Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Bauhaus u s Siti tal Moviment f Weimar f Dessau u f Bernau huwa Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fil Ġermanja magħmul min

Bauhaus u s Siti tal Moviment f'Weimar, f'Dessau u f'Bernau

  • Paġna Ewlenija
  • Bauhaus u s Siti tal Moviment f'Weimar, f'Dessau u f'Bernau
Bauhaus u s Siti tal Moviment f'Weimar, f'Dessau u f'Bernau
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Bauhaus u s-Siti tal-Moviment f'Weimar, f'Dessau u f'Bernau huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Ġermanja magħmul minn sitt komponenti differenti li huma assoċjati mal-moviment tad-disinn, tal-arkitettura u tal-arti tal-Bauhaus. Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996 b'erba' komponenti inizjali, u mbagħad fl-2017 żdiedu żewġ komponenti oħra.

Il-moviment tal-Bauhaus kien operattiv biss mill-1919 sal-1933 u ħarreġ lil mhux iktar minn 1,250 student, li minnhom 155 student biss effettivament iggradwaw b'lawrja tal-Bauhaus. Minkejja dan, il-moviment irrivoluzzjona l-ħsieb u l-prattika arkitettoniċi u estetiċi tas-seklu 20.

"Il-binjiet iddisinjati mill-esponenti ewlenin tal-Bauhaus huma rappreżentanti fundamentali tal- Klassiku... Għal din ir-raġuni, il-binjiet huma monumenti importanti mhux biss għall-arti u għall-kultura, iżda anke għall-ideat storiċi tas-seklu 20" – l-Applikazzjoni għall-estensjoni tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO tad-delegazzjoni Ġermaniża tal-UNESCO ta' Diċembru 2015.

Weimar

Il-kampus tal-Bauhaus f'Weimar

Il-moviment tal-Bauhaus ġie stabbilit f'Weimar fl-1919 minn , li baqa' hemmhekk sal-1925, meta mbagħad mar f'Dessau minħabba pressjoni politika. Il-moviment ġie ospitat f'żewġ binjiet biswit xulxin li qabel kienu żewġ skejjel tal-arti differenti, it-tnejn li huma ddisinjati bl-istil tal-Art Nouveau minn . Dawn huma:

  • il-binja "Van de Velde", mibnija fl-1905-1906 biex tospita l-Iskola tal-Arti u tal-Artiġjanat tal-Gran Dukat tas-Sassonja, li kienet skola tal-arti vokazzjonali;
  • il-"Binja Prinċipali", mibnija fl-1904-1911 biex tospita l-Großherzoglich Sächsische Hochschule für Bildende Kunst (l-Iskola tal-Belle Arti tal-Gran Dukat tas-Sassonja.

Il-binja "Van de Velde" fiha affreski rikostruwiti ta' , li oriġinarjament inħolqu għall-wirja tal-Bauhaus tal-1923, u hija magħrufa għat-tidwil mhux konvenzjonali tal-garigor taraġ ċentrali tagħha.

Il-"Binja Prinċipali" ġiet irrestawrata mill-arkitett Ġermaniż fl-1999. Fiha garigor taraġ prinċipali ellittiku bi stil tal-Art Nouveau. L-eks uffiċċju ta' Walter Gropius reġa' ġie mgħammar b'għamara, b'oġġetti u bi twapet rikostruwiti.

Wara li l-moviment tal-Bauhaus ma baqax iktar f'Weimar, il-binjiet intużaw minn għadd ta' istituzzjonijiet edukattivi relatati mal-arti. Illum il-ġurnata, wara diversi fużjonijiet, ristrutturar u tismijiet mill-ġdid, il-Bauhaus-Universität Weimar, stabbilita fl-1996, topra fl-eks sit tal-Bauhaus, fejn jiġu mgħallma korsijiet tal-arti, tad-disinn u tat-teknoloġija.

Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996. Il-binjiet joperaw bħala faċilità tat-tagħlim, iżda żjarat tas-sit minn barra u minn ġewwa jiġu offruti mill-Università tal-Bauhaus ta' Weimar.

Haus am Horn

Il-Haus am Horn hija dar domestika magħmula bil-konkos u bl-azzar li nbniet għall-ewwel wirja tax-xogħlijiet tal-Bauhaus fl-1923. Il-binja kienet ibbażata fuq id-disinni ta' , pittur u għalliem fl-iskola. Kienet l-ewwel binja bbażata għalkollox fuq il-prinċipji tad-disinn tal-Bauhaus u kienet tippreżenta prototip rivoluzzjonarju għall-għajxien modern.

Skont il-filosofija tal-Bauhaus tal-apprendiment permezz tal-esperjenza prattika, għadd ta' persunal u ta' studenti kienu involuti fil-proġett, fosthom , li dak iż-żmien kien student, u . Kull biċċa għamara, inkluż it-tidwil, ġiet prodotta fl-istudjos tal-Bauhaus.

Din il-binja ġiet inkluża bħala komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996. Minn Awwissu 2017, is-sjieda tal-binja hija tal-Klassik Stiftung Weimar. Fl-2018-2019, id-dar ingħalqet għall-pubbliku għal restawr maġġuri u reġgħet infetħet mill-ġdid fit-18 ta' Mejju 2019.

Dessau

Il-binja tal-Bauhaus f'Dessau

Il-binja tal-Bauhaus f'Dessau hija wa]da mill-binjiet ikoniċi tas-seklu 20. Ġiet iddisinjata minn Walter Gropius u nfetħet uffiċjalment fl-4 ta' Diċembru 1926, wara li damet sena biss biex inbniet. Hija "titqies bħala "manifest mibni" tal-ideat tal-Bauhaus, li fiha jinġabru l-funzjonalità u l-estetika tad-disinn biex jiffurmaw entità waħdanija".

Il-binja ġiet ikkummissjonata mill-belt ta' Dessau, li ffinanzjat il-proġett u pprovdiet l-art għall-binja. Il-pjanta tal-binja tfasslet mid-ditta arkitettonika ta' Gropius peress li l-moviment tal-Bauhaus ma kellux id-dipartiment tal-arkitettura tiegħu stess qabel l-1927, iżda l-arredamenti fuq ġewwa saru fl-istudjos tal-Bauhaus.

Gropius kellu jinkorpora żewġ skejjel fil-binja; l-iskola tad-disinn tal-Bauhaus u skola vokazzjonali muniċipali. Il-binja tikkonsisti minn diversi sezzjonijiet interkonnessi li huma ppożizzjonati b'mod asimetriku. Dawn huma: sezzjoni ta' tliet sulari bl-istudjos tax-xogħol; skola vokazzjonali ta' tliet sulari; sezzjoni ta' żewġ sulari għall-amministrazzjoni; awditorju, palk u kafetterija, u sezzjoni ta' ħames sulari bi studjos oħra. Il-faċċata hija kkaratterizzata bl-użu ta' ħitan sħaħ tal-ħġieġ mingħajr riffieda għat-tagħbija, żvilupp ulterjuri fuq dak li ntuża fil-Fabbrika ta' Fagus, li nbniet fl-1911-1913, fuq id-disinn ta' Gropius u ta' . Fuq ġewwa tal-binja wieħed jista' jara karatteristiċi tal-kostruzzjoni, bħal pereżempju kolonni u travi bħala riffieda.

Is-sezzjoni ta' ħames sulari bi studjos oħra, magħrufa bħala l-"Prellerhaus", fiha 28 studjo jew appartament ta' 20 metru kwadru kull wieħed, u kienet tipprovdi l-akkomodazzjoni għall-istudenti u għall-istudjużi żgħażagħ. Il-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u tal-kċina kienu komunali u kien hemm terrazza kondiviża fuq il-bejt. Sittax-il studjo kellhom gallariji żgħar, b'simetrija regolari li tikkaratterizza din is-sezzjoni tal-binja. In-nisa kienu jgħixu fl-ewwel sular, magħruf bħala s-"sular tan-nisa", u fost ir-residenti kien hemm , , u . B'kollox kien hemm 140 student, għaldaqstant il-maġġoranza tal-istudenti kellhom ifittxu akkomodazzjoni fil-qalba tal-belt ta' Dessau. Fl-1930, , id-direttur tal-Bauhaus ta' dak iż-żmien, ikkonverta wħud mill-istudjos fi klassijiet. Il-binja ġiet rinnovata fl-2006 biex jerġa' jkollha l-konfigurazzjoni oriġinali tagħha. Illum il-ġurnata l-istudjos jinkrew bħala akkomodazzjoni għat-turisti.

Minħabba pressjoni politika, il-binja tal-Bauhaus f'Dessau ngħalqet fl-1932 u Mies van der Rohe stabbilixxa binja tal-Bauhaus f'Berlin iffinanzjata privatament, għalkemm din ingħalqet ukoll ftit inqas minn sena wara. Il-binja tal-Bauhaus f'Dessau ntużat bħala skola biex in-nisa jitgħallmu jsajru u jħitu, u ftit qabel il-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-1939, saret skola tat-taħriġ għall-uffiċjali tal-Partit Nażista. Fl-1941 kienet tospita d-dipartiment tal-istampa tal-manifattur tal-inġenji tal-ajru Junkers. Fl-1945 l-iskola ġarrbet xi ħsarat minħabba bumbardament mill-ajru. Wara l-gwerra l-binja ġiet parzjalment imsewwija biex setgħet tintuża bħala istituzzjoni edukattiva, iżda mingħajr ma ġiet rispettata l-integrità tal-binja. Kien biss fl-1972 li l-gvern tal-Ġermanja tal-Lvant elenka l-binja bħala monument storiku. Ġiet irrestawrata taħt , arkitett li kien tħarreġ fil-Bauhaus. Il-ħitan sħaħ tal-ħġieġ, l-awditorju, il-palk u l-kafetterija ġew irrestawrati. Fit-2 ta' Diċembru 1976, 50 sena wara ma nfetħet għall-ewwel darba, il-binjiet reġgħet infetħet b'mod uffiċjali biex tintuża bħala ċentru tax-xjenza u tal-kultura, li kien jinkludi kollezzjoni ta' oġġetti tal-Bauhaus. Tmintax-il eks student tal-Bauhaus attendew iċ-ċerimonja tal-ftuħ mill-ġdid.

Il-Fondazzjoni tal-Bauhaus f'Dessau ġiet stabbilita fl-1994 għar-riċerka u għall-preservazzjoni tal-wirt tal-Bauhaus. Il-binja tniżżlet bħala komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996, u mbagħad twettqu rinnovazzjonijiet estensivi li tlestew fl-2006.

Illum il-ġurnata s-sezzjoni tat-Tramuntana tal-kumpless, fejn qabel kien hemm l-iskola vokazzjonali, tintuża mill-Università ta' Anhalt għax-Xjenzi Applikati, u l-kampus tagħha ta' Dessau jinsab maġenb is-sit tal-Bauhaus. Il-Fondazzjoni tal-Bauhaus f'Dessau tuża l-kumplament tal-binja għall-amministrazzjoni; u tospita mużew, ħanut u l-kafetterija rrestawrata; filwaqt li l-eks appartamenti tal-istudenti jinkrew bħala akkomodazzjoni għat-turisti; u s-sezzjonijiet l-oħra tal-binja, fosthom l-awditorju, jinkrew ukoll għas-seminars u għall-konvenji.

Meisterhäuser

Il-Meisterhäuser (djar tal-persunal superjuri jew litteralment "l-imgħallmin") huma grupp ta' sebat idjar Modernisti b'għamla ta' kubu u b'bejt ċatt, li jinsabu madwar 600 metru mill-binja tal-Bauhaus f'Dessau. Dawn ġew iddisinjati minn Walter Gropius għall-persunal superjuri tal-Bauhaus. Inbnew fl-1925-1926 permezz ta' kummissjoni mill-belt ta' Dessau. Kienu jikkonsistu minn tliet pari ta' djar li jmissu ma' xulxin minn naħa waħda, u dar għaliha waħedha fl-aħħar tar-ringiela għal Gropius, id-direttur tal-iskola. Id-djar inbnew fi ħdan bosk żgħir tas-siġar taż-żnuber, bl-għan li jiġi rrispettat il-karattru tal-pajsaġġ. Id-djar kienu spazjużi; id-dar għaliha waħedha tad-direttur kellha erja ta' 350 m2, u l-oħrajn kellhom erja ta' iktar minn 250 m2. Kellhom terrazzini u studjos, peress li kien mistenni li l-artisti u l-għalliema jaħdmu mid-dar kif ukoll fi ħdan l-iskola stess. F'kull par djar li jmissu ma' xulxin minn naħa waħda, id-djar għandhom l-istess konfigurazzjoni, iżda huma mdawra b'angolu ta' 90 grad minn xulxin, sabiex b'hekk ma jidhrux simetriċi mit-triq.

Flimkien mal-familji tagħhom, ir-residenti oriġinali kienu: u li kienu l-ġirien ta' Gropius (għalkemm Feininger qatt ma għallem fil-binja tal-Bauhaus f'Dessau); u kienu jgħixu fil-par djar ta' wara; u u kien jgħixu fl-aħħar par djar. Gropius u Maholy-Nagy għammru d-djar tagħhom għalkollox b'għamara ddisinjata minn Marcel Breuer. Fost ir-residenti li ġew wara kien hemm Hannes Meyer, Ludwig Mies van der Rohe, Josef u Anni Albers, Hinnerk Scheper kif ukoll Alfred u Gertrud Arndt.

Mill-1932, meta l-binja tal-Bauhaus f'Dessau ngħalqet, id-djar inkrew lil inkwilini oħra. Fl-1945, lejn l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija, id-dar tad-direttur u sezzjoni waħda tal-eqreb dar, fejn kien jgħix Maholy-Nagy, inqerdu f'attakk mill-ajru. Fl-1948 dar suburbana standard inbniet fis-sit tad-dar tad-direttur. Id-djar l-oħra baqgħu jgħixu n-nies fihom, iżda ġew immodifikati u ntelqu b'mod konsiderevoli.


Il-Meisterhäuser ġew irrestawrati fl-1992 u żdiedu bħala komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996. Id-dar li kienet inbniet fis-sit tad-dar tad-direttur twaqqgħet fl-2011. Fl-2014, sabiex jiġi rrestawrat ir-ritmu u l-forom oriġinali tal-kumpless kollu tal-Meisterhäuser, inbnew strutturi li jirrappreżentaw il-forma tad-dar tad-direttur u tad-dar ta' Maholy-Nagy fis-siti tal-binjiet li nqerdu. Dawn ġew iddisinjati mid-ditta arkitettonika ta' Bruno Fioretti Marquez, u l-konfigurazzjoni fuq ġewwa ġiet iddisinjata mill-artist . L-ispazji fuq ġewwa ta' dawn l-istrutturi jintużaw bħala spazji għall-wirjiet, b'informazzjoni dwar l-istorja tas-sit. Dawn id-djar flimkien mad-djar l-oħra, li huma miftuħa għall-pubbliku, jiġu ġestiti mill-Fondazzjoni tal-Bauhaus f'Dessau. Id-dar ta' Feininger hija s-sede taċ-Ċentru ta' , li jippromwovi x-xogħol tal-kompożitur Kurt Weill, li twieled f'Dessau.

Fl-1932 inbena l-kjosk tat-Trinkhalle, kjosk fejn jinbigħ l-ikel u x-xorb, u ġie ddisinjat minn Mies van der Rohe. Dan il-kjosk inbena fil-kantuniera tas-sit tad-dar tad-direttur u ġie integrat f'ħajt ta' żewġ metri madwar il-proprjetà. Irreżista l-gwerra iżda twaqqa' fl-1962. Fl-2014 il-ħajt u l-kjosk inbnew mill-ġdid u mill-2016 il-kjosk kompla bil-funzjoni li kellu qabel, jiġifieri l-bejgħ tal-ikel u tax-xorb lill-pubbliku.

Mill-2016 sal-2019 id-djar ta' Kandinsky/Klee ngħalqu għal restawr maġġuri li twettaq mill-Fondazzjoni Wüstenrot, fejn ġew irrestawrati għalkollox l-ispazji fuq ġewwa tad-djar, b'enfasi partikolari fuq il-ħolqien mill-ġdid tal-iskemi tal-kuluri oriġinali. Reġgħu nfetħu fis-17 ta' April 2019. Ir-restawr sewa 1.5 miljun ewro u kien jinvolvi analiżi xjentifika dettaljata tat-traċċi taż-żebgħat oriġinali. B'kollox ġew rikostruwiti iktar minn 100 kulur.

Laubenganghäuser

Il-Laubenganghäuser ("Djar bil-Gallarija") huma ħames blokok ta' appartamenti, li b'kollox jipprovdu total ta' 90 appartament fin-Nofsinhar ta' Dessau, u nbnew fl-1930. Ġew iddisinjati minn Hannes Meyer, li dak iż-żmien kien id-direttur tal-Bauhaus.

Kienu nbnew bħala abitazzjonijiet soċjali u kull appartament ta' 47 m2 (510 piedi kwadri) kien mistenni li jospita familja magħmula sa massimu ta' erbgħa minn nies, abbażi tal-motto ta' Meyer Volksbedarf statt Luxusbedarf ("Ħtiġijiet tan-nies iktar milli konsum tal-lussu").

Parti ewlenija mid-disinn kienet l-użu minimu tal-materjali biex jiġu ffrankati l-kostijiet u l-użu tal-ispazji fuq ġewwa jiġu b'tali mod li l-ftit spazju jintużaw bl-iżjed mod effettiv possibbli. Saħansitra l-pumijiet tal-bibien ġew iddisinjati biex jintuża l-inqas ammont ta' metall. Il-gallariji kienu maħsuba mhux biss biex jipprovdu aċċess ekonomiku għall-appartamenti u jiġi ffrankat l-ispazju, iżda anke biex tiġi ffaċilitata l-interazzjoni soċjali bejn ir-residenti. L-appartamenti kollha kellhom tisħin ċentrali u kmamar tal-banju b'artijiet bit-terrazzo u b'banjijiet tal-enamel, xi ħaġa mhux tas-soltu fost l-abitazzjonijiet soċjali ta' dak iż-żmien.

L-appartamenti nbnew għad-Dessauer Spar- und Baugenossenschaft, kumpanija korporattiva tal-qasam tad-djar. Ix-xogħol tal-kostruzzjoni kien beda fil-bidu tal-1930 u l-ħames binjiet kollha kien diġà tlestew sa Awwissu ta' dak is-sena. L-appartamenti swew RM 8,000 kull wieħed biex inbnew. Għalkemm il-kumpanija korporattiva riedet li l-appartamenti ma jkunux jiswew wisq flus, fl-istess ħin riedet ukoll li jkunu mgħammra sew u pjuttost komdi. Il-kiri kellu jiġi kkontrollat sabiex ma jaqbiżx kwart l-introjtu tal-inkwilini.

Il-ħames blokok tal-appartamenti kollha għadhom jeżistu u għadhom jintużaw bħala abitazzjonijiet soċjali. Ġew irrestawrati f'nofs is-snin 90 tas-seklu 20 skont kriterji ta' protezzjoni tal-binjiet storiċi. Illum il-ġurnata s-sjieda u l-ġestjoni tagħhom huma f'idejn il-kumpanija korporattiva tal-qasam tad-djar Wohnungsgenossenschaft Dessau eG. Appartament wieħed ġie rrestawrat għad-disinn oriġinali tiegħu u huwa miftuħ għall-pubbliku.

Il-Laubenganghäuser żdiedu bħala komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2017.

Bernau

L-Iskola tat-Trade Union tal-ADGB f'Bernau bei Berlin hija kampus ta' ċentru tat-taħriġ li nbena fl-1928-1930. Ġiet iddisinjata minn Hannes Meyer u Hans Wittwer b'kollaborazzjoni mal-istudenti tal-Bauhaus. Inbniet għall-eks Federazzjoni tat-Trade Unions Ġermaniżi u kienet tinkludi kmamar fejn kienu jsiru s-seminars, sala tal-ikel, akkomodazzjoni għall-istudenti u għall-għalliema, faċilitajiet sportivi u librerija.

Hija eżempju akkademiku tal-arkitettura funzjonalista tal-Bauhaus, kemm bħala prodott lest kif ukol fl-approċċ analitiku u kollaborattiv li ntuża fl-iżvilupp tad-disinn u fit-tlestija tal-proġett. Tinsab maġenb il-binja tal-Bauhaus f'Dessau u hija t-tieni l-ikbar proġett li qatt twettaq mill-moviment tal-Bauhaus.

Ġiet iddisinjata biex tkun f'armonija mal-għolja msaġġra fejn tinsab. L-istoriku arkitettoniku iddeskriviha bħala "kapulavur tal-funzjonaliżmu poetiku".

L-iskola nfetħet fl-4 ta' Mejju 1930 u setgħet tilqa' 120 student.

Il-kumpless kellu diversi użi. Fost l-oħrajn intuża bħala l-Iskola tat-Tmexxija tar-Reich, fejn membri tal-elit tal-Gestapo u l-SS tħarrġu mill-1933 sal-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija. Il-kumpless ġie rrestawrat bejn l-2005 u l-2007, u minn dak iż-żmien 'l hawn intuża bħala ċentru edukattiv mill-Handwerkskammer Berlin (il-Kamra tal-Artiġjanat ta' Berlin). Fl-2008 l-arkitetti Brenne Gesellschaft von Architekten rebħu l-premju tal-Fond Dinji tal-Monumenti u tal-Moderniżmu ta' Knoll għar-restawr li kien sar.

L-Iskola tat-Trade Union tal-ADGB tniżżlet bħala komponent tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2017. Il-kumpless mhuwiex miftuħ għall-pubbliku ġenerali, iżda l-iStiftung Baudenkmal Bundeschule Bernau torganizza żjarat iggwidati tal-iskola bil-Ġermaniż.

Sit ta' Wirt Dinji

Bauhaus u s-Siti tal-Moviment f'Weimar, f'Dessau u f'Bernau huwa t-titlu uffiċjali tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO ddeżinjat fl-1996. Iż-żona ta' lqugħ u l-għadd ta' komponenti tas-sit ġew immodifikati l-aħħar fl-2017.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Iktar qari

  • Markgraf, Monika (ed.) (2017) Bauhaus World Heritage Site (English edition). Leipzig: Spector Books. ISBN 978-3959051545.
  • Kern, Ingolf, et al. (2017) Bauhaus Travel Book: Weimar Dessau Berlin. Munich: Prestel. ISBN 978-3791382531.

Referenzi

  1. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Bauhaus and its Sites in Weimar, Dessau and Bernau". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-27.
  2. ^ Knorr, Susan; Kern, Ingolf; Welzbacher, Christian (2012) Bauhaus Reisebuch, : Dumont.
  3. ^ "Bauhaus-Universität Weimar: The History of the Bauhaus-Universität Weimar". www.uni-weimar.de. Miġbur 2023-02-27.
  4. ^ "Bauhaus-Universität Weimar: Van de Velde Building". www.uni-weimar.de. Miġbur 2023-02-27.
  5. ^ "Bauhaus-Universität Weimar: Main Building". www.uni-weimar.de. Miġbur 2023-02-27.
  6. ^ "Bauhaus-Universität Weimar: Bauhaus Walk". www.uni-weimar.de. Miġbur 2023-02-27.
  7. ^ "Haus Am Horn". web.archive.org. 2018-11-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-24. Miġbur 2023-02-27.
  8. ^ "Alma Siedhoff-Buscher". web.archive.org. 2020-05-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-05-03. Miġbur 2023-02-27.
  9. ^ "Bauhaus-Universität Weimar: Haus Am Horn". www.uni-weimar.de. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-03-04. Miġbur 2023-02-27.
  10. ^ "Haus Am Horn ab 18. Mai 2019 wiedereröffnet - Klassik Stiftung Weimar". www.klassik-stiftung.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2023-02-27.
  11. ^ Markgraf, Monika (ed.) (2017) Bauhaus World Heritage Site. : Spector Books.
  12. ^ "Bauhaus Building by Walter Gropius (1925–26) : Bauhaus Building : Stiftung Bauhaus Dessau / Bauhaus Dessau Foundation". web.archive.org. 2018-12-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-12-28. Miġbur 2023-02-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "Bauhaus Prellerhaus". Architectuul. Miġbur 2023-02-27.
  14. ^ "Das Bauhaus in Dessau". www.bauhaus-dessau.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2023-02-27.
  15. ^ Püschel, Konrad (1997) Wege eines Bauhäuslers. : Anhaltische Verlagsgesellschaft mbH.
  16. ^ Sack, M. (l-10 ta' Diċembru 1976) Feier ohne Fest: Die DDR erinnert sich an ein Stück deutscher Vergangenheit f'Die Zeit.
  17. ^ "✅ Bauhaus building in Dessau - Data, Photos & Plans" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-27.
  18. ^ "Campus Dessau". www.hs-anhalt.de (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-27.
  19. ^ "Das Bauhaus in Dessau". www.bauhaus-dessau.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2023-02-27.
  20. ^ "Masters' Houses by Walter Gropius (1925–26)". www.bauhaus-dessau.de (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-27.
  21. ^ Lorch, Catrin (2019) "Gemälde in drei Dimensionen" in Süddeutsche Zeitung (Feuillteton, p. 9).
  22. ^ "New Masters' Houses by Bruno Fioretti Marquez (2014)". www.bauhaus-dessau.de (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-27. Miġbur 2023-02-27.
  23. ^ "ZEIT ONLINE | Lesen Sie zeit.de mit Werbung oder im PUR-Abo. Sie haben die Wahl". www.zeit.de. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-02-27. Miġbur 2023-02-27.
  24. ^ "Bauhaus-Siedlung Dessau-Törten: Laubenganghäuser (1929–30)". www.bauhaus-dessau.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2023-02-27.
  25. ^ "Startseite Laubenganghäuser Dessau-Roßlau - Welterbe? Laubenganghäuser Dessau-Roßlau". www.laubenganghaeuser.de. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-02-04. Miġbur 2023-02-27.
  26. ^ "UNESCO World Heritage Bauhaus Houses with Balcony Access in Dessau". www.bauhaus-dessau.de (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-27. Miġbur 2023-02-27.
  27. ^ "Hans Wittwer". web.archive.org. 2018-11-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-24. Miġbur 2023-02-27.
  28. ^ "ADGB Trade Union School". Architectuul. Miġbur 2023-02-27.
  29. ^ "The "School in the Woods" as a Socio-pedagogical Ideal". web.archive.org. 2019-04-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-04-11. Miġbur 2023-02-27.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 17 Lul, 2025 / 01:33

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Bauhaus u s Siti tal Moviment f'Weimar, f'Dessau u f'Bernau, X'inhi Bauhaus u s Siti tal Moviment f'Weimar, f'Dessau u f'Bernau? Xi tfisser Bauhaus u s Siti tal Moviment f'Weimar, f'Dessau u f'Bernau?

Il Bauhaus u s Siti tal Moviment f Weimar f Dessau u f Bernau huwa Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fil Ġermanja magħmul minn sitt komponenti differenti li huma assoċjati mal moviment tad disinn tal arkitettura u tal arti tal Bauhaus Is sit tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1996 b erba komponenti inizjali u mbagħad fl 2017 zdiedu zewġ komponenti oħra Il binja tal Bauhaus f Dessau Il moviment tal Bauhaus kien operattiv biss mill 1919 sal 1933 u ħarreġ lil mhux iktar minn 1 250 student li minnhom 155 student biss effettivament iggradwaw b lawrja tal Bauhaus Minkejja dan il moviment irrivoluzzjona l ħsieb u l prattika arkitettoniċi u estetiċi tas seklu 20 Il binjiet iddisinjati mill esponenti ewlenin tal Bauhaus huma rapprezentanti fundamentali tal Klassiku Għal din ir raġuni il binjiet huma monumenti importanti mhux biss għall arti u għall kultura izda anke għall ideat storiċi tas seklu 20 l Applikazzjoni għall estensjoni tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO tad delegazzjoni Ġermaniza tal UNESCO ta Diċembru 2015 WeimarIl kampus tal Bauhaus f Weimar Il moviment tal Bauhaus ġie stabbilit f Weimar fl 1919 minn li baqa hemmhekk sal 1925 meta mbagħad mar f Dessau minħabba pressjoni politika Il moviment ġie ospitat f zewġ binjiet biswit xulxin li qabel kienu zewġ skejjel tal arti differenti it tnejn li huma ddisinjati bl istil tal Art Nouveau minn Dawn huma il binja Van de Velde mibnija fl 1905 1906 biex tospita l Iskola tal Arti u tal Artiġjanat tal Gran Dukat tas Sassonja li kienet skola tal arti vokazzjonali il Binja Prinċipali mibnija fl 1904 1911 biex tospita l Grossherzoglich Sachsische Hochschule fur Bildende Kunst l Iskola tal Belle Arti tal Gran Dukat tas Sassonja Studjo li qabel kien il binja prinċipali tal Bauhaus f Weimar mibni fl 1904 1911 Il binja Van de Velde fiha affreski rikostruwiti ta li oriġinarjament inħolqu għall wirja tal Bauhaus tal 1923 u hija magħrufa għat tidwil mhux konvenzjonali tal garigor taraġ ċentrali tagħha Il Binja Prinċipali ġiet irrestawrata mill arkitett Ġermaniz fl 1999 Fiha garigor taraġ prinċipali ellittiku bi stil tal Art Nouveau L eks uffiċċju ta Walter Gropius reġa ġie mgħammar b għamara b oġġetti u bi twapet rikostruwiti Wara li l moviment tal Bauhaus ma baqax iktar f Weimar il binjiet intuzaw minn għadd ta istituzzjonijiet edukattivi relatati mal arti Illum il ġurnata wara diversi fuzjonijiet ristrutturar u tismijiet mill ġdid il Bauhaus Universitat Weimar stabbilita fl 1996 topra fl eks sit tal Bauhaus fejn jiġu mgħallma korsijiet tal arti tad disinn u tat teknoloġija Is sit tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1996 Il binjiet joperaw bħala faċilita tat tagħlim izda zjarat tas sit minn barra u minn ġewwa jiġu offruti mill Universita tal Bauhaus ta Weimar Haus am Horn Haus am Horn Weimar mibnija fl 1923 Il Haus am Horn hija dar domestika magħmula bil konkos u bl azzar li nbniet għall ewwel wirja tax xogħlijiet tal Bauhaus fl 1923 Il binja kienet ibbazata fuq id disinni ta pittur u għalliem fl iskola Kienet l ewwel binja bbazata għalkollox fuq il prinċipji tad disinn tal Bauhaus u kienet tipprezenta prototip rivoluzzjonarju għall għajxien modern Skont il filosofija tal Bauhaus tal apprendiment permezz tal esperjenza prattika għadd ta persunal u ta studenti kienu involuti fil proġett fosthom li dak iz zmien kien student u Kull biċċa għamara inkluz it tidwil ġiet prodotta fl istudjos tal Bauhaus Din il binja ġiet inkluza bħala komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1996 Minn Awwissu 2017 is sjieda tal binja hija tal Klassik Stiftung Weimar Fl 2018 2019 id dar ingħalqet għall pubbliku għal restawr maġġuri u reġgħet infetħet mill ġdid fit 18 ta Mejju 2019 DessauIl binja tal Bauhaus f Dessau Il binja tal Bauhaus f Dessau hija wa da mill binjiet ikoniċi tas seklu 20 Ġiet iddisinjata minn Walter Gropius u nfetħet uffiċjalment fl 4 ta Diċembru 1926 wara li damet sena biss biex inbniet Hija titqies bħala manifest mibni tal ideat tal Bauhaus li fiha jinġabru l funzjonalita u l estetika tad disinn biex jiffurmaw entita waħdanija Il binja ġiet ikkummissjonata mill belt ta Dessau li ffinanzjat il proġett u pprovdiet l art għall binja Il pjanta tal binja tfasslet mid ditta arkitettonika ta Gropius peress li l moviment tal Bauhaus ma kellux id dipartiment tal arkitettura tiegħu stess qabel l 1927 izda l arredamenti fuq ġewwa saru fl istudjos tal Bauhaus Gropius kellu jinkorpora zewġ skejjel fil binja l iskola tad disinn tal Bauhaus u skola vokazzjonali muniċipali Il binja tikkonsisti minn diversi sezzjonijiet interkonnessi li huma ppozizzjonati b mod asimetriku Dawn huma sezzjoni ta tliet sulari bl istudjos tax xogħol skola vokazzjonali ta tliet sulari sezzjoni ta zewġ sulari għall amministrazzjoni awditorju palk u kafetterija u sezzjoni ta ħames sulari bi studjos oħra Il faċċata hija kkaratterizzata bl uzu ta ħitan sħaħ tal ħġieġ mingħajr riffieda għat tagħbija zvilupp ulterjuri fuq dak li ntuza fil Fabbrika ta Fagus li nbniet fl 1911 1913 fuq id disinn ta Gropius u ta Fuq ġewwa tal binja wieħed jista jara karatteristiċi tal kostruzzjoni bħal perezempju kolonni u travi bħala riffieda Is sezzjoni tal akkomodazzjoni tal istudenti tal Bauhaus f Dessau Is sezzjoni ta ħames sulari bi studjos oħra magħrufa bħala l Prellerhaus fiha 28 studjo jew appartament ta 20 metru kwadru kull wieħed u kienet tipprovdi l akkomodazzjoni għall istudenti u għall istudjuzi zgħazagħ Il faċilitajiet tal kamra tal banju u tal kċina kienu komunali u kien hemm terrazza kondiviza fuq il bejt Sittax il studjo kellhom gallariji zgħar b simetrija regolari li tikkaratterizza din is sezzjoni tal binja In nisa kienu jgħixu fl ewwel sular magħruf bħala s sular tan nisa u fost ir residenti kien hemm u B kollox kien hemm 140 student għaldaqstant il maġġoranza tal istudenti kellhom ifittxu akkomodazzjoni fil qalba tal belt ta Dessau Fl 1930 id direttur tal Bauhaus ta dak iz zmien ikkonverta wħud mill istudjos fi klassijiet Il binja ġiet rinnovata fl 2006 biex jerġa jkollha l konfigurazzjoni oriġinali tagħha Illum il ġurnata l istudjos jinkrew bħala akkomodazzjoni għat turisti Minħabba pressjoni politika il binja tal Bauhaus f Dessau ngħalqet fl 1932 u Mies van der Rohe stabbilixxa binja tal Bauhaus f Berlin iffinanzjata privatament għalkemm din ingħalqet ukoll ftit inqas minn sena wara Il binja tal Bauhaus f Dessau ntuzat bħala skola biex in nisa jitgħallmu jsajru u jħitu u ftit qabel il bidu tat Tieni Gwerra Dinjija fl 1939 saret skola tat taħriġ għall uffiċjali tal Partit Nazista Fl 1941 kienet tospita d dipartiment tal istampa tal manifattur tal inġenji tal ajru Junkers Fl 1945 l iskola ġarrbet xi ħsarat minħabba bumbardament mill ajru Wara l gwerra l binja ġiet parzjalment imsewwija biex setgħet tintuza bħala istituzzjoni edukattiva izda mingħajr ma ġiet rispettata l integrita tal binja Kien biss fl 1972 li l gvern tal Ġermanja tal Lvant elenka l binja bħala monument storiku Ġiet irrestawrata taħt arkitett li kien tħarreġ fil Bauhaus Il ħitan sħaħ tal ħġieġ l awditorju il palk u l kafetterija ġew irrestawrati Fit 2 ta Diċembru 1976 50 sena wara ma nfetħet għall ewwel darba il binjiet reġgħet infetħet b mod uffiċjali biex tintuza bħala ċentru tax xjenza u tal kultura li kien jinkludi kollezzjoni ta oġġetti tal Bauhaus Tmintax il eks student tal Bauhaus attendew iċ ċerimonja tal ftuħ mill ġdid Il Fondazzjoni tal Bauhaus f Dessau ġiet stabbilita fl 1994 għar riċerka u għall preservazzjoni tal wirt tal Bauhaus Il binja tnizzlet bħala komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1996 u mbagħad twettqu rinnovazzjonijiet estensivi li tlestew fl 2006 Illum il ġurnata s sezzjoni tat Tramuntana tal kumpless fejn qabel kien hemm l iskola vokazzjonali tintuza mill Universita ta Anhalt għax Xjenzi Applikati u l kampus tagħha ta Dessau jinsab maġenb is sit tal Bauhaus Il Fondazzjoni tal Bauhaus f Dessau tuza l kumplament tal binja għall amministrazzjoni u tospita muzew ħanut u l kafetterija rrestawrata filwaqt li l eks appartamenti tal istudenti jinkrew bħala akkomodazzjoni għat turisti u s sezzjonijiet l oħra tal binja fosthom l awditorju jinkrew ukoll għas seminars u għall konvenji Meisterhauser Veduta mit triq tad djar ta Kandinsky Klee Il Meisterhauser djar tal persunal superjuri jew litteralment l imgħallmin huma grupp ta sebat idjar Modernisti b għamla ta kubu u b bejt ċatt li jinsabu madwar 600 metru mill binja tal Bauhaus f Dessau Dawn ġew iddisinjati minn Walter Gropius għall persunal superjuri tal Bauhaus Inbnew fl 1925 1926 permezz ta kummissjoni mill belt ta Dessau Kienu jikkonsistu minn tliet pari ta djar li jmissu ma xulxin minn naħa waħda u dar għaliha waħedha fl aħħar tar ringiela għal Gropius id direttur tal iskola Id djar inbnew fi ħdan bosk zgħir tas siġar taz znuber bl għan li jiġi rrispettat il karattru tal pajsaġġ Id djar kienu spazjuzi id dar għaliha waħedha tad direttur kellha erja ta 350 m2 u l oħrajn kellhom erja ta iktar minn 250 m2 Kellhom terrazzini u studjos peress li kien mistenni li l artisti u l għalliema jaħdmu mid dar kif ukoll fi ħdan l iskola stess F kull par djar li jmissu ma xulxin minn naħa waħda id djar għandhom l istess konfigurazzjoni izda huma mdawra b angolu ta 90 grad minn xulxin sabiex b hekk ma jidhrux simetriċi mit triq Flimkien mal familji tagħhom ir residenti oriġinali kienu u li kienu l ġirien ta Gropius għalkemm Feininger qatt ma għallem fil binja tal Bauhaus f Dessau u kienu jgħixu fil par djar ta wara u u kien jgħixu fl aħħar par djar Gropius u Maholy Nagy għammru d djar tagħhom għalkollox b għamara ddisinjata minn Marcel Breuer Fost ir residenti li ġew wara kien hemm Hannes Meyer Ludwig Mies van der Rohe Josef u Anni Albers Hinnerk Scheper kif ukoll Alfred u Gertrud Arndt Mill 1932 meta l binja tal Bauhaus f Dessau ngħalqet id djar inkrew lil inkwilini oħra Fl 1945 lejn l aħħar tat Tieni Gwerra Dinjija id dar tad direttur u sezzjoni waħda tal eqreb dar fejn kien jgħix Maholy Nagy inqerdu f attakk mill ajru Fl 1948 dar suburbana standard inbniet fis sit tad dar tad direttur Id djar l oħra baqgħu jgħixu n nies fihom izda ġew immodifikati u ntelqu b mod konsiderevoli Struttura mibnija fl 2014 abbazi tad dar tad direttur li kienet inqerdet id Dar ta Gropius Il Meisterhauser ġew irrestawrati fl 1992 u zdiedu bħala komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1996 Id dar li kienet inbniet fis sit tad dar tad direttur twaqqgħet fl 2011 Fl 2014 sabiex jiġi rrestawrat ir ritmu u l forom oriġinali tal kumpless kollu tal Meisterhauser inbnew strutturi li jirrapprezentaw il forma tad dar tad direttur u tad dar ta Maholy Nagy fis siti tal binjiet li nqerdu Dawn ġew iddisinjati mid ditta arkitettonika ta Bruno Fioretti Marquez u l konfigurazzjoni fuq ġewwa ġiet iddisinjata mill artist L ispazji fuq ġewwa ta dawn l istrutturi jintuzaw bħala spazji għall wirjiet b informazzjoni dwar l istorja tas sit Dawn id djar flimkien mad djar l oħra li huma miftuħa għall pubbliku jiġu ġestiti mill Fondazzjoni tal Bauhaus f Dessau Id dar ta Feininger hija s sede taċ Ċentru ta li jippromwovi x xogħol tal kompozitur Kurt Weill li twieled f Dessau Fl 1932 inbena l kjosk tat Trinkhalle kjosk fejn jinbigħ l ikel u x xorb u ġie ddisinjat minn Mies van der Rohe Dan il kjosk inbena fil kantuniera tas sit tad dar tad direttur u ġie integrat f ħajt ta zewġ metri madwar il proprjeta Irrezista l gwerra izda twaqqa fl 1962 Fl 2014 il ħajt u l kjosk inbnew mill ġdid u mill 2016 il kjosk kompla bil funzjoni li kellu qabel jiġifieri l bejgħ tal ikel u tax xorb lill pubbliku Mill 2016 sal 2019 id djar ta Kandinsky Klee ngħalqu għal restawr maġġuri li twettaq mill Fondazzjoni Wustenrot fejn ġew irrestawrati għalkollox l ispazji fuq ġewwa tad djar b enfasi partikolari fuq il ħolqien mill ġdid tal iskemi tal kuluri oriġinali Reġgħu nfetħu fis 17 ta April 2019 Ir restawr sewa 1 5 miljun ewro u kien jinvolvi analizi xjentifika dettaljata tat traċċi taz zebgħat oriġinali B kollox ġew rikostruwiti iktar minn 100 kulur Laubenganghauser Waħda mill blokok ta appartamenti tad Djar bil Gallarija Il Laubenganghauser Djar bil Gallarija huma ħames blokok ta appartamenti li b kollox jipprovdu total ta 90 appartament fin Nofsinhar ta Dessau u nbnew fl 1930 Ġew iddisinjati minn Hannes Meyer li dak iz zmien kien id direttur tal Bauhaus Kienu nbnew bħala abitazzjonijiet soċjali u kull appartament ta 47 m2 510 piedi kwadri kien mistenni li jospita familja magħmula sa massimu ta erbgħa minn nies abbazi tal motto ta Meyer Volksbedarf statt Luxusbedarf Ħtiġijiet tan nies iktar milli konsum tal lussu Parti ewlenija mid disinn kienet l uzu minimu tal materjali biex jiġu ffrankati l kostijiet u l uzu tal ispazji fuq ġewwa jiġu b tali mod li l ftit spazju jintuzaw bl izjed mod effettiv possibbli Saħansitra l pumijiet tal bibien ġew iddisinjati biex jintuza l inqas ammont ta metall Il gallariji kienu maħsuba mhux biss biex jipprovdu aċċess ekonomiku għall appartamenti u jiġi ffrankat l ispazju izda anke biex tiġi ffaċilitata l interazzjoni soċjali bejn ir residenti L appartamenti kollha kellhom tisħin ċentrali u kmamar tal banju b artijiet bit terrazzo u b banjijiet tal enamel xi ħaġa mhux tas soltu fost l abitazzjonijiet soċjali ta dak iz zmien L appartamenti nbnew għad Dessauer Spar und Baugenossenschaft kumpanija korporattiva tal qasam tad djar Ix xogħol tal kostruzzjoni kien beda fil bidu tal 1930 u l ħames binjiet kollha kien diġa tlestew sa Awwissu ta dak is sena L appartamenti swew RM 8 000 kull wieħed biex inbnew Għalkemm il kumpanija korporattiva riedet li l appartamenti ma jkunux jiswew wisq flus fl istess ħin riedet ukoll li jkunu mgħammra sew u pjuttost komdi Il kiri kellu jiġi kkontrollat sabiex ma jaqbizx kwart l introjtu tal inkwilini Il ħames blokok tal appartamenti kollha għadhom jezistu u għadhom jintuzaw bħala abitazzjonijiet soċjali Ġew irrestawrati f nofs is snin 90 tas seklu 20 skont kriterji ta protezzjoni tal binjiet storiċi Illum il ġurnata s sjieda u l ġestjoni tagħhom huma f idejn il kumpanija korporattiva tal qasam tad djar Wohnungsgenossenschaft Dessau eG Appartament wieħed ġie rrestawrat għad disinn oriġinali tiegħu u huwa miftuħ għall pubbliku Il Laubenganghauser zdiedu bħala komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO f Lulju 2017 BernauIl kamra tal ikel irrestawrata tal Binja ta Meyer Wittwer fl Iskola tat Trade Union tal ADGB L Iskola tat Trade Union tal ADGB f Bernau bei Berlin hija kampus ta ċentru tat taħriġ li nbena fl 1928 1930 Ġiet iddisinjata minn Hannes Meyer u Hans Wittwer b kollaborazzjoni mal istudenti tal Bauhaus Inbniet għall eks Federazzjoni tat Trade Unions Ġermanizi u kienet tinkludi kmamar fejn kienu jsiru s seminars sala tal ikel akkomodazzjoni għall istudenti u għall għalliema faċilitajiet sportivi u librerija Hija ezempju akkademiku tal arkitettura funzjonalista tal Bauhaus kemm bħala prodott lest kif ukol fl approċċ analitiku u kollaborattiv li ntuza fl izvilupp tad disinn u fit tlestija tal proġett Tinsab maġenb il binja tal Bauhaus f Dessau u hija t tieni l ikbar proġett li qatt twettaq mill moviment tal Bauhaus Ġiet iddisinjata biex tkun f armonija mal għolja msaġġra fejn tinsab L istoriku arkitettoniku iddeskriviha bħala kapulavur tal funzjonalizmu poetiku L iskola nfetħet fl 4 ta Mejju 1930 u setgħet tilqa 120 student Il kumpless kellu diversi uzi Fost l oħrajn intuza bħala l Iskola tat Tmexxija tar Reich fejn membri tal elit tal Gestapo u l SS tħarrġu mill 1933 sal aħħar tat Tieni Gwerra Dinjija Il kumpless ġie rrestawrat bejn l 2005 u l 2007 u minn dak iz zmien l hawn intuza bħala ċentru edukattiv mill Handwerkskammer Berlin il Kamra tal Artiġjanat ta Berlin Fl 2008 l arkitetti Brenne Gesellschaft von Architekten rebħu l premju tal Fond Dinji tal Monumenti u tal Modernizmu ta Knoll għar restawr li kien sar L Iskola tat Trade Union tal ADGB tnizzlet bħala komponent tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO f Lulju 2017 Il kumpless mhuwiex miftuħ għall pubbliku ġenerali izda l iStiftung Baudenkmal Bundeschule Bernau torganizza zjarat iggwidati tal iskola bil Ġermaniz Sit ta Wirt DinjiBauhaus u s Siti tal Moviment f Weimar f Dessau u f Bernau huwa t titlu uffiċjali tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO ddezinjat fl 1996 Iz zona ta lqugħ u l għadd ta komponenti tas sit ġew immodifikati l aħħar fl 2017 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Iktar qariMarkgraf Monika ed 2017 Bauhaus World Heritage Site English edition Leipzig Spector Books ISBN 978 3959051545 Kern Ingolf et al 2017 Bauhaus Travel Book Weimar Dessau Berlin Munich Prestel ISBN 978 3791382531 Referenzi a b ċ d e Centre UNESCO World Heritage Bauhaus and its Sites in Weimar Dessau and Bernau UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 02 27 Knorr Susan Kern Ingolf Welzbacher Christian 2012 Bauhaus Reisebuch Dumont Bauhaus Universitat Weimar The History of the Bauhaus Universitat Weimar www uni weimar de Miġbur 2023 02 27 Bauhaus Universitat Weimar Van de Velde Building www uni weimar de Miġbur 2023 02 27 Bauhaus Universitat Weimar Main Building www uni weimar de Miġbur 2023 02 27 Bauhaus Universitat Weimar Bauhaus Walk www uni weimar de Miġbur 2023 02 27 Haus Am Horn web archive org 2018 11 24 Arkivjat minn l oriġinal fl 2018 11 24 Miġbur 2023 02 27 Alma Siedhoff Buscher web archive org 2020 05 03 Arkivjat minn l oriġinal fl 2020 05 03 Miġbur 2023 02 27 Bauhaus Universitat Weimar Haus Am Horn www uni weimar de Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 03 04 Miġbur 2023 02 27 Haus Am Horn ab 18 Mai 2019 wiedereroffnet Klassik Stiftung Weimar www klassik stiftung de bil Ġermaniz Miġbur 2023 02 27 Markgraf Monika ed 2017 Bauhaus World Heritage Site Spector Books Bauhaus Building by Walter Gropius 1925 26 Bauhaus Building Stiftung Bauhaus Dessau Bauhaus Dessau Foundation web archive org 2018 12 28 Arkivjat mill oriġinal fl 2018 12 28 Miġbur 2023 02 27 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Bauhaus Prellerhaus Architectuul Miġbur 2023 02 27 Das Bauhaus in Dessau www bauhaus dessau de bil Ġermaniz Miġbur 2023 02 27 Puschel Konrad 1997 Wege eines Bauhauslers Anhaltische Verlagsgesellschaft mbH Sack M l 10 ta Diċembru 1976 Feier ohne Fest Die DDR erinnert sich an ein Stuck deutscher Vergangenheit f Die Zeit Bauhaus building in Dessau Data Photos amp Plans bl Ingliz Miġbur 2023 02 27 Campus Dessau www hs anhalt de bl Ingliz Miġbur 2023 02 27 Das Bauhaus in Dessau www bauhaus dessau de bil Ġermaniz Miġbur 2023 02 27 Masters Houses by Walter Gropius 1925 26 www bauhaus dessau de bl Ingliz Miġbur 2023 02 27 Lorch Catrin 2019 Gemalde in drei Dimensionen in Suddeutsche Zeitung Feuillteton p 9 New Masters Houses by Bruno Fioretti Marquez 2014 www bauhaus dessau de bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 05 27 Miġbur 2023 02 27 ZEIT ONLINE Lesen Sie zeit de mit Werbung oder im PUR Abo Sie haben die Wahl www zeit de Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 02 27 Miġbur 2023 02 27 Bauhaus Siedlung Dessau Torten Laubenganghauser 1929 30 www bauhaus dessau de bil Ġermaniz Miġbur 2023 02 27 Startseite Laubenganghauser Dessau Rosslau Welterbe Laubenganghauser Dessau Rosslau www laubenganghaeuser de Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 02 04 Miġbur 2023 02 27 UNESCO World Heritage Bauhaus Houses with Balcony Access in Dessau www bauhaus dessau de bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 05 27 Miġbur 2023 02 27 Hans Wittwer web archive org 2018 11 24 Arkivjat minn l oriġinal fl 2018 11 24 Miġbur 2023 02 27 ADGB Trade Union School Architectuul Miġbur 2023 02 27 The School in the Woods as a Socio pedagogical Ideal web archive org 2019 04 11 Arkivjat minn l oriġinal fl 2019 04 11 Miġbur 2023 02 27

L-aħħar artikli
  • Lulju 10, 2025

    Marmosops neblina

  • Lulju 08, 2025

    Marmosa ruatanica

  • Lulju 16, 2025

    Marian Smoluchowski

  • Lulju 13, 2025

    Maradona

  • Lulju 16, 2025

    Mara

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq