Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L inħawi ta Bengħisa jinsabu fit tarf tax xlokk ta Malta imdawra minn Kalafrana Port Ħieles Birżebbuġa u Ħal Far Hi magħ

Bengħisa

  • Paġna Ewlenija
  • Bengħisa
Bengħisa
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-inħawi ta’ Bengħisa jinsabu fit-tarf tax-xlokk ta’ Malta, imdawra minn Kalafrana (Port Ħieles), Birżebbuġa, u Ħal Far. Hi magħmula minn żewġ għoljiet waħda ogħla mill-oħra li jibdew fi pjanura żgħira minn Kalafrana u jispiċċaw fl-irdumijiet kbar magħrufin bħala tal-Mara u ta’ Għar Hasan. Il-kobor tagħha jifrex fuq medda ta’ madwar mil u nofs kwadru ta’ art, li fil-parti l-kbira tagħha hi agrikola. Din tinsab imdawra bi tliet widien kbar li huma Wied ix-Xoqqa, Wied il-Buni u Wied Żnuber.

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.

Bengħisa fi żmien bikri

Dan l-isem mill-ewwel jagħtina ndikazzjoni ċara li oriġina fi żmien il-ħakma Għarbija f'Malta (870 -1090). Dan għaliex dan l-isem ġej mill-Għarbi “Bin” u “Għisa” li b’ilsienna jfissru Wild il-Baħar. Fi żmien il-ħakma ta’ l-Ordni (1530 -1798) nsibu dan l-isem miktub hekk: “Benissa” pero m’għandniex ħjiel ta’ kif kien jiġi ppronunzjat. Barra minnhekk minħabba l-qagħda ġeografika tagħha, Bengħajsa kienet tissejjaħ ukoll bħala l-art “Tas-Sikka”.

Tul is-snin saru diversi sejbiet storiċi li juru sewwa li kienu proprju dawn l-inħawi li kienu l-ewwel imgħammra bin-nies. Jingħad li f dawn l-inħawi kienu nstabu għadd ta’ ġebel tal-Ħaffiefa, li hi ġebla vulkanika. Dan juri bħal ma dejjem sostnew l-istudjużi, li l-baħar li jifred lil Malta miż-żewġ kontinenti darba kien art, u li fil-viċinanzi kien hemm vulkan li tajjar il-lava s’hawn.

Sa ftit żmien ilu waqt li kienu qed jinbnew xi fabbriki ġodda f'Ħal Far kienu nstabu għadd ta’ katakombi ta’ żmien iċ-ċiviltà bikrija. Sfortunatament ħafna sejbiet li saru tul is-snin baqgħu mistura sal-ġurnata tal-lum. Min jaf x’instab waqt il-bini tal-mitjar ta’ Ħal Far fi żmien il-ħakma Ingliża! Pero sejba ta’ importanza kbira saret fl-1761 ġewwa Bengħisa f'għalqa proprjetà tal-familja Falzon. Hawn kien instab qabar Feniċju li fih barra li kienu nstabu anafora u xi ġarar oħra, kien instab skeletru u fuq il-lemin tiegħu kien hemm lapida b’kitba li meta maqluba għall-Malti kienet tgħid hekk:

Is-Sala Ġewwinija
Tas-Santwarju tal-Qabar Ta’ Annibal
Magħruf għal tmiem il-ħerba,
Kien Maħbub
Il-Poplu jibki, Meta mlibbes Għat-taqbida
Annibal Bin Bar-Melek.

Jingħad li dan il-qabar kien tal-mexxej il-kbir ta’ Kartaġni l-antika fejn fl-aħħar vers naraw ismu.

Wara li fl-20 ta’ Mejju ta’ l-1565 it-Torok kienu żbarkaw fil-bajja ta’ Marsaxlokk u taw bidu għall-Assedju l-Kbir, sabiex jiddefendu din il-bajja, il-Kavallieri kienu bnew torri msemmi Torre Benissa. Dan kien wieħed mit-13-il torri li l-Gran Mastru Martin De Redin bena madwar ix-xtut Maltin. Dan it-torri, flimkien mat-torri li kien inbena pariġġu f’ Dellimara u mal-Forti San Luċjan, kien jgħasses il-bajja minn kull attakk tal-furbani. It-torri l-aħmar (kif kien magħruf) illum m’għadux hemm, għax dan kien twaqqa’ mill-awtoritajiet militari Ingliżi fl-1915.

Barra minhekk sal-lum f’Bengħisa f’post magħruf bħala l-Mara għad hemm (għalkemm abandunata) il-Fortizza ta’ Bengħisa. Din kienet inbniet fuq medda ta’ madwar 40 tomna ta’ art mill-Awtoritajiet Militari Ingliżi sabiex tattakka għal fuq il-baħar. Ftit ‘il bogħod minn din il-fortizza l-Ingliżi kienu bnew fortizza oħra żgħira magħrufa bħalal-Fortizza ta’l-Għolja. Din il-fortizza kienet inbniet sabiex tattakka għall-ajru. Dawn iż-żewġ fortizzi taw sehem siewi fit-tieni gwerra dinjija, fejn naraw li l-ewwel attakki mwettqa mill-għadu fuq pajjiżna fil-11 ta’ Ġunju 1940 saru proprju fuq dawn iż-żewġ fortizzi u fuq Kalafrana fejn kien hemm it-Torpedo Depot tal-bażi Ingliża.

L-Inħawi

F’dawn l-inħawi jeżistu diversi postijiet ta’ interess partikolari. Għar Ħasan li żgur li m’hawn ħadd li għadu qatt ma sema’ bih, hu magħruf għall-kobor u s-sbuħija tiegħu. Ma’ dan l-għar hemm marbutin diversi leġġendi tal-folklor Malti. Dan l-għar jinsab fl-irdumijiet li proprju huma msemmijin għalih. Kull sajjied li min jaf kemm-il darba għadda minn ma’ dawn l-irdumijiet jista’ jgħidlek xi ġmiel joffru, b’katina ma taqta’ xejn ta’ għerien fil-baħar. U la qed insemmu l-irdumijiet ma nistgħux ma nsemmux il-blata magħrufa bħala l-Mara.

Din tinsab maġenb il-fortizza ta’ Bengħisa li dwarha diġà tkellimna. Din hi blata kbira wieqfa waħedha u għolja kważi daqs il-kumplament ta’ l-irdumijiet. Din tissejjaħ il-Mara għall-fatt li mill-bogħod għandha forma ta’ marab’tarbijama’ ġenbha. Sfortunatament minħabba l-maltemp u l-iktar minħabba l-isplużjonijiet li saru sabiex jitqatta’ l-blat fil-proġett tal-Port Ħieles, din il-blata sofriet ħsarat kbar. Ta’ interess hu li bejn Għar Ħasan u l-Mara nsibu wied tassew sabiħ li jismu Wied il-Mixta. F’dan il-wied insibu żewġ għerien kbar li jisimhom Għar il-Buż u Għar il-Riħ. Dan ta’ l-aħħar jibda mill-ġenb tal-wied u wara 140 pied tul jiżbokka għal fuq il-baħar.

Sa qabel l-1913 dawn l-inħawi kienu jagħmlu parti mill-parroċċa taż-Żurrieq. Il-popolazzjoni sa qabel it-Tieni Gwerra Dinijija kienet ta’ aktar minn 50 familja, iżda minn wara l-gwerra dawn naqsu ferm u llum baqa’ ftit. Dan għaliex li ħafna fami minn wara l-gwerra bdew jinżlu joqogħdu Birżebbuġa. Tajjeb li ngħidu li l-parti l-kbira ta’ dawn il-familji kienu Żrieraq. Illum dawn l-inhawi għadhom igawdu dak l-ambjent rurali li kważi għeb għal kollox minn pajjiżna. B’dan irrid ngħid li Bengħajsa hi xempju ħaj ta’ kif kienu l-irħula Maltin ħafna snin ilu, fejn fin-nofs issib il-kappella, li fil-każ ta’ Bengħisa għadha sal-lum imdawra kollha kemm hi bir-raba’ u l-irziezet, u l-kumplament kollha raba u sqaqien imserpin b’xi razzett antik lil hemm u ieħor ‘l hawn.

F’Bengħisa sal-lum għadek issib ħames niċeċ li juri l-qima li l-Bengħisin minn dejjem kellhom lejn diversi qaddisin. Dawn huma. tal-Madonna tal-Karmnu (circa 1887), l-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesu (circa 1912), ta’ San Ġużepp (circa 1923), (tal-Kunċizzjoni circa 1918), u n-niċċa ta’ San Ġwann il-Battista (protettur ta’ l-Ordni) li tinsab ma faċċata ta’ torri mibni fi żmien il-kavallieri. Il-kappella li nsibu f’dawn l-inħawi għandha storja ferm interessanti. Bejn l-1822 u l-1823 Dun Ġużepp Gauci miż-Żurrieq kien bena daqxejn ta’ kappella żgħira ddedikata lill-Kunċizzjoni. Pero din il-kappella kienet żgħira wisq, għalhekk madwar 40 sena wara, Dun ċakbu Gauci li kien jiġi n-neputi tal-fundatur tagħha reġa’ bniha mill-ġdid fis-sura li tinsab illum. U-kappella minn ġewwa għandha altar wieħed bi prospettiva tal-ġebel. Fuq dan l-altar hemm inkwadru tassew sabiħ li ħasra li ma nafux min pittru. Is-saqaf tagħha hu troll, u fuq wara hemm is-sagristija li tista’ tkun l-oriġinali meta nbniet l-ewwel kappella. F’din is-sagristija hemm niċċa tal-ġebel fejn fiha tinżamm l-istatwa titulari tal-Kunċizzjoni li saret madwar mitt sena ilu. Il-faċċata hi sempliċi u fiha kampnar wieħed li fih hemm qanpiena li ġġib l-isem Konċetta u li saret fl-1947. Kull 8 ta’ Diċembru tiġi ċċelebrata f din il-kappella l-festa tal-Kunċizzjoni u allura ta’ Bengħisa.

Il-Gwerra

Minħabba l-qagħda strateġika tagħha, bejn il-mitjar ta’ Ħal Far u Kalafrana, Bengħisa kienet tkun kontinwament fil-periklu tal-bumbardamenti. Barra minnhekk, kif diġà rajna kienu nbnew żewġ fortizzi fl-inħawi sabiex jilqgħu tajjeb l-attakki ta’ l-għadu. Tlett ijiem biss wara l-bidu tal-gwerra seħħ l-ewwel inċident fatali fejn il-Bengħajsi Anġlu Farrugia (minn ta’ Testu) miet meta kien Kalafrana. In-nies ta’ l-inħawi kienu jinżlu jistkennu f post taħt l-art li kien ta’ l-Ingliżi fejn sa ftit żmien ilu kien hemm dawk l-arbli t-twal. Pero meta l-Ingliżi ġew bżonn dan il-post il-Bengħisin kellhom imorru jistkennu f’Għar Ħasan u f Għar il-Buż f Wied il-Mixta. Fatt li baqa’ magħruf bħala miraklu kien meta f'April ta’ l-1942 bomba kbira mixħuta mit-Taljani ġiet eżatt wara l-kappella u splodiet. Kien b’miraklu li għalkemm għamlet ħofra kbira fil-ħamrija, il-bini ma ġralu xejn għajr xi ħsarat minimi fil-ħitan ta’ wara tas-sagristija.

Niesha

Ma’ Bengħisa hemm marbutin diversi personaġġi li jibqgħu magħrufin. Ewlenin fosthom hu l-magħruf Żurrieqi Mons. Prof. Pietru Pawl Saydon (1895-1971). Mons. Saydon jibqa’ magħruf għat-traduzzjoni tal-Kotba Mqaddsa għal-lingwa Maltija mill-oriġinal Ebrajk u Grieg.

Dan ix-xogħol dam jagħmlu għal madwar 40 sena u għamlu fid-dar li kellu jisimha Dar is-Sliem fi Triq il-Kunċizzjoni, ‘l isfel mill-kappella. Mons. Saydon kien għal żmien twil ir-Rettur tal-Kappella ta’ Bengħisa fejn sal-lum għad hemm tifkiriet kbar li ħalla hu. Personaġġ ieħor li jibqa’ magħruf hu Mikiel Schembri (minn tal-Qamħa). Mikiel kien bin-negozju tal-ħasil tal-ħwejjeġ li kien jieħu mingħand l-Ingliżi. Pero apparti minn hekk Mikiel baqa’ magħruf l-aktar ma’ kull min jafu għat-tjubija ta’ qalbu l-aktar mal-ħaddiema tiegħu u mal-Bengħisin kollha. Barra minn hekk hawn tajjeb li nsemmu lin-nies ta’ Bengħisa kollha, li għalkemm ma kinux nies ta’ skola pero kienu nies beżlin u ħawtiela. Insemmu wkoll li fis-snin 50 u 60 il-Bengħisin kellhom il-grupp tar-reffiegħa tagħhom, fejn sena iva u oħra le kienu jerfgħu l-istatwi li johorġu mill-knisja ta’ Birżebbuġa.

Konklużjoni

Illum il-ġurnata dawn l-inħawi għadhom igawdu l-isbuħija u t-trankwillità li minn dejjem kienu magħrufa għalihom. Il-kwiet u l-ħemda li jirrenjaw il-parti l-kbira tal-ġurnata, iġegħluk tinsa l-ħa]ja mgħaġġla tal-lum u taħseb fuq dawk iż-żminijiet meta l-progress kien għadu ma rifisx f pajjiżna. Iġġib quddiem għajnejk lil Malta ta’ dari, li għalkemm nieqsa mill-ġid materjali, pero kienet bil-wisq iktar għanja fil-ġid naturali li aħna nagħmlu parti minnu.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 26 Ġun, 2025 / 03:34

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Bengħisa, X'inhi Bengħisa? Xi tfisser Bengħisa?

L inħawi ta Bengħisa jinsabu fit tarf tax xlokk ta Malta imdawra minn Kalafrana Port Ħieles Birzebbuġa u Ħal Far Hi magħmula minn zewġ għoljiet waħda ogħla mill oħra li jibdew fi pjanura zgħira minn Kalafrana u jispiċċaw fl irdumijiet kbar magħrufin bħala tal Mara u ta Għar Hasan Il kobor tagħha jifrex fuq medda ta madwar mil u nofs kwadru ta art li fil parti l kbira tagħha hi agrikola Din tinsab imdawra bi tliet widien kbar li huma Wied ix Xoqqa Wied il Buni u Wied Znuber Il Fortizza ta BengħisaDan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Bengħisa fi zmien bikriDan l isem mill ewwel jagħtina ndikazzjoni ċara li oriġina fi zmien il ħakma Għarbija f Malta 870 1090 Dan għaliex dan l isem ġej mill Għarbi Bin u Għisa li b ilsienna jfissru Wild il Baħar Fi zmien il ħakma ta l Ordni 1530 1798 nsibu dan l isem miktub hekk Benissa pero m għandniex ħjiel ta kif kien jiġi ppronunzjat Barra minnhekk minħabba l qagħda ġeografika tagħha Bengħajsa kienet tissejjaħ ukoll bħala l art Tas Sikka Tul is snin saru diversi sejbiet storiċi li juru sewwa li kienu proprju dawn l inħawi li kienu l ewwel imgħammra bin nies Jingħad li f dawn l inħawi kienu nstabu għadd ta ġebel tal Ħaffiefa li hi ġebla vulkanika Dan juri bħal ma dejjem sostnew l istudjuzi li l baħar li jifred lil Malta miz zewġ kontinenti darba kien art u li fil viċinanzi kien hemm vulkan li tajjar il lava s hawn Sa ftit zmien ilu waqt li kienu qed jinbnew xi fabbriki ġodda f Ħal Far kienu nstabu għadd ta katakombi ta zmien iċ ċivilta bikrija Sfortunatament ħafna sejbiet li saru tul is snin baqgħu mistura sal ġurnata tal lum Min jaf x instab waqt il bini tal mitjar ta Ħal Far fi zmien il ħakma Ingliza Pero sejba ta importanza kbira saret fl 1761 ġewwa Bengħisa f għalqa proprjeta tal familja Falzon Hawn kien instab qabar Feniċju li fih barra li kienu nstabu anafora u xi ġarar oħra kien instab skeletru u fuq il lemin tiegħu kien hemm lapida b kitba li meta maqluba għall Malti kienet tgħid hekk Is Sala Ġewwinija Tas Santwarju tal Qabar Ta Annibal Magħruf għal tmiem il ħerba Kien Maħbub Il Poplu jibki Meta mlibbes Għat taqbida Annibal Bin Bar Melek Jingħad li dan il qabar kien tal mexxej il kbir ta Kartaġni l antika fejn fl aħħar vers naraw ismu Wara li fl 20 ta Mejju ta l 1565 it Torok kienu zbarkaw fil bajja ta Marsaxlokk u taw bidu għall Assedju l Kbir sabiex jiddefendu din il bajja il Kavallieri kienu bnew torri msemmi Torre Benissa Dan kien wieħed mit 13 il torri li l Gran Mastru Martin De Redin bena madwar ix xtut Maltin Dan it torri flimkien mat torri li kien inbena pariġġu f Dellimara u mal Forti San Luċjan kien jgħasses il bajja minn kull attakk tal furbani It torri l aħmar kif kien magħruf illum m għadux hemm għax dan kien twaqqa mill awtoritajiet militari Inglizi fl 1915 Barra minhekk sal lum f Bengħisa f post magħruf bħala l Mara għad hemm għalkemm abandunata il Fortizza ta Bengħisa Din kienet inbniet fuq medda ta madwar 40 tomna ta art mill Awtoritajiet Militari Inglizi sabiex tattakka għal fuq il baħar Ftit il bogħod minn din il fortizza l Inglizi kienu bnew fortizza oħra zgħira magħrufa bħalal Fortizza ta l Għolja Din il fortizza kienet inbniet sabiex tattakka għall ajru Dawn iz zewġ fortizzi taw sehem siewi fit tieni gwerra dinjija fejn naraw li l ewwel attakki mwettqa mill għadu fuq pajjizna fil 11 ta Ġunju 1940 saru proprju fuq dawn iz zewġ fortizzi u fuq Kalafrana fejn kien hemm it Torpedo Depot tal bazi Ingliza L InħawiF dawn l inħawi jezistu diversi postijiet ta interess partikolari Għar Ħasan li zgur li m hawn ħadd li għadu qatt ma sema bih hu magħruf għall kobor u s sbuħija tiegħu Ma dan l għar hemm marbutin diversi leġġendi tal folklor Malti Dan l għar jinsab fl irdumijiet li proprju huma msemmijin għalih Kull sajjied li min jaf kemm il darba għadda minn ma dawn l irdumijiet jista jgħidlek xi ġmiel joffru b katina ma taqta xejn ta għerien fil baħar U la qed insemmu l irdumijiet ma nistgħux ma nsemmux il blata magħrufa bħala l Mara Din tinsab maġenb il fortizza ta Bengħisa li dwarha diġa tkellimna Din hi blata kbira wieqfa waħedha u għolja kwazi daqs il kumplament ta l irdumijiet Din tissejjaħ il Mara għall fatt li mill bogħod għandha forma ta marab tarbijama ġenbha Sfortunatament minħabba l maltemp u l iktar minħabba l ispluzjonijiet li saru sabiex jitqatta l blat fil proġett tal Port Ħieles din il blata sofriet ħsarat kbar Ta interess hu li bejn Għar Ħasan u l Mara nsibu wied tassew sabiħ li jismu Wied il Mixta F dan il wied insibu zewġ għerien kbar li jisimhom Għar il Buz u Għar il Riħ Dan ta l aħħar jibda mill ġenb tal wied u wara 140 pied tul jizbokka għal fuq il baħar Sa qabel l 1913 dawn l inħawi kienu jagħmlu parti mill parroċċa taz Zurrieq Il popolazzjoni sa qabel it Tieni Gwerra Dinijija kienet ta aktar minn 50 familja izda minn wara l gwerra dawn naqsu ferm u llum baqa ftit Dan għaliex li ħafna fami minn wara l gwerra bdew jinzlu joqogħdu Birzebbuġa Tajjeb li ngħidu li l parti l kbira ta dawn il familji kienu Zrieraq Illum dawn l inhawi għadhom igawdu dak l ambjent rurali li kwazi għeb għal kollox minn pajjizna B dan irrid ngħid li Bengħajsa hi xempju ħaj ta kif kienu l irħula Maltin ħafna snin ilu fejn fin nofs issib il kappella li fil kaz ta Bengħisa għadha sal lum imdawra kollha kemm hi bir raba u l irziezet u l kumplament kollha raba u sqaqien imserpin b xi razzett antik lil hemm u ieħor l hawn F Bengħisa sal lum għadek issib ħames niċeċ li juri l qima li l Bengħisin minn dejjem kellhom lejn diversi qaddisin Dawn huma tal Madonna tal Karmnu circa 1887 l istatwa tal Qalb ta Ġesu circa 1912 ta San Ġuzepp circa 1923 tal Kunċizzjoni circa 1918 u n niċċa ta San Ġwann il Battista protettur ta l Ordni li tinsab ma faċċata ta torri mibni fi zmien il kavallieri Il kappella li nsibu f dawn l inħawi għandha storja ferm interessanti Bejn l 1822 u l 1823 Dun Ġuzepp Gauci miz Zurrieq kien bena daqxejn ta kappella zgħira ddedikata lill Kunċizzjoni Pero din il kappella kienet zgħira wisq għalhekk madwar 40 sena wara Dun ċakbu Gauci li kien jiġi n neputi tal fundatur tagħha reġa bniha mill ġdid fis sura li tinsab illum U kappella minn ġewwa għandha altar wieħed bi prospettiva tal ġebel Fuq dan l altar hemm inkwadru tassew sabiħ li ħasra li ma nafux min pittru Is saqaf tagħha hu troll u fuq wara hemm is sagristija li tista tkun l oriġinali meta nbniet l ewwel kappella F din is sagristija hemm niċċa tal ġebel fejn fiha tinzamm l istatwa titulari tal Kunċizzjoni li saret madwar mitt sena ilu Il faċċata hi sempliċi u fiha kampnar wieħed li fih hemm qanpiena li ġġib l isem Konċetta u li saret fl 1947 Kull 8 ta Diċembru tiġi ċċelebrata f din il kappella l festa tal Kunċizzjoni u allura ta Bengħisa Il GwerraMinħabba l qagħda strateġika tagħha bejn il mitjar ta Ħal Far u Kalafrana Bengħisa kienet tkun kontinwament fil periklu tal bumbardamenti Barra minnhekk kif diġa rajna kienu nbnew zewġ fortizzi fl inħawi sabiex jilqgħu tajjeb l attakki ta l għadu Tlett ijiem biss wara l bidu tal gwerra seħħ l ewwel inċident fatali fejn il Bengħajsi Anġlu Farrugia minn ta Testu miet meta kien Kalafrana In nies ta l inħawi kienu jinzlu jistkennu f post taħt l art li kien ta l Inglizi fejn sa ftit zmien ilu kien hemm dawk l arbli t twal Pero meta l Inglizi ġew bzonn dan il post il Bengħisin kellhom imorru jistkennu f Għar Ħasan u f Għar il Buz f Wied il Mixta Fatt li baqa magħruf bħala miraklu kien meta f April ta l 1942 bomba kbira mixħuta mit Taljani ġiet ezatt wara l kappella u splodiet Kien b miraklu li għalkemm għamlet ħofra kbira fil ħamrija il bini ma ġralu xejn għajr xi ħsarat minimi fil ħitan ta wara tas sagristija NieshaMa Bengħisa hemm marbutin diversi personaġġi li jibqgħu magħrufin Ewlenin fosthom hu l magħruf Zurrieqi Mons Prof Pietru Pawl Saydon 1895 1971 Mons Saydon jibqa magħruf għat traduzzjoni tal Kotba Mqaddsa għal lingwa Maltija mill oriġinal Ebrajk u Grieg Dan ix xogħol dam jagħmlu għal madwar 40 sena u għamlu fid dar li kellu jisimha Dar is Sliem fi Triq il Kunċizzjoni l isfel mill kappella Mons Saydon kien għal zmien twil ir Rettur tal Kappella ta Bengħisa fejn sal lum għad hemm tifkiriet kbar li ħalla hu Personaġġ ieħor li jibqa magħruf hu Mikiel Schembri minn tal Qamħa Mikiel kien bin negozju tal ħasil tal ħwejjeġ li kien jieħu mingħand l Inglizi Pero apparti minn hekk Mikiel baqa magħruf l aktar ma kull min jafu għat tjubija ta qalbu l aktar mal ħaddiema tiegħu u mal Bengħisin kollha Barra minn hekk hawn tajjeb li nsemmu lin nies ta Bengħisa kollha li għalkemm ma kinux nies ta skola pero kienu nies bezlin u ħawtiela Insemmu wkoll li fis snin 50 u 60 il Bengħisin kellhom il grupp tar reffiegħa tagħhom fejn sena iva u oħra le kienu jerfgħu l istatwi li johorġu mill knisja ta Birzebbuġa KonkluzjoniIllum il ġurnata dawn l inħawi għadhom igawdu l isbuħija u t trankwillita li minn dejjem kienu magħrufa għalihom Il kwiet u l ħemda li jirrenjaw il parti l kbira tal ġurnata iġegħluk tinsa l ħa ja mgħaġġla tal lum u taħseb fuq dawk iz zminijiet meta l progress kien għadu ma rifisx f pajjizna Iġġib quddiem għajnejk lil Malta ta dari li għalkemm nieqsa mill ġid materjali pero kienet bil wisq iktar għanja fil ġid naturali li aħna nagħmlu parti minnu

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Lingwa Pollakka

  • Ġunju 07, 2025

    Lingwa Persjana

  • Ġunju 20, 2025

    Lingwa Leoniża

  • Ġunju 06, 2025

    Lingwa Latina

  • Ġunju 08, 2025

    Lingwa Kroata

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq