Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Baħar l Abjad bir Russu Белое море b ittri Rumani Beloye more bil Kareljan u bil Finlandiż Vienanmeri li litteralment

Baħar l Abjad

  • Paġna Ewlenija
  • Baħar l Abjad
Baħar l Abjad
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Baħar l-Abjad (bir-Russu: Белое море, b'ittri Rumani: Beloye more; bil-Kareljan u bil-Finlandiż: Vienanmeri, li litteralment tfisser "Baħar ta' Dvina"; bin-Nenets: Сэрако ямʼ, b'ittri Rumani: Serako yam) huwa baħar f'daħla fin-Nofsinhar tal- u jinsab tul il-kosta tal-Majjistral tar-Russja. Huwa mdawwar bil-Karelja lejn il-Punent, il-Peniżola ta' Kola lejn it-Tramuntana, u l-Peniżola ta' Kanin lejn il-Grigal. Il-Baħar l-Abjad kollu jaqa' taħt is-sovranità Russa u jitqies bħala parti mill-ilmijiet interni tar-Russja. Amministrattivament, huwa maqsum bejn l-Oblasts ta' Arkhangelsk u ta' Murmansk kif ukoll ir-Repubblika tal-Karelja.

Il-port ewlieni ta' Arkhangelsk jinsab fil-Baħar l-Abjad. Għall-biċċa l-kbira mill-istorja tar-Russja, dan kien iċ-ċentru prinċipali tal-kummerċ marittimu internazzjonali tar-Russja, imwettaq mill-Pomors ("insedjaturi tal-artijiet mal-baħar") minn Kholmogory. Fl-era moderna, il-baħar sar bażi Sovjetika navali u tas-sottomarini. Il-Fliegu tal-Baħar l-Abjad u l-Baltiku jikkollega l-Baħar l-Abjad mal-.

Il-Baħar l-Abjad huwa wieħed mill-erba' ibħra bl-isem ta' kuluri komuni — l-oħrajn huma l-Baħar l-Iswed, il-Baħar l-Aħmar u l-.

Ġeografija

Kobor

L-Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali tiddefinixxi l-limitu tat-Tramuntana tal-Baħar l-Abjad bħala "Linja li tgħaqqad Svyatoy Nos (il-Kosta ta' Murmansk, 39°47'E) u l-Kap ta' Kanin".

Topografija

Fil-Baħar l-Abjad hemm erba' bajjiet jew golfi prinċipali. Dawn il-bajjiet jingħaqdu mal-fetħa b'għamla ta' lembut lejn il-Baħar ta' Barents permez ta' strett dejjaq magħruf bħala "Gorlo" (bir-Russu: Горло, li tfisser "gerżuma"). Il-Golf ta' Kandalaksha jinsab fin-naħa tal-Punent tal-Baħar l-Abjad; huwa l-iżjed parti fonda tal-baħar, b'fond sa 340 metru (1,115-il pied). Fuq in-naħa tan-Nofsinhar, il-Bajja ta' Onega tilqa' ġo fiha x-xmara Onega. Lejn ix-Xlokk, il-Bajja ta' Dvina tilqa' ġo fiha n-naħa tat-Tramuntana tax-xmara Dvina fil-port ewlieni ta' Arkhangelsk. Fuq in-naħa tal-Lvant tal-"gorlo", faċċata tal-Peniżola ta' Kola, hemm il-Bajja ta' Mezen. Din tilqa' ġo fiha x-xmara Mezen u x-xmara Kuloy. Xmajjar ewlenin oħra li jnixxu ġol-baħar huma x-xmajjar Vyg, Niva, Umba, Varzuga u Ponoy.

Il-baċir tal-parti ċentrali tal-Baħar l-Abjad u tal-Bajja ta' Bay huwa miksi bis-sedimenti u bir-ramel, filwaqt li l-qiegħ tal-parti tat-Tramuntana, tal-Golf ta' Kandalaksha u tal-Bajja ta' Onega huwa taħlita ta' ramel u ta' ġebel. Spiss ifeġġu depożiti tal-era glaċjali qrib ix-xtut tal-baħar. Il-kosti tal-Majjistral huma għoljin u bil-blat iżda x-xaqliba tagħhom hija inqas wieqfa fin-naħa tax-Xlokk.

Il-Baħar l-Abjad fih għadd kbir ta' gżejjer, iżda l-biċċa l-kbira minnhom huma żgħar. Il-grupp prinċipali ta' gżejjer huwa magħmul mill-Gżejjer Solovetsky, li jinsabu kważi f'nofs il-baħar, qrib id-daħla tal-Bajja ta' Onega. Il-Gżira ta' Kiy fil-Bajja ta' Onega hija sinifikanti minħabba monasteru storiku li hemm fiha. Il-Gżira ta' Velikiy, li tinsab qrib il-kosta, hija l-ikbar gżira fil-Golf ta' Kandalaksha.

Idrografija u batimetrija

Il-Baħar l-Abjad huwa depressjoni mimlija bl-ilma fi ħdan il-blata kontinentali magħrufa bħala t-Tarka Baltika. Il-qiegħ tiegħu ma tantx huwa uniformi u fih il-Vojt ta' Kandalaksha fil-Majjistral u l-Gżejjer Solovetsky fin-Nofsinhar. Barra minn hekk, il-Bajja ta' Onega fiha bosta elevazzjonijiet żgħar taħt l-ilma. Il-fetħa u l-gorlo tal-baħar huma pjuttost baxxi, b'fond ta' madwar 50 metru jew inqas. Hemm fondoq taħt l-ilma fin-naħa tat-Tramuntana tal-gorlo, li twassal għal fond massimu ta' 40 metru f'dik il-parti. Dan ixekkel l-iskambju tal-ilma bejn il-Baħar l-Abjad u l-Baħar ta' Barents. L-iskambju huwa megħjun bil-mareat, li huma semidiurni (jitilgħu darbtejn kuljum), b'amplitudni li tiżdied minn metru fin-Nofsinhar sa 10 metri fil-Bajja ta' Mezen. Il-kurrenti huma pjuttost dgħajfa fil-baħar miftuħ b'veloċità ta' inqas minn 1 km/h, iżda jsiru ferm iktar qalila fil-bajjiet. Il-mewġ tal-mareat huma ferm iktar veloċi mill-kurrenti regolari u jilħqu veloċità ta' 9 km/h fil-Bajja ta' Mezen, ta' 3.6 km/h fil-Bajja ta' Onega u ta' 1.3 km/h fil-Golf ta' Kandalaksha.

Kull sena x-xmajjar iwasslu madwar 215 km3 ta' ilma ħelu, bħala medja, l-iktar lejn il-Bajjiet ta' Onega, ta' Mezen u ta' Dvina. In-naħa tat-Tramuntana tax-xmara Dvina waħedha f'xi snin jaf tikkontribwixxi sa 171 km3, u x-xmajjar Mezen, Onega, Kem u Vyg iżidu 38.5, 27.0, 12.5 u 11.5 km3, rispettivament. Madwar 40 % ta' dan il-volum jitwassal meta ddub il-borra f'Mejju, u l-influss ikun minimu fi Frar–Marzu. Dan l-influss jgħolli u jbaxxi l-livell tal-baħar li jippromwovi l-iskambju tal-ilma mal-Baħar ta' Barents. B'hekk, kull sena jkun hemm fluss ta' madwar 2,000 km3 'il ġewwa u ta' madwar 2,200 km3 'il barra mill-Baħar l-Abjad. L-influss tal-ilma ħelu fir-rebbiegħa jnaqqas is-salinità fis-saff ta' 5–10 metri fil-wiċċ għal 23 ‰ (partijiet għal kull elf) fin-naħa tal-Lvant u għal 26–27 ‰ fin-naħa tal-Punent tal-baħar, u jaslu għal 10–12 ‰ fil-Bajja ta' Dvina; iżid ukoll il-kontenut tas-siliċju u tas-silikati fl-ilma, li huwa aspett karatteristiku tal-Baħar l-Abjad.

Il-maltempati jkunu qawwijin l-iktar f'Ottubru–Novembru. Il-fond baxx tal-baħar inaqqas l-għoli tal-mewġ għal medja ta' metru, għalkemm xi kultant l-għoli jasal sa 3–5 metri. Il-baħar ikun kalm f'Lulju–Awwissu.

Klima

Il-klima tvarja bejn polari u kontinentali moderata bi ċpar u bi sħab frekwenti. L-irjieħ ikun l-iktar mil-Lbiċ fix-xitwa b'veloċità ta' 4–8 m/s. Dawn iġibu magħhom arja kiesħa min-Nofsinhar, u jistabbilixxu temperatura ta' madwar −15 °C (Frar) fil-biċċa l-kbira tal-baħar. In-naħa tat-Tramuntana tkun inqas kiesħa u tkun madwar −9 °C, u xi kultant tinżel sa −6 °C, minħabba l-mases tal-arja sħuna mill-Atlantiku. Madankollu, l-antiċikluni Artiċi jbiddlu l-irjieħ għal irjieħ mill-Grigal, u jġibu magħhom temp iktar kiesaħ b'temperaturi ta' madwar −25 °C. Is-sjuf ikunu kesħin, bis-sħab u relattivament umdużi, b'irjieħ mill-Grigal u b'xita frekwenti. It-temperatura medja f'Lulju tkun ta' 8–10 °C. L-irjieħ okkażjonali mix-Xlokk iġibu magħhom arja sħuna mill-Ewropa, u jżidu t-temperatura għal 17–19 °C u xi kultant saħansitra sa 30 °C. Il-preċipitazzjoni annwali tiżdied minn 282 mm fit-Tramuntana għal 529 mm fin-Nofsinhar.

Fix-xitwa, minn Ottubru–Novembru sa Mejju–Ġunju, il-baħar jiffriża, b'temperatura medja tal-ilma f'Jannar ta' −1.9 °C fit-Tramuntana, ta' bejn −1.3 u −1.7 °С fiċ-ċentru, u ta' bejn −0.5 u −0.7 °С fil-bajjiet. Dawn il-varjazzjonijiet iseħħu minħabba d-distribuzzjoni tas-salinità tal-ilma fil-baħar, li tiżdied minn 24 għal 26 ‰ fiċ-ċentru sa 30.5‰ fil-gorlo, u tilħaq 34.0–34.5 ‰ lejn il-Baħar ta' Barents. Il-perjodu tal-iffriżar ivarja minn sena għal sena kif muri fir-ritratt satellitari fuq il-lemin. Is-silġ ma jkunx wieqaf, iżda 90 % minnu jżomm fil-wiċċ u jitneħħa kontinwament lejn il-Baħar ta' Barents. Il-ħxuna tas-silġ normalment tkun ta' madwar 40 ċentimetru iżda tista' tilħaq 150 cm fi xtiewi partikolarment kesħin.

Fis-sajf, l-ilma tal-wiċċ jisħon sa 15 °С fil-parti ċentrali, iżda jibqa' relattivament kiesaħ fit-Tramuntana, b'temperatura ta' madwar 7–8 °С, minħabba l-iskambju tal-ilma bejn in-naħa tal-wiċċ u l-qiegħ kiesaħ li huwa aċċentwat mill-fond baxx fit-Tramuntana. Il-baħar fond (ta' madwar 100 metru jew iktar) huwa kkaratterizzat minn temperatura stabbli (−1.4 °С) u minn salinità stabbli (30‰). Id-distribuzzjoni tat-temperatura tal-ilma skont il-fond ma tantx hi wisq omoġenja fil-baħar. Pereżempju, fil-ħruġ mill-Bajja ta' Dvina, it-temperatura tal-ilma tinżel għal 0 °C f'fond ta' 12–15-il metru biss, iżda l-istess temperatura tintlaħaq f'fond ta' 65 metru fil-ħruġ mill-Golf ta' Kandalaksha.

Storja

Ir-residenti ta' Novgorod kienu ilhom jafu bil-Baħar l-Abjad mill-inqas mis-seklu 11 u malajr esploraw l-importanza ekonomika tiegħu għan-navigazzjoni u l-foresti kostali tiegħu mimlija annimali bil-fer. Wieħed mill-iżjed insedjamenti bikrin qrib ix-xtut tal-baħar kiber fl-aħħar tas-seklu 14 f'Kholmogory, fin-naħa ta' fuq tax-xmara Dvina. Minn hemmhekk, fl-1492, flotta ta' merkanti mgħobbija bil-qmuħ u li kellhom magħhom lill-ambaxxaturi ta' baħħret lejn id-Danimarka, u stabbiliet l-ewwel port marittimu internazzjonali fir-Russja.

L-ewwel vapur barrani li wasal f'Kholmogory kien il-vapur Ingliż Edward Bonaventure taħt il-kmand ta' fl-1553. Flimkien ma' żewġ vapuri oħra taħt il-kmand ta' , l-ekwipaġġ tiegħu pprova jsib rotta fit-Tramuntana lejn l-Indji, speċjalment lejn l-Indja u ċ-Ċina. L-ispedizzjoni, sponsorjata mir-Re tal-Ingilterra u minn grupp ta' madwar 240 merkant Ingliż, kellha l-awtorizzazzjoni minn Londra biex tistabbilixxi rabtiet kummerċjali. Il-vapuri ta' Willoughby sfaw isseparati u t-tnejn l-oħra ntilfu fil-baħar, iżda l-vapur Edward Bonaventure rnexxielu jaqsam il-Baħar l-Abjad u jasal f'Kholmogory, u minn hemmhekk Chancellor ġie skortat lejn Moska biex jiltaqa' mal-Ksar Russu, . Fi triqtu lura mir-Russja fl-1554, Chancellor ġab miegħu deskrizzjoni dettaljata ta' Moska u tat-Tramuntana tar-Russja, li fil-biċċa l-kbira ma kinux magħrufa fl-Ewropa, kif ukoll ittra mill-Ksar li esprima x-xewqa li jiġu stabbiliti relazzjonijiet kummerċjali mal-Ingilterra. Fl-1555 ir-Reġina Marija ħarġet karta li tawtorizza l-Kumpanija Moskovita tagħmel kummerċ mar-Russja mir-rotta tal-Baħar l-Abjad.

F'qasir żmien il-vapuri Olandiżi segwew lil dawk Ingliżi, u l-port ta' Kholmogory imtela' bil-vjeġġi tal-fer u tal-ħut. Ġew stabbiliti ħwienet u fabbriki lokali u barranin fil-belt f'dak iż-żmien. Il-port ġie msaħħaħ b'fortizza li felħet għal assedju mill-armata Pollakka-Litwana fl-1613. Iż-żieda fit-traffiku bdiet tkun wisq għall-port, peress li kien jiddependi fuq l-ilmijiet baxxi tax-xmara u ma tantx kellu kapaċità għal wisq vapuri. Madankollu, minflok ma kabbar il-port l-antik, Ivan IV stabbilixxa port ġdid max-xmara fl-1584, imsejjaħ Kholmogory il-Ġdida, li mill-1596 saret magħrufa bħala Arkhangelsk.

Bejn is-seklu 15 u l-bidu tas-seklu 18, il-Baħar l-Abjad intuża bħala rotta kummerċjali ewlenija fir-Russja u lil hinn minnha. Dan ir-rwol majna iktar 'il quddiem wara l-istabbiliment ta' San Pietruburgu (1703), li fetaħ kollegament iktar dirett u ħieles mis-silġ bejn ir-Russja u l-biċċa l-kbira tal-Punent tal-Ewropa permezz tal-Baħar Baltiku. Mis-snin 20 tas-seklu 20, il-biċċa l-kbira tal-vjeġġi marittimi mit-Tramuntana tar-Russja bdew jiġu ttrasportati mill-port il-ġdid ta' Murmansk (li ġie stabbilit uffiċjalment fl-1916) minflok mill-Baħar l-Abjad, peress li hemmhekk l-ilmijiet ma jiffriżawx fix-xitwa.

Status leġiżlattiv

Iż-żona kollha tal-ilmijiet tal-Baħar l-Abjad tagħmel mal-ilmijiet territorjali tal-Federazzjoni Russa. Kwalunkwe ċaqliq ta' bastimenti barranin fil-Baħar l-Abjad isir f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Federazzjoni Russa.

Fawna u ekonomija

Il-Baħar l-Abjad jospita iktar minn 700 speċi ta' invertebrati, madwar 60 speċi ta' ħut, u ħames speċijiet ta' mammiferi tal-baħar, fosthom il-beluga u l-baliena l-bajda. Diversi speċijiet oħra ta' dniefel, bħad-dniefel tal-port, ma tantx jintlemħu faċilment filwaqt li balieni u dniefel ikbar bħall-orki, il-balieni tal-ġwienaħ kbar, il-balieni boreali, il-balenotteri mbaċċa u d-dniefel tat-Tramuntana ġew meqjusa bħala viżitaturi rari tal-Baħar l-Abjad, minkejja li l-frekwenza effettiva tagħhom fil-Baħar l-Abjad mhix speċifikata. L-industrija tas-sajd hija relattivament żgħira, u fil-mira tagħha jkollha l-iktar il-foki ta' Greenland, il-foki taċ-ċrieki, l-aringi, il-bakkaljaw tat-Tramuntana, il-perlan Ewropew, il-bakkaljaw tal-Atlantiku u s-salamun tal-Atlantiku. Kulma jmur qed tiżviluppa wkoll industrija tal-alka tal-baħar.

Il-Baħar l-Abjad huwa ċentru importanti tat-traffiku tal-Majjistral tar-Russja, bħala salib it-toroq ta' diversi reġjuni ekonomiċi, u jipprovdi żbokk lejn rotot barranin. Il-Fliegu bejn il-Baħar l-Abjad u l-Baħar Baltiku jikkollegah permezz tal-Lag ta' Onega mal-Baħar Baltiku u l-belt u l-port ewlenin ta' San Pietruburgu. Min-naħa l-oħra, il-Baħar Baltiku huwa kkollegat mal-Passaġġ fuq l-Ilma tax-xmara Volga u l-Baħar Baltiku, permezz tax-xmara Volga, il-Baħar l-Iswed, il- u l-. Il-portijiet ewlenin tal-Baħar l-Abjad huma Arkhangelsk, Belomorsk, Onega, Mezen, Kem, Kandalaksha u Umba. Minkejja li jkun iffriżat fix-xitwa, il-Baħar l-Abjad jibqa' navigabbli s-sena kollha bis-saħħa tal-użu tal-icebreakers.

Referenzi

  1. ^ "Limiti tal-Oċeani u tal-Ibħra, it-Tielet Edizzjoni" (PDF). IHO.
  2. ^ "Белое море". bse.sci-lib.com. Miġbur 2024-05-19.
  3. ^ "White Sea | Arctic Ocean, Wildlife | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-05-19.
  4. ^ March, G. Patrick (1996). "3: Ivan IV and the Muscovite Drang nach Osten". Eastern Destiny: Russia in Asia and the North Pacific. Westport, Connecticut: Praeger Publishers. p. 26. ISBN 9780275956486.
  5. ^ Henryk Zins England and the Baltic in the Elizabethan era, Manchester University Press, 1972 ISBN 0-87471-117-7 pp. 35,38.
  6. ^ Isabel De Madariaga Ivan the Terrible, Yale University Press, 2006 ISBN 0-300-11973-9, p. 121.
  7. ^ "Ломоносов Михаил Васильевич - жизнь, научная деятельность, творчество, историческая родина, туризм на родину Ломоносова, 300-летний юбилей М.В. Ломоносова". web.archive.org. 2009-02-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-09. Miġbur 2024-05-19.
  8. ^ "The White Sea". encyclopedia.pub (bl-Ingliż). Miġbur 2024-05-19.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 19 Ġun, 2025 / 16:08

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Baħar l Abjad, X'inhi Baħar l Abjad? Xi tfisser Baħar l Abjad?

Il Baħar l Abjad bir Russu Beloe more b ittri Rumani Beloye more bil Kareljan u bil Finlandiz Vienanmeri li litteralment tfisser Baħar ta Dvina bin Nenets Serako yamʼ b ittri Rumani Serako yam huwa baħar f daħla fin Nofsinhar tal u jinsab tul il kosta tal Majjistral tar Russja Huwa mdawwar bil Karelja lejn il Punent il Penizola ta Kola lejn it Tramuntana u l Penizola ta Kanin lejn il Grigal Il Baħar l Abjad kollu jaqa taħt is sovranita Russa u jitqies bħala parti mill ilmijiet interni tar Russja Amministrattivament huwa maqsum bejn l Oblasts ta Arkhangelsk u ta Murmansk kif ukoll ir Repubblika tal Karelja Mappa tal Baħar l Abjad Il port ewlieni ta Arkhangelsk jinsab fil Baħar l Abjad Għall biċċa l kbira mill istorja tar Russja dan kien iċ ċentru prinċipali tal kummerċ marittimu internazzjonali tar Russja imwettaq mill Pomors insedjaturi tal artijiet mal baħar minn Kholmogory Fl era moderna il baħar sar bazi Sovjetika navali u tas sottomarini Il Fliegu tal Baħar l Abjad u l Baltiku jikkollega l Baħar l Abjad mal Il Baħar l Abjad huwa wieħed mill erba ibħra bl isem ta kuluri komuni l oħrajn huma l Baħar l Iswed il Baħar l Aħmar u l ĠeografijaJum tas sajf f bajja qrib Severodvinsk mal kosta tax Xlokk tal baħar Kobor L Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali tiddefinixxi l limitu tat Tramuntana tal Baħar l Abjad bħala Linja li tgħaqqad Svyatoy Nos il Kosta ta Murmansk 39 47 E u l Kap ta Kanin Topografija Fil Baħar l Abjad hemm erba bajjiet jew golfi prinċipali Dawn il bajjiet jingħaqdu mal fetħa b għamla ta lembut lejn il Baħar ta Barents permez ta strett dejjaq magħruf bħala Gorlo bir Russu Gorlo li tfisser gerzuma Il Golf ta Kandalaksha jinsab fin naħa tal Punent tal Baħar l Abjad huwa l izjed parti fonda tal baħar b fond sa 340 metru 1 115 il pied Fuq in naħa tan Nofsinhar il Bajja ta Onega tilqa ġo fiha x xmara Onega Lejn ix Xlokk il Bajja ta Dvina tilqa ġo fiha n naħa tat Tramuntana tax xmara Dvina fil port ewlieni ta Arkhangelsk Fuq in naħa tal Lvant tal gorlo faċċata tal Penizola ta Kola hemm il Bajja ta Mezen Din tilqa ġo fiha x xmara Mezen u x xmara Kuloy Xmajjar ewlenin oħra li jnixxu ġol baħar huma x xmajjar Vyg Niva Umba Varzuga u Ponoy Il baċir tal parti ċentrali tal Baħar l Abjad u tal Bajja ta Bay huwa miksi bis sedimenti u bir ramel filwaqt li l qiegħ tal parti tat Tramuntana tal Golf ta Kandalaksha u tal Bajja ta Onega huwa taħlita ta ramel u ta ġebel Spiss ifeġġu depoziti tal era glaċjali qrib ix xtut tal baħar Il kosti tal Majjistral huma għoljin u bil blat izda x xaqliba tagħhom hija inqas wieqfa fin naħa tax Xlokk Il Baħar l Abjad fih għadd kbir ta gzejjer izda l biċċa l kbira minnhom huma zgħar Il grupp prinċipali ta gzejjer huwa magħmul mill Gzejjer Solovetsky li jinsabu kwazi f nofs il baħar qrib id daħla tal Bajja ta Onega Il Gzira ta Kiy fil Bajja ta Onega hija sinifikanti minħabba monasteru storiku li hemm fiha Il Gzira ta Velikiy li tinsab qrib il kosta hija l ikbar gzira fil Golf ta Kandalaksha Idrografija u batimetrija Il Golf ta Kandalaksha Il kosta tal Bajja ta Onega fil Gzira ta Kiy Il Baħar l Abjad huwa depressjoni mimlija bl ilma fi ħdan il blata kontinentali magħrufa bħala t Tarka Baltika Il qiegħ tiegħu ma tantx huwa uniformi u fih il Vojt ta Kandalaksha fil Majjistral u l Gzejjer Solovetsky fin Nofsinhar Barra minn hekk il Bajja ta Onega fiha bosta elevazzjonijiet zgħar taħt l ilma Il fetħa u l gorlo tal baħar huma pjuttost baxxi b fond ta madwar 50 metru jew inqas Hemm fondoq taħt l ilma fin naħa tat Tramuntana tal gorlo li twassal għal fond massimu ta 40 metru f dik il parti Dan ixekkel l iskambju tal ilma bejn il Baħar l Abjad u l Baħar ta Barents L iskambju huwa megħjun bil mareat li huma semidiurni jitilgħu darbtejn kuljum b amplitudni li tizdied minn metru fin Nofsinhar sa 10 metri fil Bajja ta Mezen Il kurrenti huma pjuttost dgħajfa fil baħar miftuħ b veloċita ta inqas minn 1 km h izda jsiru ferm iktar qalila fil bajjiet Il mewġ tal mareat huma ferm iktar veloċi mill kurrenti regolari u jilħqu veloċita ta 9 km h fil Bajja ta Mezen ta 3 6 km h fil Bajja ta Onega u ta 1 3 km h fil Golf ta Kandalaksha Kull sena x xmajjar iwasslu madwar 215 km3 ta ilma ħelu bħala medja l iktar lejn il Bajjiet ta Onega ta Mezen u ta Dvina In naħa tat Tramuntana tax xmara Dvina waħedha f xi snin jaf tikkontribwixxi sa 171 km3 u x xmajjar Mezen Onega Kem u Vyg izidu 38 5 27 0 12 5 u 11 5 km3 rispettivament Madwar 40 ta dan il volum jitwassal meta ddub il borra f Mejju u l influss ikun minimu fi Frar Marzu Dan l influss jgħolli u jbaxxi l livell tal baħar li jippromwovi l iskambju tal ilma mal Baħar ta Barents B hekk kull sena jkun hemm fluss ta madwar 2 000 km3 il ġewwa u ta madwar 2 200 km3 il barra mill Baħar l Abjad L influss tal ilma ħelu fir rebbiegħa jnaqqas is salinita fis saff ta 5 10 metri fil wiċċ għal 23 partijiet għal kull elf fin naħa tal Lvant u għal 26 27 fin naħa tal Punent tal baħar u jaslu għal 10 12 fil Bajja ta Dvina izid ukoll il kontenut tas siliċju u tas silikati fl ilma li huwa aspett karatteristiku tal Baħar l Abjad Il maltempati jkunu qawwijin l iktar f Ottubru Novembru Il fond baxx tal baħar inaqqas l għoli tal mewġ għal medja ta metru għalkemm xi kultant l għoli jasal sa 3 5 metri Il baħar ikun kalm f Lulju Awwissu Klima Zewġ ritratti satellitari tal Baħar l Abjad meħuda fit 23 ta April 2000 fuq u fit 3 ta Mejju 2001 isfel Il klima tvarja bejn polari u kontinentali moderata bi ċpar u bi sħab frekwenti L irjieħ ikun l iktar mil Lbiċ fix xitwa b veloċita ta 4 8 m s Dawn iġibu magħhom arja kiesħa min Nofsinhar u jistabbilixxu temperatura ta madwar 15 C Frar fil biċċa l kbira tal baħar In naħa tat Tramuntana tkun inqas kiesħa u tkun madwar 9 C u xi kultant tinzel sa 6 C minħabba l mases tal arja sħuna mill Atlantiku Madankollu l antiċikluni Artiċi jbiddlu l irjieħ għal irjieħ mill Grigal u jġibu magħhom temp iktar kiesaħ b temperaturi ta madwar 25 C Is sjuf ikunu kesħin bis sħab u relattivament umduzi b irjieħ mill Grigal u b xita frekwenti It temperatura medja f Lulju tkun ta 8 10 C L irjieħ okkazjonali mix Xlokk iġibu magħhom arja sħuna mill Ewropa u jzidu t temperatura għal 17 19 C u xi kultant saħansitra sa 30 C Il preċipitazzjoni annwali tizdied minn 282 mm fit Tramuntana għal 529 mm fin Nofsinhar Fix xitwa minn Ottubru Novembru sa Mejju Ġunju il baħar jiffriza b temperatura medja tal ilma f Jannar ta 1 9 C fit Tramuntana ta bejn 1 3 u 1 7 S fiċ ċentru u ta bejn 0 5 u 0 7 S fil bajjiet Dawn il varjazzjonijiet iseħħu minħabba d distribuzzjoni tas salinita tal ilma fil baħar li tizdied minn 24 għal 26 fiċ ċentru sa 30 5 fil gorlo u tilħaq 34 0 34 5 lejn il Baħar ta Barents Il perjodu tal iffrizar ivarja minn sena għal sena kif muri fir ritratt satellitari fuq il lemin Is silġ ma jkunx wieqaf izda 90 minnu jzomm fil wiċċ u jitneħħa kontinwament lejn il Baħar ta Barents Il ħxuna tas silġ normalment tkun ta madwar 40 ċentimetru izda tista tilħaq 150 cm fi xtiewi partikolarment kesħin Fis sajf l ilma tal wiċċ jisħon sa 15 S fil parti ċentrali izda jibqa relattivament kiesaħ fit Tramuntana b temperatura ta madwar 7 8 S minħabba l iskambju tal ilma bejn in naħa tal wiċċ u l qiegħ kiesaħ li huwa aċċentwat mill fond baxx fit Tramuntana Il baħar fond ta madwar 100 metru jew iktar huwa kkaratterizzat minn temperatura stabbli 1 4 S u minn salinita stabbli 30 Id distribuzzjoni tat temperatura tal ilma skont il fond ma tantx hi wisq omoġenja fil baħar Perezempju fil ħruġ mill Bajja ta Dvina it temperatura tal ilma tinzel għal 0 C f fond ta 12 15 il metru biss izda l istess temperatura tintlaħaq f fond ta 65 metru fil ħruġ mill Golf ta Kandalaksha StorjaMappa tal Baħar l Abjad 1635 Ir residenti ta Novgorod kienu ilhom jafu bil Baħar l Abjad mill inqas mis seklu 11 u malajr esploraw l importanza ekonomika tiegħu għan navigazzjoni u l foresti kostali tiegħu mimlija annimali bil fer Wieħed mill izjed insedjamenti bikrin qrib ix xtut tal baħar kiber fl aħħar tas seklu 14 f Kholmogory fin naħa ta fuq tax xmara Dvina Minn hemmhekk fl 1492 flotta ta merkanti mgħobbija bil qmuħ u li kellhom magħhom lill ambaxxaturi ta baħħret lejn id Danimarka u stabbiliet l ewwel port marittimu internazzjonali fir Russja Il Monasteru ta Solovetsky L ewwel vapur barrani li wasal f Kholmogory kien il vapur Ingliz Edward Bonaventure taħt il kmand ta fl 1553 Flimkien ma zewġ vapuri oħra taħt il kmand ta l ekwipaġġ tiegħu pprova jsib rotta fit Tramuntana lejn l Indji speċjalment lejn l Indja u ċ Ċina L ispedizzjoni sponsorjata mir Re tal Ingilterra u minn grupp ta madwar 240 merkant Ingliz kellha l awtorizzazzjoni minn Londra biex tistabbilixxi rabtiet kummerċjali Il vapuri ta Willoughby sfaw isseparati u t tnejn l oħra ntilfu fil baħar izda l vapur Edward Bonaventure rnexxielu jaqsam il Baħar l Abjad u jasal f Kholmogory u minn hemmhekk Chancellor ġie skortat lejn Moska biex jiltaqa mal Ksar Russu Fi triqtu lura mir Russja fl 1554 Chancellor ġab miegħu deskrizzjoni dettaljata ta Moska u tat Tramuntana tar Russja li fil biċċa l kbira ma kinux magħrufa fl Ewropa kif ukoll ittra mill Ksar li esprima x xewqa li jiġu stabbiliti relazzjonijiet kummerċjali mal Ingilterra Fl 1555 ir Reġina Marija ħarġet karta li tawtorizza l Kumpanija Moskovita tagħmel kummerċ mar Russja mir rotta tal Baħar l Abjad F qasir zmien il vapuri Olandizi segwew lil dawk Inglizi u l port ta Kholmogory imtela bil vjeġġi tal fer u tal ħut Ġew stabbiliti ħwienet u fabbriki lokali u barranin fil belt f dak iz zmien Il port ġie msaħħaħ b fortizza li felħet għal assedju mill armata Pollakka Litwana fl 1613 Iz zieda fit traffiku bdiet tkun wisq għall port peress li kien jiddependi fuq l ilmijiet baxxi tax xmara u ma tantx kellu kapaċita għal wisq vapuri Madankollu minflok ma kabbar il port l antik Ivan IV stabbilixxa port ġdid max xmara fl 1584 imsejjaħ Kholmogory il Ġdida li mill 1596 saret magħrufa bħala Arkhangelsk Bejn is seklu 15 u l bidu tas seklu 18 il Baħar l Abjad intuza bħala rotta kummerċjali ewlenija fir Russja u lil hinn minnha Dan ir rwol majna iktar il quddiem wara l istabbiliment ta San Pietruburgu 1703 li fetaħ kollegament iktar dirett u ħieles mis silġ bejn ir Russja u l biċċa l kbira tal Punent tal Ewropa permezz tal Baħar Baltiku Mis snin 20 tas seklu 20 il biċċa l kbira tal vjeġġi marittimi mit Tramuntana tar Russja bdew jiġu ttrasportati mill port il ġdid ta Murmansk li ġie stabbilit uffiċjalment fl 1916 minflok mill Baħar l Abjad peress li hemmhekk l ilmijiet ma jiffrizawx fix xitwa Status leġizlattivIz zona kollha tal ilmijiet tal Baħar l Abjad tagħmel mal ilmijiet territorjali tal Federazzjoni Russa Kwalunkwe ċaqliq ta bastimenti barranin fil Baħar l Abjad isir f konformita mal leġizlazzjoni tal Federazzjoni Russa Fawna u ekonomijaIl Baħar l Abjad jospita iktar minn 700 speċi ta invertebrati madwar 60 speċi ta ħut u ħames speċijiet ta mammiferi tal baħar fosthom il beluga u l baliena l bajda Diversi speċijiet oħra ta dniefel bħad dniefel tal port ma tantx jintlemħu faċilment filwaqt li balieni u dniefel ikbar bħall orki il balieni tal ġwienaħ kbar il balieni boreali il balenotteri mbaċċa u d dniefel tat Tramuntana ġew meqjusa bħala vizitaturi rari tal Baħar l Abjad minkejja li l frekwenza effettiva tagħhom fil Baħar l Abjad mhix speċifikata L industrija tas sajd hija relattivament zgħira u fil mira tagħha jkollha l iktar il foki ta Greenland il foki taċ ċrieki l aringi il bakkaljaw tat Tramuntana il perlan Ewropew il bakkaljaw tal Atlantiku u s salamun tal Atlantiku Kulma jmur qed tizviluppa wkoll industrija tal alka tal baħar Il Baħar l Abjad huwa ċentru importanti tat traffiku tal Majjistral tar Russja bħala salib it toroq ta diversi reġjuni ekonomiċi u jipprovdi zbokk lejn rotot barranin Il Fliegu bejn il Baħar l Abjad u l Baħar Baltiku jikkollegah permezz tal Lag ta Onega mal Baħar Baltiku u l belt u l port ewlenin ta San Pietruburgu Min naħa l oħra il Baħar Baltiku huwa kkollegat mal Passaġġ fuq l Ilma tax xmara Volga u l Baħar Baltiku permezz tax xmara Volga il Baħar l Iswed il u l Il portijiet ewlenin tal Baħar l Abjad huma Arkhangelsk Belomorsk Onega Mezen Kem Kandalaksha u Umba Minkejja li jkun iffrizat fix xitwa il Baħar l Abjad jibqa navigabbli s sena kollha bis saħħa tal uzu tal icebreakers Referenzi Limiti tal Oċeani u tal Ibħra it Tielet Edizzjoni PDF IHO Beloe more bse sci lib com Miġbur 2024 05 19 White Sea Arctic Ocean Wildlife Britannica www britannica com bl Ingliz Miġbur 2024 05 19 March G Patrick 1996 3 Ivan IV and the Muscovite Drang nach Osten Eastern Destiny Russia in Asia and the North Pacific Westport Connecticut Praeger Publishers p 26 ISBN 9780275956486 Henryk Zins England and the Baltic in the Elizabethan era Manchester University Press 1972 ISBN 0 87471 117 7 pp 35 38 Isabel De Madariaga Ivan the Terrible Yale University Press 2006 ISBN 0 300 11973 9 p 121 Lomonosov Mihail Vasilevich zhizn nauchnaya deyatelnost tvorchestvo istoricheskaya rodina turizm na rodinu Lomonosova 300 letnij yubilej M V Lomonosova web archive org 2009 02 09 Arkivjat minn l oriġinal fl 2009 02 09 Miġbur 2024 05 19 The White Sea encyclopedia pub bl Ingliz Miġbur 2024 05 19

L-aħħar artikli
  • Ġunju 11, 2025

    Kerċem Ajax FC

  • Ġunju 13, 2025

    Kerċem

  • Ġunju 15, 2025

    Kenja

  • Ġunju 13, 2025

    Kemmuna

  • Ġunju 14, 2025

    Kelma

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq