Emmanuele Vitale 30 ta April 1758 8 ta Ottubru 1802 kien nutar kmandant u statista Malti Matul l Assedju ta Malta ikkman
Emmanuele Vitale

Emmanuele Vitale (30 ta' April 1758 - 8 ta' Ottubru 1802) kien nutar, kmandant u statista Malti. Matul l-Assedju ta' Malta, ikkmanda 10,000 suldat irregolari Malti.
Emmanuele Vitale | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Rabat, 30 April 1758 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | Għawdex, 8 Ottubru 1802 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | politiku nutar |
Servizz militari | |
Fergħa militari | |
Grad | |
Iġġieldu | Assedju ta' Malta |
Bijografija
Ħajja bikrija
Emmanuel Vitale twieled ir-Rabat fit-30 ta’ April 1758. Kien iben in-nutar Saverio Vitale u Rosa mwielda Caruana. Influwenzat minn missieru, studja Malta u sar nutar. Bejn l-1785 u l-1795, ssuċċieda 'l missieru u okkupa l-kariga ta' Kanċillier tal-Università fl-Imdina, u kien benefattur kbir tagħha.
Okkupazzjoni Franċiża ta' Malta
Il-Franċiżi ħatfu lil Malta mill-Kavallieri ta’ San Ġwann fl-1798. Il-Maltin ma damux ma daru kontra t-truppi Franċiżi li tħallew Malta, taħt il-kmand tal-Ġeneral . Dawn it-truppi kienu sikwit jisirqu mill-knejjes ta’ Malta, u dan wassal biex Vitale ħeba t-teżori tal-Knisja ta’ San Ġużepp tar-Rabat fid-dar tiegħu. Meta l-Franċiżi ppruvaw jisirqu d-damask u l-fidda minn kunvent fl-Imdina, bl-inkoraġġiment ta’ Vitale, folla rrabjata nġabret sabiex ma tħallix lill-Franċiżi jagħmlu hekk. Il-protesti malajr kibru f'ribelljoni kontra l-Franċiżi, u Vitale sar il-kap tal-forzi irregolari Maltin (minbarra l-forzi ta' Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi li għarfu lill-Kanonku Francesco Saverio Caruana bħala l-Ġeneral tagħhom). Taħt il-kmand tiegħu, huma keċċew lill-Franċiżi 'l barra mill-Imdina, billi użaw mina wara l- u l-għada l-Maltin ħadu l-Imdina f'idejhom, u mmassakraw il-gwarniġjon Franċiż. Attakkati għal għarrieda, il-Franċiżi rtiraw fil-Belt Valletta, fejn baqgħu jiddefendu ruħhom matul il-kumplament tal-assedju.
Sadanittant, Vitale u l-mexxejja l-oħra waqqfu gvern proviżorju, l-Assemblea Nazzjonali, fil-Banca Giuratale tal-Imdina fit-3 ta’ Settembru. L-Assemblea appellat għal għajnuna barranija u bagħtet rappreżentant Napli biex jitlob l-għajnuna. Vitale, il-Konti Salvadore Manduca, il-Markiż Vincenzo de Piro u l-Konti Ferdinand Thurna Castelliti bagħtu ittra lill-Ammirall Ingliż jitolbuh l-għajnuna. Hu u, ftit wara, il-Kaptan waslu biex jipprovdu rinforzi u aktar tard il-Markiż Portugiż Nizza pprovda truppi, azzarini u porvli. Minħabba nuqqas ta’ qbil dwar min għandu jmexxi, bejn Vitale u Caruana, Ball sar il-President tal-Assemblea. Wara, twaqqaf Kungress Nazzjonali, magħmul mill-mexxejja tal-irħula u żewġ qassisin. Vitale kien meqjus bħala rappreżentant tal-Imdina, mhux bħala Ġeneral fil-Kungress. Għall-ewwel, Ball kien kritiku ħafna ta' Vitale, u ddeskrivih bħala ambizzjuż u amministratur ħażin. Dan inbidel madankollu meta ra l-ħiliet fit-tmexxija tiegħu matul l-assedju. Fil-31 ta' Marzu 1800, hu, flimkien ma' madwar għoxrin rappreżentant ieħor, iffirma ittra li tgħid li l-Maltin riedu jsiru suġġetti tal-Gran Brittanja. Il-Franċiżi ċedew fil-5 ta' Settembru 1800.
Ħajja aktar tard
Wara li l-Franċiżi telqu minn Malta, il-Gran Brittanja waqqfet Protettorat f'Malta u Ball sar Kummissarju Ċivili. Dan innomina lil Vitale bħala logutenent tal-Isla. Fil-21 ta’ Awwissu 1801, taħt il-Kummissarju Ċivili , ingħata l-unur li jkun Gvernatur, Supretendent u d-Direttur tas-Saħħa ta’ Għawdex. Miet fit-8 ta' Ottubru 1802 fl-età żgħira ta' 44 sena.
Legat
F'Malta jiftakru 'l Vitale bħala wieħed mill-mexxejja Maltin fl-insurrezzjoni. Ġie kkommemorat fuq bolla tal-posta fl-2002, għalkemm mhux magħruf għalkollox jekk il-bolla turix lil Vitale jew membru tar-Reggimento dell'Artiglieria e Bombardieri tal-Ordni ta' San Ġwann.
Referenzi
- ^ http://www.geneanum.com/malte/bases/mariages.html
- ^ https://books.google.com/books?id=i5ns5LNtoiUC&pg=PA119%7Cisbn=0313323291
- ^ http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120318/life-features/Was-the-real-Vitale-depicted-on-stamp-.411693
- ^ http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120701/letters/Emmanuele-Vitale-on-a-stamp.426679
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Emmanuele Vitale, X'inhi Emmanuele Vitale? Xi tfisser Emmanuele Vitale?
Emmanuele Vitale 30 ta April 1758 8 ta Ottubru 1802 kien nutar kmandant u statista Malti Matul l Assedju ta Malta ikkmanda 10 000 suldat irregolari Malti Emmanuele VitaleĦajjaTwelid Rabat 30 April 1758Nazzjonalita MaltaMewt Għawdex 8 Ottubru 1802OkkupazzjoniOkkupazzjoni politiku nutarServizz militariFergħa militariGradIġġieldu Assedju ta MaltaBijografijaĦajja bikrija Emmanuel Vitale twieled ir Rabat fit 30 ta April 1758 Kien iben in nutar Saverio Vitale u Rosa mwielda Caruana Influwenzat minn missieru studja Malta u sar nutar Bejn l 1785 u l 1795 ssuċċieda l missieru u okkupa l kariga ta Kanċillier tal Universita fl Imdina u kien benefattur kbir tagħha Okkupazzjoni Franċiza ta Malta Il Franċizi ħatfu lil Malta mill Kavallieri ta San Ġwann fl 1798 Il Maltin ma damux ma daru kontra t truppi Franċizi li tħallew Malta taħt il kmand tal Ġeneral Dawn it truppi kienu sikwit jisirqu mill knejjes ta Malta u dan wassal biex Vitale ħeba t tezori tal Knisja ta San Ġuzepp tar Rabat fid dar tiegħu Meta l Franċizi ppruvaw jisirqu d damask u l fidda minn kunvent fl Imdina bl inkoraġġiment ta Vitale folla rrabjata nġabret sabiex ma tħallix lill Franċizi jagħmlu hekk Il protesti malajr kibru f ribelljoni kontra l Franċizi u Vitale sar il kap tal forzi irregolari Maltin minbarra l forzi ta Ħaz Zebbuġ u s Siġġiewi li għarfu lill Kanonku Francesco Saverio Caruana bħala l Ġeneral tagħhom Taħt il kmand tiegħu huma keċċew lill Franċizi l barra mill Imdina billi uzaw mina wara l u l għada l Maltin ħadu l Imdina f idejhom u mmassakraw il gwarniġjon Franċiz Attakkati għal għarrieda il Franċizi rtiraw fil Belt Valletta fejn baqgħu jiddefendu ruħhom matul il kumplament tal assedju Sadanittant Vitale u l mexxejja l oħra waqqfu gvern provizorju l Assemblea Nazzjonali fil Banca Giuratale tal Imdina fit 3 ta Settembru L Assemblea appellat għal għajnuna barranija u bagħtet rapprezentant Napli biex jitlob l għajnuna Vitale il Konti Salvadore Manduca il Markiz Vincenzo de Piro u l Konti Ferdinand Thurna Castelliti bagħtu ittra lill Ammirall Ingliz jitolbuh l għajnuna Hu u ftit wara il Kaptan waslu biex jipprovdu rinforzi u aktar tard il Markiz Portugiz Nizza pprovda truppi azzarini u porvli Minħabba nuqqas ta qbil dwar min għandu jmexxi bejn Vitale u Caruana Ball sar il President tal Assemblea Wara twaqqaf Kungress Nazzjonali magħmul mill mexxejja tal irħula u zewġ qassisin Vitale kien meqjus bħala rapprezentant tal Imdina mhux bħala Ġeneral fil Kungress Għall ewwel Ball kien kritiku ħafna ta Vitale u ddeskrivih bħala ambizzjuz u amministratur ħazin Dan inbidel madankollu meta ra l ħiliet fit tmexxija tiegħu matul l assedju Fil 31 ta Marzu 1800 hu flimkien ma madwar għoxrin rapprezentant ieħor iffirma ittra li tgħid li l Maltin riedu jsiru suġġetti tal Gran Brittanja Il Franċizi ċedew fil 5 ta Settembru 1800 Ħajja aktar tard Wara li l Franċizi telqu minn Malta il Gran Brittanja waqqfet Protettorat f Malta u Ball sar Kummissarju Ċivili Dan innomina lil Vitale bħala logutenent tal Isla Fil 21 ta Awwissu 1801 taħt il Kummissarju Ċivili ingħata l unur li jkun Gvernatur Supretendent u d Direttur tas Saħħa ta Għawdex Miet fit 8 ta Ottubru 1802 fl eta zgħira ta 44 sena LegatF Malta jiftakru l Vitale bħala wieħed mill mexxejja Maltin fl insurrezzjoni Ġie kkommemorat fuq bolla tal posta fl 2002 għalkemm mhux magħruf għalkollox jekk il bolla turix lil Vitale jew membru tar Reggimento dell Artiglieria e Bombardieri tal Ordni ta San Ġwann Referenzi http www geneanum com malte bases mariages html https books google com books id i5ns5LNtoiUC amp pg PA119 7Cisbn 0313323291 http www timesofmalta com articles view 20120318 life features Was the real Vitale depicted on stamp 411693 http www timesofmalta com articles view 20120701 letters Emmanuele Vitale on a stamp 426679