fil pali ta idejh bħal dbabar ħomor li kienu jweġġgħu ħafna izda li wara xi ġurnata jew tnejn kienu jgħibu għal kollox Piju kien pront tkellem ma l arċipriet Pannullo li kien sar it tieni missier tiegħu It tnejn flimkien kienu talbu bil ħerqa lil Alla biex jekk jista jkun ineħħilu dawk is sinjali u jħallilu biss l uġigħ U għal dik id darba hekk ġara Ħames snin wara nhar l 20 ta Settembru 1915 waqt li fil knisja ta Pietrelcina kienet qiegħda ssir il Festa tal Pjagi ta San Franġisk Piju kien mitluf fit talb f għarix li kien għamel hu stess f għalqa tal familja tiegħu Darba ommu ratu ħiereġ mill għarix iferfer kemm jiflaħ idejh bħal meta wieħed ikun mess xi ħaġa taħraq Bil ħlewwa kolha ommu qaltlu biċ ċajt jekk kienx qiegħed idoqq il kitarra imma hu weġibha biss li kellu idejh juġgħuh Nafu b dan biss minn ittra li huwa bagħat lid direttur tiegħu Patri Agostino xahar wara Bil lievaDawk kienu s snin ta l u Piju bħaz zgħazagħ Taljani l oħra nġabar bil lieva izda għamel biss xahar Novembru 1915 minħabba d deni stramb li reġa qabdu It tobba militari ezentawh għal sena u Piju reġa lura Pietrelcina Bħalma kien dejjem jiġri wara ftit ġimgħat irpilja u reġa beda jaqdi fil pastorali tal parroċċa Xahrejn wara s superjuri reliġjuzi tiegħu ordnawlu jmur fil kunvent ta Sant Anna ġewwa Foggia izda hemmhekk sofra wisq attakki mix xitan li kien anke jsawtu Meta għalqitlu s sena ezentat mil lieva huwa rraporta f Napli fejn reġgħu ezentawh għal sitt xhur oħra jiġifieri sa Ġunju 1917 F Mejju ta dik is sena mar l ewwel u l unika darba f ħajtu Ruma biex jakkumpanja lil oħtu z zgħira li kellha ssir soru ta Santa Briġida Hija ħadet l isem ta Suor Pia Kien biss ħamsin sena wara li reġgħet rat lil ħuha meta marret issellimlu fil funeral tiegħu Mietet seba xhur warajh nhar it 30 t April 1969 tF San Giovanni RotondoF Marzu 1918 inħeles darba għal dejjem mis servizz militari għax instab li kien ibati bi bronco pneumonite kronika tant li l uffiċjali militari qalu Ħa nibagħtuh id dar forsi jmut fil kwiet u l paċi Izda Piju kellu jmut fil kwiet u l paċi ħamsin sena wara meta kellu 81 sena Nhar it 18 ta Marzu huwa mar lura fil Kunvent ta San Giovanni Rotondo fejn sentejn qabel il Provinċjal iddeċieda li jħallih hemm għal kollox fuq xewqa ta l istess Patri Piju Lil Piju għazluh bħala direttur tal fratini dawk it tfal li kienu mħajrin isiru patrijiet Il ħemda tal kunvent fqajjar maqtugħ għalih waħdu u mdawwar minn kullimkien b siġar iħaddru s sena kollha kien tassew ideali għal Patri Piju Il ftit nies li kienu jiffrekwentaw il knisja mill ewwel intlaqtu mill qdusija sempliċi ta dak il patri zagħzugħ u marradi u hekk l għadd tagħhom beda jizdied kuljum Pjagi vizibbli Kien filgħodu ta l 20 tax xahar Settembru 1918 li għadda Kont qiegħed fil Kor wara ċ ċelebrazzjoni tal quddiesa meta ħassejtni qisni meħud għal għarrieda minn nagħsa ħelwa Is sensi kollha interni u esterni flimkien mal fakultajiet tar ruħ sabu ruħhom f ħemda li ma titfissirx Matul dan kollu kien hemm skiet perfett madwari F daqqa waħda ħassejt fija paċi u telqa sħiħa Dan kollu ġara f teptipa t għajn jew f leħħa ta berqa u waqt li kien qed isir dan kollu rajt quddiemi Personaġġ Misterjuz Il ħarsa tiegħu werwritni Dak li ħassejt f dak il ħin ma nistax ngħidlek Ħassejtni qed immut għax ħassejt qalbi trid toħroġ minn sidri Id dehra tal Personaġġ għebet u jien sibt ruħi b idejja riġlejja u l kustat imniffda u bid demm ħiereġ minnhom Tista timmaġina l uġigħ li ħassejt dak il ħin u li għadni nħoss kontinwament kwazi kuljum Il ferita tal qalb tnixxi demm bla waqfien l aktar mill Ħamis filgħaxija sas Sibt 22 10 1918 Hekk kiteb f ittra Patri Piju lid direttur spiritwali tiegħu li obbligah jagħmel dan Dakinhar fil jum tal Ġimgħa Piju kien waħdu fil Kunvent għax il patrijiet l oħra kellhom xi qadjiet Waqt li kien qiegħed għarkubbtejh quddiem il Kurċifiss jingħad li Ġesu Msallab il Personaġġ Misterjuz ħa l ħajja u minnu ħarġu ħames vleġeġ li ppenetraw il ġisem tiegħu Piju bilkemm kellu s saħħa jqum mill art u jasal saċ ċella biex ikun jista jbiddel ħwejġu u jnaddafhom mid demm biex ma jindunawx b dak li kien ġralu Din id darba l Mulej ma neħħielux is sinjali Jingħad li Patri Piju baqa b dawk il pjagi sal aħħar jum ta ħajtu L aħbar ta patri bil pjagi xterdet ma San Giovanni Rotondo u kwazi ma l Italja kollha Is superjuri reliġjuzi nfixlu f dik is sitwazzjoni delikata Il Ministru Ġenerali tal Kapuċċini ddeċieda li ma jitħallewx nies ikellmu lil Patri Piju u billi n nies iktar bdew jersqu lejn il kunvent dan issakkar u ma kien jitħalla ħadd jidħol mingħajr il permess tas superjur F ittra oħra lid direttur spiritwali tiegħu Patri Piju stqarr li kien iħossu ħazin ħafna fizikament u moralment għax għal ħafna dawn is sinjali kienu sinjali ta kontradizzjoni x uħud jaċċettawhom u jbusuhom u oħrajn jiċħduhom u jmaqdruhom B ordni tas superjuri huwa kien izommhom dejjem mgħottijin u kien ineħħi l ingwanti biss waqt il quddiesa B ordni tal Provinċjal tmint ijiem biss wara li seħħ il fenomenu ittieħdu xi ritratti tal pjagi biex jintbagħtu Ruma lill Kongregazzjoni tas Sant Uffizzju L ewwel testijiet mediċi fuq Patri Piju saru tmien xhur wara li feġġ il fenomenu mill professur Romanelli minn Barletta li stqarr li ma setax jikklassifika l pjagi xjentifikament Professur ieħor Amigo Bignami pprova anke jfejjaqlu l pjagi izda bla suċċess Il professuri Luigi Romanelli u Giorgio Festa ikkonkludew li mhemmx spjegazzjoni naturali tal fenomenu Festa rrimarka wkoll li mill pjagi kienet toħroġ riħa ta fwieħa Patri tabib u psikologu il fundatur ta l Universita Cattolica ipprova jezaminah hu wkoll izda mingħajr suċċess għax ma kellux awtorizzazzjoni bil miktub Patri Piju kellu direttivi minn Ruma stess biex ma jħalli lil ħadd jezaminalu l pjagi Gemelli ippubblika studju li fih sejjaħ lil Padre Piju isteriku f kelma oħra miġnun Kiteb hekk E un bluff Padre Pio ha tutte le caratteristiche somatiche dell isterico e dello psicopatico Quindi le ferite che ha sul corpo Fasulle Frutto di un azione patologica morbosa Un ammalato si procura le lesioni da se Si tratta di piaghe con carattere distruttivo dei tessuti tipico della patologia isterica Sanzjonat mill Awtoritajiet tal KnisjaNhar it 2 ta Ġunju 1922 is ordna li Patri Piju jibda jqaddes biss fil privat ma jagħtix barka lin nies u ma jweġibx l ittri tan nies Piju kien dejjem lest jagħmel dak kollu li jkun mitlub mis superjuri tiegħu u kien jiddispjaċih biss għal dak kollu li kien qiegħed jiġri minħabba fih F Mejju 1923 is Sant Uffizzju ħareġ dikjarazzjoni li biha widdeb lill fidili kollha li dak li kien qed jingħad fuq Patri Piju ma kellu ebda ħjiel ta sopranatural Sena wara reġa wissa li ħadd m għandu jersaq lejn San Giovanni Rotondo biex juri qima u devozzjoni lejn Patri Piju Kemm il darba ppruvaw ukoll iċaqilquh minn San Giovanni Rotondo izda dan qatt ma sar F ittra lill Vigarju Provinċjali ta Foggia Piju kiteb Naħseb li mhemmx għalfejn intennilek kemm ninsab lest li nobdi kwalunkwe ordni li nirċievi mingħand is superjuri Il kelma tagħhom hija għalija l Kelma ta Alla li lejH irrid inzomm sħiħ it twemmin tiegħi sal mewt u bil għajnuna tiegħu rrid nobdi kwalunkwe kmand ikun kemm ikun tqil u ta tbatija għall mizerja tiegħu 23 08 1923 Il persekuzzjoni kontra Patri Piju laħqet il quċċata tagħha meta b digriet ieħor tas Sant Uffizzju fl 1931 Piju kien sospiz a divinis u mġiegħel jinqata anki mill istess ħutu patrijiet u jkun segregat izolat fil Kunvent mingħajr ma jista jkellem lil ħadd fi kliem ieħor sar priġunier fil kunvent Izda ħafna ħbieb ta Patri Piju ħadmu kemm felħu biex iwaqqfu din il priġunerija Zewġ isqfijiet kapuċċini Longhini u Cuccarollo pprezentaw dossier lill Papa Piju XI li studjah bir reqqa F Lulju 1933 is Sant Uffizzju reġġa lura d deċizjonijiet tiegħu Meta l Provinċjal għarraf b dan lil Piju il patrijiet sħabu tal kunvent infexxew f ċapċip kbir u Piju bid dmugħ f għajnejh bieslu idejh u talbu jirringrazzja lill Papa f ismu Fama InternazzjonaliIl fama ta Patri Piju xterdet il barra mill Italja Kienu jmorru jzuruh pellegrini mhux mill pajjizi Ewropej fosthom Maltin izda wkoll ħafna Amerikani u Sudamerikani Eluf ta ittri kienu qegħdin jaslulu fil kunvent minn madwar id dinja kollha x uħud anke miċ Ċina u mil Lvant Imbiegħed Fost l ittri li rċieva darba rċieva waħda fl 1962 mingħand il Kardinal Pollakk Karol Woytla iktar tard il Papa Ġwanni Pawlu II li talbu jitlob għal waħda omm zagħzugħa Pollakka li kienet kwazi fl aħħar għax kellha tumur fi grizmejha GĦaddew ftit ġranet u l Kardinal reġa kitiblu biex jirringrazzjah għax il mara kienet qalgħet il grazzja Minkejja l popolarita kbira tiegħu ħajtu fil kunvent baqgħet dejjem l istess Kien iqaddes tal ħamsa ta filgħodu GĦall quddiesa tiegħu in nies ġieli għamlu lejl sħiħ wara l bieb tal knisja biex malli tiftaħ jintasbu fl ewwel postijiet Nistgħu ngħidu li ħajtu bħala saċerdot kienet talb quddiesa u qrar Kien iqatta sigħat twal fil konfessjonarju u kien jixtieq li l ġurnata fiha 48 siegħa flok 24 biex ikun jista jqarar izjed Fil festi jingħad li ġieli għamel 18 il siegħa jqarar Eluf kbar jingħad li sabu lil Alla mill ġdid permezz ta Patri Piju Kienu jqerru għandu isqfijiet kardinali politiċi artisti u minn kull xorta ta nies Jibni sptar Casa Sollievo della SofferenzaFl 1925 Patri Piju rranġa bini li qabel kien iservi ta monasteru u għamel sptar zgħir li semmieh għal San Franġisk Izda fl 1956 għamel l opra kolossali tiegħu meta bil flus ta ħafna benefatturi fetaħ wieħed mill aktar sptarijiet moderni anke sal ġurnata tal lum Casa Sollievo della Sofferenza Dar għas Serħan mit Tbatija Izda dan l isptar għalkemm ġab serħan lil ħafna pazjenti reġa ġab sofferenza kbira għal Patri Piju li kienet tixbah lil dik li għadda minnha għoxrin sena qabel meta waqqfuh milli jqaddes Issa Patri Piju kien bniedem anzjan u batut fizikament Waqt li kien qed jinbena l isptar mhux kollox kien miexi dritt fl amministrazzjoni mhux tort ta Patri Piju li kien ħalla f idejn ħaddieħor it tmexxija ta l isptar Fl 1952 il Ġeneral tal Kapuċċini fuq struzzjoni mis Sant Uffizzju wissa lir reliġjuzi tiegħu biex ma jorganizzawx pellegrinaġġi għal San Giovanni Rotondo Fl 1960 il Papa bagħat lil Mons Carlo Maccari biex jinvestiga l ħafna xnigħat li kienu qegħdin isiru fuq Patri Piju anke li kien qiegħed ikollu relazzjonijiet ma xi nisa Patri Piju ġie mizmum milli jiċċelebra z zwiġijiet u l magħmudijiet u ma jdumx iktar minn nofs siegħa fil quddiesa Saħansitra kienu tpoġġew xi mikrofoni fiċ ċella u fil konfessjonarju tiegħu Patri Piju kien ħadha bi kbira wisq din il ħaġa skandaluza għax qatt ma stenna li ssir din il ħaġa min nies tal Knisja Kien fl 1964 erba snin qabel mewtu li l Papa Pawlu VI temm din it tieni persekuzzjoni tas Sant Uffizzju Mewt u iktar misteriPatri Piju miet nhar it 23 ta Settembru 1968 fis 2 30 a m Il ġurnata ta qabel kien qaddes bħas soltu għalkemm fl aħħar ta dik il quddiesa kien se jaqa ma l art kieku mhux għax zammewh il patrijiet li kienu qegħdin jassistuh It tabib kuranti ta Padre Piju Dr Giuseppe Sala meta ċċertifikah mejjet ħalla miktub Għaxar minuti wara l mewt l idejn il kustat u r riġlejn ta Padre Piju u kull parti oħra tal ġisem la kienu juru marki ta feriti la ċikatriċi fl idejn u fir riġlejn la fil wiċċ u lanqas fil qiegħ tagħhom u lanqas fil kustat fejn qabel kellu feriti li kienu jidhru tajjeb Sala iddikjara wkoll li dan il fatt huwa għal kollox barrani minn kull tip ta komportament kliniku Patri Piju ndifen fil Kripta tas Santwarju ta San Giovanni Rotondo Nhar it 23 ta Mejju 1987 il Papa Ġwanni Pawlu II li meta kien għadu student f Ruma kien iltaqa u tkellem ma Patri Piju mar izur il qabar tiegħu u talab fit tul fuqu Tnax il sena wara kien dan l istess Papa li ddikjarah beatu nhar it 2 ta Mejju 1999 Nhar is 16 ta Ġunju 2002 l istess Papa ddikjarah qaddis Il Knisja tagħmel it tifkira ta San Piju ta Pietrelcina nhar it 23 ta Settembru Referenzi