Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Barbier huwa persuna li x xogħol tiegħu jinvolvi l iktar li jaqta jieħu ħsieb jagħti stil u jqaxxar ix xagħar jew il leħ

Barbier

  • Paġna Ewlenija
  • Barbier
Barbier
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Barbier huwa persuna li x-xogħol tiegħu jinvolvi l-iktar li jaqta’, jieħu ħsieb, jagħti stil u jqaxxar ix-xagħar jew il-leħja tal-irġiel u tas-subien. Id-differenza prinċipali meta mqabbel ma’ parrukkier hi li parrukkier ma jqaxxarx il-leħja għaldaqstant il-klijentela ewlenija tiegħu tkun magħmula mill-bniet u min-nisa. Il-ħanut ta’ barbier normalment huwa magħruf bħala “tal-barbier” (bl-Ingliż: "barber shop/salon" jew "barber's"). Għand tal-barbier normalment ikun hemm interazzjoni soċjali u jkun hemm taħdit fil-pubbliku. F’xi każijiet, ħanut tal-barbier ikun forum pubbliku wkoll. Huma postijiet fejn isiru dibattiti miftuħa, jitleħħen it-tħassib pubbliku, u fejn iċ-ċittadini jiddiskutu dwar kwistjonijiet kontemporanji.

Fl-imgħoddi, il-barbiera (magħrufa bħala barbiera-kirurgi) kienu jwettqu wkoll l-operazzjonijiet kirurġiċi u l-attivitajiet tad-dentistrija. Bl-iżvilupp tax-xfafar tas-sikurezza minflok il-mus tal-leħja, u n-nuqqas ta’ prevalenza ta’ nies bid-daqna, kien hemm żmien meta l-biċċa l-kbira tal-barbiera bdew jispeċjalizzaw fil-qtugħ tax-xagħar iktar milli t-tqaxxir tal-leħja, għalkemm dan l-aħħar din il-prevalenza reġgħet qabdet sew.

Terminology

Fiż-żminijiet moderni, it-terminu “barbier” jintuża kemm bħala titlu professjonali kif ukoll biex jirreferi għall-parrukkiera li jispeċjalizzaw fil-qtugħ tax-xagħar tal-irġiel u tas-subien. Storikament, il-parrukkiera kollha kienu meqjusa bħala barbiera. Fis-seklu 20, il-professjoni tal-kożmetoloġija forqot minn dik tal-barbier, u llum il-ġurnata l-parrukkiera jista’ jkollhom il-liċenzja bħala barbiera jew kożmetoloġisti. Il-barbiera jvarjaw skont fejn jaħdmu, liema servizzi jkollhom il-liċenzja li jipprovdu, u l-isem li jużaw biex jirreferu għalihom infushom. Parti minn din id-differenza fit-terminoloġija tiddependi fuq ir-regolamenti f’post partikolari.

Fil-bidu tas-seklu 20, kelma alternattiva għal barbier, "chirotonsor", bdiet tintuża fl-Istati Uniti.

Stati differenti fl-Istati Uniti jvarjaw fir-rigward tal-liġijiet tagħhom dwar ix-xogħol u l-għoti tal-liċenzji. Pereżempju, f’ u f’, kożmetoloġista ma jistax juża xafra dritta, li hija rriżervata strettament għall-barbiera. B’kuntrast, f’ it-tnejn li huma rregolati mill-Bord Statali tal-Kożmetoloġija u ma għadx hemm differenza legali bejniethom, ladarba tinħarġilhom l-istess liċenzja u jistgħu jipprattikaw l-arti tat-tqaxxir tal-leħja b’xafra dritta, l-għoti tal-kulur, xogħol ieħor bil-kimika u l-qtugħ tax-xagħar jekk ikunu jridu.

Fl-Awstralja, it-terminu uffiċjali għal barbier huwa parrukkier (bl-Ingliż: hairdresser); barbier (bl-Ingliż: barber) huwa biss titlu popolari għall-parrukkiera tal-irġiel, għalkemm mhuwiex daqshekk popolari issa daqs kemm kien f’nofs is-seklu 20. Il-biċċa l-kbira kienu jaħdmu f’hairdressing salon.

History

Is-sengħa tal-barbier għandha storja twila: ix-xfafar instabu qalb l-artefatti ta’ Żmien il-Bronż (madwar it-3500 Q.K.) fl-Eġittu. L-ewwel servizzi tal-barbier twettqu mill-Eġizzjani fil-5000 Q.K. bi strumenti li pproduċuhom mill-qxur tal-gajdri jew miż- ippuntat. Fil-kultura Eġizzjana tal-qedem, il-barbiera kienu individwi rrispettati ferm. Il-qassisin u n-nies tal-mediċina huma l-iktar eżempji bikrin iddokumentati ta’ barbiera. Barra minn hekk, l-arti tax-xogħol tal-barbiera kellha rwol sinifikanti fil-kontinenti kollha. Il-kulturi tal-Maja, l-, l-, il-Vikingi u l-Mongoli użaw l-arti tat-tqaxxir bħala mod biex jiddistingwu bejn ir-rwoli fis-soċjetà u fi żmien il-gwerra. L-irġiel fil-Greċja tal-qedem kienu jmorru ġo agora (suq), li kien iservi wkoll bħala post soċjali fejn isiru d-dibattiti u z-zekzik, biex il-κουρεύς (cureus) jaqtalhom jew iqaxxrilhom xagħarhom, id-daqna u d-dwiefer tagħhom jew inkella biex jagħtihom stil partikolari.

Is-sengħa tal-barbier ġiet introdotta f’Ruma mill- Griegi fi Sqallija fil-296 Q.K., u tal-barbier malajr saru ċentri popolari ħafna għall-aħbarijiet u z-zekzik ta’ kuljum. Żjara filgħodu għand il-barbier (tonsore) saret parti mir-rutina ta’ kuljum, u importanti daqs żjara fil-banjijiet pubbliċi, u l-ewwel tqaxxir ta’ żagħżugħ (tonsura) kien jitqies bħala parti essenzjali miċ-ċerimonja meta l-adolexxenti jsiru adulti. Għadd ta’ tonsori Rumani saru għonja u influwenti, u bdew iġestixxu ħwienet li saru l-postijiet favoriti qalb il-pubbliku tas-soċjetà għolja; madankollu, il-biċċa l-kbira kienu ħaddiema tas-sengħa sempliċi, li kienu sidien ta’ ħwienet żgħar jew li kienu jaħdmu fit-toroq bi prezzijiet baxxi.

Mill-Medju Evu, il-barbiera spiss bdew jaħdmu wkoll bħala kirurgi u dentisti. Apparti l-qtugħ tax-xagħar, l-irranġar tax-xagħar u l-għoti ta’ stil, u t-tqaxxir tax-xagħar u tal-leħja, il-barbiera kienu jagħmlu operazzjonijiet kirurġiċi, ineħħu d-demm għal skopijiet terapewtiċi, jiġbdu d-demm bis-sangisug, jagħmlu t-terapiji b’kontenituri fuq il-ġilda biex itejbu ċ-ċirkolazzjoni, enemi, u l-estrazzjoni tas-snien; u b’hekk kienu jissejħu barbiera-kirurgi. Dawn bdew jiffurmaw xirkiet b’saħħitom u l-barbiera saħansitra bdew jaqilgħu pagi ogħla mill-kirurgi sa meta dawn tal-aħħar iddaħħlu fil-bastimenti tal-gwerra Brittaniċi waqt il-gwerer navali. Uħud mid-dmirijiet tal-barbier kienu jinkludu l-manipolazzjoni tal-għonq, it-tindif tal-widnejn u tal-qorriegħa, id-drenaġġ tal-ponot, il-fistuli u t-tneħħija taċ-ċesti bix-xemgħat.

Seklu 19

Tal-barbier kienu postijiet influwenti fil-bidu tas-seklu 19 fl-Istati Uniti bħala negozji Afrikani-Amerikani li għenu biex jiżviluppaw il-kultura u l-ekonomija Afrikana-Amerikana. Skont , "Apparti l-istatus tiegħu bħala post fejn jinġabru n-nies, ħanut tal-barbier iswed kien jiffunzjona bħala mikrokożmu kkumplikat u spiss kontradittorju tad-dinja inġenerali. Huwa ambjent li jista’ jsaħħaħ l-egu u jkun ta’ sostenn kif ukoll post fejn ċertu rġiel strambri setgħu jinqerdu, jew mill-inqas jiġu mżebilħa ferm, mill-parteċipazzjoni fit-taħdit jew f’kompetizzjonijiet tal-ħiliet. Huwa post fejn wieħed jinġabar, kenn, post fejn l-irġiel jaħarbu mill-qrid tan-nisa tagħhom u mir-responsabbiltajiet tad-dinja. Huwa post fejn l-irġiel jistgħu jkunu rġiel. Huwa post, f’kuntrast mal-bar ta’ Gordone, biex wieħed isir xi ħadd”. Il-ħwienet tal-barbier b’barbiera suwed fil-bidu kienu jservu l-iktar lill-irġiel għonja ta’ karnaġġjon abjad. Lejn l-aħħar tas-seklu fetħu wkoll ħwienet tal-barbier fil-komunitajiet suwed biex jaqdu lin-nies ta’ karnaġġjon iswed.

Fl-1880 l-ispiża medja ta’ ħanut tal-barbier kienet tkun $20 biex jiġi mgħammar u kien ikun għaxar piedi bi tnax-il pied. Qatgħa xagħar fl-1880 kienet tiswa ħames jew għaxar ċenteżmi u t-tqaxxir tal-leħja kien jiswa tliet ċenteżmi.

Seklu 20 u wara

Fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, ħanut tal-barbier sar negozju komuni fejn in-nies kienu jmorru biex jaqtgħu xagħarhom minn barbier professjonali b’tagħmir tajjeb. Il-klijenti kienu anke jilagħbu l-logħob, jitkellmu dwar avvenimenti reċenti u l-biedja jew izekzku. Xi kultant kienu jintużaw ukoll għal dibattiti pubbliċi jew biex jitleħħen it-tħassib pubbliku.

Il-biċċa l-kbira tal-ħwienet tal-barbiera moderni jkollhom siġġijiet speċjali tal-barbiera, u tagħmir speċjali għat-tlaħliħ u għall-ħasil tax-xagħar. F’xi ħwienet tal-barbier, il-klijenti jistgħu jaqraw ir-rivisti jew jaraw it-TV sakemm il-barbier ikun qed jagħmel xogħlu.

Minkejja r-reċessjoni ekonomika fl-2008, l-industrija tal-barbiera kellha tkabbir pożittiv. Reċentement kien hemm prova fejn il-barbiera jikkontrollaw il-pressjoni għolja fil-ħwienet tagħhom u jara u jittratta l-pazjenti għandhom, b’riżultati pożittivi.

Fl-2018, fetaħ mużew bl-arbli tal-barbiera u tagħmir antik tal-barbiera f’Manhattan.

Il-barbier , li l-intervista tiegħu ma’ ġiet ippubblikata fil-ktieb tal-1974 ta’ Terkel Working, isostni li "Raġel kien imur jaqta’ xagħru kull ġimagħtejn. Issa jistenna xi xahar jew xahrejn, u wħud minnhom saħansitra iktar minn hekk. Ħafna nies kienu jmorru biex jaqtgħulhom id-dwiefer ta’ idejhom kull ġimgħa. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn in-nies irtiraw, ittrasferew ruħhom xi mkien ieħor, jew mietu. Dan għaliex ħafna saru jżommu xagħarhom twil. Mentri fl-antik, ħafna kienu jżommu xagħarhom qasir u jidhru preżentabbli, xi ħaġa li llum in-nies qishom ma għadhomx jagħtu kas".

Minħabba l-importanza tagħhom bħala ċentri soċjali f’ċerti kulturi, il-ħwienet tal-barbier intużaw fil-kampanji edukattivi. Fosthom kien hemm il-proġett tal-litteriżmu tal-Istati Uniti tal-Kotba tal-Ħwienet tal-Barbiera, li stabbilixxa stazzjonijiet tal-qari fil-ħwienet tal-barbiera biex tiġi promossa kultura tal-qari fost is-subien Afrikani-Amerikani. Ir-riċerkaturi tas-saħħa pubblika wkoll esploraw il-ħwienet tal-barbiera bħala post għall-edukazzjoni sesswali.

Skejjel tal-barbiera

Fl-1893, A. B. Moler ta’ Chicago stabbilixxa skola għall-barbiera. Din kienet l-ewwel istituzzjoni ta’ dan it-tip fid-dinja, u s-suċċess tagħha deher mill-bidu nett. Kienet tgħodd bħala edukazzjoni għolja, u l-iskola ewlenija malajr ġiet segwita minn fergħat fi kważi kull belt prinċipali tal-Istati Uniti. Fil-bidu tal-iskejjel tal-barbiera, ix-xogħol prattiku tat-tqaxxir tax-xagħar u tal-leħja, il-qtugħ tax-xagħar, it-trattamenti tal-wiċċ, eċċ. kienu jiġu mgħallma peress li la l-pubbliku u lanqas il-professjoni ma kienu lesti jaċċettaw trattamenti xjentifiċi tax-xagħar, tal-ġilda u tal-qorriegħa. L-isforzi biex is-sengħa tiġi professjonalizzata ma bediex qabel l-1920.

It-taħriġ biex wieħed isir barbier jinkiseb permezz ta’ diversi mezzi madwar id-dinja. Fl-Istati Uniti, it-taħriġ tal-barbiera jitwettaq fl-“iskejjel tal-barbiera”.

Spiża – Ħafna stati jirrikjedu liċenzja ta’ barbier sabiex wieħed jipprattika s-sengħa professjonalment. L-ispiża ta’ skola tal-barbiera tvarja minn stat għall-ieħor, u anke minn żona metropolitana għall-oħra. L-iskejjel fiż-żoni metropolitani ikbar għandhom it-tendenza li jkunu jiswew iktar minn dawk li jkunu jinsabu f’irħula iktar rurali. L-ismijiet tad-ditti jistgħu jaffettwaw l-ispiża ta’ skola tal-barbiera. Il-biċċa l-kbira tal-iskejjel tal-barbiera jiswew bejn $6,500 u $10,000 biex jitlestew il-korsijiet fihom. Peress li kull stat għandu livelli minimi ta’ sigħat ta’ taħriġ, it-tul u l-ispiża tal-kors jista’ jvarja. Xi skejjel jinkludu fl-ispiża l-provvisti u l-kotba akkademiċi, filwaqt li oħrajn ma jinkluduhomx. Il-miżati tal-eżamijiet tal-liċenzja tal-barbiera s-soltu jvarjaw bejn $50 sa $150.

Tul – Il-biċċa l-kbira tal-istati jirrikjedu l-istess ammont ta’ sigħat ta’ taħriġ għall-barbiera bħall-kożmetoloġisti. In-numru ta’ sigħat meħtieġa jvarja bejn 800 u 2,000 siegħa ta’ taħriġ, u jiddependi fuq ir-rekwiżiti tal-għoti tal-liċenzja tal-istati. Il-maġġoranza tal-korsijiet jistgħu jitlestew fi 15-il xahar jew inqas.

Kurrikulu – Il-kurrikulu ta’ skola tal-barbiera jinkludi l-qtugħ tax-xagħar, l-għoti tal-kulur u l-għoti ta’ stil għax-xagħar tal-irġiel u għax-xagħar qasir tan-nisa. Il-proċessi bil-kimiki bħall-ibbliċjar, il-kulur, l-iċċarar u r-rilassar tax-xagħar jistgħu jiġu mgħallma wkoll. Id-dixxiplini kollha tal-kożmetoloġija jitgħallmu l-aqwa prattiki tas-sikurezza u tas-sanitazzjoni. L-istudenti li jkunu qed jistudjaw biex isiru barbiera jistgħu jistennew li jitgħallmu xi elementi tal-anatomija, il-fiżjoloġija, il-batterjoloġija, u xi elementi żgħar tal-farmakoloġija. Jiġu mgħallma wkoll tekniki tat-tqaxxir tal-leħja, tad-daqna u tal-mustaċċi, fosthom dawk tradizzjonali u moderni. Ġeneralment, il-korsijiet tal-barbiera jinkludu fuq fuq il-massaġġi u t-trattamenti fuq il-qorriegħa. It-taħriġ avvanzat tal-barbiera jista’ jinkludi disinni personalizzati tal-leħja, tad-daqna jew tal-mustaċċi. Huwa iktar komuni fl-iskejjel tal-barbiera milli f’dixxiplini oħra tal-kożmetoloġija li jirċievu l-edukazzjoni dwar in-negozju u l-etika, peress li l-imprenditorija hija speċjalment komuni fis-sengħa tal-barbier, tant li ħafna professjonisti jagħżlu li jiftħu l-ħwienet tagħhom stess. Il-ħiliet kollha mgħallma fi skola tal-barbiera jiġu ttestjati f’eżamijiet, li tipikament ikollha eżami bil-miktub u wieħed tal-prattika.

Arblu tal-barbiera

L-arblu tal-barbiera, li jkollu strixxi spirali ħomor u bojod, kienu simbolu tal-aspetti differenti tas-sengħa. Huwa simbolu li ilu jeżisti miż-żmien meta l-barbiera kienu jwettqu operazzjonijiet mediċi. L-istrixxi bojod u ħomor jirrappreżentaw il-faxex u d-demm, filwaqt li l-istrixxi blu jirrappreżentaw il-vini. Fl-Istati Uniti, l-istrixxa blu xi kultant tintuża biex l-arblu jaqbel mal-bandiera.

Tagħmir

  • Siġġu tal-barbier
  • Magna tat-tqaxxir tax-xagħar
  • Oġġetti tal-barbier (is-seklu 20)
  • Biċċa jew paljazza tal-barbier (Victoria, l-Awstralja)
  • Trab tal-barbier (terra jew trab tat-trabi)
  • Xkupilja tax-xagħar
  • Pettne jew moxt
  • Karta/tape tal-għonq tal-barbier
  • Mera jew mera tal-barbier biex tara wara
  • Brillantini tax-xagħar
  • Diżinfettant jew barbiċida (Fansuan, il-Belize)
  • Krema tax-xagħar
  • Apparat tat-tnixxif, tal-ġbid jew tal-infiħ tax-xagħar
  • Ġell tax-xagħar
  • Pomati tax-xagħar
  • Imqass tax-xagħar
  • Sprej tax-xagħart
  • Tonic tax-xagħar
  • Xama’ tax-xagħar
  • Xkupilja tat-tqaxxir
  • Żejt tat-tqaxxir
  • Xafra dritta/mus dritt
  • Ċintorin tal-barbier
  • Tapit
  • Xama’ tal-mustaċċi
  • Sapuna jew krema tat-tqaxxir

Is-suq għall-provvisti tal-barbiera huwa stmat li jinkludi d-dħul ta’ madwar għoxrin biljun dollaru. L-industrija fis-suq tal-Istati Uniti mistennija tikber b’madwar 3 % fis-sena bejn l-2017 u l-2022.

Referenzi

  1. ^ "On this day in Florida history - June 21, 1926 - Miami barbers don't want to be called 'chirotonsors'". Florida History Network - Your one-stop source for celebrating and preserving Florida's past, today. Miġbur 2021-07-11.
  2. ^ a b "Barbering Timeline - National Barber Museum". www.nationalbarbermuseum.org. Miġbur 2021-07-11.
  3. ^ a b Moler, A. B. (Arthur Bass) (1911). The barbers' manual. [Chicago, Ill.
  4. ^ "Hair Etching Pen Guide | Explore hair tattoo pen history, tips and use" (bl-Ingliż). 2018-04-14. Miġbur 2021-07-11.
  5. ^ "Surgeons and surgical spaces". Science Museum (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-11.
  6. ^ Harris, Trudier (Autumn 1979). "The Barbershop in Black Literature". Black American Literature Forum. 13 (3): 112–118.
  7. ^ a b Curler, Joe (2017-10-16). "A Quick History Of Barbering | Austin, TX Barbershop" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-03-08. Miġbur 2021-07-11.
  8. ^ Bliss, Jessica. "Oprah for president? The buzz at Winfrey's barbershop in Nashville". The Tennessean (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-11.
  9. ^ "The History Of Barbers". beardtrimandgroom.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-11. Miġbur 2021-07-11.
  10. ^ "HISTORY OF BARBERING". coloradobarbers (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-11. Miġbur 2021-07-11.
  11. ^ Carroll, Aaron E. (2018-05-21). "What Barbershops Can Teach About Delivering Health Care" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-11.
  12. ^ Kilgannon, Corey (2018-05-04). "'Barbering Is an Art'" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-11.
  13. ^ "About Us" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-11.
  14. ^ "Barbershop Books". Poets & Writers (bl-Ingliż). 2018-06-13. Miġbur 2021-07-11.
  15. ^ Randolph, Schenita D.; Pleasants, Terrence; Gonzalez-Guarda, Rosa M. (November 2017). "Barber-led sexual health education intervention for Black male adolescents and their fathers". Public Health Nursing (Boston, Mass.). 34 (6): 555–560. ISSN 1525-1446.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 18 Ġun, 2025 / 23:03

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Barbier, X'inhi Barbier? Xi tfisser Barbier?

Barbier huwa persuna li x xogħol tiegħu jinvolvi l iktar li jaqta jieħu ħsieb jagħti stil u jqaxxar ix xagħar jew il leħja tal irġiel u tas subien Id differenza prinċipali meta mqabbel ma parrukkier hi li parrukkier ma jqaxxarx il leħja għaldaqstant il klijentela ewlenija tiegħu tkun magħmula mill bniet u min nisa Il ħanut ta barbier normalment huwa magħruf bħala tal barbier bl Ingliz barber shop salon jew barber s Għand tal barbier normalment ikun hemm interazzjoni soċjali u jkun hemm taħdit fil pubbliku F xi kazijiet ħanut tal barbier ikun forum pubbliku wkoll Huma postijiet fejn isiru dibattiti miftuħa jitleħħen it tħassib pubbliku u fejn iċ ċittadini jiddiskutu dwar kwistjonijiet kontemporanji Barbier lest biex iqaxxar il leħja ta klijent bilqiegħda għall ħabta tal 1801 Fl imgħoddi il barbiera magħrufa bħala barbiera kirurgi kienu jwettqu wkoll l operazzjonijiet kirurġiċi u l attivitajiet tad dentistrija Bl izvilupp tax xfafar tas sikurezza minflok il mus tal leħja u n nuqqas ta prevalenza ta nies bid daqna kien hemm zmien meta l biċċa l kbira tal barbiera bdew jispeċjalizzaw fil qtugħ tax xagħar iktar milli t tqaxxir tal leħja għalkemm dan l aħħar din il prevalenza reġgħet qabdet sew TerminologyĦanut tal barbier f Bucharest fl 1842 Fiz zminijiet moderni it terminu barbier jintuza kemm bħala titlu professjonali kif ukoll biex jirreferi għall parrukkiera li jispeċjalizzaw fil qtugħ tax xagħar tal irġiel u tas subien Storikament il parrukkiera kollha kienu meqjusa bħala barbiera Fis seklu 20 il professjoni tal kozmetoloġija forqot minn dik tal barbier u llum il ġurnata l parrukkiera jista jkollhom il liċenzja bħala barbiera jew kozmetoloġisti Il barbiera jvarjaw skont fejn jaħdmu liema servizzi jkollhom il liċenzja li jipprovdu u l isem li juzaw biex jirreferu għalihom infushom Parti minn din id differenza fit terminoloġija tiddependi fuq ir regolamenti f post partikolari Fil bidu tas seklu 20 kelma alternattiva għal barbier chirotonsor bdiet tintuza fl Istati Uniti Stati differenti fl Istati Uniti jvarjaw fir rigward tal liġijiet tagħhom dwar ix xogħol u l għoti tal liċenzji Perezempju f u f kozmetoloġista ma jistax juza xafra dritta li hija rrizervata strettament għall barbiera B kuntrast f it tnejn li huma rregolati mill Bord Statali tal Kozmetoloġija u ma għadx hemm differenza legali bejniethom ladarba tinħarġilhom l istess liċenzja u jistgħu jipprattikaw l arti tat tqaxxir tal leħja b xafra dritta l għoti tal kulur xogħol ieħor bil kimika u l qtugħ tax xagħar jekk ikunu jridu Fl Awstralja it terminu uffiċjali għal barbier huwa parrukkier bl Ingliz hairdresser barbier bl Ingliz barber huwa biss titlu popolari għall parrukkiera tal irġiel għalkemm mhuwiex daqshekk popolari issa daqs kemm kien f nofs is seklu 20 Il biċċa l kbira kienu jaħdmu f hairdressing salon HistoryIl Barbier pittura ta Is sengħa tal barbier għandha storja twila ix xfafar instabu qalb l artefatti ta Zmien il Bronz madwar it 3500 Q K fl Eġittu L ewwel servizzi tal barbier twettqu mill Eġizzjani fil 5000 Q K bi strumenti li pproduċuhom mill qxur tal gajdri jew miz ippuntat Fil kultura Eġizzjana tal qedem il barbiera kienu individwi rrispettati ferm Il qassisin u n nies tal mediċina huma l iktar ezempji bikrin iddokumentati ta barbiera Barra minn hekk l arti tax xogħol tal barbiera kellha rwol sinifikanti fil kontinenti kollha Il kulturi tal Maja l l il Vikingi u l Mongoli uzaw l arti tat tqaxxir bħala mod biex jiddistingwu bejn ir rwoli fis soċjeta u fi zmien il gwerra L irġiel fil Greċja tal qedem kienu jmorru ġo agora suq li kien iservi wkoll bħala post soċjali fejn isiru d dibattiti u z zekzik biex il koyreys cureus jaqtalhom jew iqaxxrilhom xagħarhom id daqna u d dwiefer tagħhom jew inkella biex jagħtihom stil partikolari Il Barbier fis Suq pittura ta 1897 Is sengħa tal barbier ġiet introdotta f Ruma mill Griegi fi Sqallija fil 296 Q K u tal barbier malajr saru ċentri popolari ħafna għall aħbarijiet u z zekzik ta kuljum Zjara filgħodu għand il barbier tonsore saret parti mir rutina ta kuljum u importanti daqs zjara fil banjijiet pubbliċi u l ewwel tqaxxir ta zagħzugħ tonsura kien jitqies bħala parti essenzjali miċ ċerimonja meta l adolexxenti jsiru adulti Għadd ta tonsori Rumani saru għonja u influwenti u bdew iġestixxu ħwienet li saru l postijiet favoriti qalb il pubbliku tas soċjeta għolja madankollu il biċċa l kbira kienu ħaddiema tas sengħa sempliċi li kienu sidien ta ħwienet zgħar jew li kienu jaħdmu fit toroq bi prezzijiet baxxi Mill Medju Evu il barbiera spiss bdew jaħdmu wkoll bħala kirurgi u dentisti Apparti l qtugħ tax xagħar l irranġar tax xagħar u l għoti ta stil u t tqaxxir tax xagħar u tal leħja il barbiera kienu jagħmlu operazzjonijiet kirurġiċi ineħħu d demm għal skopijiet terapewtiċi jiġbdu d demm bis sangisug jagħmlu t terapiji b kontenituri fuq il ġilda biex itejbu ċ ċirkolazzjoni enemi u l estrazzjoni tas snien u b hekk kienu jissejħu barbiera kirurgi Dawn bdew jiffurmaw xirkiet b saħħitom u l barbiera saħansitra bdew jaqilgħu pagi ogħla mill kirurgi sa meta dawn tal aħħar iddaħħlu fil bastimenti tal gwerra Brittaniċi waqt il gwerer navali Uħud mid dmirijiet tal barbier kienu jinkludu l manipolazzjoni tal għonq it tindif tal widnejn u tal qorriegħa id drenaġġ tal ponot il fistuli u t tneħħija taċ ċesti bix xemgħat Seklu 19 Barbier f l Indja taħt il Brittaniċi 1907 Tal barbier kienu postijiet influwenti fil bidu tas seklu 19 fl Istati Uniti bħala negozji Afrikani Amerikani li għenu biex jizviluppaw il kultura u l ekonomija Afrikana Amerikana Skont Apparti l istatus tiegħu bħala post fejn jinġabru n nies ħanut tal barbier iswed kien jiffunzjona bħala mikrokozmu kkumplikat u spiss kontradittorju tad dinja inġenerali Huwa ambjent li jista jsaħħaħ l egu u jkun ta sostenn kif ukoll post fejn ċertu rġiel strambri setgħu jinqerdu jew mill inqas jiġu mzebilħa ferm mill parteċipazzjoni fit taħdit jew f kompetizzjonijiet tal ħiliet Huwa post fejn wieħed jinġabar kenn post fejn l irġiel jaħarbu mill qrid tan nisa tagħhom u mir responsabbiltajiet tad dinja Huwa post fejn l irġiel jistgħu jkunu rġiel Huwa post f kuntrast mal bar ta Gordone biex wieħed isir xi ħadd Il ħwienet tal barbier b barbiera suwed fil bidu kienu jservu l iktar lill irġiel għonja ta karnaġġjon abjad Lejn l aħħar tas seklu fetħu wkoll ħwienet tal barbier fil komunitajiet suwed biex jaqdu lin nies ta karnaġġjon iswed Fl 1880 l ispiza medja ta ħanut tal barbier kienet tkun 20 biex jiġi mgħammar u kien ikun għaxar piedi bi tnax il pied Qatgħa xagħar fl 1880 kienet tiswa ħames jew għaxar ċentezmi u t tqaxxir tal leħja kien jiswa tliet ċentezmi Seklu 20 u wara Muzew tal Ħanut tal Barbier f Manhattan Fl aħħar tas seklu 19 u l bidu tas seklu 20 ħanut tal barbier sar negozju komuni fejn in nies kienu jmorru biex jaqtgħu xagħarhom minn barbier professjonali b tagħmir tajjeb Il klijenti kienu anke jilagħbu l logħob jitkellmu dwar avvenimenti reċenti u l biedja jew izekzku Xi kultant kienu jintuzaw ukoll għal dibattiti pubbliċi jew biex jitleħħen it tħassib pubbliku Il biċċa l kbira tal ħwienet tal barbiera moderni jkollhom siġġijiet speċjali tal barbiera u tagħmir speċjali għat tlaħliħ u għall ħasil tax xagħar F xi ħwienet tal barbier il klijenti jistgħu jaqraw ir rivisti jew jaraw it TV sakemm il barbier ikun qed jagħmel xogħlu Minkejja r reċessjoni ekonomika fl 2008 l industrija tal barbiera kellha tkabbir pozittiv Reċentement kien hemm prova fejn il barbiera jikkontrollaw il pressjoni għolja fil ħwienet tagħhom u jara u jittratta l pazjenti għandhom b rizultati pozittivi Fl 2018 fetaħ muzew bl arbli tal barbiera u tagħmir antik tal barbiera f Manhattan Il barbier li l intervista tiegħu ma ġiet ippubblikata fil ktieb tal 1974 ta Terkel Working isostni li Raġel kien imur jaqta xagħru kull ġimagħtejn Issa jistenna xi xahar jew xahrejn u wħud minnhom saħansitra iktar minn hekk Ħafna nies kienu jmorru biex jaqtgħulhom id dwiefer ta idejhom kull ġimgħa Il biċċa l kbira ta dawn in nies irtiraw ittrasferew ruħhom xi mkien ieħor jew mietu Dan għaliex ħafna saru jzommu xagħarhom twil Mentri fl antik ħafna kienu jzommu xagħarhom qasir u jidhru prezentabbli xi ħaġa li llum in nies qishom ma għadhomx jagħtu kas Minħabba l importanza tagħhom bħala ċentri soċjali f ċerti kulturi il ħwienet tal barbier intuzaw fil kampanji edukattivi Fosthom kien hemm il proġett tal litterizmu tal Istati Uniti tal Kotba tal Ħwienet tal Barbiera li stabbilixxa stazzjonijiet tal qari fil ħwienet tal barbiera biex tiġi promossa kultura tal qari fost is subien Afrikani Amerikani Ir riċerkaturi tas saħħa pubblika wkoll esploraw il ħwienet tal barbiera bħala post għall edukazzjoni sesswali Skejjel tal barbiera Barbier jaqta xagħar klijent Fl 1893 A B Moler ta Chicago stabbilixxa skola għall barbiera Din kienet l ewwel istituzzjoni ta dan it tip fid dinja u s suċċess tagħha deher mill bidu nett Kienet tgħodd bħala edukazzjoni għolja u l iskola ewlenija malajr ġiet segwita minn fergħat fi kwazi kull belt prinċipali tal Istati Uniti Fil bidu tal iskejjel tal barbiera ix xogħol prattiku tat tqaxxir tax xagħar u tal leħja il qtugħ tax xagħar it trattamenti tal wiċċ eċċ kienu jiġu mgħallma peress li la l pubbliku u lanqas il professjoni ma kienu lesti jaċċettaw trattamenti xjentifiċi tax xagħar tal ġilda u tal qorriegħa L isforzi biex is sengħa tiġi professjonalizzata ma bediex qabel l 1920 It taħriġ biex wieħed isir barbier jinkiseb permezz ta diversi mezzi madwar id dinja Fl Istati Uniti it taħriġ tal barbiera jitwettaq fl iskejjel tal barbiera Spiza Ħafna stati jirrikjedu liċenzja ta barbier sabiex wieħed jipprattika s sengħa professjonalment L ispiza ta skola tal barbiera tvarja minn stat għall ieħor u anke minn zona metropolitana għall oħra L iskejjel fiz zoni metropolitani ikbar għandhom it tendenza li jkunu jiswew iktar minn dawk li jkunu jinsabu f irħula iktar rurali L ismijiet tad ditti jistgħu jaffettwaw l ispiza ta skola tal barbiera Il biċċa l kbira tal iskejjel tal barbiera jiswew bejn 6 500 u 10 000 biex jitlestew il korsijiet fihom Peress li kull stat għandu livelli minimi ta sigħat ta taħriġ it tul u l ispiza tal kors jista jvarja Xi skejjel jinkludu fl ispiza l provvisti u l kotba akkademiċi filwaqt li oħrajn ma jinkluduhomx Il mizati tal ezamijiet tal liċenzja tal barbiera s soltu jvarjaw bejn 50 sa 150 Tul Il biċċa l kbira tal istati jirrikjedu l istess ammont ta sigħat ta taħriġ għall barbiera bħall kozmetoloġisti In numru ta sigħat meħtieġa jvarja bejn 800 u 2 000 siegħa ta taħriġ u jiddependi fuq ir rekwiziti tal għoti tal liċenzja tal istati Il maġġoranza tal korsijiet jistgħu jitlestew fi 15 il xahar jew inqas Kurrikulu Il kurrikulu ta skola tal barbiera jinkludi l qtugħ tax xagħar l għoti tal kulur u l għoti ta stil għax xagħar tal irġiel u għax xagħar qasir tan nisa Il proċessi bil kimiki bħall ibbliċjar il kulur l iċċarar u r rilassar tax xagħar jistgħu jiġu mgħallma wkoll Id dixxiplini kollha tal kozmetoloġija jitgħallmu l aqwa prattiki tas sikurezza u tas sanitazzjoni L istudenti li jkunu qed jistudjaw biex isiru barbiera jistgħu jistennew li jitgħallmu xi elementi tal anatomija il fizjoloġija il batterjoloġija u xi elementi zgħar tal farmakoloġija Jiġu mgħallma wkoll tekniki tat tqaxxir tal leħja tad daqna u tal mustaċċi fosthom dawk tradizzjonali u moderni Ġeneralment il korsijiet tal barbiera jinkludu fuq fuq il massaġġi u t trattamenti fuq il qorriegħa It taħriġ avvanzat tal barbiera jista jinkludi disinni personalizzati tal leħja tad daqna jew tal mustaċċi Huwa iktar komuni fl iskejjel tal barbiera milli f dixxiplini oħra tal kozmetoloġija li jirċievu l edukazzjoni dwar in negozju u l etika peress li l imprenditorija hija speċjalment komuni fis sengħa tal barbier tant li ħafna professjonisti jagħzlu li jiftħu l ħwienet tagħhom stess Il ħiliet kollha mgħallma fi skola tal barbiera jiġu ttestjati f ezamijiet li tipikament ikollha ezami bil miktub u wieħed tal prattika Arblu tal barbieraArblu tal barbieraL arblu tal barbiera li jkollu strixxi spirali ħomor u bojod kienu simbolu tal aspetti differenti tas sengħa Huwa simbolu li ilu jezisti miz zmien meta l barbiera kienu jwettqu operazzjonijiet mediċi L istrixxi bojod u ħomor jirrapprezentaw il faxex u d demm filwaqt li l istrixxi blu jirrapprezentaw il vini Fl Istati Uniti l istrixxa blu xi kultant tintuza biex l arblu jaqbel mal bandiera TagħmirSiġġu tal barbier Magna tat tqaxxir tax xagħar Oġġetti tal barbier is seklu 20 Biċċa jew paljazza tal barbier Victoria l Awstralja Trab tal barbier terra jew trab tat trabi Xkupilja tax xagħar Pettne jew moxt Karta tape tal għonq tal barbier Mera jew mera tal barbier biex tara wara Brillantini tax xagħar Dizinfettant jew barbiċida Fansuan il Belize Krema tax xagħar Apparat tat tnixxif tal ġbid jew tal infiħ tax xagħar Ġell tax xagħar Pomati tax xagħar Imqass tax xagħar Sprej tax xagħart Tonic tax xagħar Xama tax xagħar Xkupilja tat tqaxxir Zejt tat tqaxxir Xafra dritta mus dritt Ċintorin tal barbier Tapit Xama tal mustaċċi Sapuna jew krema tat tqaxxir Is suq għall provvisti tal barbiera huwa stmat li jinkludi d dħul ta madwar għoxrin biljun dollaru L industrija fis suq tal Istati Uniti mistennija tikber b madwar 3 fis sena bejn l 2017 u l 2022 Referenzi On this day in Florida history June 21 1926 Miami barbers don t want to be called chirotonsors Florida History Network Your one stop source for celebrating and preserving Florida s past today Miġbur 2021 07 11 a b Barbering Timeline National Barber Museum www nationalbarbermuseum org Miġbur 2021 07 11 a b Moler A B Arthur Bass 1911 The barbers manual Chicago Ill Hair Etching Pen Guide Explore hair tattoo pen history tips and use bl Ingliz 2018 04 14 Miġbur 2021 07 11 Surgeons and surgical spaces Science Museum bl Ingliz Miġbur 2021 07 11 Harris Trudier Autumn 1979 The Barbershop in Black Literature Black American Literature Forum 13 3 112 118 a b Curler Joe 2017 10 16 A Quick History Of Barbering Austin TX Barbershop bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 03 08 Miġbur 2021 07 11 Bliss Jessica Oprah for president The buzz at Winfrey s barbershop in Nashville The Tennessean bl Ingliz Miġbur 2021 07 11 The History Of Barbers beardtrimandgroom com bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 07 11 Miġbur 2021 07 11 HISTORY OF BARBERING coloradobarbers bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 07 11 Miġbur 2021 07 11 Carroll Aaron E 2018 05 21 What Barbershops Can Teach About Delivering Health Care bl Ingliz Miġbur 2021 07 11 Kilgannon Corey 2018 05 04 Barbering Is an Art bl Ingliz Miġbur 2021 07 11 About Us bl Ingliz Miġbur 2021 07 11 Barbershop Books Poets amp Writers bl Ingliz 2018 06 13 Miġbur 2021 07 11 Randolph Schenita D Pleasants Terrence Gonzalez Guarda Rosa M November 2017 Barber led sexual health education intervention for Black male adolescents and their fathers Public Health Nursing Boston Mass 34 6 555 560 ISSN 1525 1446

L-aħħar artikli
  • Ġunju 15, 2025

    Żebbuġ (Għawdex)

  • Ġunju 16, 2025

    Żebbuġ

  • Ġunju 20, 2025

    Żarbuna tad-Deheb

  • Ġunju 13, 2025

    Żambja

  • Ġunju 13, 2025

    Żagreb

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq