Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Dentist magħruf ukoll bħala kirurgu dentali huwa professjonista mediku li jispeċjalizza fid dentistrija fid dijanjożi fi

Dentist

  • Paġna Ewlenija
  • Dentist
Dentist
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Dentist, magħruf ukoll bħala kirurgu dentali, huwa professjonista mediku li jispeċjalizza fid-dentistrija, fid-dijanjożi, fil-prevenzjoni, u fit-trattament ta' mard u ta' kundizzjonijiet fil-ħalq. It-tim ta' sostenn tad-dentist jgħinu fil-provvista tas-servizzi tas-saħħa orali. It-tim jinkludi l-assistenti dentali, l-iġjenisti dentali, it-tekniċi dentali, u xi kultant it-terapisti dentali.

Storja

Medju Evu

Fiċ-Ċina kif ukoll fi Franza, l-ewwel nies li kienu jipprattikaw id-dentistrija kienu l-barbiera. Dawn ġew kategorizzati f'żewġ gruppi distinti: ix-xirka tal-barbiera u l-barbiera komuni. L-ewwel grupp, ix-Xirka tal-Barbiera, inħoloq biex jiġu distinti l-iktar kirurgi dentali edukati u kkwalifikati mill-barbiera komuni. Il-barbiera tax-xirka kienu mħarrġa biex iwettqu operazzjonijiet kumplessi. It-tieni grupp, il-barbiera komuni, kienu kkwalifikati biex iwettqu servizzi iġjeniċi regolari bħat-tqaxxir tal-leħja u l-estrazzjoni tas-snien, kif ukoll il-kirurġija bażika. Madankollu, fl-1400, Franza ħarġet digrieti li jipprojbixxu lill-barbiera komuni milli jipprattikaw it-tipi kollha ta' operazzjonijiet. Fil-Ġermanja kif ukoll fi Franza, mill-1530 sal-1575, ġew ippubblikati pubblikazzjonijiet kompletament dwar id-dentistrija. , spiss magħruf bħala Missier il-Kirurġija, ippubblika x-xogħol tiegħu dwar iż-żamma u t-trattament kif suppost tas-snien. Ambroise Paré kien barbier-kirurgu Franċiż li ħa ħsieb il-kura dentali ta' diversi monarki Franċiżi. Spiss jiġi akkreditat li għolla l-istatus tal-barbiera-kirurgi.

Dentistrija moderna

ta' Franza spiss jissemma wkoll bħala "missier id-dentistrija moderna" peress li kien l-ewwel wieħed li ppubblika ktieb akkademiku xjentifiku (1728) dwar it-tekniki u l-prattiki tad-dentistrija. Maż-żmien, id-dentisti mħarrġa immigraw mill-Ewropa lejn l-Amerki biex jipprattikaw id-dentistrija, u sal-1760, l-Amerka kellha d-dentisti prattikanti nattivi wkoll. Il-gazzetti ta' dak iż-żmien kienu jintużaw biex jiġu rreklamati u promossi s-servizzi dentali. Fl-Amerka, mill-1768 sal-1770, kien hemm l-ewwel applikazzjoni pijuniera tad-dentistrija għall-verifika tal-każijiet forensiċi; din kienet tissejjaħ dentistrija forensika. Biż-żieda tad-dentisti, bdew jiżdiedu wkoll metodi ġodda sabiex tittejjeb il-kwalità tad-dentistrija. Dawn il-metodi ġodda kienu jinkludu mekkaniżmu b'rota ddur biex iddawwar trapan dentali u siġġijiet magħmula apposta għall-pazjenti tad-dentisti.

Fis-snin 40 tas-seklu 19 ġew stabbiliti l-ewwel skola dentali u l-ewwel organizzazzjoni dentali nazzjonali, flimkien mal-istabbiliment tal-ewwel dottorat fil-kirurġija dentali. B'rispons għaż-żieda ta' dentisti ġodda kif ukoll ta' tekniki tad-dentistrija, ġie stabbilit l-ewwel att dwar il-prattika dentali sabiex id-dentistrija tiġi rregolata. Fl-Istati Uniti, l-Ewwel Att dwar il-Prattika Dentali kien jeħtieġ li d-dentisti jgħaddu minn eżami tal-bord mediku tal-istat speċifiku sabiex ikunu jistgħu jipprattikaw id-dentistrija fi stat partikolari. Madankollu, minħabba li l-att dentali qajla kien jiġi infurzat, xi dentisti ma kinux jobduh. Mill-1846 sal-1855 ġew ivvintati tekniki dentali ġodda bħall-użu tal-loppju bl-ester għall-operazzjonijiet, u l-metodu tal-folja koesiva tad-deheb li permezz tiegħu d-deheb kien jiġi applikat f'sinna mħassra. L-Assoċjazzjoni Dentali Amerikana (ADA) ġiet stabbilita fl-1859 wara laqgħa ma' 26 dentist. Għall-ħabta tal-1867 ġiet stabbilita l-ewwel skola dentali assoċjata ma' università, magħrufa bħala l-Iskola Dentali ta' Harvard. kienet l-ewwel mara li kisbet lawrija dentali.

Fis-snin 80 tas-seklu 19, inħoloq it-toothpaste f'għamla ta' tubu li ssostitwixxa l-għamliet oriġinali ta' toothpaste f'forma ta' trab jew likwidu. Bords dentali ġodda, bħall-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Eżaminaturi Dentali, inħolqu sabiex jistabbilixxu standards u uniformità fost id-dentisti. Fl-1887 ġie stabbilit l-ewwel laboratorju dentali; il-laboratorji dentali jintużaw għall-ħolqien tad-dentaturi u għall-kuruni tas-snien li jkunu speċifiċi għal kull pazjent. Fl-1895 ġie skopert ir-raġġ-X dentali mill-fiżiku Ġermaniż Wilhelm Röntgen.

Fis-seklu 20 ġew ivvintati tekniki dentali ġodda bħall-kuruni dentali tal-porċellana (1903), in-Novocain (loppju) (1905), il-mili fondut bi preċiżjoni (1907), ix-xkupilji tas-snien tan-nylon (1938), il-fluworodazzjoni tal-ilma (1945), it-toothpaste bil-fluworur (1950), l-għodod dentali li jaħdmu bl-arja (1957), il-lasers (1960), ix-xkupilji tas-snien elettriċi (1960), u kits domestiċi għat-tbajjid tas-snien (1989). Invenzjonijiet bħall-għodod dentali li jaħdmu bl-arja wasslu għal dentistrija ġdida b'veloċità għolja.

Responsabbiltajiet

Min-natura stess tat-taħriġ ġenerali tiegħu, dentist bil-liċenzja jista' jwettaq il-biċċa l-kbira tat-trattamenti dentali bħall-kirurġija restawrattiva (restawr dentali, kuruni, pontijiet), l-ortodonzija (braces), il-prostodonzija (dentaturi, kuruni/pontijiet), l-endodonzija (il-kanal sal-għerq tas-snien), it-terapija perjodontali (ħanek), u l-kirurġija orali (l-estrazzjoni tas-snien), kif ukoll iwettaq eżamijiet, jieħu radjografiji (raġġi-X) u jagħmel dijanjożi. Barra minn hekk, id-dentisti jistgħu jwettqu proċeduri kirurġiċi orali oħra bħat-tqegħid tal-impjanti dentali. Id-dentisti jistgħu wkoll jagħmlu riċetti mediċi għall-antibijotiċi, għall-fluworuri, għall-pilloli kontra l-uġigħ, għal-loppju, għas-sedattivi/prodotti ipnotiċi u kwalunkwe mediċina oħra meħtieġa għat-trattament ta' diversi kundizzjonijiet li jaffettwaw ir-ras u l-għonq mhux biss is-snien direttament.

Id-dentisti kollha li jkollhom lawrija fid-dentistrija u l-mediċina jkunu kkwalifikati legalment biex iwettqu għadd ta' proċeduri iktar kumplessi bħat-trapjanti tal-ħanek, it-trapjanti tal-għadam, it-tgħollija tas-sinus, u l-impjanti, kif ukoll firxa ta' proċeduri kirurġiċi orali u maksillofaċċali iktar invażivi, għalkemm bosta jagħżlu li jkomplu jispeċjalizzaw jew ikomplu bi studji ta' wara d-dottorat biex iżidu l-kapaċitajiet tagħhom. Ftit proċeduri partikolari, bħall-għoti tal-loppju, legalment jeħtieġu taħriġ ta' wara d-dottorat fl-Istati Uniti. Filwaqt li ħafna mard orali huma uniku u limitat fih innifsu, kundizzjonijiet batuti fil-ħalq jistgħu jwasslu għal saħħa ġenerali batuta u bil-kontra; b'mod partikolari, hemm rabta sinifikanti bejn il-mard perjodontali u kardjovaskulari. Kundizzjonijiet fil-ħlaq jistgħu jindikaw ukoll mard sistemiku ieħor bħall-osteoporożi, id-dijabete, l-AIDS, u mard differenti fid-demm, inkluż tumuri malinji u limfomi.

Diversi studji ssuġġerew li d-dentisti u l-istudenti tad-dentistrija jissograw ferm li jbatu minn burnout jew kollass. Matul dan il-perjodu, id-dentisti jesperjenzaw għeja, aljenazzjoni mix-xogħol u jaħdmu b'inqas effiċjenza. Studju sistemiku identifika l-fatturi ta' riskju assoċjati ma' din il-kundizzjoni bħall-età żgħira tal-prattikant, it-tip ta' personalità, il-ġeneru, l-livell ta' edukazzjoni, l-għeja kbira mix-xogħol u/jew is-sigħat tax-xogħol, u l-piż tar-rekwiżiti tal-lawriji kliniċi. L-awturi ta' dan l-istudju kkonkludew li l-programmi ta' intervent fi stadju bikri fl-ewwel livell terzjarju jistgħu jipprovdu strateġija tajba lill-prattikanti biex jħejju ruħhom jew jgħelbu din il-kundizzjoni.

Regolamentazzjoni

Skont liema jkun il-pajjiż, id-dentisti kollha huma meħtieġa jirreġistraw mal-bord u mar-regolaturi nazzjonali jew lokali tagħhom tas-saħħa u ma' assigurazzjoni tal-indennizz professjonali, sabiex jipprattikaw id-dentistrija. Ir-rwol ewlieni ta' regolatur dentali hu li jipproteġi lill-pubbliku billi jiżgura li jiġu rreġistrati prattikanti dentali kkwalifikati biss, iġestixxi l-ilmenti jew il-każijiet ta' mġiba ħażina, u jiżviluppa linji gwida u standards li l-prattikanti dentali jridu jsegwu.

Speċjalizzazzjonijiet

Għal bosta pajjiżi, wara t-tlestija b'suċċess tat-taħriġ ta' wara l-ewwel lawrija, l-ispeċjalisti dentali meħtieġa jissieħbu f'bord jew f'lista tal-ispeċjalisti, sabiex ikunu jistgħu jużaw it-titlu ta' "speċjalist(a)".

Stati Uniti

Fl-Istati Uniti, l-ispeċjalizzazzjonijiet dentali huma rikonoxxuti mill-Assoċjazzjoni Dentali Amerikana (ADA) jew mill-Bord Amerikan tal-Ispeċjalizzazzjonijiet Dentali (ABDS). Attwalment, l-ADA telenka tnax-il speċjalizzazzjoni dentali, li huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar ir-Rikonoxximent tal-Ispeċjalizzazzjonijiet Dentali u l-Bords taċ-Ċertifikazzjoni, filwaqt li l-ABDS tirrikonoxxi erba' bords tal-ispeċjalizzazzjoni dentali.

Lista ta' Speċjalizzazzjonijiet Dentali fil-qafas tal-ADA:

  • Anesteżjoloġija dentali – l-istudju u l-għoti tal-loppju, is-sustanzi sedattivi, u metodi avvanzati tal-kontroll tal-uġigħ. Rikonoxxuta mill-ADA u mill-ABDS.
  • Saħħa pubblika dentali – l-istudju tal-epidemjoloġija dentali u tal-politiki tas-saħħa soċjali.
  • Endodonzija – it-terapija tal-kanal tal-għerq tas-snien u l-istudju tal-mard tal-polpa dentali.
  • Patoloġija orali u maksillofaċċali – l-istudju, id-dijanjożi, u xi kultant it-trattament tal-mard orali u maksillofaċċali relatat.
  • Radjoloġija orali u maksillofaċċali – l-istudju u l-interpretazzjoni radjoloġika tal-mard orali u maksillofaċċali.
  • Kirurġija orali u maksillofaċċali – estrazzjonijiet, impjanti, u operazzjonijiet maksillofaċċali li jinkludu wkoll il-korrezzjoni ta' deformazzjonijiet faċċali konġeniti.
  • Kirurġija orali – speċjalizzazzjoni rikonoxxuta fl-Ewropa u fl-Awstralja; speċjalizzazzjoni għat-twettiq tal-operazzjonijiet fil-ħalq: l-iktar l-estrazzjoni tas-snien, l-esponiment tas-snin, it-trattament ta' leżjonijiet ċistiċi, it-trattament tal-pazjenti b'fatturi mediċi ta' kumplikazzjoni.
  • Mediċina orali – id-dixxiplina tad-dentistrija li għandha x'taqsam mal-kura tas-saħħa orali ta' pazjenti kumplessi medikament – inkluż id-dijanjożi u l-ġestjoni ta' kundizzjonijiet mediċi li jaffettwaw iż-żona orali u maksillofaċċali. Rikonoxxuta mill-ADA u mill-ABDS.
  • Uġigħ orofaċċali – l-ispeċjalizzazzjoni tad-dentistrija li tinvolvi d-dijanjożi, il-ġestjoni u t-trattament tal-uġigħ marbut max-xedaq, mal-ħalq, mal-wiċċ u ma' żoni assoċjati magħhom. Rikonoxxuta mill-ADA u mill-ABDS.
  • Ortodonzija u ortopedija dentofaċċali – l-iddrittar tas-snien u l-modifika tat-tkabbir f'nofs il-wiċċ u fil-mandibola.
  • Perjodonzija – l-istudju u t-trattament (kirurġiku u mhux kirurġiku) tal-mard tal-ħanek kif ukoll it-tqegħid u l-manutenzjoni tal-impjanti dentali.
  • Dentistrija pedjatrika (li qabel kienet magħrufa bħala pedodonzija) – id-dentistrija għat-tfal. Is-snien, l-għadam u x-xedaq jikbru b'mod kostanti fit-tfal u ċerti problemi dentali fit-tfal jirrikjedu attenzjoni speċifika.
  • Prostodonzija – dentaturi, pontijiet u impjanti dentali (restawr/tqegħid). Xi prostodontiċi jkomplu t-taħriġ tagħhom fil-"prostodonzija orali u maksillofaċċali", li hija d-dixxiplina li għandha x'taqsam mas-sostituzzjoni ta' strutturi faċċali neqsin, bħal widnejn, għajnejn, l-imnieħer, eċċ.

Lista ta' Speċijalizzazzjonijiet Dentali fil-qafas tal-ABDS:

  • Impjantoloġija Orali/Dentistrija tal-Impjanti
  • Mediċina Orali
  • Uġigħ Orofaċċali
  • Anesteżjoloġija Dentali

L-ispeċjalisti f'dawn l-oqsma jiġu ddeżinjati bħala "reġistrabbli" (fl-Istati Uniti jiġu ddeżinjati bħala "eliġibbli għall-bord") u jkollhom titli esklużivi bħal pereżempju dentist anestesista, ortodontiku, kirurgu orali u maksillofaċċali, endodontiku, dentist pedjatriku, perjodontiku, jew prostodontiku ladarba jissodisfaw ċerti rekwiżiti ta' akkreditament lokali.

Renju Unit

Fir-Renju Unit, l-ispeċjalizzazzjonijiet huma rikonoxxuti mill-Kunsill Dentali Ġenerali (bl-Ingliż – General Dental Council jew GDC). Attwalment, il-GDC telenka 13-il speċjalizzazzjoni dentali:

  • Radjoloġija dentali u maksillofaċċali – din l-ispeċjalizzazzjoni tinkludi kwalunkwe teħid ta' immaġnijiet mediċi li jintużaw bħala sostenn għall-investigazzjonijiet b'informazzjoni rilevanti dwar l-anatomija, il-funzjoni u s-saħħa tas-snien, tax-xedaq u tal-istrutturi tal-madwar.
  • Saħħa pubblika dentali – din hija speċjalizzazzjoni mhux klinika li tivvaluta l-ħtiġijiet tas-saħħa dentali u tesplora l-modi kif jistgħu jiġu ssodisfati.
  • Endodonzija – din l-ispeċjalizzazzjoni tinkludi l-etjoloġija, id-dijanjożi, l-għażliet tat-trattament u l-prevenzjoni tal-mard li jaffettwa t-tessuti tan-nervituri ġewwa s-snien, l-għeruq u t-tessuti tal-madwar.
  • Patoloġija orali u maksillofaċċali – din hija speċjalizzazzjoni klinika li ssir mill-persunal ibbażat f'laboratorju. Tivvaluta l-bidliet fit-tessuti tal-ħalq, tax-xedaq u tal-glandoli tal-bżieq li huma sintomu tal-mard sabiex issir dijanjożi.
  • Dentistrija restawrattiva – din hija bbażata fuq tliet monospeċjalizzazzjonijiet: l-endodonzija, il-perjodonzija, u l-prostodonzija. Il-perjodontiċi huma dentisti li jispeċjalizzaw fil-prevenzjoni, fid-dijanjożi u fit-trattament tal-mard tal-ħanek. Il-prostodontiċi jindirizzaw is-snien neqsin.
  • Mediċina orali – din l-ispeċjalizzazzjoni għandha x'taqsam mad-dijanjożi u mal-ġestjoni mhux kirurġika ta' pazjenti b'mard relatat maż-żona orali u maksillofaċċali.
  • Mikrobijoloġija orali – din l-ispeċjalizzazzjoni klinika tinvolvi d-dijanjożi, ir-rapportar u l-interpretazzjoni ta' kampjuni mikrobijoloġiċi meħuda mill-ħalq.
  • Kirurġija orali – din l-ispeċjalizzazzjoni klinika tieħu ħsieb il-ġestjoni ta' kwalunkwe abnormalità tax-xedaq u tal-ħalq li tkun tirrikjedi operazzjoni.
  • Ortodonzija – din l-ispeċjalizzazzjoni klinika għandha x'taqsam mal-korrezzjoni tal-irregolaritajiet fis-snien, fix-xedaq u fil-gdim.
  • Dentistrija pedjatrika – din l-ispeċjalizzazzjoni klinika tipprovdi kura tas-saħħa orali komprensiva għat-tfal mit-trabi sal-adolexxenti, inkluż it-tfal bi problemi mentali jew fiżiċi.
  • Perjodonzija – din l-ispeċjalizzazzjoni klinika għandha x'taqsam mad-dijanjożi u mat-trattament tal-ħanek.
  • Prostodonzija – din l-ispeċjalizzazzjoni klinika għandha x'taqsam mas-sostituzzjoni ta' snien neqsin bl-użu ta' proteżi fissi jew li jistgħu jitneħħew, fosthom impjanti, pontijiet, dentaturi, eċċ.
  • Dentistrija għall-Persuni bi Bżonnijiet Speċjali – din l-ispeċjalizzazzjoni klinika tingħata lil min ikun għamel taħriġ speċifiku sabiex itejjen u jġestixxi s-saħħa orali ta' adulti b'diżabbiltà, inkluż problemi fiżiċi, mentali, mediċi, soċjali, emozzjonali u fl-apprendiment.

Unjoni Ewropea

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi żewġ speċjalizzazzjonijiet dentali: il-kirurġija orali u maksillofaċċali (lawrija fid-dentistrija u l-mediċina hija obbligatorja) u l-ortodonzija.

Referenzi

  1. ^ "History of Dentisty". www.ada.org. Miġbur 2021-07-28.
  2. ^ Lynch, C. D.; O'Sullivan, V. R.; McGillycuddy, C. T. (2006). "Pierre Fauchard: the 'Father of Modern Dentistry'". British Dental Journal (bl-Ingliż). 201 (12): 779–781.
  3. ^ a b ċ "History of Dentisty". www.ada.org. Miġbur 2021-07-28.
  4. ^ "Dental laboratory technology". www.ada.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-28. Miġbur 2021-07-28.
  5. ^ "The Nobel Prize in Physics 1901". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-28.
  6. ^ "Dental Technology Over 150 Years: Evolution and Revolution". mydigimag.rrd.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-28.
  7. ^ "Gum Disease and Heart Disease | Perio.org". www.perio.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-06-06. Miġbur 2021-07-28.
  8. ^ Information, National Center for Biotechnology; Pike, U. S. National Library of Medicine 8600 Rockville; MD, Bethesda; Usa, 20894 (2020-06-18). Depression: What is burnout? (bl-Ingliż). Institute for Quality and Efficiency in Health Care (IQWiG).Manutenzjoni CS1: ismijiet bħala numri: authors list (link)
  9. ^ Singh, P; Aulak, D. S; Mangat, S. S; Aulak, M. S (2016). "Systematic review: Factors contributing to burnout in dentistry". Occupational Medicine. 66 (1): 27–31.
  10. ^ "American Academy of Implant Dentistry v. Parker, No. 16-50157 (5th Cir. 2017)". Justia Law (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-28.
  11. ^ a b "Specialty Definitions". www.ada.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-20. Miġbur 2021-07-28.
  12. ^ "Member Boards | American Board of Dental Specialties" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-28.
  13. ^ "Anesthesiology recognized as a dental specialty". www.ada.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-09-21. Miġbur 2021-07-28.
  14. ^ "Specialist lists". General Dental Council (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-28.
  15. ^ "EU law - dentistry" (PDF).

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Dentist (Dentists)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 20:15

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Dentist, X'inhi Dentist? Xi tfisser Dentist?

Dentist magħruf ukoll bħala kirurgu dentali huwa professjonista mediku li jispeċjalizza fid dentistrija fid dijanjozi fil prevenzjoni u fit trattament ta mard u ta kundizzjonijiet fil ħalq It tim ta sostenn tad dentist jgħinu fil provvista tas servizzi tas saħħa orali It tim jinkludi l assistenti dentali l iġjenisti dentali it tekniċi dentali u xi kultant it terapisti dentali Dentist u l assistent tiegħuStorjaMedju Evu Inċizjoni umoristika dwar dentist fis snin 80 tas seklu 19 Fiċ Ċina kif ukoll fi Franza l ewwel nies li kienu jipprattikaw id dentistrija kienu l barbiera Dawn ġew kategorizzati f zewġ gruppi distinti ix xirka tal barbiera u l barbiera komuni L ewwel grupp ix Xirka tal Barbiera inħoloq biex jiġu distinti l iktar kirurgi dentali edukati u kkwalifikati mill barbiera komuni Il barbiera tax xirka kienu mħarrġa biex iwettqu operazzjonijiet kumplessi It tieni grupp il barbiera komuni kienu kkwalifikati biex iwettqu servizzi iġjeniċi regolari bħat tqaxxir tal leħja u l estrazzjoni tas snien kif ukoll il kirurġija bazika Madankollu fl 1400 Franza ħarġet digrieti li jipprojbixxu lill barbiera komuni milli jipprattikaw it tipi kollha ta operazzjonijiet Fil Ġermanja kif ukoll fi Franza mill 1530 sal 1575 ġew ippubblikati pubblikazzjonijiet kompletament dwar id dentistrija spiss magħruf bħala Missier il Kirurġija ippubblika x xogħol tiegħu dwar iz zamma u t trattament kif suppost tas snien Ambroise Pare kien barbier kirurgu Franċiz li ħa ħsieb il kura dentali ta diversi monarki Franċizi Spiss jiġi akkreditat li għolla l istatus tal barbiera kirurgi Dentistrija moderna Dettall ta raġel għand dentist ta Franza spiss jissemma wkoll bħala missier id dentistrija moderna peress li kien l ewwel wieħed li ppubblika ktieb akkademiku xjentifiku 1728 dwar it tekniki u l prattiki tad dentistrija Maz zmien id dentisti mħarrġa immigraw mill Ewropa lejn l Amerki biex jipprattikaw id dentistrija u sal 1760 l Amerka kellha d dentisti prattikanti nattivi wkoll Il gazzetti ta dak iz zmien kienu jintuzaw biex jiġu rreklamati u promossi s servizzi dentali Fl Amerka mill 1768 sal 1770 kien hemm l ewwel applikazzjoni pijuniera tad dentistrija għall verifika tal kazijiet forensiċi din kienet tissejjaħ dentistrija forensika Biz zieda tad dentisti bdew jizdiedu wkoll metodi ġodda sabiex tittejjeb il kwalita tad dentistrija Dawn il metodi ġodda kienu jinkludu mekkanizmu b rota ddur biex iddawwar trapan dentali u siġġijiet magħmula apposta għall pazjenti tad dentisti Fis snin 40 tas seklu 19 ġew stabbiliti l ewwel skola dentali u l ewwel organizzazzjoni dentali nazzjonali flimkien mal istabbiliment tal ewwel dottorat fil kirurġija dentali B rispons għaz zieda ta dentisti ġodda kif ukoll ta tekniki tad dentistrija ġie stabbilit l ewwel att dwar il prattika dentali sabiex id dentistrija tiġi rregolata Fl Istati Uniti l Ewwel Att dwar il Prattika Dentali kien jeħtieġ li d dentisti jgħaddu minn ezami tal bord mediku tal istat speċifiku sabiex ikunu jistgħu jipprattikaw id dentistrija fi stat partikolari Madankollu minħabba li l att dentali qajla kien jiġi infurzat xi dentisti ma kinux jobduh Mill 1846 sal 1855 ġew ivvintati tekniki dentali ġodda bħall uzu tal loppju bl ester għall operazzjonijiet u l metodu tal folja koesiva tad deheb li permezz tiegħu d deheb kien jiġi applikat f sinna mħassra L Assoċjazzjoni Dentali Amerikana ADA ġiet stabbilita fl 1859 wara laqgħa ma 26 dentist Għall ħabta tal 1867 ġiet stabbilita l ewwel skola dentali assoċjata ma universita magħrufa bħala l Iskola Dentali ta Harvard kienet l ewwel mara li kisbet lawrija dentali Dentista pedjatrika Fis snin 80 tas seklu 19 inħoloq it toothpaste f għamla ta tubu li ssostitwixxa l għamliet oriġinali ta toothpaste f forma ta trab jew likwidu Bords dentali ġodda bħall Assoċjazzjoni Nazzjonali tal Ezaminaturi Dentali inħolqu sabiex jistabbilixxu standards u uniformita fost id dentisti Fl 1887 ġie stabbilit l ewwel laboratorju dentali il laboratorji dentali jintuzaw għall ħolqien tad dentaturi u għall kuruni tas snien li jkunu speċifiċi għal kull pazjent Fl 1895 ġie skopert ir raġġ X dentali mill fiziku Ġermaniz Wilhelm Rontgen Fis seklu 20 ġew ivvintati tekniki dentali ġodda bħall kuruni dentali tal porċellana 1903 in Novocain loppju 1905 il mili fondut bi preċizjoni 1907 ix xkupilji tas snien tan nylon 1938 il fluworodazzjoni tal ilma 1945 it toothpaste bil fluworur 1950 l għodod dentali li jaħdmu bl arja 1957 il lasers 1960 ix xkupilji tas snien elettriċi 1960 u kits domestiċi għat tbajjid tas snien 1989 Invenzjonijiet bħall għodod dentali li jaħdmu bl arja wasslu għal dentistrija ġdida b veloċita għolja ResponsabbiltajietMin natura stess tat taħriġ ġenerali tiegħu dentist bil liċenzja jista jwettaq il biċċa l kbira tat trattamenti dentali bħall kirurġija restawrattiva restawr dentali kuruni pontijiet l ortodonzija braces il prostodonzija dentaturi kuruni pontijiet l endodonzija il kanal sal għerq tas snien it terapija perjodontali ħanek u l kirurġija orali l estrazzjoni tas snien kif ukoll iwettaq ezamijiet jieħu radjografiji raġġi X u jagħmel dijanjozi Barra minn hekk id dentisti jistgħu jwettqu proċeduri kirurġiċi orali oħra bħat tqegħid tal impjanti dentali Id dentisti jistgħu wkoll jagħmlu riċetti mediċi għall antibijotiċi għall fluworuri għall pilloli kontra l uġigħ għal loppju għas sedattivi prodotti ipnotiċi u kwalunkwe mediċina oħra meħtieġa għat trattament ta diversi kundizzjonijiet li jaffettwaw ir ras u l għonq mhux biss is snien direttament Dentist pedjatrika u l assistenta tiegħu fl 1936 Id dentisti kollha li jkollhom lawrija fid dentistrija u l mediċina jkunu kkwalifikati legalment biex iwettqu għadd ta proċeduri iktar kumplessi bħat trapjanti tal ħanek it trapjanti tal għadam it tgħollija tas sinus u l impjanti kif ukoll firxa ta proċeduri kirurġiċi orali u maksillofaċċali iktar invazivi għalkemm bosta jagħzlu li jkomplu jispeċjalizzaw jew ikomplu bi studji ta wara d dottorat biex izidu l kapaċitajiet tagħhom Ftit proċeduri partikolari bħall għoti tal loppju legalment jeħtieġu taħriġ ta wara d dottorat fl Istati Uniti Filwaqt li ħafna mard orali huma uniku u limitat fih innifsu kundizzjonijiet batuti fil ħalq jistgħu jwasslu għal saħħa ġenerali batuta u bil kontra b mod partikolari hemm rabta sinifikanti bejn il mard perjodontali u kardjovaskulari Kundizzjonijiet fil ħlaq jistgħu jindikaw ukoll mard sistemiku ieħor bħall osteoporozi id dijabete l AIDS u mard differenti fid demm inkluz tumuri malinji u limfomi Diversi studji ssuġġerew li d dentisti u l istudenti tad dentistrija jissograw ferm li jbatu minn burnout jew kollass Matul dan il perjodu id dentisti jesperjenzaw għeja aljenazzjoni mix xogħol u jaħdmu b inqas effiċjenza Studju sistemiku identifika l fatturi ta riskju assoċjati ma din il kundizzjoni bħall eta zgħira tal prattikant it tip ta personalita il ġeneru l livell ta edukazzjoni l għeja kbira mix xogħol u jew is sigħat tax xogħol u l piz tar rekwiziti tal lawriji kliniċi L awturi ta dan l istudju kkonkludew li l programmi ta intervent fi stadju bikri fl ewwel livell terzjarju jistgħu jipprovdu strateġija tajba lill prattikanti biex jħejju ruħhom jew jgħelbu din il kundizzjoni RegolamentazzjoniSkont liema jkun il pajjiz id dentisti kollha huma meħtieġa jirreġistraw mal bord u mar regolaturi nazzjonali jew lokali tagħhom tas saħħa u ma assigurazzjoni tal indennizz professjonali sabiex jipprattikaw id dentistrija Ir rwol ewlieni ta regolatur dentali hu li jipproteġi lill pubbliku billi jizgura li jiġu rreġistrati prattikanti dentali kkwalifikati biss iġestixxi l ilmenti jew il kazijiet ta mġiba ħazina u jizviluppa linji gwida u standards li l prattikanti dentali jridu jsegwu SpeċjalizzazzjonijietGħal bosta pajjizi wara t tlestija b suċċess tat taħriġ ta wara l ewwel lawrija l ispeċjalisti dentali meħtieġa jissieħbu f bord jew f lista tal ispeċjalisti sabiex ikunu jistgħu juzaw it titlu ta speċjalist a Stati Uniti Tagħmir tad dentistrija moderna għat teħid u għat turija tal immaġnijiet dentali mediċi Fl Istati Uniti l ispeċjalizzazzjonijiet dentali huma rikonoxxuti mill Assoċjazzjoni Dentali Amerikana ADA jew mill Bord Amerikan tal Ispeċjalizzazzjonijiet Dentali ABDS Attwalment l ADA telenka tnax il speċjalizzazzjoni dentali li huma rikonoxxuti mill Kummissjoni Nazzjonali dwar ir Rikonoxximent tal Ispeċjalizzazzjonijiet Dentali u l Bords taċ Ċertifikazzjoni filwaqt li l ABDS tirrikonoxxi erba bords tal ispeċjalizzazzjoni dentali Lista ta Speċjalizzazzjonijiet Dentali fil qafas tal ADA Anestezjoloġija dentali l istudju u l għoti tal loppju is sustanzi sedattivi u metodi avvanzati tal kontroll tal uġigħ Rikonoxxuta mill ADA u mill ABDS Saħħa pubblika dentali l istudju tal epidemjoloġija dentali u tal politiki tas saħħa soċjali Endodonzija it terapija tal kanal tal għerq tas snien u l istudju tal mard tal polpa dentali Patoloġija orali u maksillofaċċali l istudju id dijanjozi u xi kultant it trattament tal mard orali u maksillofaċċali relatat Radjoloġija orali u maksillofaċċali l istudju u l interpretazzjoni radjoloġika tal mard orali u maksillofaċċali Kirurġija orali u maksillofaċċali estrazzjonijiet impjanti u operazzjonijiet maksillofaċċali li jinkludu wkoll il korrezzjoni ta deformazzjonijiet faċċali konġeniti Kirurġija orali speċjalizzazzjoni rikonoxxuta fl Ewropa u fl Awstralja speċjalizzazzjoni għat twettiq tal operazzjonijiet fil ħalq l iktar l estrazzjoni tas snien l esponiment tas snin it trattament ta lezjonijiet ċistiċi it trattament tal pazjenti b fatturi mediċi ta kumplikazzjoni Mediċina orali id dixxiplina tad dentistrija li għandha x taqsam mal kura tas saħħa orali ta pazjenti kumplessi medikament inkluz id dijanjozi u l ġestjoni ta kundizzjonijiet mediċi li jaffettwaw iz zona orali u maksillofaċċali Rikonoxxuta mill ADA u mill ABDS Uġigħ orofaċċali l ispeċjalizzazzjoni tad dentistrija li tinvolvi d dijanjozi il ġestjoni u t trattament tal uġigħ marbut max xedaq mal ħalq mal wiċċ u ma zoni assoċjati magħhom Rikonoxxuta mill ADA u mill ABDS Ortodonzija u ortopedija dentofaċċali l iddrittar tas snien u l modifika tat tkabbir f nofs il wiċċ u fil mandibola Perjodonzija l istudju u t trattament kirurġiku u mhux kirurġiku tal mard tal ħanek kif ukoll it tqegħid u l manutenzjoni tal impjanti dentali Dentistrija pedjatrika li qabel kienet magħrufa bħala pedodonzija id dentistrija għat tfal Is snien l għadam u x xedaq jikbru b mod kostanti fit tfal u ċerti problemi dentali fit tfal jirrikjedu attenzjoni speċifika Prostodonzija dentaturi pontijiet u impjanti dentali restawr tqegħid Xi prostodontiċi jkomplu t taħriġ tagħhom fil prostodonzija orali u maksillofaċċali li hija d dixxiplina li għandha x taqsam mas sostituzzjoni ta strutturi faċċali neqsin bħal widnejn għajnejn l imnieħer eċċ Lista ta Speċijalizzazzjonijiet Dentali fil qafas tal ABDS Impjantoloġija Orali Dentistrija tal Impjanti Mediċina Orali Uġigħ Orofaċċali Anestezjoloġija Dentali L ispeċjalisti f dawn l oqsma jiġu ddezinjati bħala reġistrabbli fl Istati Uniti jiġu ddezinjati bħala eliġibbli għall bord u jkollhom titli eskluzivi bħal perezempju dentist anestesista ortodontiku kirurgu orali u maksillofaċċali endodontiku dentist pedjatriku perjodontiku jew prostodontiku ladarba jissodisfaw ċerti rekwiziti ta akkreditament lokali Renju Unit Fir Renju Unit l ispeċjalizzazzjonijiet huma rikonoxxuti mill Kunsill Dentali Ġenerali bl Ingliz General Dental Council jew GDC Attwalment il GDC telenka 13 il speċjalizzazzjoni dentali Radjoloġija dentali u maksillofaċċali din l ispeċjalizzazzjoni tinkludi kwalunkwe teħid ta immaġnijiet mediċi li jintuzaw bħala sostenn għall investigazzjonijiet b informazzjoni rilevanti dwar l anatomija il funzjoni u s saħħa tas snien tax xedaq u tal istrutturi tal madwar Saħħa pubblika dentali din hija speċjalizzazzjoni mhux klinika li tivvaluta l ħtiġijiet tas saħħa dentali u tesplora l modi kif jistgħu jiġu ssodisfati Endodonzija din l ispeċjalizzazzjoni tinkludi l etjoloġija id dijanjozi l għazliet tat trattament u l prevenzjoni tal mard li jaffettwa t tessuti tan nervituri ġewwa s snien l għeruq u t tessuti tal madwar Patoloġija orali u maksillofaċċali din hija speċjalizzazzjoni klinika li ssir mill persunal ibbazat f laboratorju Tivvaluta l bidliet fit tessuti tal ħalq tax xedaq u tal glandoli tal bzieq li huma sintomu tal mard sabiex issir dijanjozi Dentistrija restawrattiva din hija bbazata fuq tliet monospeċjalizzazzjonijiet l endodonzija il perjodonzija u l prostodonzija Il perjodontiċi huma dentisti li jispeċjalizzaw fil prevenzjoni fid dijanjozi u fit trattament tal mard tal ħanek Il prostodontiċi jindirizzaw is snien neqsin Mediċina orali din l ispeċjalizzazzjoni għandha x taqsam mad dijanjozi u mal ġestjoni mhux kirurġika ta pazjenti b mard relatat maz zona orali u maksillofaċċali Mikrobijoloġija orali din l ispeċjalizzazzjoni klinika tinvolvi d dijanjozi ir rapportar u l interpretazzjoni ta kampjuni mikrobijoloġiċi meħuda mill ħalq Kirurġija orali din l ispeċjalizzazzjoni klinika tieħu ħsieb il ġestjoni ta kwalunkwe abnormalita tax xedaq u tal ħalq li tkun tirrikjedi operazzjoni Ortodonzija din l ispeċjalizzazzjoni klinika għandha x taqsam mal korrezzjoni tal irregolaritajiet fis snien fix xedaq u fil gdim Dentistrija pedjatrika din l ispeċjalizzazzjoni klinika tipprovdi kura tas saħħa orali komprensiva għat tfal mit trabi sal adolexxenti inkluz it tfal bi problemi mentali jew fiziċi Perjodonzija din l ispeċjalizzazzjoni klinika għandha x taqsam mad dijanjozi u mat trattament tal ħanek Prostodonzija din l ispeċjalizzazzjoni klinika għandha x taqsam mas sostituzzjoni ta snien neqsin bl uzu ta protezi fissi jew li jistgħu jitneħħew fosthom impjanti pontijiet dentaturi eċċ Dentistrija għall Persuni bi Bzonnijiet Speċjali din l ispeċjalizzazzjoni klinika tingħata lil min ikun għamel taħriġ speċifiku sabiex itejjen u jġestixxi s saħħa orali ta adulti b dizabbilta inkluz problemi fiziċi mentali mediċi soċjali emozzjonali u fl apprendiment Unjoni Ewropea Il leġizlazzjoni tal Unjoni Ewropea tirrikonoxxi zewġ speċjalizzazzjonijiet dentali il kirurġija orali u maksillofaċċali lawrija fid dentistrija u l mediċina hija obbligatorja u l ortodonzija Referenzi History of Dentisty www ada org Miġbur 2021 07 28 Lynch C D O Sullivan V R McGillycuddy C T 2006 Pierre Fauchard the Father of Modern Dentistry British Dental Journal bl Ingliz 201 12 779 781 a b ċ History of Dentisty www ada org Miġbur 2021 07 28 Dental laboratory technology www ada org Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 07 28 Miġbur 2021 07 28 The Nobel Prize in Physics 1901 NobelPrize org bl Ingliz Miġbur 2021 07 28 Dental Technology Over 150 Years Evolution and Revolution mydigimag rrd com bl Ingliz Miġbur 2021 07 28 Gum Disease and Heart Disease Perio org www perio org Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 06 06 Miġbur 2021 07 28 Information National Center for Biotechnology Pike U S National Library of Medicine 8600 Rockville MD Bethesda Usa 20894 2020 06 18 Depression What is burnout bl Ingliz Institute for Quality and Efficiency in Health Care IQWiG Manutenzjoni CS1 ismijiet bħala numri authors list link Singh P Aulak D S Mangat S S Aulak M S 2016 Systematic review Factors contributing to burnout in dentistry Occupational Medicine 66 1 27 31 American Academy of Implant Dentistry v Parker No 16 50157 5th Cir 2017 Justia Law bl Ingliz Miġbur 2021 07 28 a b Specialty Definitions www ada org Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 10 20 Miġbur 2021 07 28 Member Boards American Board of Dental Specialties bl Ingliz Miġbur 2021 07 28 Anesthesiology recognized as a dental specialty www ada org Arkivjat minn l oriġinal fl 2019 09 21 Miġbur 2021 07 28 Specialist lists General Dental Council bl Ingliz Miġbur 2021 07 28 EU law dentistry PDF Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Dentist Dentists

L-aħħar artikli
  • Ġunju 14, 2025

    Vjetnam

  • Ġunju 13, 2025

    Vjenna

  • Ġunju 14, 2025

    Virġilju

  • Ġunju 14, 2025

    Vilnius

  • Ġunju 09, 2025

    Villa Gwardamanġa

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq