Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Bagan bil Burmiż ပ ဂ MLCTS pu gam IPA bəɡàɰ li qabel kienet magħrufa bħala Pagan hija belt antika u Sit ta Wirt Dinji ta

Bagan

  • Paġna Ewlenija
  • Bagan
Bagan
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Bagan (bil-Burmiż: ပုဂံ; MLCTS: pu.gam, IPA: [bəɡàɰ̃]; li qabel kienet magħrufa bħala Pagan) hija belt antika u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fir-Reġjun ta' tal-Myanmar. Mis-sekli 9 sa 13, il-belt kienet il-kapitali tar-Renju ta' Pagan, l-ewwel renju li wassal għall-unifikazzjoni tar-reġjuni li iktar 'il quddiem iffurmaw il-Myanmar. Fl-eqqel żmien tar-renju bejn is-sekli 11 u 13, iżjed minn 10,000 tempju, pagoda u monasteru Buddisti nbnew fil-pjanura ta' Bagan biss, li minnhom għad hemm il-fdalijiet ta' iktar minn 2,200 tempju u pagoda.

Iż-Żona Arkeoloġika ta' Bagan hija attrazzjoni ewlenija għall-industrija l-ġdida tat-turiżmu fil-pajjiż.

Etimoloġija

Bagan hija l-pronunzja standard attwali tal-kelma bil-Burmiż Pugan (ပုဂံ), li ġiet mill-Burmiż Antik Pukam (ပုကမ်). L-isem klassiku tagħha bil-Pali huwa Arimaddanapura (အရိမဒ္ဒနာပူရ, litteralment "il-belt li tgħaffeġ l-għedewwa"). L-ismijiet l-oħra tal-belt bil-Pali jirreferu għaż-żona estremament niexfa tagħha: Tattadesa (တတ္တဒေသ, "art arida"), u Tampadīpa (တမ္ပဒီပ, "pajjiż il-bronż"). Il-ġrajjiet Burmiżi jirrapportaw ukoll ismijiet klassiċi oħra, fosthom Thiri Pyissaya (သီရိပစ္စယာ; bil-Pali: Siripaccaya) u Tampawaddy (တမ္ပဝတီ; bil-Pali: Tampavatī).

Storja

Sekli 9 sa 13

Skont il-ġrajjiet Burmiżi, Bagan ġiet stabbilita fit-tieni seklu W.K., u ġiet iffortifikata fit-849 W.K. mir-Re Pyinbya, l-34 suċċessur tal-fundatur ta' Bagan tal-qedem. Madankollu, l-istudjużi ewlenin inġenerali jsostnu li Bagan ġiet stabbilita bejn nofs u l-aħħar tas-seklu 9 mill-Mranma (Burmani), li kienu għadhom kemm daħlu fil-wied ta' Irrawaddy mir-Renju ta' Nanzhao. Fost diversi bliet-stati kompetituri ta' xulxin sal-aħħar tas-seklu 10, l-insedjament tal-Burmani kiber kemm fl-awtorità tiegħu kif ukoll fil-kobor tiegħu.

Mill-1044 sal-1287, Bagan kienet il-kapitali kif ukoll iċ-ċentru politiku, ekonomiku u kulturali tal-. Matul perjodu ta' 250 sena, il-mexxejja ta' Bagan u s-sinjuruni tagħha bnew iktar minn 10,000 monument reliġjuż (madwar 1,000 stupa, 10,000 tempju żgħir u 3,000 monasteru) f'żona ta' 104 kilometru kwadru fil-pjanura ta' Bagan. Il-belt properuża kibret fid-daqs u l-kobor perċepit tagħha, u saret ċentru kożmopolitan għall-istudji reliġjużi u lajċi, speċjalment korsijiet tal-Pali tal-istudju tal-grammatika u tal-filosofija-psikoloġija (abhidhamma) kif ukoll l-istudji f'varjetà ta' lingwi tal-prosodija, tal-fonoloġija, tal-grammatika, tal-astroloġija, tal-alkimija, tal-mediċina, u tal-istudji legali. Il-belt attirat patrijiet u studenti saħansitra mill-Indja, mis-Sri Lanka u mill-.

Il-kultura ta' Bagan kienet dominata mir-reliġjon. Ir-reliġjon ta' Bagan kienet fluwida, sinkretika u skont l-istandards ta' iktar 'il quddiem, mhux ortodossa. Kollox ma' kollox kienet kontinwazzjoni ta' xejriet reliġjużi fl-era tal-Pyu meta l-Buddiżmu Theravada kien jeżisti flimkien mal-Buddiżmu Mahayana, il-Buddiżmu Tantriku, diversi deklinazzjonijiet tal-Induiżmu (Saivita u Vaishana), kif ukoll tradizzjonijiet (nat) animisti nativi. Filwaqt li l-patroċinju rjali tal-Buddiżmu Theravada minn nofs is-seklu 11 kien wassal biex gradwalment tikseb il-primazija, tradizzjonijiet oħra komplew joktru matul il-perjodu ta' Pagan kollu sa livelli bla preċedent.

L-Imperu ta' Pagan sfaxxa fl-1287 minħabba invażjonijiet ripetuti tal-Mongoli (1277-1301). Riċerka reċenti turi li l-armati Mongoli jaf ma laħqux Bagan innifisha, u li anke jekk għamlu dan, il-ħsara li għamlu probabbilment kienet minima. Madankollu, xi ħsara xorta saret. Il-belt, li xi darba kienet tospita xi 50,000 sa 200,000 ruħ, spiċċat f'xejn iktar minn raħal żgħir, u qatt ma reġgħet kisbet il-prominenza tagħha. Il-belt formalment ma baqgħetx il-kapitali ta' Burma f'Diċembru 1297 meta r-Renju ta' Myinsaing sar il-qawwa l-ġdida f'Burma ta' Fuq.

Sekli 14 sa 19

Bagan baqgħet teżisti bħala insedjament uman sas-seklu 15, u bħala destinazzjoni tal-pellegrinaġġi matul il-perjodu imperjali kollu. Għadd iżgħar ta' monumenti reliġjużi ġodda u impressjonanti xorta waħda baqgħu jinbnew sa nofs is-seklu 15, iżda wara, il-kostruzzjoni ta' tempji ġodda majnat sew b'inqas minn 200 tempju li nbnew bejn is-sekli 15 u 20. Il-kapitali l-antika baqgħet destinazzjoni tal-pellegrinaġġi iżda l-pellegrinaġġi kienu ffukati fuq xi għoxrin tempju li kienu l-iktar prominenti biss mill-eluf li kien hemm: it-Tempju/il-Pagoda ta' Ananda, ta' Shwezigon, ta' Sulamani, ta' Htilominlo, ta' Dhammayazika, u ftit tempji oħra tul il-mogħdija l-antika. Il-kumplament—eluf ta' tempji inqas famużi u iktar remoti—sfaw mitluqa u bosta minnhom inħakmu mill-elementi.

Għall-ftit tempji li kellhom patroċinju regolari, dan il-patroċinju kontinwu ġab miegħu manutenzjoni regolari tat-tempji kif ukoll żidiet arkitettoniċi li kienu jingħataw bħala donazzjoni mid-devoti. Bosta tempji reġgħu ġew impittrin mill-ġdid b'affreski ġodda apparti jew saħansitra fuq l-affreski oriġinali ta' żmien Pagan, jew ġew mgħammra bi statwi ġodda ta' Buddha. Imbagħad kien hemm sensiela ta' rinnovazzjonijiet "sistematiċi" sponsorjati mill-istat fil-perjodu ta' Konbaung (1752-1885), li fil-maġġoranza tagħhom ma żammewx mad-disinni oriġinali—uħud ġew irtokkati "b'superfiċe mkaħħla kif ġie ġie, bla ebda gosti, arti jew riżultat sodisfaċenti". It-tempji minn ġewwa kienu ngħataw saħansitra żebgħa bajda fuq l-affreski, bħal pereżempju dawk ta' Thatbyinnyu u ta' Ananda. Bosta iskrizzjonijiet impittra u saħansitra affreski ġew miżjuda f'dan il-perjodu.

Seklu 20 sal-preżent

Bagan tinsab f'żona attiva tat-terremoti, u ġarrbet bosta terremoti tul is-sekli, b'saħansitra iżjed minn 400 irreġistrati bejn l-1904 u l-1975. Terremot kbir seħħ fit-8 ta' Lulju 1975, u laħaq it-8 MM f'Bagan u f'Myinkaba, u 7 MM f'Nyaung-U. It-terremot heżżeż it-tempji, u f'ħafna każijiet bħal dak ta' Bupaya, ġarrbu ħsarat kbar u xi kultant irreversibbli. Attwalment hemm 2,229 tempju u pagoda.

Bosta minn dawn il-pagodi li ġarrbu l-ħsarat ġew restawrati fis-snin 90 mill-gvern militari, li għamel ħiltu biex Bagan issir destinazzjoni turistika internazzjonali. Madankollu, l-isforzi ta' restawr minflok wasslu għat-tmaqdir mifrux mill-istoriċi tal-arti u mill-konservazzjonisti minn madwar id-dinja. Il-kritiċi kienu mgħaddbin li r-restawr sar mingħajr wisq attenzjoni għall-istili arkitettoniċi oriġinali u bl-użu ta' materjali moderni, u li l-gvern fetaħ ukoll korsa tal-golf fil-beraħ, awtostrada pavimentata, u bena torri panoramiku ta' 61 metru. Għalkemm il-gvern kien jemmen li l-mijiet ta' tempji (mhux restawrati) u l-għadd kbir ta' iskrizzjonijiet fuq il-ġebel tal-kapitali antika kienu biżżejjed biex jistħoqqilhom jitniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, il-belt tniżżlet biss fl-2019, u Bagan damet daqshekk biex jitniżżlu allegatament proprju minħabba r-restawr.

Bagan illum hija destinazzjoni turistika ewlenija fl-industrija emerġenti tal-pajjiż, li kienet ilha fil-mira ta' diversi kampanji ta' bojkottjar. Diversi pubblikazzjonijiet Burmiżi jenfasizzaw li l-infrastruttura turistika żgħira tal-belt se jkollha tespandi malajr anke biex tlaħħaq mal-iċken żieda fit-turiżmu fis-snin li ġejjin.

Fl-24 ta' Awwissu 2016, terremot kbir heżżeż il-parti ċentrali ta' Myanmar u mill-ġdid ikkawża ħsarat estensivi f'Bagan; din id-darba kważi 400 tempju nqerdu. It-Tempju ta' Sulamani u dak ta' Myauk Guni (Guni tat-Tramuntana) ġarrbu ħsarat kbar. Id-Dipartiment Arkeoloġiku ta' Bagan ta bidu għal stħarriġ u sforz ta' rikostruzzjoni bl-għajnuna ta' esperti mill-UNESCO. Il-viżitaturi ma jistgħux jidħlu iktar fi 33 tempju li ġarrbu l-iktar ħsarat.

Sit ta' Wirt Dinji

Fis-6 ta' Lulju 2019, Bagan tniżżlet uffiċjalment bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, 24 sena wara li l-gvern militari nnomina l-belt fl-1995, matul it-43 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji. B'hekk Bagan saret it-tieni Sit ta' Wirt Dinji fil-Myanmar, wara l-Bliet Antiki tal-Pyu. Bħala parti mir-rakkomandazzjonijiet li ngħataw wara d-deżinjazzjoni ta' Bagan, il-gvern tal-Myanmar wiegħed li jkun hemm rilokazzjoni tal-lukandi eżistenti fiż-żona arkeoloġika lejn żona apposta għal-lukandi sal-2028.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Ġeografija

Iż-Żona Arkeoloġika ta' Bagan, definita bħala ż-żona ta' 13-il kilometru bi tmien kilometri u ċċentrata madwar il-belt antika ta' Bagan, tikkonsisti minn Nyaung U fit-Tramuntana u Bagan il-Ġdida fin-Nofsinhar, tinsab fil-Punent ta' art enormi mimlija pjanuri f'Burma ta' Fuq ma' lilwa tax-xmara Irrawaddy. Tinsab 290 kilometru fil-Lbiċ ta' Mandalay u 700 kilometru fit-Tramuntana ta' .

Klima

Bagan tinsab fin-nofs ta' "żona niexfa" tal-Myanmar, bejn wieħed u ieħor bejn fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar. Għad-differenza tar-reġjuni kostali tal-pajjiż, li jkollhom ix-xita ta' kull sena fil-monsoons li tlaħħaq iktar minn 2,500 millimetru, iż-żona niexfa ma tantx tara preċipitazzjoni peress li hija mkennija mix-xita mill-katina muntanjuża ta' Rakhine Yoma fil-Punent.

Is-sorsi klimatiċi disponibbli online jirrapportaw klima pjuttost differenti għal Bagan.

Data klimatika għal Bagan
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) 32

(90)

35

(95)

36

(97)

37

(99)

33

(91)

30

(86)

30

(86)

30

(86)

30

(86)

32

(90)

32

(90)

32

(90)

32

(91)

Temp. baxxa medja °C (°F) 18

(64)

19

(66)

22

(72)

24

(75)

25

(77)

25

(77)

24

(75)

24

(75)

24

(75)

24

(75)

22

(72)

19

(66)

23

(72)

Sors: www.holidaycheck.com
Data klimatika għal Bagan
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) 28

(82)

32

(90)

36

(97)

39

(102)

38

(100)

35

(95)

33

(91)

32

(90)

32

(90)

31

(88)

29

(84)

27

(81)

33

(91)

Temp. baxxa medja °C (°F) 16

(61)

19

(66)

24

(75)

28

(82)

29

(84)

27

(81)

26

(79)

25

(77)

25

(77)

24

(75)

20

(68)

17

(63)

23

(74)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 5

(0.2)

0.6

(0.02)

2.6

(0.10)

16.4

(0.65)

49.6

(1.95)

69.8

(2.75)

126.7

(4.99)

182

(7.2)

152.4

(6.00)

103.6

(4.08)

25.5

(1.00)

5.7

(0.22)

739.9

(29.16)

Medja ta' jiem bix-xita 2 1 2 9 14 21 26 28 24 20 6 2 155
Sors: www.weatheronline.com

Veduti panoramiċi

Arkitettura

Bagan tispikka mhux biss għan-numru ma jispiċċa qatt ta' binjiet reliġjużi tal-Myanmar, iżda wkoll għall-arkitettura tal-għaġeb tal-binjiet, u l-kontribut tagħhom għad-disinn tat-tempji Burmiżi. L-arti tal-arkitettura tal-pagodi f'Bagan hija turija tal-ħila mill-aqwa tal-artiġjani tal-Myanmar. It-tempji ta' Bagan jistgħu jinqasmu f'żewġ kategoriji wesgħin: it-tempji solidi bi stil ta' stupa u t-tempji vojta minn ġewwa bl-istil gu (ဂူ).

Stupi

Stupa, li tissejjaħ ukoll pagoda jew chedi, hija struttura kbira, li tipikament ikollha kompartiment bir-relikwi ġewwa. L-istupi jew il-pagodi ta' Bagan evolvew mill-ewwel disinni tal-, li min-naħa tagħhom kienu bbażati fuq id-disinni tal-istupi tar-reġjun ta' Andhra, partikolarment Amaravati u Nagarjunakonda fix-Xlokk tal-Indja attwali, u fuq livell inqas ta' . L-istupi tal-era ta' Bagan min-naħa tagħhom kienu l-prototipi għall-istupi Burmiżi ta' warajhom f'termini ta' simboliżmu, forma u disinn, tekniki tal-bini u saħansitra materjali.

Evoluzzjoni tal-istupi tal-Myanmar
Il-Pagoda ta' Bawbawgyi (is-seklu 7)
Il-Pagoda ta' Bupaya (qabel is-seklu 11)
Il-Pagoda ta' Lawkananda (qabel is-seklu 11)
Il-Pagoda ta' Shwezigon (is-seklu 11)
Il-Pagoda ta' Dhammayazika (is-seklu 12)
Il-Pagoda ta' Mingalazedi (is-seklu 13)
L-umbrelel ċerimonjali f'tempju ta' Bagan





Oriġinarjament, stupa ta' Ceylon kien ikollha qafas emisferiku (bil-Pali: anda, jiġifieri "bajda"), li fuqu kienet tiġi stabbilita kaxxa rettangolari mdawra b'balavostri tal-ġebel (harmika). Xaft kien jagħti lejn il-quċċata tal-istupa u dan kien jirfed diversi umbrelel ċerimonjali. L-istupa hija rappreżentazzjoni tal-kożmos Buddisti: l-għamla tagħha tissimboleġġa lill-Muntanja Meru, filwaqt li l-umbrella armata fuq ix-xogħol bil-brikks tirrappreżenta l-assi tad-dinja. Il-pedamenti bil-brikks spiss kienu jinksew bl-istukko u mżejna bir-riljievi. Pari jew serje ta' orki bħala gwardjani (bilu) kienu tema favorita fil-perjodu ta' Bagan tal-qedem.

Id-disinn oriġinali tal-Induisti gradwalment ġie mmodifikat, l-ewwel mill-Pyu, u mbagħad mill-Burmani f'Bagan, fejn l-istupa bil-mod il-mod żviluppat b'għamla itwal u ċilindrika. L-iktar stupi bikrin ta' Bagan bħal dik ta' Bupaya (għall-ħabta tas-seklu 9) nibtu direttament mill-istil tal-Pyu fi . Sas-seklu 11, l-istupa żviluppat b'għamla iktar qisha qanpiena fejn l-umbrelel inbidlu f'sensiela ta' ċrieki li kulma jmur jiċkienu u li kienu jitpoġġew fuq xulxin sa ma jiġu għall-ponta. Fuq iċ-ċrieki, id-disinn il-ġdid sostitwixxa l-harmika b'blanzun tal-lotus. Dan id-disinn imbagħad evolva f'"blanzun tal-", li jifforma l-quċċata estiża tal-biċċa l-kbira tal-pagodi Burmiżi. Tliet terrazzi rettangolari jew erbgħa kienu jservu bħala l-bażi tal-pagoda, sikwit b'gallerija ta' madum tat-terrakotta li juru ġrajjiet tal-jataka Buddisti. Il-Pagoda ta' Shwezigon u l-Pagoda ta' Shwesandaw huma l-iktar eżempji bikrin ta' din it-tip ta' pagoda. Eżempji tat-tendenza favur disinn qisu iktar b'għamla ta' qanpiena gradwalment kisbu l-primazija kif wieħed jista' jara fil-Pagoda ta' Dhammayazika (l-aħħar tas-seklu 12) u l-Pagoda ta' Mingalazedi (l-aħħar tas-seklu 13).

Tempji vojta minn ġewwa

B'kuntrast mal-istupi, it-tempji vojta minn ġewwa bl-istil gu huma strutturi li kienu jintużaw għall-meditazzjoni, għall-qima u d-devozzjoni lejn Buddha u ritwali Buddisti oħra. It-tempji gu jinqasmu f'żewġ stili bażiċi: id-disinn b'"faċċata waħda" u d-disinn b'erba' faċċati"—essenzjalment daħla prinċipali waħda u erba' daħliet prinċipali. Jeżistu wkoll stili oħra bħal pereżempju b'ħames faċċati u ibridi. L-istil b'faċċata waħda oriġina minn fis-seklu 2, u l-istil b'erba' faċċati oriġina minn Sri Ksetra fis-seklu 7. It-tempji, li kellhom karatteristiċi uniċi bħal ħnejjiet ippuntati u l-kompartiment bil-volti, bdew isiru ikbar u iktar grandjużi fil-perjodu ta' Bagan tal-qedem.

Innovazzjonijiet

Għalkemm id-disinni tat-tempji Burmiżi evolvew minn stili tal-Induisti u tal-Pyu (u possibbilment anke tal-Mon), it-tekniki tal-volti milli jidher żviluppa f'Bagan stess. L-iktar tempi bikrin bil-volti jmorru lura għas-seklu 11, filwaqt li l-istil bil-volti ma kienx mifrux fl-Indja qabel l-aħħar tas-seklu 12. Ix-xogħol bil-ġebel tal-binjiet juri "livell tal-għaġeb ta' perfezzjoni", fejn ħafna mill-istrutturi immensi ma ġġarrfux minkejja t-terremot qawwi tal-1975. B'xorti ħażina, it-tekniki tal-volti tal-era ta' Bagan tal-qedem intilfu fil-perjodi ta' wara. Wara dan il-perjodu, inbnew biss tempji ferm iżgħar bl-istil gu. Fis-seklu 18, pereżempju, ir-Re Bodawpaya pprova jibni l-Pagoda ta' Mingun (li suppost kellha tkun l-ikbar waħda fid-dinja) bħala tempju b'kompartimenti spazjużi bil-volti iżda ma setax għaliex l-artiġjani u l-bennejja ta' dak iż-żmien kienu laħqu tilfu l-għarfien u s-sengħa tal-bini tal-volti u tal-ħnejjiet ippuntati, tant meħtieġa għall-bini tat-tempji vojta minn ġewwa ta' Bagan.

Innovazzjoni arkitettonika oħra li oriġinat f'Bagan hija t-tempju Buddist bi pjanta pentagonali. Dan id-disinn nibet minn disinni ibridi (bejn disinni b'faċċata u b'erba' faċċati). L-idea kienet li tiġi inkluża l-venerazzjoni tal-Buddha Maitreya, il-ħames Buddha ta' dik l-era u l-Buddha tal-futur, apparti l-erba' l-oħra eżistenti. Il-Pagoda ta' Dhammayazika u l-Pagoda ta' Ngamyethna huma eżempji tad-disinn pentagonali.

Siti kulturali notevoli

Isem Ritratt Sena tal-kostruzzjoni Sponsor(s) Noti
Tempju ta' Ananda 1105 Re Kyansittha Wieħed mill-iktar tempji famużi f'Bagan; għoli 51 metru
Pagoda ta' Bupaya 850 Re Pyu Saw Hti Bl-istil tal-Pyu; il-pagoda oriġinali tas-seklu 9 inqerdet b'terremot fl-1975; issa ġiet rikostruwita kompletament u ġiet indurata
Tempju ta' Dhammayangyi 1167–1170 Re Narathu L-ikbar tempju f'Bagan
Pagoda ta' Dhammayazika 1196–1198 Re Sithu II
Tempju ta' Gawdawpalin 1211–1235 Re Sithu II u Re Htilominlo
Tempju ta' Gubyaukgyi (Wetkyi-in) Early 13th Century Re Kyansittha
Tempju ta' Gubyaukgyi (Myinkaba) 1113 Prinċep Yazakumar
Tempju ta' Htilominlo 1218 Re Htilominlo Tempju li fih tliet sulari (għoli 46 metru)
Pagoda ta' Lawkananda 1044–1077 Re Anawrahta
Tempju ta' Mahabodhi 1218 Re Htilominlo Replika iżgħar tat-Tempju ta' Mahabodhi f', l-Indja
Tempju ta' Manuha 1067 Re Manuha
Pagoda ta' Mingalazedi 1268–1274 Re Narathihapate
Tempju ta' Minyeingon
Iskrizzjoni ta' Myazedi 1112 Prinċep Yazakumar "Il-Ġebla ta' Rosetta ta' Burma" b'iskrizzjonijiet b'erba' lingwi: bil-Pyu, bil-Mon Antik, bil-Burmiż Antik u bil-Pali
Tempju ta' Nanpaya 1160–1170 Tempju Indùista bl-istil tal-Mon; jingħad li kien ir-residenza antika ta' Manuha jew inbena fuq is-sit
Tempju ta' Nathlaung Kyaung 1044–1077 Tempju Induistà
Tempju ta' Payathonzu 1200 Tempju bl-istili Mahayana u Tantriku
Pagoda ta' Seinnyet Nyima u Pagoda ta' Seinnyet Ama Seklu 11
Tempju ta' Shwegugyi 1131 Re Sithu I Sithu I ġie assassinat hawnhekk; magħruf għat-twieqi tiegħu bl-f'forma ta' arkati
Pagoda ta' Shwesandaw 1057 Re Anawrahta Għolja 100 metru mingħajr ma wieħed jgħodd il-hti fil-quċċata; l-itwal pagoda f'Bagan
Pagoda ta' Shwezigon 1102 Re Anawrahta u Re Kyansittha
Tempju ta' Sulamani 1183 Re Sithu II
Bieb ta' Tharabha 1020 Re Kunhsaw Kyaunghpyu u Re Kyiso L-unika parti li fadal mill-ħitan antiki; datati bir-radjukarbonju għall-ħabta tal-1020
Tempju ta' Thatbyinnyu 1150/51 Sithu I L-itwal tempju f'Bagan; 66 metru
Pagoda ta' Tuywindaung Anawrahta

Mużewijiet

  • Il-Mużew Arkeoloġiku ta' Bagan: l-unika mużew fiż-Żona Arkeoloġika ta' Bagan, fih innifsu mużew fil-beraħ antik millenju. Il-mużew fih tliet sulari u fih oġġetti rari tal-perjodu ta' Bagan tal-Qedem, fosthom l-iskrizzjonijiet oriġinali ta' Myazedi, il-Ġebla ta' Rosetta ta' Burma.
  • Il-Palazz ta' Anawrahta: dan il-palazz ġie rikostruwit fl-2003 abbażi tal-pedamenti eżistenti fis-sit tal-palazz l-antik. Madankollu, il-palazz li nbena fuq il-pedamenti nbena bl-ebda evidenza disponibbli kif seta' kien fil-qedem.

Dokumentazzjoni 3D bil-LiDAR

Il-Proġett ta' Zamani mill-Università ta' , l-Afrika t'Isfel, offra s-servizzi tiegħu għad-dokumentazzjoni spazjali tal-monumenti f'Bagan b'rispons għall-qerda ta' monumenti minħabba terremot ta' Awwissu 2016. Wara żjara ta' tkixxif f'Bagan u laqgħa sussegwenti fl-uffiċċji tal-UNESCO f'Bangkok, it-Tajlandja, fi Frar 2017, il-Proġett ta' Zamani ddokumenta 12-il monument f'Bagan bl-użu tal-LiDAR, matul tliet kampanji fuq il-post bejn l-2017 u l-2018, inkluż Kubyauk-gyi (Gubyaukgyi) (298); Kyauk-ku-umin (154); Tha-peik-hmauk-gu-hpaya (744); Sula-mani-gu-hpaya (Sulamani) (748); il-Monument 1053; Sein-nyet-ama (1085); Sein-nyet-nyima (1086); Naga-yon-hpaya (1192); Loka-ok-shaung (1467); Than-daw-kya (1592); il-Monasteru ta' Ananda; u l-Bieb ta' Tharabha, il-bieb tal-belt ta' Bagan tal-qedem.

Trasport

Bagan hija aċċessibbli bl-ajru, bil-ferrovija, bil-karozza tal-linja, bil-karozza u bid-dgħajsa mix-xmara.

Ajru

Il-biċċa l-kbira tat-turisti internazzjonali jtiru lejn il-belt. L-ajruport ta' Nyaung U jipprovdi l-kollegamenti bl-ajru mir-reġjun ta' Bagan u lejh. Diversi linji tal-ajru domestiċi għandhom titjiriet regolari lejn Yangon, li jdumu xi 80 minuta biex ikopru s-600 kilometru bejn iż-żewġ bliet. It-titjiriet lejn Mandalay idumu bejn wieħed u ieħor 30 minuta u dawk lejn jdumu madwar 40 minuta. L-ajruport jinsab fil-periferija ta' Nyaung U u ddum xi 20 minuta bit-taksi biex tasal f'Bagan mill-ajruport.

Ferrovija

Il-belt ta' Bagan hija moqdija wkoll mil-linja ferrovjarja Yangon-Mandalay. Il-kumpanija Myanmar Railways kuljum topera servizz ferrovjarju ta' billejl 'l hemm u 'l hawn bejn Yangon u Bagan (il-ferroviji nri 61 u 62), li jdumu mill-inqas 18-il siegħa. Il-ferroviji għandhom vagun bis-sodod kif ukoll postijiet tal-Ewwel Klassi u postijiet tal-Klassi Ordinarja. Bejn Mandalay u Bagan hemm żewġ servizzi li joperaw kuljum 'l hemm u 'l hawn (il-ferroviji nri 117,118,119 u 120) li jieħdu mill-inqas tmien sigħat. Il-ferroviji għandhom postijiet tal-Ewwel Klassi u postijiet tal-Klassi Ordinarja.

Karozzi tal-linja u karozzi

Hemm servizzi bil-karozzi tal-linja u bil-karozzi privati li joperaw billejl ukoll minn Yangon u Mandalay li jdumu madwar disa' sigħat u sitt sigħat rispettivament.

Lanċa

Servizz tal-lanċa "ekspress" jopera bejn Bagan u Mandalay. Tul ix-xmara Irrawaddy, l-iktar lanċa veloċi ddum xi disa' sigħat biex tivvjaġġa 170 kilometru. Is-servizz jopera kuljum fl-eqqel perjodi u joperaw ukoll servizzi inqas veloċi b'waqfiet mal-lejl.

Ekonomija

L-ekonomija ta' Bagan hija bbażata b'mod prinċipali fuq it-turiżmu. Minħabba l-ibbojkottjar kontra l-gvern militari preċedenti, l-infrastruttura tat-turiżmu tar-reġjun ta' Bagan għadha mudesta meta mqabbla mal-istandards internazzjonali. Il-belt għandha ftit lukandi standard internazzjonali u bosta appartamenti ġestiti minn familji. Bagan hija wkoll iċ-ċentru tal-industrija Burmiża tal-oġġetti bil-lacquer, li prattikament jiddependi fuq id-domanda mit-turisti. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti bil-lacquer huma destinati għall-ħwienet tat-tifkiriet turistiċi f'Yangon, u għas-swieq dinjin. Barra minn hekk, il-proċess tal-produzzjoni tal-oġġetti bil-lacquer fih innifsu sar attrazzjoni turistika.

Demografija

Il-popolazzjoni ta' Bagan fl-aqwa perjodu tal-belt kien stmat li kienet bejn 50,000 to 200,000 ruħ. Sa żmien il-wasla tal-industrija tat-turiżmu fis-snin 90 tas-seklu 20, ftit abitati biss kienu jgħixu fil-belt antika ta' Bagan. Iż-żieda fit-turiżmu attirat popolazzjoni mdaqqsa lejn iż-żona. Minħabba li issa fiż-żona tal-belt antika ta' Bagan ma hemmx abitazzjonijiet permanenti, il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tirresjedi f'Bagan il-Ġdida fin-Nofsinhar jew f'Nyaung-U fit-Tramuntana tal-belt antika ta' Bagan. Il-maġġoranza tar-residenti nativi huma Bamar.

Amministrazzjoni

Iż-Żona Arkeoloġika ta' Bagan hija parti mid-Distrett ta' Nyaung-U fir-Reġjun ta' Mandalay.

Ġemellaġġi

  • Luang Prabang, Laos
  • , Kambodja

Biblijografija

  • Aung-Thwin, Michael (1985). Pagan: The Origins of Modern Burma. : University of Hawai'i Press. ISBN 0-8248-0960-2.
  • Aung-Thwin, Michael (2005). The mists of Rāmañña: The Legend that was Lower Burma (illustrated ed.). Honolulu: University of Hawai'i Press. ISBN 978-0-8248-2886-8.
  • Ministry of Culture, Union of Myanmar (2009). "Royal Palaces in Myanmar". Il-Ministeru għall-Kultura.
  • Harvey, G. E. (1925). History of Burma: From the Earliest Times to 10 March 1824. Londra: Frank Cass & Co. Ltd.
  • Htin Aung, Maung (1967). A History of Burma. New York u Londra: Cambridge University Press.
  • Ishizawa, Yoshiaki; Yasushi Kono (1989). Study on Pagan: research report. Institute of Asian Cultures, Sophia University. p. 239.
  • Kala, U (1724). Maha Yazawin (bil-Burmiż). 1–3 (2006, ir-raba' ed. stampata). Yangon: Ya-Pyei Publishing.
  • Köllner, Helmut; Axel Bruns (1998). Myanmar (Burma) (ed. bl-illustrazzjonijiet). Hunter Publishing. p. 255. ISBN 978-3-88618-415-6.
  • Lieberman, Victor B. (2003). Strange Parallels: Southeast Asia in Global Context, c. 800–1830, volum 1, Integration on the Mainland. Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-80496-7.
  • Pan Eiswe Star; Soe Than Linn (2010-02-10). "Archaeologists to assist with Cambodia excavations". The Myanmar Times. 26 (509).
  • Il-Kummissjoni Storika Rjali ta' Burma (1832). Hmannan Yazawin (bil-Burmiż). 1–3 (2003 ed.). Yangon: il-Ministeru għall-Informazzjoni, Myanmar.
  • Rao, V.K. (2013). "The Terracotta Plaques of Pagan: Indian Influence and Burmese Innovations". Ancient Asia. 4: 7.
  • Rao, Vinay Kumar. “Buddhist Art of Pagan, 2 Vols.” Published by Agam Kala Publications, New Delhi, 2011. ISBN 978-81-7320-116-5.
  • Rao, Vinay Kumar (2013). "The Terracotta Plaques of Pagan: Indian Influence and Burmese Innovations". Ancient Asia. 4: 7.
  • Stadtner, Donald M. (2011). Sacred Sites of Burma: Myth and Folklore in an Evolving Spiritual Realm. Bangkok: 2011. ISBN 978-974-9863-60-2.
  • Than Tun (December 1959). "History of Burma: A.D. 1300–1400". Journal of Burma Research Society. XLII (II).
  • Than Tun (1964). Studies in Burmese History (in Burmese). 1. Yangon: Maha Dagon.
  • Tourtellot, Jonathan B. (2004-09-03). "Dictators "Defacing" Famed Burma Temples". The National Geographic Traveler. National Geographic.
  • UNESCO (1976). Unesco Courier. 28. Pariġi: UNESCO.
  • UNESCO. "Bagan Archaeological Area and Monuments". UNESCO.

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Bagan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-29.
  2. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Seven more cultural sites added to UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-29.
  3. ^ a b ċ Stadtner 2011: 216
  4. ^ "The promise—and the pitfalls". The Economist. 2013-05-23.
  5. ^ Maha Yazawin Vol. 1 2006: 139–141
  6. ^ Harvey 1925: 18
  7. ^ Lieberman 2003: 90–91
  8. ^ a b Lieberman 2003: 115–116
  9. ^ Lieberman 2003: 119–120
  10. ^ Htin Aung 1967: 74
  11. ^ Than Tun 1959: 119–120
  12. ^ Aung-Thwin 1985: 196–197
  13. ^ Stadtner 2011: 217
  14. ^ Unesco 1976: ix
  15. ^ Ishizawa u Kono 1989: 114
  16. ^ a b ċ d Köllner, Bruns 1998: 117
  17. ^ Tourtellot 2004
  18. ^ "Bagan named UNESCO World Heritage Site". The Myanmar Times. 2019-07-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-29. Miġbur 2021-07-29.
  19. ^ "Temperature Bagan - climate Bagan Myanmar - weather Bagan". archive.is. 2013-01-25. Miġbur 2021-07-29.
  20. ^ "Weather Bagan".
  21. ^ Aung-Thwin 2005: 26–31
  22. ^ a b Aung-Thwin 2005: 233–235
  23. ^ Falconer, J.; Moore, E.; Tettoni, L. I. (2000). Burmese design and architecture. : Periplus. ISBN 9625938826.
  24. ^ Aung-Thwin 2005: 210–213
  25. ^ Aung-Thwin 2005: 224–225
  26. ^ Aung-Thwin 2005: 38
  27. ^ "Travel Myanmar". myanmar.gov.mm (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-29.
  28. ^ "Site - Bagan". zamaniproject.org. Miġbur 2021-07-29.
  29. ^ "Laser Scanning for Heritage Conservation - Bagan, Myanmar". LiDAR News (bl-Ingliż). 2017-07-01. Miġbur 2021-07-29.
  30. ^ "Transport options for getting to Bagan Myanmar" (bl-Ingliż). 2019-03-16. Miġbur 2021-07-29.
  31. ^ "Train travel in Myanmar (Burma) | Train times, fares, tickets, photos". www.seat61.com. Miġbur 2021-07-29.
  32. ^ "Transport options for gettingt to Bagan Myanmar" (bl-Ingliż). 2019-03-16. Miġbur 2021-07-29.
  33. ^ Harvey 1925: 78
  34. ^ Köllner, Bruns 1998: 115
  35. ^ a b Pan Eiswe Star u Soe Than Linn 2010

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Bagan (Bagan)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 21 Ġun, 2025 / 10:41

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Bagan, X'inhi Bagan? Xi tfisser Bagan?

Bagan bil Burmiz ပ ဂ MLCTS pu gam IPA beɡaɰ li qabel kienet magħrufa bħala Pagan hija belt antika u Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fir Reġjun ta tal Myanmar Mis sekli 9 sa 13 il belt kienet il kapitali tar Renju ta Pagan l ewwel renju li wassal għall unifikazzjoni tar reġjuni li iktar il quddiem iffurmaw il Myanmar Fl eqqel zmien tar renju bejn is sekli 11 u 13 izjed minn 10 000 tempju pagoda u monasteru Buddisti nbnew fil pjanura ta Bagan biss li minnhom għad hemm il fdalijiet ta iktar minn 2 200 tempju u pagoda Bagan Iz Zona Arkeoloġika ta Bagan hija attrazzjoni ewlenija għall industrija l ġdida tat turizmu fil pajjiz EtimoloġijaBagan hija l pronunzja standard attwali tal kelma bil Burmiz Pugan ပ ဂ li ġiet mill Burmiz Antik Pukam ပ ကမ L isem klassiku tagħha bil Pali huwa Arimaddanapura အရ မဒ ဒန ပ ရ litteralment il belt li tgħaffeġ l għedewwa L ismijiet l oħra tal belt bil Pali jirreferu għaz zona estremament niexfa tagħha Tattadesa တတ တဒ သ art arida u Tampadipa တမ ပဒ ပ pajjiz il bronz Il ġrajjiet Burmizi jirrapportaw ukoll ismijiet klassiċi oħra fosthom Thiri Pyissaya သ ရ ပစ စယ bil Pali Siripaccaya u Tampawaddy တမ ပဝတ bil Pali Tampavati StorjaSekli 9 sa 13 Mappa tal Imperu ta Pagan għall ħabta tal 1210 Skont il ġrajjiet Burmizi Bagan ġiet stabbilita fit tieni seklu W K u ġiet iffortifikata fit 849 W K mir Re Pyinbya l 34 suċċessur tal fundatur ta Bagan tal qedem Madankollu l istudjuzi ewlenin inġenerali jsostnu li Bagan ġiet stabbilita bejn nofs u l aħħar tas seklu 9 mill Mranma Burmani li kienu għadhom kemm daħlu fil wied ta Irrawaddy mir Renju ta Nanzhao Fost diversi bliet stati kompetituri ta xulxin sal aħħar tas seklu 10 l insedjament tal Burmani kiber kemm fl awtorita tiegħu kif ukoll fil kobor tiegħu Mill 1044 sal 1287 Bagan kienet il kapitali kif ukoll iċ ċentru politiku ekonomiku u kulturali tal Matul perjodu ta 250 sena il mexxejja ta Bagan u s sinjuruni tagħha bnew iktar minn 10 000 monument reliġjuz madwar 1 000 stupa 10 000 tempju zgħir u 3 000 monasteru f zona ta 104 kilometru kwadru fil pjanura ta Bagan Il belt properuza kibret fid daqs u l kobor perċepit tagħha u saret ċentru kozmopolitan għall istudji reliġjuzi u lajċi speċjalment korsijiet tal Pali tal istudju tal grammatika u tal filosofija psikoloġija abhidhamma kif ukoll l istudji f varjeta ta lingwi tal prosodija tal fonoloġija tal grammatika tal astroloġija tal alkimija tal mediċina u tal istudji legali Il belt attirat patrijiet u studenti saħansitra mill Indja mis Sri Lanka u mill Il kultura ta Bagan kienet dominata mir reliġjon Ir reliġjon ta Bagan kienet fluwida sinkretika u skont l istandards ta iktar il quddiem mhux ortodossa Kollox ma kollox kienet kontinwazzjoni ta xejriet reliġjuzi fl era tal Pyu meta l Buddizmu Theravada kien jezisti flimkien mal Buddizmu Mahayana il Buddizmu Tantriku diversi deklinazzjonijiet tal Induizmu Saivita u Vaishana kif ukoll tradizzjonijiet nat animisti nativi Filwaqt li l patroċinju rjali tal Buddizmu Theravada minn nofs is seklu 11 kien wassal biex gradwalment tikseb il primazija tradizzjonijiet oħra komplew joktru matul il perjodu ta Pagan kollu sa livelli bla preċedent L Imperu ta Pagan sfaxxa fl 1287 minħabba invazjonijiet ripetuti tal Mongoli 1277 1301 Riċerka reċenti turi li l armati Mongoli jaf ma laħqux Bagan innifisha u li anke jekk għamlu dan il ħsara li għamlu probabbilment kienet minima Madankollu xi ħsara xorta saret Il belt li xi darba kienet tospita xi 50 000 sa 200 000 ruħ spiċċat f xejn iktar minn raħal zgħir u qatt ma reġgħet kisbet il prominenza tagħha Il belt formalment ma baqgħetx il kapitali ta Burma f Diċembru 1297 meta r Renju ta Myinsaing sar il qawwa l ġdida f Burma ta Fuq Sekli 14 sa 19 Ballun tal arja turistiku fuq pagoda f Bagan Bagan baqgħet tezisti bħala insedjament uman sas seklu 15 u bħala destinazzjoni tal pellegrinaġġi matul il perjodu imperjali kollu Għadd izgħar ta monumenti reliġjuzi ġodda u impressjonanti xorta waħda baqgħu jinbnew sa nofs is seklu 15 izda wara il kostruzzjoni ta tempji ġodda majnat sew b inqas minn 200 tempju li nbnew bejn is sekli 15 u 20 Il kapitali l antika baqgħet destinazzjoni tal pellegrinaġġi izda l pellegrinaġġi kienu ffukati fuq xi għoxrin tempju li kienu l iktar prominenti biss mill eluf li kien hemm it Tempju il Pagoda ta Ananda ta Shwezigon ta Sulamani ta Htilominlo ta Dhammayazika u ftit tempji oħra tul il mogħdija l antika Il kumplament eluf ta tempji inqas famuzi u iktar remoti sfaw mitluqa u bosta minnhom inħakmu mill elementi Għall ftit tempji li kellhom patroċinju regolari dan il patroċinju kontinwu ġab miegħu manutenzjoni regolari tat tempji kif ukoll zidiet arkitettoniċi li kienu jingħataw bħala donazzjoni mid devoti Bosta tempji reġgħu ġew impittrin mill ġdid b affreski ġodda apparti jew saħansitra fuq l affreski oriġinali ta zmien Pagan jew ġew mgħammra bi statwi ġodda ta Buddha Imbagħad kien hemm sensiela ta rinnovazzjonijiet sistematiċi sponsorjati mill istat fil perjodu ta Konbaung 1752 1885 li fil maġġoranza tagħhom ma zammewx mad disinni oriġinali uħud ġew irtokkati b superfiċe mkaħħla kif ġie ġie bla ebda gosti arti jew rizultat sodisfaċenti It tempji minn ġewwa kienu ngħataw saħansitra zebgħa bajda fuq l affreski bħal perezempju dawk ta Thatbyinnyu u ta Ananda Bosta iskrizzjonijiet impittra u saħansitra affreski ġew mizjuda f dan il perjodu Seklu 20 sal prezent Il Pagoda ta Bupaya fl 1868 qabel ma nqerdet b terremot fl 1975 u issa ġiet rikostruwita u ġiet indurata Bagan tinsab f zona attiva tat terremoti u ġarrbet bosta terremoti tul is sekli b saħansitra izjed minn 400 irreġistrati bejn l 1904 u l 1975 Terremot kbir seħħ fit 8 ta Lulju 1975 u laħaq it 8 MM f Bagan u f Myinkaba u 7 MM f Nyaung U It terremot hezzez it tempji u f ħafna kazijiet bħal dak ta Bupaya ġarrbu ħsarat kbar u xi kultant irreversibbli Attwalment hemm 2 229 tempju u pagoda Bosta minn dawn il pagodi li ġarrbu l ħsarat ġew restawrati fis snin 90 mill gvern militari li għamel ħiltu biex Bagan issir destinazzjoni turistika internazzjonali Madankollu l isforzi ta restawr minflok wasslu għat tmaqdir mifrux mill istoriċi tal arti u mill konservazzjonisti minn madwar id dinja Il kritiċi kienu mgħaddbin li r restawr sar mingħajr wisq attenzjoni għall istili arkitettoniċi oriġinali u bl uzu ta materjali moderni u li l gvern fetaħ ukoll korsa tal golf fil beraħ awtostrada pavimentata u bena torri panoramiku ta 61 metru Għalkemm il gvern kien jemmen li l mijiet ta tempji mhux restawrati u l għadd kbir ta iskrizzjonijiet fuq il ġebel tal kapitali antika kienu bizzejjed biex jistħoqqilhom jitnizzlu bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO il belt tnizzlet biss fl 2019 u Bagan damet daqshekk biex jitnizzlu allegatament proprju minħabba r restawr Bagan illum hija destinazzjoni turistika ewlenija fl industrija emerġenti tal pajjiz li kienet ilha fil mira ta diversi kampanji ta bojkottjar Diversi pubblikazzjonijiet Burmizi jenfasizzaw li l infrastruttura turistika zgħira tal belt se jkollha tespandi malajr anke biex tlaħħaq mal iċken zieda fit turizmu fis snin li ġejjin Il Buddha bilwieqfa tat Tempju ta Ananda Fl 24 ta Awwissu 2016 terremot kbir hezzez il parti ċentrali ta Myanmar u mill ġdid ikkawza ħsarat estensivi f Bagan din id darba kwazi 400 tempju nqerdu It Tempju ta Sulamani u dak ta Myauk Guni Guni tat Tramuntana ġarrbu ħsarat kbar Id Dipartiment Arkeoloġiku ta Bagan ta bidu għal stħarriġ u sforz ta rikostruzzjoni bl għajnuna ta esperti mill UNESCO Il vizitaturi ma jistgħux jidħlu iktar fi 33 tempju li ġarrbu l iktar ħsarat Sit ta Wirt DinjiFis 6 ta Lulju 2019 Bagan tnizzlet uffiċjalment bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO 24 sena wara li l gvern militari nnomina l belt fl 1995 matul it 43 sessjoni tal Kumitat tal Wirt Dinji B hekk Bagan saret it tieni Sit ta Wirt Dinji fil Myanmar wara l Bliet Antiki tal Pyu Bħala parti mir rakkomandazzjonijiet li ngħataw wara d dezinjazzjoni ta Bagan il gvern tal Myanmar wiegħed li jkun hemm rilokazzjoni tal lukandi ezistenti fiz zona arkeoloġika lejn zona apposta għal lukandi sal 2028 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju ĠeografijaInzul ix xemx fuq it tempji u l pagodi ta Bagan Iz Zona Arkeoloġika ta Bagan definita bħala z zona ta 13 il kilometru bi tmien kilometri u ċċentrata madwar il belt antika ta Bagan tikkonsisti minn Nyaung U fit Tramuntana u Bagan il Ġdida fin Nofsinhar tinsab fil Punent ta art enormi mimlija pjanuri f Burma ta Fuq ma lilwa tax xmara Irrawaddy Tinsab 290 kilometru fil Lbiċ ta Mandalay u 700 kilometru fit Tramuntana ta Klima Bagan tinsab fin nofs ta zona niexfa tal Myanmar bejn wieħed u ieħor bejn fit Tramuntana u fin Nofsinhar Għad differenza tar reġjuni kostali tal pajjiz li jkollhom ix xita ta kull sena fil monsoons li tlaħħaq iktar minn 2 500 millimetru iz zona niexfa ma tantx tara preċipitazzjoni peress li hija mkennija mix xita mill katina muntanjuza ta Rakhine Yoma fil Punent Is sorsi klimatiċi disponibbli online jirrapportaw klima pjuttost differenti għal Bagan Data klimatika għal Bagan Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja medja C F 32 90 35 95 36 97 37 99 33 91 30 86 30 86 30 86 30 86 32 90 32 90 32 90 32 91 Temp baxxa medja C F 18 64 19 66 22 72 24 75 25 77 25 77 24 75 24 75 24 75 24 75 22 72 19 66 23 72 Sors www holidaycheck com Data klimatika għal Bagan Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja medja C F 28 82 32 90 36 97 39 102 38 100 35 95 33 91 32 90 32 90 31 88 29 84 27 81 33 91 Temp baxxa medja C F 16 61 19 66 24 75 28 82 29 84 27 81 26 79 25 77 25 77 24 75 20 68 17 63 23 74 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 5 0 2 0 6 0 02 2 6 0 10 16 4 0 65 49 6 1 95 69 8 2 75 126 7 4 99 182 7 2 152 4 6 00 103 6 4 08 25 5 1 00 5 7 0 22 739 9 29 16 Medja ta jiem bix xita 2 1 2 9 14 21 26 28 24 20 6 2 155 Sors www weatheronline comVeduti panoramiċiVeduta panoramika ta Bagan mit Tempju ta Minyeingon b Thatbyinnyu fuq ix xellug u Dhammayangyi l bogħod fuq il lemin Il pjanura ta Bagan b Dhammayangyi fuq ix xellug Il pjanura ta Bagan bix xmara Irrawaddy fl isfond Il pjanura ta Bagan Plains mix xatt oppost tax xmara IrrawaddyArkitetturaBagan tispikka mhux biss għan numru ma jispiċċa qatt ta binjiet reliġjuzi tal Myanmar izda wkoll għall arkitettura tal għaġeb tal binjiet u l kontribut tagħhom għad disinn tat tempji Burmizi L arti tal arkitettura tal pagodi f Bagan hija turija tal ħila mill aqwa tal artiġjani tal Myanmar It tempji ta Bagan jistgħu jinqasmu f zewġ kategoriji wesgħin it tempji solidi bi stil ta stupa u t tempji vojta minn ġewwa bl istil gu ဂ Stupi Stupa li tissejjaħ ukoll pagoda jew chedi hija struttura kbira li tipikament ikollha kompartiment bir relikwi ġewwa L istupi jew il pagodi ta Bagan evolvew mill ewwel disinni tal li min naħa tagħhom kienu bbazati fuq id disinni tal istupi tar reġjun ta Andhra partikolarment Amaravati u Nagarjunakonda fix Xlokk tal Indja attwali u fuq livell inqas ta L istupi tal era ta Bagan min naħa tagħhom kienu l prototipi għall istupi Burmizi ta warajhom f termini ta simbolizmu forma u disinn tekniki tal bini u saħansitra materjali Evoluzzjoni tal istupi tal MyanmarIl Pagoda ta Bawbawgyi is seklu 7 Il Pagoda ta Bupaya qabel is seklu 11 Il Pagoda ta Lawkananda qabel is seklu 11 Il Pagoda ta Shwezigon is seklu 11 Il Pagoda ta Dhammayazika is seklu 12 Il Pagoda ta Mingalazedi is seklu 13 L umbrelel ċerimonjali f tempju ta Bagan L affreski antiki fuq ġewwa tat Tempju ta Sulamani f Bagan Oriġinarjament stupa ta Ceylon kien ikollha qafas emisferiku bil Pali anda jiġifieri bajda li fuqu kienet tiġi stabbilita kaxxa rettangolari mdawra b balavostri tal ġebel harmika Xaft kien jagħti lejn il quċċata tal istupa u dan kien jirfed diversi umbrelel ċerimonjali L istupa hija rapprezentazzjoni tal kozmos Buddisti l għamla tagħha tissimboleġġa lill Muntanja Meru filwaqt li l umbrella armata fuq ix xogħol bil brikks tirrapprezenta l assi tad dinja Il pedamenti bil brikks spiss kienu jinksew bl istukko u mzejna bir riljievi Pari jew serje ta orki bħala gwardjani bilu kienu tema favorita fil perjodu ta Bagan tal qedem Id disinn oriġinali tal Induisti gradwalment ġie mmodifikat l ewwel mill Pyu u mbagħad mill Burmani f Bagan fejn l istupa bil mod il mod zviluppat b għamla itwal u ċilindrika L iktar stupi bikrin ta Bagan bħal dik ta Bupaya għall ħabta tas seklu 9 nibtu direttament mill istil tal Pyu fi Sas seklu 11 l istupa zviluppat b għamla iktar qisha qanpiena fejn l umbrelel inbidlu f sensiela ta ċrieki li kulma jmur jiċkienu u li kienu jitpoġġew fuq xulxin sa ma jiġu għall ponta Fuq iċ ċrieki id disinn il ġdid sostitwixxa l harmika b blanzun tal lotus Dan id disinn imbagħad evolva f blanzun tal li jifforma l quċċata estiza tal biċċa l kbira tal pagodi Burmizi Tliet terrazzi rettangolari jew erbgħa kienu jservu bħala l bazi tal pagoda sikwit b gallerija ta madum tat terrakotta li juru ġrajjiet tal jataka Buddisti Il Pagoda ta Shwezigon u l Pagoda ta Shwesandaw huma l iktar ezempji bikrin ta din it tip ta pagoda Ezempji tat tendenza favur disinn qisu iktar b għamla ta qanpiena gradwalment kisbu l primazija kif wieħed jista jara fil Pagoda ta Dhammayazika l aħħar tas seklu 12 u l Pagoda ta Mingalazedi l aħħar tas seklu 13 Tempji vojta minn ġewwa B kuntrast mal istupi it tempji vojta minn ġewwa bl istil gu huma strutturi li kienu jintuzaw għall meditazzjoni għall qima u d devozzjoni lejn Buddha u ritwali Buddisti oħra It tempji gu jinqasmu f zewġ stili baziċi id disinn b faċċata waħda u d disinn b erba faċċati essenzjalment daħla prinċipali waħda u erba daħliet prinċipali Jezistu wkoll stili oħra bħal perezempju b ħames faċċati u ibridi L istil b faċċata waħda oriġina minn fis seklu 2 u l istil b erba faċċati oriġina minn Sri Ksetra fis seklu 7 It tempji li kellhom karatteristiċi uniċi bħal ħnejjiet ippuntati u l kompartiment bil volti bdew isiru ikbar u iktar grandjuzi fil perjodu ta Bagan tal qedem Innovazzjonijiet Dhammayangyi Paya Bagan Għalkemm id disinni tat tempji Burmizi evolvew minn stili tal Induisti u tal Pyu u possibbilment anke tal Mon it tekniki tal volti milli jidher zviluppa f Bagan stess L iktar tempi bikrin bil volti jmorru lura għas seklu 11 filwaqt li l istil bil volti ma kienx mifrux fl Indja qabel l aħħar tas seklu 12 Ix xogħol bil ġebel tal binjiet juri livell tal għaġeb ta perfezzjoni fejn ħafna mill istrutturi immensi ma ġġarrfux minkejja t terremot qawwi tal 1975 B xorti ħazina it tekniki tal volti tal era ta Bagan tal qedem intilfu fil perjodi ta wara Wara dan il perjodu inbnew biss tempji ferm izgħar bl istil gu Fis seklu 18 perezempju ir Re Bodawpaya pprova jibni l Pagoda ta Mingun li suppost kellha tkun l ikbar waħda fid dinja bħala tempju b kompartimenti spazjuzi bil volti izda ma setax għaliex l artiġjani u l bennejja ta dak iz zmien kienu laħqu tilfu l għarfien u s sengħa tal bini tal volti u tal ħnejjiet ippuntati tant meħtieġa għall bini tat tempji vojta minn ġewwa ta Bagan Innovazzjoni arkitettonika oħra li oriġinat f Bagan hija t tempju Buddist bi pjanta pentagonali Dan id disinn nibet minn disinni ibridi bejn disinni b faċċata u b erba faċċati L idea kienet li tiġi inkluza l venerazzjoni tal Buddha Maitreya il ħames Buddha ta dik l era u l Buddha tal futur apparti l erba l oħra ezistenti Il Pagoda ta Dhammayazika u l Pagoda ta Ngamyethna huma ezempji tad disinn pentagonali Siti kulturali notevoli Isem Ritratt Sena tal kostruzzjoni Sponsor s Noti Tempju ta Ananda 1105 Re Kyansittha Wieħed mill iktar tempji famuzi f Bagan għoli 51 metru Pagoda ta Bupaya 850 Re Pyu Saw Hti Bl istil tal Pyu il pagoda oriġinali tas seklu 9 inqerdet b terremot fl 1975 issa ġiet rikostruwita kompletament u ġiet indurata Tempju ta Dhammayangyi 1167 1170 Re Narathu L ikbar tempju f Bagan Pagoda ta Dhammayazika 1196 1198 Re Sithu II Tempju ta Gawdawpalin 1211 1235 Re Sithu II u Re Htilominlo Tempju ta Gubyaukgyi Wetkyi in Early 13th Century Re Kyansittha Tempju ta Gubyaukgyi Myinkaba 1113 Prinċep Yazakumar Tempju ta Htilominlo 1218 Re Htilominlo Tempju li fih tliet sulari għoli 46 metru Pagoda ta Lawkananda 1044 1077 Re Anawrahta Tempju ta Mahabodhi 1218 Re Htilominlo Replika izgħar tat Tempju ta Mahabodhi f l Indja Tempju ta Manuha 1067 Re Manuha Pagoda ta Mingalazedi 1268 1274 Re Narathihapate Tempju ta Minyeingon Iskrizzjoni ta Myazedi 1112 Prinċep Yazakumar Il Ġebla ta Rosetta ta Burma b iskrizzjonijiet b erba lingwi bil Pyu bil Mon Antik bil Burmiz Antik u bil Pali Tempju ta Nanpaya 1160 1170 Tempju Induista bl istil tal Mon jingħad li kien ir residenza antika ta Manuha jew inbena fuq is sit Tempju ta Nathlaung Kyaung 1044 1077 Tempju Induista Tempju ta Payathonzu 1200 Tempju bl istili Mahayana u Tantriku Pagoda ta Seinnyet Nyima u Pagoda ta Seinnyet Ama Seklu 11 Tempju ta Shwegugyi 1131 Re Sithu I Sithu I ġie assassinat hawnhekk magħruf għat twieqi tiegħu bl f forma ta arkati Pagoda ta Shwesandaw 1057 Re Anawrahta Għolja 100 metru mingħajr ma wieħed jgħodd il hti fil quċċata l itwal pagoda f Bagan Pagoda ta Shwezigon 1102 Re Anawrahta u Re Kyansittha Tempju ta Sulamani 1183 Re Sithu II Bieb ta Tharabha 1020 Re Kunhsaw Kyaunghpyu u Re Kyiso L unika parti li fadal mill ħitan antiki datati bir radjukarbonju għall ħabta tal 1020 Tempju ta Thatbyinnyu 1150 51 Sithu I L itwal tempju f Bagan 66 metru Pagoda ta Tuywindaung AnawrahtaMuzewijietSit tal pedamenti tal palazz l antik ta Bagan tal Qedem qabel l 2003 Il Muzew Arkeoloġiku ta Bagan l unika muzew fiz Zona Arkeoloġika ta Bagan fih innifsu muzew fil beraħ antik millenju Il muzew fih tliet sulari u fih oġġetti rari tal perjodu ta Bagan tal Qedem fosthom l iskrizzjonijiet oriġinali ta Myazedi il Ġebla ta Rosetta ta Burma Il Palazz ta Anawrahta dan il palazz ġie rikostruwit fl 2003 abbazi tal pedamenti ezistenti fis sit tal palazz l antik Madankollu il palazz li nbena fuq il pedamenti nbena bl ebda evidenza disponibbli kif seta kien fil qedem Dokumentazzjoni 3D bil LiDARIl Proġett ta Zamani mill Universita ta l Afrika t Isfel offra s servizzi tiegħu għad dokumentazzjoni spazjali tal monumenti f Bagan b rispons għall qerda ta monumenti minħabba terremot ta Awwissu 2016 Wara zjara ta tkixxif f Bagan u laqgħa sussegwenti fl uffiċċji tal UNESCO f Bangkok it Tajlandja fi Frar 2017 il Proġett ta Zamani ddokumenta 12 il monument f Bagan bl uzu tal LiDAR matul tliet kampanji fuq il post bejn l 2017 u l 2018 inkluz Kubyauk gyi Gubyaukgyi 298 Kyauk ku umin 154 Tha peik hmauk gu hpaya 744 Sula mani gu hpaya Sulamani 748 il Monument 1053 Sein nyet ama 1085 Sein nyet nyima 1086 Naga yon hpaya 1192 Loka ok shaung 1467 Than daw kya 1592 il Monasteru ta Ananda u l Bieb ta Tharabha il bieb tal belt ta Bagan tal qedem TrasportBagan hija aċċessibbli bl ajru bil ferrovija bil karozza tal linja bil karozza u bid dgħajsa mix xmara Ajru Il biċċa l kbira tat turisti internazzjonali jtiru lejn il belt L ajruport ta Nyaung U jipprovdi l kollegamenti bl ajru mir reġjun ta Bagan u lejh Diversi linji tal ajru domestiċi għandhom titjiriet regolari lejn Yangon li jdumu xi 80 minuta biex ikopru s 600 kilometru bejn iz zewġ bliet It titjiriet lejn Mandalay idumu bejn wieħed u ieħor 30 minuta u dawk lejn jdumu madwar 40 minuta L ajruport jinsab fil periferija ta Nyaung U u ddum xi 20 minuta bit taksi biex tasal f Bagan mill ajruport Ferrovija Il belt ta Bagan hija moqdija wkoll mil linja ferrovjarja Yangon Mandalay Il kumpanija Myanmar Railways kuljum topera servizz ferrovjarju ta billejl l hemm u l hawn bejn Yangon u Bagan il ferroviji nri 61 u 62 li jdumu mill inqas 18 il siegħa Il ferroviji għandhom vagun bis sodod kif ukoll postijiet tal Ewwel Klassi u postijiet tal Klassi Ordinarja Bejn Mandalay u Bagan hemm zewġ servizzi li joperaw kuljum l hemm u l hawn il ferroviji nri 117 118 119 u 120 li jieħdu mill inqas tmien sigħat Il ferroviji għandhom postijiet tal Ewwel Klassi u postijiet tal Klassi Ordinarja Karozzi tal linja u karozzi Hemm servizzi bil karozzi tal linja u bil karozzi privati li joperaw billejl ukoll minn Yangon u Mandalay li jdumu madwar disa sigħat u sitt sigħat rispettivament Lanċa Servizz tal lanċa ekspress jopera bejn Bagan u Mandalay Tul ix xmara Irrawaddy l iktar lanċa veloċi ddum xi disa sigħat biex tivvjaġġa 170 kilometru Is servizz jopera kuljum fl eqqel perjodi u joperaw ukoll servizzi inqas veloċi b waqfiet mal lejl EkonomijaĦaddiema f fabbrika tal oġġetti bil lacquer L ekonomija ta Bagan hija bbazata b mod prinċipali fuq it turizmu Minħabba l ibbojkottjar kontra l gvern militari preċedenti l infrastruttura tat turizmu tar reġjun ta Bagan għadha mudesta meta mqabbla mal istandards internazzjonali Il belt għandha ftit lukandi standard internazzjonali u bosta appartamenti ġestiti minn familji Bagan hija wkoll iċ ċentru tal industrija Burmiza tal oġġetti bil lacquer li prattikament jiddependi fuq id domanda mit turisti Il biċċa l kbira tal oġġetti bil lacquer huma destinati għall ħwienet tat tifkiriet turistiċi f Yangon u għas swieq dinjin Barra minn hekk il proċess tal produzzjoni tal oġġetti bil lacquer fih innifsu sar attrazzjoni turistika DemografijaIl popolazzjoni ta Bagan fl aqwa perjodu tal belt kien stmat li kienet bejn 50 000 to 200 000 ruħ Sa zmien il wasla tal industrija tat turizmu fis snin 90 tas seklu 20 ftit abitati biss kienu jgħixu fil belt antika ta Bagan Iz zieda fit turizmu attirat popolazzjoni mdaqqsa lejn iz zona Minħabba li issa fiz zona tal belt antika ta Bagan ma hemmx abitazzjonijiet permanenti il biċċa l kbira tal popolazzjoni tirresjedi f Bagan il Ġdida fin Nofsinhar jew f Nyaung U fit Tramuntana tal belt antika ta Bagan Il maġġoranza tar residenti nativi huma Bamar AmministrazzjoniIz Zona Arkeoloġika ta Bagan hija parti mid Distrett ta Nyaung U fir Reġjun ta Mandalay ĠemellaġġiLuang Prabang Laos KambodjaBiblijografijaAung Thwin Michael 1985 Pagan The Origins of Modern Burma University of Hawai i Press ISBN 0 8248 0960 2 Aung Thwin Michael 2005 The mists of Ramanna The Legend that was Lower Burma illustrated ed Honolulu University of Hawai i Press ISBN 978 0 8248 2886 8 Ministry of Culture Union of Myanmar 2009 Royal Palaces in Myanmar Il Ministeru għall Kultura Harvey G E 1925 History of Burma From the Earliest Times to 10 March 1824 Londra Frank Cass amp Co Ltd Htin Aung Maung 1967 A History of Burma New York u Londra Cambridge University Press Ishizawa Yoshiaki Yasushi Kono 1989 Study on Pagan research report Institute of Asian Cultures Sophia University p 239 Kala U 1724 Maha Yazawin bil Burmiz 1 3 2006 ir raba ed stampata Yangon Ya Pyei Publishing Kollner Helmut Axel Bruns 1998 Myanmar Burma ed bl illustrazzjonijiet Hunter Publishing p 255 ISBN 978 3 88618 415 6 Lieberman Victor B 2003 Strange Parallels Southeast Asia in Global Context c 800 1830 volum 1 Integration on the Mainland Cambridge University Press ISBN 978 0 521 80496 7 Pan Eiswe Star Soe Than Linn 2010 02 10 Archaeologists to assist with Cambodia excavations The Myanmar Times 26 509 Il Kummissjoni Storika Rjali ta Burma 1832 Hmannan Yazawin bil Burmiz 1 3 2003 ed Yangon il Ministeru għall Informazzjoni Myanmar Rao V K 2013 The Terracotta Plaques of Pagan Indian Influence and Burmese Innovations Ancient Asia 4 7 Rao Vinay Kumar Buddhist Art of Pagan 2 Vols Published by Agam Kala Publications New Delhi 2011 ISBN 978 81 7320 116 5 Rao Vinay Kumar 2013 The Terracotta Plaques of Pagan Indian Influence and Burmese Innovations Ancient Asia 4 7 Stadtner Donald M 2011 Sacred Sites of Burma Myth and Folklore in an Evolving Spiritual Realm Bangkok 2011 ISBN 978 974 9863 60 2 Than Tun December 1959 History of Burma A D 1300 1400 Journal of Burma Research Society XLII II Than Tun 1964 Studies in Burmese History in Burmese 1 Yangon Maha Dagon Tourtellot Jonathan B 2004 09 03 Dictators Defacing Famed Burma Temples The National Geographic Traveler National Geographic UNESCO 1976 Unesco Courier 28 Pariġi UNESCO UNESCO Bagan Archaeological Area and Monuments UNESCO Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Bagan UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 07 29 a b Centre UNESCO World Heritage Seven more cultural sites added to UNESCO s World Heritage List UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 07 29 a b ċ Stadtner 2011 216 The promise and the pitfalls The Economist 2013 05 23 Maha Yazawin Vol 1 2006 139 141 Harvey 1925 18 Lieberman 2003 90 91 a b Lieberman 2003 115 116 Lieberman 2003 119 120 Htin Aung 1967 74 Than Tun 1959 119 120 Aung Thwin 1985 196 197 Stadtner 2011 217 Unesco 1976 ix Ishizawa u Kono 1989 114 a b ċ d Kollner Bruns 1998 117 Tourtellot 2004 Bagan named UNESCO World Heritage Site The Myanmar Times 2019 07 07 Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 07 29 Miġbur 2021 07 29 Temperature Bagan climate Bagan Myanmar weather Bagan archive is 2013 01 25 Miġbur 2021 07 29 Weather Bagan Aung Thwin 2005 26 31 a b Aung Thwin 2005 233 235 Falconer J Moore E Tettoni L I 2000 Burmese design and architecture Periplus ISBN 9625938826 Aung Thwin 2005 210 213 Aung Thwin 2005 224 225 Aung Thwin 2005 38 Travel Myanmar myanmar gov mm bl Ingliz Miġbur 2021 07 29 Site Bagan zamaniproject org Miġbur 2021 07 29 Laser Scanning for Heritage Conservation Bagan Myanmar LiDAR News bl Ingliz 2017 07 01 Miġbur 2021 07 29 Transport options for getting to Bagan Myanmar bl Ingliz 2019 03 16 Miġbur 2021 07 29 Train travel in Myanmar Burma Train times fares tickets photos www seat61 com Miġbur 2021 07 29 Transport options for gettingt to Bagan Myanmar bl Ingliz 2019 03 16 Miġbur 2021 07 29 Harvey 1925 78 Kollner Bruns 1998 115 a b Pan Eiswe Star u Soe Than Linn 2010Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Bagan Bagan

L-aħħar artikli
  • Ġunju 15, 2025

    Amenhotep III

  • Ġunju 14, 2025

    Amburgu

  • Ġunju 20, 2025

    Amazigh Marokkin Standard

  • Ġunju 17, 2025

    ASEAN Football Federation

  • Ġunju 17, 2025

    AFC Champions League

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq