Jakob Ludwig Felix Mendelssohn Bartholdy twieled fit 3 ta Frar 1809 miet fl 4 ta Novembru 1847 kien kompożitur u Ġermani
Felix Mendelssohn

Jakob Ludwig Felix Mendelssohn Bartholdy (twieled fit-3 ta' Frar 1809 – miet fl-4 ta' Novembru 1847) kien kompożitur u Ġermaniż. Nannuh kien il-filosfu .
Felix Mendelssohn | |
---|---|
Felix Mendessohn Bartholdy, pittura ta' Eduard Magnus (1846) | |
Ħajja | |
Twelid | Amburgu, 3 Frar 1809, 1809 |
Nazzjonalità | Amburgu |
Mewt | , 4 Novembru 1847 |
Post tad-dfin | |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali () |
Familja | |
Missier | |
Omm | |
Konjuga/i | (en) |
Ulied | uri
|
Aħwa | uri
|
Familja | uri
|
Tribù | (en) |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università Humboldt ta’ Berlin |
Lingwi | Ġermaniż Franċiż Ingliż |
Għalliema | (mul) (en) (mul) (en) (en) (mul) |
Studenti | uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kompożitur kittieb |
Impjegaturi | Konservatorium der Musik zu Leipzig |
Xogħlijiet importanti | |
Premjijiet | List
|
Sħubija | |
Moviment | |
Moviment artistiku | |
Strument/i tal-mużika | |
Bijografija
Felix Mendelssohn Bartholdy kien ġej minn familja Lhudija tal-borgeżija, stmata u għanja. Nannuh, (1729-1786), kien filosfu famuż tal-Aufklärung (), li permezz ta' ittra rjali, kiseb drittijiet ċivili għalih u għall-familja tiegħu, li dak iż-żmien il-Lhud is-soltu ma setgħux igawdu. Dan ippermettielu jitħallat, biż-żwieġ, mal-komunità kummerċjali. Missier Felix, kien bankier tat-tajjeb li kellu sehem fil-bank ta' ħuh il-kbir Joseph. Ommu, Lea Salomon kienet ġejja minn familja ta' industrijalisti u ħuwa kien id-diplomatiku Jakob Salomon Bartholdy. Wara ż-żwieġ tagħhom fl-1804 Abraham u Lea ħallew Berlin u marru joqogħdu Amburgu. Fl-1805 twieldet oħt Felix, Fanny (wara l-1829 Fanny Hense), li kellha talent kbir għall-mużika. Oħtu l-oħra Rebecca (li fl-1831 iżżewġet lill-matematiku ) twieldet fl-1811 u ħuh Paul fl-1812.
Ulied Abraham Mendelssohn kienu mrobbija bħala Nsara u fil-21 ta' Marzu 1816 Johann Jakob Stegemann, għammidhom f'darhom bħala protestanti tal-knisja riformata. F'din l-okkażjoni, Felix ingħata l-ismijiet Jacob u Ludwig. Barra minn hekk il-familja ħadet il-kunjom "Nisrani" Bartholdy fuq suġġeriment ta' ħu Lea, Jakob Salomon, li kien xtara proprjetà b'dan l-isem u wara li tgħammed, kien addottah bħala kunjomu. Abraham u Lea Mendelssohn Bartholdy fl-1822, fl-aħħar saru Nsara.
It-tfulija (1809–1824)
Minħabba l-okkupazzjoni ta' Amburgu mill-Franċiżi fl-1811, il-familja marret Berlin, fejn kienet toqgħod in-nanna, issa armla. Hawn Felix u Fanny kellhom l-ewwel lezzjonijiet tal-mużika minn ommhom stess. Din kienet fit-tradizzjoni ta' Bach billi zijitha, Sara Levy, kienet studjat taħt u kienet patruna ta' . Wara, Felix u Fanny kellhom bħala għalliema Madame Bigot meta kienu għal xi żmien Pariġi fl-1816. Meta marru lura Berlin, kellhom lezzjonijiet fil-kompożizzjoni minn Carl Friedrich Zelter, fil-pjanu minn Louis Berger u fil-vjolin minn Carl Wilhelm Henning; għall-edukazzjoni ġenerali kellhom Karl Wilhelm Ludwig Heyse, missier il-kittieb Paul Heyse.
Il-pubbliku ltaqa' għall-ewwel darba ma' Felix fl-24 ta' Ottubru 1818 meta kellu 9 snin u daqq il-parti tal-pjanu f'trio ta' Joseph Wölfl. F'April tas-sena ta' wara daħal fl-Akkademja tal-kant ta' Berlin bħala contralto, fejn studja l-mużika antika tal-knisja taħt id-direzzjoni ta' Zelter. Is-sena ta' wara beda jikkomponi b'ħeffa straordinarja. Dik is-sena kiteb kważi sittin xogħol, fosthom kanzunetti, sonati għal pjanu, trio b'pjanu, sonata għal vjolin u pjanu, biċċiet għal orgni u anki biċċa żgħira drammatika fi tliet xeni. Fl-1821 ħoloq, biex insemmu xi ftit, ħames sinfoniji għal orkestra tal-kordi, erba' motetti, is- ta' att wieħed Soldatenliebschaft u Iż-żewġ għalliema kif ukoll partijiet mis-singspiel Il-kummidjanti vjaġġaturi.
Fl-1821, matul is-sittax-il jum li qatta' fil-belt ta' Weimar, Mendelssohn, ta' 12-il sena, flimkien ma' Zelter iltaqa' għall-ewwel darba ma' Goethe, Fl-istess sena sar jaf ukoll għall-ewwel darba lil f'Berlin, fejn kien qiegħed imexxi l-opra tiegħu . Fl-1822 f'Kassel iltaqa' ma' Ludwig Spohr. Matul dik is-sena kiteb, fost oħrajn, l-opra Iż-żewġ neputijiet jew zijiet minn Boston u kunċert għal pjanu.
Il-familja Mendelssohn kellhom id-drawwa antika li l-Ħadd filgħodu fil-kamra tal-pranzu jkollhom ensemble żgħir biex jagħti kunċert mużikali, u wara xi l-1822 kien ikun fih mużiċisti professjonali mill-orkestra tal-qorti rjali. Felix kien dejjem imexxi l-orkestra hu u kiteb xogħlijiet ġodda għal dawn l-okkażżjonijiet. Hu stess kien idoqq il-pjanu jew kien iħallih għal oħtu Fanny, waqt li oħtu ż-żgħira Rebecca kienet tkanta u ħuh Paul kien idoqq il-vjolinċell. Meta għalaq ħmistax fl-1824, f'waħda minn dawn il-laqgħat, ġiet rappreżentata għall-ewwel darba Iż-żewġ neputijiet. Bejn it-3 u l-31 ta' Marzu tal-istess sena, ikkompona l-ewwel sinfonija tiegħu, (op. 11), fid-Do minuri, ftit wara il-kwartett bi pjanu fis-Si minuri (op. 3) u s-sestett bi pjanu fir-Re maġġuri (op. 110). F'daż-żmien ukoll sar ħabib ta' , ħbiberija li baqgħet għal-ħajtu kollha.
Iż-żgħożija (1825-1829)
Fl-1825, Abraham Mendelssohn ħa 'l ibnu Felix lura Pariġi fejn iltaqa' mal-ikbar kompożituri drammatiċi ta' dak iż-żmien Gioachino Rossini u Giacomo Meyerbeer. Hemmhekk iltaqa' għall-ewwel darba ma' li tant impressjona ruħu bit-talent tiegħu li ħajru li jikkomponi Kyrie b'ħames vuċijiet bl-akkompanjament ta' orkestra sħiħa. Mill-ittri tiegħu ta' dak il-perjodu, nafu li Felix ma' kienx japprezza l-mużika tal-iskola Franċiża, imma Pariġi għamel xi ftit ħbieb li kien jiltaqa' magħhom minn żmien għal żmien.
F'Mejju, Felix u missieru marru lura Berlin u qasmu l-vjaġġ biex jerġgħu iżuru 'l Goethe, li fid-dar tiegħu indaqq il-kwartett il-Kwartett fis-Si minuri, dedikat lil Goethe, li rċieva applaws kbir. Fl-10 t'Awwissu tal-istess sena Felix lesta l-opra f'żewġ atti .
Ftit wara li marru lura minn Pariġi, il-familja Mendelssohn marru joqgħodu f'numru 3, Leipziger Straße (illum il-Kunsill Federali Ġermaniż), dar antika u spazjuża li kien fiha kmamar għall-mużika sbieħ ħafna u padiljun kbir fejn kienu jiġu xi mijiet ta' nies għall-kunċerti ta' nhar ta' Ħadd. Fil-ħarifa tas-sena ta' wara indaqqet għall-ewwel darba l-ouverture . Il-partitura ta' din il-kompożizzjoni famuża fiha d-data "Berlin, is-6 t'Awwissu 1826 "; Mendelssohn dak iż-żmien kellu 16-il sena. Fil-pubbliku mexxa d-daqq ta' din l-ouverture għall-ewwel darba f’Stettin fi Frar tal-1827.
Fl-istess żmien kien jistudja fl-Università ta' Berlin, fejn, fost oħrajn kien jattendi l-lezzjonijiet ta' G.W.F. Hegel.
Sadattant deher li l-opra Iż-żwieġ ta' Camacho setgħet tiġi mtella' fit-Teatru famuż ta' Spontini. Il-librett, ibbażat fuq episodju minn inkiteb minn Karl Klingemann, u Mendelssohn kellu idea ċara tal-umoriżmu speċjali li kien fih ir-rumanz. Ix-xogħol kellu l-provi malajr wara li l-kompożitur kien ġie lura minn Stettin u kellu l-première fid-29 ta' April 1827. Deher li kien intlaqa' bl-entużjażmu, imma minħabba xi intriċċi ma ttellax darba oħra. Mendelssohn stess ħass li l-opra (li issa kien ilu li kitibha 20 xahar) ma kinitx ħa tgħin l-iżvilupp artistiku tiegħu u li l-vokazzjoni tiegħu kienet fil-mużika strumentali. Qatt ma reġa' ikkompona opra oħra.
Mendelssohn waqqaf kor għall-istudju tax-xogħol korali ta' Johann Sebastian Bach (Il-kbir Thomaskantor kien kważi mhux magħruf mill-pubbliku). Fl-1823 nantu Babette Solomon, kienet irregalatlu kopja tal-Passjoni skont San Mattew. Fuq kollox, Mendelssohn sar japprezza x-xogħol ta' Bach mill-lezzjonijiet u l-provi taħt Zelter fl-Akkademja tal-Kant ta' Berlin. Fl-1829, flimkien ma' Mendelssohn, kontra r-reżistenza fil-bidu ta' Zelte, tella' rappreżentazzjoni pubblika tal-Passjoni skont San Mattew, imqassra u redatta għal din l-okkażjoni, taħt it-tmexxija tiegħu bil-kor tal-Akkademja ta' 158 vuċi. Din kienet l-ewwel ripreża tal-Passjoni ta' Bach minn mewtu. Zelter fl-Akkademja kien ipprova xi partijiet mill-Passjoni imma ssostna li ma kienx hemm lok għal rappreżentazzjoni sħiħa. Il-Passjoni kella tant suċċess li ttelgħet darbtejn oħra, it-tielet darba taħt Zelter għax Mendelssohn kien mar l-Ingilterra.
Skont sejbiet ta' dan l-aħħar, mill-analisi tal-partitura jidher li r-rappreżentazzjoni ma kinitx "romantizzata wisq". Però Mendelssohn irranġa xi reċitattivi, korali u arji biex ma jgerrixx dawk li kien jdoqqu u l-pubbliku. Barra minn hekk xi strumenti ma kinux għadhom jindaqqu: Mendelssohn stess daqq il-parti tal- fuq il-pjanu, minflok intużaw klarinetti u minflok intużaw vjolini. Devrient kanta l-parti ta' Ġesù. Il-pjanu a coda maħdum minn Johann Christoph Oesterlein ta' Berlin li kien ta' Carl Friedrich Zelter u li minnu Felix Mendelssohn Bartholdy x'aktarx mexxa il-Passjoni skont San Mattew għadu fil-Mużew Mużikali tal-Akkademja tal-Kant ta' Berlin.
L-ewwel kunċerti barra Berlin (1829-1832)
F'April tal-1829 Mendelssohn ivvjaġġa għall-ewwel darba lejn Londra fejn kien milqugħ bl-entużjażmu. Deher għall-ewwel darba quddiem udjenza Ingliża f'wieħed mill-kunċerti tal-Philharmonic Society fil-25 ta' Mejju meta mexxa s-sinfonija fid-Do minuri mill-pjanu. Fit-30 daqq bl-amment il-Konzertstück ta' Weber, fil-25 ta' Ġunju daqq fil-kunċert għal pjanu fil-Mi bemoll maġġuri (li kien għadu ma ndaqqx fl-Ingilterra) u għall-ewwel darba l-ouverture Ħolma ta' lejl sajfi. Fi triqtu lura d-dar ħalla warajh il-partitura tal-ouverture f'karozzin, imma Mendelssohn reġa' kitibha kollha mill-memorja bla żball. F'kunċert ieħor daqq il-kunċert ta' Moscheles fil-Mi maġguri għal żewġ pjanijiet u orkestra.
Meta temm l-istaġun, Mendelssohn ivvjaġga ma' Klingemann lejn l-iSkozja, fejn ġie ispirat biex jikteb l-ouverture L-Ebridi u s-sinfonija Skoċċiża. Fl-aħhar ta' Novembru mar lura Berlin.
Iż-żjara fl-Ingilterra kienet l-ewwel parti ta' programm estensiv ta' vjaġġi, li missieru ħadu fuqu biex iżur iċ-ċentri artistiċi ewlenin tal-Ewropa. Wara li ma aċċettax l-offerta ta' professorjat f'Berlin, f'Mejju 1830 telaq darb'oħra lejn l-Italja, b'waqfa qasira ta' ġimgħatejn fit-triq f'Weimar għand Goethe u wara ftit waqfiet oħra wasal Ruma fl-1 ta' Novembru.
Meta wasal f'Ottubru tal-1831, fi triqtu lura, daqq il-kunċert tiegħu għal pjanu fis-Sol minuri li kien għadu kif ikkompona u ffirma kuntratt (li qatt ma wettaq) għal opra għat-teatru ta' München. Wara li waqaf , Frankfurt u , wasal Pariġi f'Diċembru. Hawnhekk qatta' erba' xhur li matulhom ġedded il-ħbiberiji li kien beda fl-1825 u sar jaf sewwa 'l u 'l Chopin. Ħafna kompożizzjonijiet tiegħu indaqqu fil-pubbliku, fosthom l-ouverture Sommernachtstraum (Ħolma ta' lejl safi) fil-Konservatorju fid-19 ta' Frar 1832. Imma kellu xi diżappunti wkoll, per eżempju bis-sinfonija Ir-Riforma. Il-vjaġġ temm ħesrem billi qabditu l-kolera, però fieq malajr.
Fit-23 ta' April 1832 mar għal darb'oħra Londra, fejn daqq darbtejn il-kunċert tiegħu fis-Sol bemoll mal-Philarmonic Society, daqq l-orgni fil-Kattidral St Paul's u ppublika l-ewwel volume ta' Lieder ohne Worte (Għanjiet mingħajr kliem). F'Lulju mar lura Berlin u fix-xitwa semma' fil-pubbliku s-sinfonija "Ir-Riforma", il-kunċert fis-Sol bemoll u Walpurgisnacht (Il-lejl ta' Walpurgis).
Berlin, Düsseldorf u Frankfurt (1832-1835)
Felix Mendelssohn ma xtaqx jaċċetta pożizzjoni fissa li kienet sa torbtu għas-snin li jmiss. Però minħabba l-insistenza ta' missieru applika għall-pożizzjoni ta' Direttur tal-Akkademja tal-Kant li saret vakanti bil-mewt ta' Zelter f'Berlin. Il-membri ma vvutawx għalih imma għal Carl Friedrich Rungenhagen li kien ilu ħafna Assistant Direttur. Skont ħabibu Eduard Devrient kien hemm ukoll raġunijiet anti-semitiċi. Dan id-diżappunt kellu sehem importanti fid-deċiżżjoni tiegħu li jħalli Berlin għal xi snin, minkejja r-relazzjonijiet minn ġewwa li kellha l-familja kollha mal-Akkademja u s-suċċess konsiderevoli li kellu bill-Passjoni skont San Mattew.
Fir-rebbiegħa tal-1833 żar Londra għat-tielet darba biex imexxi l-Philharmonic Society li fit-13 ta' Mejju kienet ħa ddoqq is-Sinfonija Taljana tiegħu. Fis-26 tal-istess xahar, mexxa l-mużika fil-festa tal-mużika tar-Renu l-Baxx f'Düsseldorf b'tant suċċess li minnufih offrewlu l-post ta' direttur ġenerali tal-mużika tal-belt. L-impieg kien jikkonsisti fid-direzzjoni tal-mużika fil-knejjes ewlenin, it-teatru u żewġ swali oħra ta' gruppi mużikali.
Qabel ma ħa f'idejħ l-impennji tal-impieg il-ġdid, mar Londra għal darb'oħra ma' missieru u wasal lura Düsseldorf fis-27 Settembru 1833. Kien f'dak iż-żmien li kkompona il-Vespergesang (Kant tal-Għasar) li ħadd ma kien jaf bih qabel mewtu. Ix-xogħol tiegħu fil-knisja u fis-sala tal-kunċert ta impressjoni tajba ħafna, imma r-relazzjonijiet tiegħu mad-diretturi tat-teatru ma kinux mill-aħjar. Forsi kien minħabba dawn iċ-ċirkostanzi li beda jitbiegħed mill-opra u jersaq aktar lejn il-mużika tal-knisja.
F'dawn is-snin Mendelssohn kien imexxi l-kor Cäcilien-Vereins (Għaqda Ċeċiljana) ta' Frankfurt. Kien obbligat għal bosta snin lejn dan il-kor u d-direttur tiegħu , u għalhekk ħass li kellu jieħu f'idejh il-provi u l-kunċerti ta' dan il-kor matul il-marda serja ta' Schelbles sakemm dan seta' jista' jkompli. Fuq talba tal-Cäcilien-Vereins, ikkompona l-ouverture u ppjana diversi xogħlijiet importanti oħra. Fi Frankfurt Mendelssohn kellu l-oppurtunità li jiltaqa' personalment mal-kompożitur importanti tal-opra Gioachino Rossini li kien dħuli ħafna, li qagħad hemm għal ftit jiem.
F'Düsseldorf għamel abbozz tal-famuż oratorju , ibbażat fuq il-ħajja ta' San Pawl. Ħass li s-soġġorn tiegħu hemm kien "ta' pjaċir immens" , u x'aktarx kien iżomm dan l-impieg għal ħafna snin kieku ma offrulux id-direzzjoni permanenti tal-orkestra tal-Gewandhaus ta' Leipzig, waħda mill-ogħla pożizzjonijiet li wieħed seta' jikseb fid-dinja mużikali Ġermaniża.
Leipzig (1835–1841)
F'Awissu tal-1835 Mendelssohn mar u fl-4 Ottubru ta l-ewwel kunċert fil-Gewandhaus li fih indaqqet l-ouverture Baħar kalm u vjaġġ hieni, li daż-żmien, mqabbla mal-ouvertures l-oħra tiegħu ma tantx intuha attenzjoni. Il-kunċerti ta' Mendelssohn fil-Gewandhaus intlaqgħu b'ħafna b'entużjażmu u b'rikonoxximent ingħata dottorat onorarju fil-filosofija fl-20 ta' Marzu 1836. Sadanittant, kien lesta l-ewwel (Paulus) u ddiriġieh għall-ewwel darba fit-22 ta' Mejju 1836 fil-Festa tar-Renu l-Baxx f'Düsseldorf. Fis-16 ta' Marzu 1837 reġa' mexxa l-oratorju f'Leipzig.
Matul dan iż-żmien ipprova, bħala ammiratur kbir ta' , jippromwovi x-xogħlijiet ta' Haydn, kif għamel per eżempju, fit-22 Frar 1838 f'Leipzig b'suċċess kbir.
Il-ġrajja importanti li tmiss fil-ħajja ta' Mendelssohn kienet fit-28 ta' Marzu 1837 meta żżewweġ lil Cécile Charlotte Sophie Jeanrenaud (10 ta' Ottubru, 1817 – 25 ta' Settembru, 1853), li kien iltaqa' magħha Frankfurt qabel fis-sajf. "Cécile kienet waħda minn dawk il-fenomeni feminili ħelwin, li l-effett tas-sens kwiet u tfuli tas-sempliċi preżenza tagħha fuq kull bniedem hu li jikkalmah u jserrħu . Kellha figura żvelta, fattizzi ta' sbuħija li tolqtok ... "(Philipp Eduard Devrient). Kellhom ħamest itfal: Carl Wolfgang, Paul, Marie, Felix u Lili.
Il-honeymoon bilkemm kien għadda meta għal darb'oħra kellu jmur l-Ingilterra, fejn fl-20 ta' Settembru, mexxa Paulus fil-Festival ta' Birmingham. Matul dal-vjaġġ, daqq l-orgni f'Saint Paul's u f'Christchurch u b'hekk kellu influwenza profonda fuq l-organisti Ingliżi. Hawn beda jaħseb biex jikteb it-tieni oratorju Elias.
Fis-snin 1838 sal-1844, żviluppa l-famuż Kunċert għal vjolin fil-Mi minuri għall-ħabibu, il-vjolinista Ferdinand David.
Berlin (1841-1845)
Fl-1840 Mendelssohn ikkompona l-Innu ta' Tifħir u fl-1841, wara s-sitt vjaġġ tiegħu fl-Ingilterra, Friedrich Wilhelm IV sejjaħlu lura Berlin biex isir Maestro di Cappella. Ir-re Prussjan kellu l-pjan grandjuż li jagħmel 'l Berlin il-belt kapitali tal-arti fil-pajjiżi li kienu jitkellmu l-Ġermaniż. It-tama ta' Mendelssohn kienet li jirriforma l-Akkademja Rjali tal-Arti u t-tmexxija tal-kor tal-katidral.
Minkejja li inħatar bħala Direttur Ġeneral tal-Mużika tal-Prussja fil-ħarifa tal-1842, il-pjanijiet ambizzjużi tiegħu kienu opposti u reżistiti minn ħafna nħawi. Għalhekk, ma waqafx mill-attivitajiet l-oħra u baqa' jagħti l-kunċerti fil-Gewandhaus. Fl-1842 mar l-Ingilterra għas-seba' darba flimkien ma' martu u hemm iddiriġa is-sinfonija Skoċċiża. Kompla fl-impieg sal-1845 u kkompona l-mużika ta' akkompanjament għal Antigone, Oedipus Coloneus, Athalie u l-mużika għal Ħolma ta' lejl sajfi.
L-aħħar snin f'Leipzig
Fl-1843 Mendelssohn waqqaf konservatorju f'Leipzig - l-ewwel Akkademja tal-Mużika fil-Ġermanja - li nfetaħ fit-3 ta' April fil-bini tal-Gewandhaus. Fl-istess sena nħatar ċittadin onorarju tal-belt ta' Leipzig. Fl-1844 mexxa sitt kunċerti filarmoniċi f'Londra u ddiriġa wkoll il-"Ħolma ta' lejl Sajfi". Mar lura Berlin f'Settembru, iżda ma setax jikkonvinċi r-re li jħollu mir-responsabbiltajiet ibsin li kellu.
Wara żjara qasira fi Frankfurt, f'Settembru tal-1845, Mendelssohn mar lura Leipzig, u reġa' ħa l-impjieg li kellu qabel fl-Gewandhaus u kien jgħallem regolarment fil-Konservatorju. Iddedika ruħu prinċipalment għat-tieni oratorju kbir tiegħu, Elias, li ndaqq għall-ewwel darba fis-26 Awissu 1846 fil-Festival ta' Birmingham. Ix-xogħol tiegħu intlaqa' bl-entużjażmu, u wara li mar lura Leipzig, kompla jaħdem bħas-soltu, imma kien jidher ċar li saħħtu kienet marret għall-agħr serjament. Fl-1847 Mendelssohn ivvaġġja għall-għaxar u l-aħħar darba għall-Ingilterra biex imexxi Elias f'Exeter Hall, f'Manchester u f'Birmingham.
Meta mar lura ħa xokk kbir bil-mewt ta' oħtu Fanny fl-14 ta' Mejju. Imbagħad irrtira mill-ħajja pubblika u għadda xi xhur vaganzi fl-Iżvizzera u n-Nofsinhar tal-Ġermanja. Fl-Leipzig fid-9 t'Ottubru tagħtu l-ewwel puplesija. Wara t-tieni attakk fil-25 Ottubru u fit-3 ta' Novembru, intilef minn sensieh u miet fl-4 ta' Novembru fid-9 u 24 minuta ta' fil-għaxija. Għex u miet fid-dar 12 Königsstraße (illum Goldschmidtstraße) f'Leipzig li issa hi mużew imsejjaħ Mendelssohn-Haus.
Mendelssohn indifen fiċ-Ċimiterju tat-Trinità f'Berlin-Kreuzberg, maġenb oħtu Fanny u membri oħra tal-familja.
Felix Mendelssohn Bartholdy u l-posterità
Katalgi tax-xogħlijiet
Ix-xogħlijiet tal-kompożitur huma ddokumentati tajjeb f'żewġ katalgi. Hemm katalgu tal-1882 li jelenka 350 kompożizzjoni. Fis-26 Awissu 2009, direttorju xjentifiku ġdid li fih 750 kompożizzjoni f'26 grupp ġie ppubblikat mill-Mendelssohn-Forschungsstelle tal-Akkademja tax-Xjenzi tas-Sassonja. Din fih wkoll il-manuskritti u x-xogħlijiet stampati ta' Mendelssohn Bartholdy. F'appendiċi, id-direttorju jagħti xogħlijiet li hemm dubju fuq l-awtur tagħhom, u jsemmi l-adattamenti tiegħu tax-xogħlijiet barranin.
Monumenti u tifkiriet
- Statwa maħduma minn Hermann Heinrich Howaldt fuq id-disinn ta' Werner Stein, tqegħdet quddiem il-Gewandhaus f' fis-26 ta' Mejju 1892. Fil-lejl ta' 9-10 ta' Novembru 1936, tneħħiet minn hemm min- waqt li s-sindku ta' Leipzig, Carl Goerdeler kien barra l-pajjiż u x'aktarx imdewwbet matul il-Tieni Gwerra Dinjija. Fit-18 ta' Ottubru 2008 kopja eżatta tagħha tqegħdet quddiem Thomaskirche (Knisja ta' San Tumas).
- Fil-muniċipju ta' Amburgu hemm ritratt ta' Mendelssohn-Bartholdy fir-riljev fuq waħda mill-kolonni ta' unur tar-Rathausdiele li ilu hemm mill-1897. Ir-riljev tnaħħa min-Nażisti imma wara l-gwerra ġie restawrat u tqiegħed lura f'postu.
- F'Amburgu fl-1997, 150 sena mill-mewt ta' Felix Mendelssohn Bartholdy, tqiegħdu żewġ plakek fir-riljev bir-ritratti tiegħu u ta' oħtu Fanny Hensel f'park żgħir fit-triq Ludwig-Erhardt, mhux 'il bogħod mid-dar fejn twieldu, 14 Michaelisstr, li nqerdet fil-gwerra.
- Fil-Mendelssohn-Bartholdy-Park f'Berlin, qrib Platz Potsdamer, hemm ġebla kommemorattiva. Il-park kien mfassal minn Helmut Preuss (1961-1967). Fuq il-ġebla, maħduma minn Ivo Breuker, hemm ritratt ta' Mendelssohn fir-riljev.
- Fl-2000, is-Soċjetà Mendelssohn ta' Berlin, qiegħdu bust tal-kompożitur fl-istazzjon tal-U-Bahnhof, Mendelssohn-Bartholdy-Park.
- Fl-20 ta' Marzu 2002, is-Sindku ta' Berlin, Klaus Wowereit, kixef il-plakka kommemorattiva għal Fanny Hensel u Felix Mendelssohn Bartholdy fil-Bini tal-Kunsill Federali Ġermaniż f'Leipziger Strasse, li darba kien id-dar tal-Familja Mendelssohn. Din tqegħdet hemm fuq l-inizjattiva tas-Socjetà Mendelssohn.
Il-premju Felix Mendelssohn ta' Berlin
Il-premju Felix Mendelssohn-Bartholdy, imsemmi għall-kompożitur u organizzat mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali Prussjan f'Berlin huwa l-eqdem premju Ġermaniż għall-mużika klassika.
Il-premju Mendelssohn ta' Leipzig
Il-premju Mendelssohn ta' Leipzig twaqqaf fis-sena 2007 u jingħata mill-Fondazzjoni Felix Mendelssohn Bartholdy fil-Gewandhaus ta' Leipzig. Jingħata fi tliet kategoriji: mużika, arti viżwali u r-responsabbiltà soċjali. Din il-klassifikazzjoni tfakkar id-diversità kreattiva ta' Mendelssohn, it-talenti qawwijin diversi li kellu u x-xogħol tiegħu bla għeda għall-progress soċjali. Felix Mendelssohn Bartholdy, spikka mhux biss bħala mużiċista u artista, iżda għall-impatt soċjali tiegħu għal valuri estetiċi u politiċi għolja.
Il-premju onorarju jingħata lill-individwi li juru l-aktar interess fil-ħidma u l-ispirtu ta' Mendelssohn bill-ħsieb li juri li l-ħidma tagħhom hi appoġġata u apprezzata.
L-istatwa tal-bronż li tiġi ppreżentata mal-premju hi mmudellata fuq l-istatwa ta' Mendelssohn li tqegħdet quddiem il-Gewandhaus ta' Leipzig fl-1993, maħluqa minn Jo Jastram u maħduma fil-funderija ta' Marc Krepp f'Berlin. Il-figura tiżen 3,400 gramma.
Il-Maestro Kurt Masur kien l-ewwel rebbieħ fl-2007 fil-kategorija tal-Mużika. Kien l-għeluq it-80 sena tas-surmast, li kien ta servizz kbir minn kmieni f'żogħżitu għall-mużika u x-xogħlijiet ta' Felix Mendelssohn Bartholdy u kien l-ewwel li rrekordja diski ta' ħafna mill-komposizzjonijiet ta' Mendelssohn.
Fl-2008 il-premju Mendelssohn ingħata lill-vjolinista Anne-Sophie Mutter (Kategorija Mużika) u lill-filosfu Peter Sloterdijk (Kategorija Responsabbiltà Soċjali).
Fl-2009 il-premju Mendelssohn ingħata lill-kanċillier Helmut Schmidt (Kategorija Responsabbiltà Soċjali), lill-attur u pittur Armin Mueller-Stahl (Kategorija Arti Viżwali) u lis-surmast tal-orkestra tal-Gewandhaus Riccardo Chailly (Kategorija Mużika).
Tixwix anti-semitiku
Wara mewtu Mendelssohn kien il-vittma tal-propaganda kontra l-Lhud. Bdiet minn bil-librett tiegħu "Il-Ġudaiżmu fil-mużika", l-ewwel darba fl-1850, tliet snin wara l-mewt ta' Mendelssohn, u mbagħad għal darb'oħra fl-1869 meta reġa' deher. Billi Wagner fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tat-tieni darba kien diġà kompożitur influwenti, il-fehmiet tiegħu wasslu għal nuqqas ta' rispett għall-mużika ta' Mendelssohn fit-tieni nofs tas-seklu 19. Minħabba Wagner l-eżekuzzjoni tax-xogħolijiet ta' Mendelssohn kienet ipprojbita għal kollox fit-Tielet Reich. Il-kompożituri Ġermaniż intalbu li jiktbu mużikz alternattiva għall-Ħolma ta' lejl sajfi.
Xogħlijiet Ewlenin
Sinfoniji
- Tnax-il Sinfonija għal orkestra tal-kordi (1821-1825)
- Sinfonija nru 1 fid-Do minuri, op. 11 (1824)
- Sinfonija nru 2 fis-Si bemoll maġġuri Innu ta' tifħir, op. 52 (1840)
- Sinfonija nru 3 fil-La minuri Skoċċiża, op. 56 (1842)
- Sinfonija nru 4 fil-La maġġuri Taljana, op. 90 (1833)
- Sinfonija nru 5 fir-Re maġġuri Ir-riforma, op. 107 (1832)
Kunċerti
- Kunċert għal pjanu u kordi fil-La minuri (1822)
- Kunċert għal vjolin u kordi fir-Re minuri (1822)
- Kunċert għal żewġ pjani fil-Mi maġġuri (1823)
- Kunċert għal pjanu, vjolin u kordi fir-Re minuri (1823)
- Kunċert għal żewġ pjani fil-La bemoll maġġuri (1824)
- Kunċert għal pjanu nru 1, op. 25 (1831)
- Kunċert għal pjanu nru 2, op. 40 (1837)
- Kunċert għal vjolin u orkestra fil-Mi minuri, op. 64 (1844)
Xogħol sinfoniku ieħor
- Ħolma ta' lejl sajfi, ouverture, op. 21 (1826), u musica di scena, op. 61 (1843)
- Ouverture L-Ebridi, op. 26 (1830 - 1832)
- Ouverture Baħar kalm u vjaġg hieni, op.27 (1828)
- Ouverture Is-sabiħa Melusina, op. 32 (1834)
- Ouverture Ruy Blas, op. 95 (1839)
Oratorji
- Paulus, op. 36 (1834-1836)
- Elias, op. 70 (1845-1847)
Mużika Reliġjuża
- Salm 42, op. 42, Wie der Hirsch schreit.
- Lass o Herr, op. 98.
- Ave Maria, op. 23.2, għal kor imħallat bi 8 vuċijiet u soloisti SSAATTBB.
- Lauda Sion, op. 73 (1837). Sekwenza tal-festa ta' Corpus, fuq test ta' .
- Verleih und Frieden gnädiglich, fuq test ta' Luteru.
Musica da Camera
- Ottett għall-kordi fil-Mi bemoll maġġuri, op. 20 (1825)
- Kwintett għall-kordi nru 1 fil-La maġġuri, op. 18
- Kwintett għall-kordi nru 2 fis-Si maġġuri, op. 67
- Kwintett à kordi (1827 - 1847)
- Kwartett fil-La minuri op. 13]]
- Kwartett fil-Mi bemoll maġġuri op. 12
- Kwartett fir-Re maġġuri op. 44 nru 1
- Kwartett fil-Mi minuri op. 44 nru 2
- Kwartett fil-Mi bemoll maġġuri op. 44 nru 3
- Kwartett fil-Fa minuri op. 80
- Triju għal pjanu nru 1 fir-Re minuri, op. 49
- Triju għal pjanu nru 2 fid-Do minuri, op. 66
- Sonata għal vjolinċell u pjanu nru 1 fis-Si b maġġuri, op. 45
- Sonata għal vjolinċell u pjanu nru 2 fir-Re maġġuri, op. 58
- Sonata għal vjolin u pjanu fil-Fa minuri u l-Fa maġġuri, op. 4
Pjanu
- Sonati (1821, 1826, 1827)
- Rumanzi bla kliem għal pjanu (1829 - 1845), fosthom
- L-għanja tar-rebbiegħa (Frühlingslied), op. 62-6 (1842)
- Andante u Rondo capriccioso, op. 14 (1830)
- Varjazzjonijiet serji, op. 54 (1841)
Orgni
- Preludju u fuga, fid-Do minuri op. 37/1
- Preludju u fuga, fir-Re minuri op. 37/3
- Preludju u fuga, fuq Sol maġġuri op. 37/2
- Biċċiet żgħar (6) għall-orgni op. S52
- Fantasija, fis-Sol minuri op. S53
- Wie gross ist des Allmacht'gen Gute, Korali-Preludju u 3 varjazzjonijiet op. S54
- Biċċiet żgħar (2) għall-orgni op. S55
- Fuga, fil-Mi minuri op. S56
- Fuga, fil-Fa minuri op. S57
- Preludju, fid-Do minuri op. S58
- Biċċiet żgħar (4) għall-orgni op. S59
- Biċċiet (2) għall-orgni op. S60
- Korali, fil-La bemoll maġġuri op. S61
- Allegro, fis-Si maġġuri op. S62
- Andante alla marcia, fis-Si maġġuri op. S63
- Andante sostenuto, fir-Re maġġuri op. S64
- Sonata nru 1, fil-Fa minuri/fa maġġuri op. 65/1
- Sonata nru 2, fid-Do minuri/do maġġuri op. 65/2
- Sonata nru 3, fil-La maġġuri op. 65/3
- Sonata nru 4, fis-Si bemoll maġġuri op. 65/4
- Sonata nru 5, fir-Re maġġuri op. 65/5
- Sonata nru 6, fir-Re minuri/re maġġuri op. 65/6
- Fuga, fis-Si maġġuri op. S65
- Korali, fir-Re maġġuri op. S66
Noti u referenzi
- ^ F'ittra lill Ignaz Moscheles, 7 Frar 1834. Felix Moscheles (ed.):Ittri ta' Felix Mendelssohn-Bartholdy lil Ignaz u Charlotte Moscheles Sändig, Nendeln, 1976, ISBN 3-500-30220-3 <Repr Leipzig 1888>
- ^ Otto Biba :Mendelssohn u Haydn fi: Musikblätter der Wiener Philharmoniker (2009), Ħarġa 9, paġna 351
- ^ [1]
- ^ [2]] Leipziger Mendelssohn-Preis
Ħoloq esterni
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Felix Mendelssohn |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Felix Mendelssohn |
- (EN) The Lied and Art Song Texts Testi oriġinali tal-Lied ta' Mendelssohn tradotti f'bosta lingwi. Paġna editjata u miżmuma minn Emily Ezust
- (DE) Edizzjoni kompluta: L-edizzjoni Leipzig tax-xogħlijiet ta' Felix Mendelssohn Bartholdy
- (DE) Edizzjoni kompluta: L-edizzjoni Leipzig tal-ittri ta' Felix Mendelssohn Bartholdy
- (EN, DE) Il-Fondazzjoni u d-Dar Felix Mendelssohn, Leipzig
- (EN) Worldcat
- (EN) Il-Proġett Mendelssohn, proġett bl-għan li "jiġu rrekordjati x-xogħlijiet kollha ippublikati u m'humiex ta' Felix u Fanny Mendelssohn"
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Felix Mendelssohn, X'inhi Felix Mendelssohn? Xi tfisser Felix Mendelssohn?
Jakob Ludwig Felix Mendelssohn Bartholdy twieled fit 3 ta Frar 1809 miet fl 4 ta Novembru 1847 kien kompozitur u Ġermaniz Nannuh kien il filosfu Felix MendelssohnFelix Mendessohn Bartholdy pittura ta Eduard Magnus 1846 ĦajjaTwelid Amburgu 3 Frar 1809 1809Nazzjonalita AmburguMewt 4 Novembru 1847Post tad dfinKawza tal mewt kawzi naturali FamiljaMissierOmmKonjuga i en Ulied uri en en en en Aħwa uri en mul en Familja uri mul paternal grandfather en en great great grandson en mul dixxendent Tribu en EdukazzjoniAlma mater Universita Humboldt ta BerlinLingwi Ġermaniz Franċiz InglizGħalliema mul en mul en en mul Studenti uri en mul OkkupazzjoniOkkupazzjoni kompozitur kittiebImpjegaturi Konservatorium der Musik zu LeipzigXogħlijiet importantiPremjijiet List 13 April 1843 SħubijaMovimentMoviment artistikuStrument i tal muzikaBijografijaDar it twelid 14 Grosse Michaelisstrasse Amburgu fl 1900 Felix Mendelssohn Bartholdy kien ġej minn familja Lhudija tal borgezija stmata u għanja Nannuh 1729 1786 kien filosfu famuz tal Aufklarung li permezz ta ittra rjali kiseb drittijiet ċivili għalih u għall familja tiegħu li dak iz zmien il Lhud is soltu ma setgħux igawdu Dan ippermettielu jitħallat biz zwieġ mal komunita kummerċjali Missier Felix kien bankier tat tajjeb li kellu sehem fil bank ta ħuh il kbir Joseph Ommu Lea Salomon kienet ġejja minn familja ta industrijalisti u ħuwa kien id diplomatiku Jakob Salomon Bartholdy Wara z zwieġ tagħhom fl 1804 Abraham u Lea ħallew Berlin u marru joqogħdu Amburgu Fl 1805 twieldet oħt Felix Fanny wara l 1829 Fanny Hense li kellha talent kbir għall muzika Oħtu l oħra Rebecca li fl 1831 izzewġet lill matematiku twieldet fl 1811 u ħuh Paul fl 1812 Ulied Abraham Mendelssohn kienu mrobbija bħala Nsara u fil 21 ta Marzu 1816 Johann Jakob Stegemann għammidhom f darhom bħala protestanti tal knisja riformata F din l okkazjoni Felix ingħata l ismijiet Jacob u Ludwig Barra minn hekk il familja ħadet il kunjom Nisrani Bartholdy fuq suġġeriment ta ħu Lea Jakob Salomon li kien xtara proprjeta b dan l isem u wara li tgħammed kien addottah bħala kunjomu Abraham u Lea Mendelssohn Bartholdy fl 1822 fl aħħar saru Nsara It tfulija 1809 1824 Minħabba l okkupazzjoni ta Amburgu mill Franċizi fl 1811 il familja marret Berlin fejn kienet toqgħod in nanna issa armla Hawn Felix u Fanny kellhom l ewwel lezzjonijiet tal muzika minn ommhom stess Din kienet fit tradizzjoni ta Bach billi zijitha Sara Levy kienet studjat taħt u kienet patruna ta Wara Felix u Fanny kellhom bħala għalliema Madame Bigot meta kienu għal xi zmien Pariġi fl 1816 Meta marru lura Berlin kellhom lezzjonijiet fil kompozizzjoni minn Carl Friedrich Zelter fil pjanu minn Louis Berger u fil vjolin minn Carl Wilhelm Henning għall edukazzjoni ġenerali kellhom Karl Wilhelm Ludwig Heyse missier il kittieb Paul Heyse Felix Mendelssohn Bartholdy fl eta ta 12 il sena Skizz biz zejt ta Carl Joseph Begas 1821 Il pubbliku ltaqa għall ewwel darba ma Felix fl 24 ta Ottubru 1818 meta kellu 9 snin u daqq il parti tal pjanu f trio ta Joseph Wolfl F April tas sena ta wara daħal fl Akkademja tal kant ta Berlin bħala contralto fejn studja l muzika antika tal knisja taħt id direzzjoni ta Zelter Is sena ta wara beda jikkomponi b ħeffa straordinarja Dik is sena kiteb kwazi sittin xogħol fosthom kanzunetti sonati għal pjanu trio b pjanu sonata għal vjolin u pjanu biċċiet għal orgni u anki biċċa zgħira drammatika fi tliet xeni Fl 1821 ħoloq biex insemmu xi ftit ħames sinfoniji għal orkestra tal kordi erba motetti is ta att wieħed Soldatenliebschaft u Iz zewġ għalliema kif ukoll partijiet mis singspiel Il kummidjanti vjaġġaturi Fl 1821 matul is sittax il jum li qatta fil belt ta Weimar Mendelssohn ta 12 il sena flimkien ma Zelter iltaqa għall ewwel darba ma Goethe Fl istess sena sar jaf ukoll għall ewwel darba lil f Berlin fejn kien qiegħed imexxi l opra tiegħu Fl 1822 f Kassel iltaqa ma Ludwig Spohr Matul dik is sena kiteb fost oħrajn l opra Iz zewġ neputijiet jew zijiet minn Boston u kunċert għal pjanu Il familja Mendelssohn kellhom id drawwa antika li l Ħadd filgħodu fil kamra tal pranzu jkollhom ensemble zgħir biex jagħti kunċert muzikali u wara xi l 1822 kien ikun fih muziċisti professjonali mill orkestra tal qorti rjali Felix kien dejjem imexxi l orkestra hu u kiteb xogħlijiet ġodda għal dawn l okkazzjonijiet Hu stess kien idoqq il pjanu jew kien iħallih għal oħtu Fanny waqt li oħtu z zgħira Rebecca kienet tkanta u ħuh Paul kien idoqq il vjolinċell Meta għalaq ħmistax fl 1824 f waħda minn dawn il laqgħat ġiet rapprezentata għall ewwel darba Iz zewġ neputijiet Bejn it 3 u l 31 ta Marzu tal istess sena ikkompona l ewwel sinfonija tiegħu op 11 fid Do minuri ftit wara il kwartett bi pjanu fis Si minuri op 3 u s sestett bi pjanu fir Re maġġuri op 110 F daz zmien ukoll sar ħabib ta ħbiberija li baqgħet għal ħajtu kollha Iz zgħozija 1825 1829 Fl 1825 Abraham Mendelssohn ħa l ibnu Felix lura Pariġi fejn iltaqa mal ikbar kompozituri drammatiċi ta dak iz zmien Gioachino Rossini u Giacomo Meyerbeer Hemmhekk iltaqa għall ewwel darba ma li tant impressjona ruħu bit talent tiegħu li ħajru li jikkomponi Kyrie b ħames vuċijiet bl akkompanjament ta orkestra sħiħa Mill ittri tiegħu ta dak il perjodu nafu li Felix ma kienx japprezza l muzika tal iskola Franċiza imma Pariġi għamel xi ftit ħbieb li kien jiltaqa magħhom minn zmien għal zmien F Mejju Felix u missieru marru lura Berlin u qasmu l vjaġġ biex jerġgħu izuru l Goethe li fid dar tiegħu indaqq il kwartett il Kwartett fis Si minuri dedikat lil Goethe li rċieva applaws kbir Fl 10 t Awwissu tal istess sena Felix lesta l opra f zewġ atti Id dar tal familja Mendelssohn 3 Leipziger Strasse Berlin fl 1900 Ftit wara li marru lura minn Pariġi il familja Mendelssohn marru joqgħodu f numru 3 Leipziger Strasse illum il Kunsill Federali Ġermaniz dar antika u spazjuza li kien fiha kmamar għall muzika sbieħ ħafna u padiljun kbir fejn kienu jiġu xi mijiet ta nies għall kunċerti ta nhar ta Ħadd Fil ħarifa tas sena ta wara indaqqet għall ewwel darba l ouverture Il partitura ta din il kompozizzjoni famuza fiha d data Berlin is 6 t Awwissu 1826 Mendelssohn dak iz zmien kellu 16 il sena Fil pubbliku mexxa d daqq ta din l ouverture għall ewwel darba f Stettin fi Frar tal 1827 Fl istess zmien kien jistudja fl Universita ta Berlin fejn fost oħrajn kien jattendi l lezzjonijiet ta G W F Hegel Sadattant deher li l opra Iz zwieġ ta Camacho setgħet tiġi mtella fit Teatru famuz ta Spontini Il librett ibbazat fuq episodju minn inkiteb minn Karl Klingemann u Mendelssohn kellu idea ċara tal umorizmu speċjali li kien fih ir rumanz Ix xogħol kellu l provi malajr wara li l kompozitur kien ġie lura minn Stettin u kellu l premiere fid 29 ta April 1827 Deher li kien intlaqa bl entuzjazmu imma minħabba xi intriċċi ma ttellax darba oħra Mendelssohn stess ħass li l opra li issa kien ilu li kitibha 20 xahar ma kinitx ħa tgħin l izvilupp artistiku tiegħu u li l vokazzjoni tiegħu kienet fil muzika strumentali Qatt ma reġa ikkompona opra oħra Mendelssohn waqqaf kor għall istudju tax xogħol korali ta Johann Sebastian Bach Il kbir Thomaskantor kien kwazi mhux magħruf mill pubbliku Fl 1823 nantu Babette Solomon kienet irregalatlu kopja tal Passjoni skont San Mattew Fuq kollox Mendelssohn sar japprezza x xogħol ta Bach mill lezzjonijiet u l provi taħt Zelter fl Akkademja tal Kant ta Berlin Fl 1829 flimkien ma Mendelssohn kontra r rezistenza fil bidu ta Zelte tella rapprezentazzjoni pubblika tal Passjoni skont San Mattew imqassra u redatta għal din l okkazjoni taħt it tmexxija tiegħu bil kor tal Akkademja ta 158 vuċi Din kienet l ewwel ripreza tal Passjoni ta Bach minn mewtu Zelter fl Akkademja kien ipprova xi partijiet mill Passjoni imma ssostna li ma kienx hemm lok għal rapprezentazzjoni sħiħa Il Passjoni kella tant suċċess li ttelgħet darbtejn oħra it tielet darba taħt Zelter għax Mendelssohn kien mar l Ingilterra Skont sejbiet ta dan l aħħar mill analisi tal partitura jidher li r rapprezentazzjoni ma kinitx romantizzata wisq Pero Mendelssohn irranġa xi reċitattivi korali u arji biex ma jgerrixx dawk li kien jdoqqu u l pubbliku Barra minn hekk xi strumenti ma kinux għadhom jindaqqu Mendelssohn stess daqq il parti tal fuq il pjanu minflok intuzaw klarinetti u minflok intuzaw vjolini Devrient kanta l parti ta Ġesu Il pjanu a coda maħdum minn Johann Christoph Oesterlein ta Berlin li kien ta Carl Friedrich Zelter u li minnu Felix Mendelssohn Bartholdy x aktarx mexxa il Passjoni skont San Mattew għadu fil Muzew Muzikali tal Akkademja tal Kant ta Berlin L ewwel kunċerti barra Berlin 1829 1832 Felix Mendelssohn Bartholdy Akkwarell ta James Warren Childe 1830 F April tal 1829 Mendelssohn ivvjaġġa għall ewwel darba lejn Londra fejn kien milqugħ bl entuzjazmu Deher għall ewwel darba quddiem udjenza Ingliza f wieħed mill kunċerti tal Philharmonic Society fil 25 ta Mejju meta mexxa s sinfonija fid Do minuri mill pjanu Fit 30 daqq bl amment il Konzertstuck ta Weber fil 25 ta Ġunju daqq fil kunċert għal pjanu fil Mi bemoll maġġuri li kien għadu ma ndaqqx fl Ingilterra u għall ewwel darba l ouverture Ħolma ta lejl sajfi Fi triqtu lura d dar ħalla warajh il partitura tal ouverture f karozzin imma Mendelssohn reġa kitibha kollha mill memorja bla zball F kunċert ieħor daqq il kunċert ta Moscheles fil Mi maġguri għal zewġ pjanijiet u orkestra Meta temm l istaġun Mendelssohn ivvjaġga ma Klingemann lejn l iSkozja fejn ġie ispirat biex jikteb l ouverture L Ebridi u s sinfonija Skoċċiza Fl aħhar ta Novembru mar lura Berlin Veduta ta Firenze Akkwarell ta Felix Mendelssohn ta 21 sena fl 1830 Iz zjara fl Ingilterra kienet l ewwel parti ta programm estensiv ta vjaġġi li missieru ħadu fuqu biex izur iċ ċentri artistiċi ewlenin tal Ewropa Wara li ma aċċettax l offerta ta professorjat f Berlin f Mejju 1830 telaq darb oħra lejn l Italja b waqfa qasira ta ġimgħatejn fit triq f Weimar għand Goethe u wara ftit waqfiet oħra wasal Ruma fl 1 ta Novembru Meta wasal f Ottubru tal 1831 fi triqtu lura daqq il kunċert tiegħu għal pjanu fis Sol minuri li kien għadu kif ikkompona u ffirma kuntratt li qatt ma wettaq għal opra għat teatru ta Munchen Wara li waqaf Frankfurt u wasal Pariġi f Diċembru Hawnhekk qatta erba xhur li matulhom ġedded il ħbiberiji li kien beda fl 1825 u sar jaf sewwa l u l Chopin Ħafna kompozizzjonijiet tiegħu indaqqu fil pubbliku fosthom l ouverture Sommernachtstraum Ħolma ta lejl safi fil Konservatorju fid 19 ta Frar 1832 Imma kellu xi dizappunti wkoll per ezempju bis sinfonija Ir Riforma Il vjaġġ temm ħesrem billi qabditu l kolera pero fieq malajr Fit 23 ta April 1832 mar għal darb oħra Londra fejn daqq darbtejn il kunċert tiegħu fis Sol bemoll mal Philarmonic Society daqq l orgni fil Kattidral St Paul s u ppublika l ewwel volume ta Lieder ohne Worte Għanjiet mingħajr kliem F Lulju mar lura Berlin u fix xitwa semma fil pubbliku s sinfonija Ir Riforma il kunċert fis Sol bemoll u Walpurgisnacht Il lejl ta Walpurgis Berlin Dusseldorf u Frankfurt 1832 1835 Felix Mendelssohn ma xtaqx jaċċetta pozizzjoni fissa li kienet sa torbtu għas snin li jmiss Pero minħabba l insistenza ta missieru applika għall pozizzjoni ta Direttur tal Akkademja tal Kant li saret vakanti bil mewt ta Zelter f Berlin Il membri ma vvutawx għalih imma għal Carl Friedrich Rungenhagen li kien ilu ħafna Assistant Direttur Skont ħabibu Eduard Devrient kien hemm ukoll raġunijiet anti semitiċi Dan id dizappunt kellu sehem importanti fid deċizzjoni tiegħu li jħalli Berlin għal xi snin minkejja r relazzjonijiet minn ġewwa li kellha l familja kollha mal Akkademja u s suċċess konsiderevoli li kellu bill Passjoni skont San Mattew Fir rebbiegħa tal 1833 zar Londra għat tielet darba biex imexxi l Philharmonic Society li fit 13 ta Mejju kienet ħa ddoqq is Sinfonija Taljana tiegħu Fis 26 tal istess xahar mexxa l muzika fil festa tal muzika tar Renu l Baxx f Dusseldorf b tant suċċess li minnufih offrewlu l post ta direttur ġenerali tal muzika tal belt L impieg kien jikkonsisti fid direzzjoni tal muzika fil knejjes ewlenin it teatru u zewġ swali oħra ta gruppi muzikali Qabel ma ħa f idejħ l impennji tal impieg il ġdid mar Londra għal darb oħra ma missieru u wasal lura Dusseldorf fis 27 Settembru 1833 Kien f dak iz zmien li kkompona il Vespergesang Kant tal Għasar li ħadd ma kien jaf bih qabel mewtu Ix xogħol tiegħu fil knisja u fis sala tal kunċert ta impressjoni tajba ħafna imma r relazzjonijiet tiegħu mad diretturi tat teatru ma kinux mill aħjar Forsi kien minħabba dawn iċ ċirkostanzi li beda jitbiegħed mill opra u jersaq aktar lejn il muzika tal knisja F dawn is snin Mendelssohn kien imexxi l kor Cacilien Vereins Għaqda Ċeċiljana ta Frankfurt Kien obbligat għal bosta snin lejn dan il kor u d direttur tiegħu u għalhekk ħass li kellu jieħu f idejh il provi u l kunċerti ta dan il kor matul il marda serja ta Schelbles sakemm dan seta jista jkompli Fuq talba tal Cacilien Vereins ikkompona l ouverture u ppjana diversi xogħlijiet importanti oħra Fi Frankfurt Mendelssohn kellu l oppurtunita li jiltaqa personalment mal kompozitur importanti tal opra Gioachino Rossini li kien dħuli ħafna li qagħad hemm għal ftit jiem F Dusseldorf għamel abbozz tal famuz oratorju ibbazat fuq il ħajja ta San Pawl Ħass li s soġġorn tiegħu hemm kien ta pjaċir immens u x aktarx kien izomm dan l impieg għal ħafna snin kieku ma offrulux id direzzjoni permanenti tal orkestra tal Gewandhaus ta Leipzig waħda mill ogħla pozizzjonijiet li wieħed seta jikseb fid dinja muzikali Ġermaniza Leipzig 1835 1841 Gewandhaus Leipziger Akkwarell minn Felix Mendelssohn Bartholdy 1836 F Awissu tal 1835 Mendelssohn mar u fl 4 Ottubru ta l ewwel kunċert fil Gewandhaus li fih indaqqet l ouverture Baħar kalm u vjaġġ hieni li daz zmien mqabbla mal ouvertures l oħra tiegħu ma tantx intuha attenzjoni Il kunċerti ta Mendelssohn fil Gewandhaus intlaqgħu b ħafna b entuzjazmu u b rikonoxximent ingħata dottorat onorarju fil filosofija fl 20 ta Marzu 1836 Sadanittant kien lesta l ewwel Paulus u ddiriġieh għall ewwel darba fit 22 ta Mejju 1836 fil Festa tar Renu l Baxx f Dusseldorf Fis 16 ta Marzu 1837 reġa mexxa l oratorju f Leipzig Matul dan iz zmien ipprova bħala ammiratur kbir ta jippromwovi x xogħlijiet ta Haydn kif għamel per ezempju fit 22 Frar 1838 f Leipzig b suċċess kbir Cecile Charlotte Sophie Mendelssohn Bartholdy pittura taz zejt minn Eduard Magnus 1846 Il ġrajja importanti li tmiss fil ħajja ta Mendelssohn kienet fit 28 ta Marzu 1837 meta zzewweġ lil Cecile Charlotte Sophie Jeanrenaud 10 ta Ottubru 1817 25 ta Settembru 1853 li kien iltaqa magħha Frankfurt qabel fis sajf Cecile kienet waħda minn dawk il fenomeni feminili ħelwin li l effett tas sens kwiet u tfuli tas sempliċi prezenza tagħha fuq kull bniedem hu li jikkalmah u jserrħu Kellha figura zvelta fattizzi ta sbuħija li tolqtok Philipp Eduard Devrient Kellhom ħamest itfal Carl Wolfgang Paul Marie Felix u Lili Il honeymoon bilkemm kien għadda meta għal darb oħra kellu jmur l Ingilterra fejn fl 20 ta Settembru mexxa Paulus fil Festival ta Birmingham Matul dal vjaġġ daqq l orgni f Saint Paul s u f Christchurch u b hekk kellu influwenza profonda fuq l organisti Inglizi Hawn beda jaħseb biex jikteb it tieni oratorju Elias Fis snin 1838 sal 1844 zviluppa l famuz Kunċert għal vjolin fil Mi minuri għall ħabibu il vjolinista Ferdinand David Berlin 1841 1845 Fl 1840 Mendelssohn ikkompona l Innu ta Tifħir u fl 1841 wara s sitt vjaġġ tiegħu fl Ingilterra Friedrich Wilhelm IV sejjaħlu lura Berlin biex isir Maestro di Cappella Ir re Prussjan kellu l pjan grandjuz li jagħmel l Berlin il belt kapitali tal arti fil pajjizi li kienu jitkellmu l Ġermaniz It tama ta Mendelssohn kienet li jirriforma l Akkademja Rjali tal Arti u t tmexxija tal kor tal katidral Minkejja li inħatar bħala Direttur Ġeneral tal Muzika tal Prussja fil ħarifa tal 1842 il pjanijiet ambizzjuzi tiegħu kienu opposti u rezistiti minn ħafna nħawi Għalhekk ma waqafx mill attivitajiet l oħra u baqa jagħti l kunċerti fil Gewandhaus Fl 1842 mar l Ingilterra għas seba darba flimkien ma martu u hemm iddiriġa is sinfonija Skoċċiza Kompla fl impieg sal 1845 u kkompona l muzika ta akkompanjament għal Antigone Oedipus Coloneus Athalie u l muzika għal Ħolma ta lejl sajfi L aħħar snin f Leipzig 2 Goldschmidt Strasse Leipzig madwar 1900 fejn Mendelssohn għex u miet Fl 1843 Mendelssohn waqqaf konservatorju f Leipzig l ewwel Akkademja tal Muzika fil Ġermanja li nfetaħ fit 3 ta April fil bini tal Gewandhaus Fl istess sena nħatar ċittadin onorarju tal belt ta Leipzig Fl 1844 mexxa sitt kunċerti filarmoniċi f Londra u ddiriġa wkoll il Ħolma ta lejl Sajfi Mar lura Berlin f Settembru izda ma setax jikkonvinċi r re li jħollu mir responsabbiltajiet ibsin li kellu Wara zjara qasira fi Frankfurt f Settembru tal 1845 Mendelssohn mar lura Leipzig u reġa ħa l impjieg li kellu qabel fl Gewandhaus u kien jgħallem regolarment fil Konservatorju Iddedika ruħu prinċipalment għat tieni oratorju kbir tiegħu Elias li ndaqq għall ewwel darba fis 26 Awissu 1846 fil Festival ta Birmingham Ix xogħol tiegħu intlaqa bl entuzjazmu u wara li mar lura Leipzig kompla jaħdem bħas soltu imma kien jidher ċar li saħħtu kienet marret għall agħr serjament Fl 1847 Mendelssohn ivvaġġja għall għaxar u l aħħar darba għall Ingilterra biex imexxi Elias f Exeter Hall f Manchester u f Birmingham Meta mar lura ħa xokk kbir bil mewt ta oħtu Fanny fl 14 ta Mejju Imbagħad irrtira mill ħajja pubblika u għadda xi xhur vaganzi fl Izvizzera u n Nofsinhar tal Ġermanja Fl Leipzig fid 9 t Ottubru tagħtu l ewwel puplesija Wara t tieni attakk fil 25 Ottubru u fit 3 ta Novembru intilef minn sensieh u miet fl 4 ta Novembru fid 9 u 24 minuta ta fil għaxija Għex u miet fid dar 12 Konigsstrasse illum Goldschmidtstrasse f Leipzig li issa hi muzew imsejjaħ Mendelssohn Haus Mendelssohn indifen fiċ Ċimiterju tat Trinita f Berlin Kreuzberg maġenb oħtu Fanny u membri oħra tal familja Felix Mendelssohn Bartholdy u l posteritaKatalgi tax xogħlijiet Ix xogħlijiet tal kompozitur huma ddokumentati tajjeb f zewġ katalgi Hemm katalgu tal 1882 li jelenka 350 kompozizzjoni Fis 26 Awissu 2009 direttorju xjentifiku ġdid li fih 750 kompozizzjoni f 26 grupp ġie ppubblikat mill Mendelssohn Forschungsstelle tal Akkademja tax Xjenzi tas Sassonja Din fih wkoll il manuskritti u x xogħlijiet stampati ta Mendelssohn Bartholdy F appendiċi id direttorju jagħti xogħlijiet li hemm dubju fuq l awtur tagħhom u jsemmi l adattamenti tiegħu tax xogħlijiet barranin Monumenti u tifkiriet Il monument quddiem il Gewandhaus f Leipzig madwar 1900 Statwa maħduma minn Hermann Heinrich Howaldt fuq id disinn ta Werner Stein tqegħdet quddiem il Gewandhaus f fis 26 ta Mejju 1892 Fil lejl ta 9 10 ta Novembru 1936 tneħħiet minn hemm min waqt li s sindku ta Leipzig Carl Goerdeler kien barra l pajjiz u x aktarx imdewwbet matul il Tieni Gwerra Dinjija Fit 18 ta Ottubru 2008 kopja ezatta tagħha tqegħdet quddiem Thomaskirche Knisja ta San Tumas Fil muniċipju ta Amburgu hemm ritratt ta Mendelssohn Bartholdy fir riljev fuq waħda mill kolonni ta unur tar Rathausdiele li ilu hemm mill 1897 Ir riljev tnaħħa min Nazisti imma wara l gwerra ġie restawrat u tqiegħed lura f postu F Amburgu fl 1997 150 sena mill mewt ta Felix Mendelssohn Bartholdy tqiegħdu zewġ plakek fir riljev bir ritratti tiegħu u ta oħtu Fanny Hensel f park zgħir fit triq Ludwig Erhardt mhux il bogħod mid dar fejn twieldu 14 Michaelisstr li nqerdet fil gwerra Fil Mendelssohn Bartholdy Park f Berlin qrib Platz Potsdamer hemm ġebla kommemorattiva Il park kien mfassal minn Helmut Preuss 1961 1967 Fuq il ġebla maħduma minn Ivo Breuker hemm ritratt ta Mendelssohn fir riljev Fl 2000 is Soċjeta Mendelssohn ta Berlin qiegħdu bust tal kompozitur fl istazzjon tal U Bahnhof Mendelssohn Bartholdy Park Fl 20 ta Marzu 2002 is Sindku ta Berlin Klaus Wowereit kixef il plakka kommemorattiva għal Fanny Hensel u Felix Mendelssohn Bartholdy fil Bini tal Kunsill Federali Ġermaniz f Leipziger Strasse li darba kien id dar tal Familja Mendelssohn Din tqegħdet hemm fuq l inizjattiva tas Socjeta Mendelssohn Il premju Felix Mendelssohn ta Berlin Il premju Felix Mendelssohn Bartholdy imsemmi għall kompozitur u organizzat mill Fondazzjoni għall Patrimonju Kulturali Prussjan f Berlin huwa l eqdem premju Ġermaniz għall muzika klassika Il premju Mendelssohn ta Leipzig Il premju Mendelssohn ta Leipzig twaqqaf fis sena 2007 u jingħata mill Fondazzjoni Felix Mendelssohn Bartholdy fil Gewandhaus ta Leipzig Jingħata fi tliet kategoriji muzika arti vizwali u r responsabbilta soċjali Din il klassifikazzjoni tfakkar id diversita kreattiva ta Mendelssohn it talenti qawwijin diversi li kellu u x xogħol tiegħu bla għeda għall progress soċjali Felix Mendelssohn Bartholdy spikka mhux biss bħala muziċista u artista izda għall impatt soċjali tiegħu għal valuri estetiċi u politiċi għolja Il premju onorarju jingħata lill individwi li juru l aktar interess fil ħidma u l ispirtu ta Mendelssohn bill ħsieb li juri li l ħidma tagħhom hi appoġġata u apprezzata L istatwa tal bronz li tiġi pprezentata mal premju hi mmudellata fuq l istatwa ta Mendelssohn li tqegħdet quddiem il Gewandhaus ta Leipzig fl 1993 maħluqa minn Jo Jastram u maħduma fil funderija ta Marc Krepp f Berlin Il figura tizen 3 400 gramma Il Maestro Kurt Masur kien l ewwel rebbieħ fl 2007 fil kategorija tal Muzika Kien l għeluq it 80 sena tas surmast li kien ta servizz kbir minn kmieni f zogħzitu għall muzika u x xogħlijiet ta Felix Mendelssohn Bartholdy u kien l ewwel li rrekordja diski ta ħafna mill komposizzjonijiet ta Mendelssohn Fl 2008 il premju Mendelssohn ingħata lill vjolinista Anne Sophie Mutter Kategorija Muzika u lill filosfu Peter Sloterdijk Kategorija Responsabbilta Soċjali Fl 2009 il premju Mendelssohn ingħata lill kanċillier Helmut Schmidt Kategorija Responsabbilta Soċjali lill attur u pittur Armin Mueller Stahl Kategorija Arti Vizwali u lis surmast tal orkestra tal Gewandhaus Riccardo Chailly Kategorija Muzika Bolla tad Deutsche Bundespost Posta Ġermaniza 1959 maħruġa f għeluq il 150 sena mit twelid ta Mendelssohn Bolla tar Repubblika Federali tal Ġermanja 1997 maħruġa f għeluq il 150 sena mill mewt ta Mendelssohn Bolla tar Repubblika Federali tal Ġermanja 2009 maħruġa f għeluq il 200 sena mit twelid ta Mendelssohn Tixwix anti semitiku Wara mewtu Mendelssohn kien il vittma tal propaganda kontra l Lhud Bdiet minn bil librett tiegħu Il Ġudaizmu fil muzika l ewwel darba fl 1850 tliet snin wara l mewt ta Mendelssohn u mbagħad għal darb oħra fl 1869 meta reġa deher Billi Wagner fiz zmien tal pubblikazzjoni tat tieni darba kien diġa kompozitur influwenti il fehmiet tiegħu wasslu għal nuqqas ta rispett għall muzika ta Mendelssohn fit tieni nofs tas seklu 19 Minħabba Wagner l ezekuzzjoni tax xogħolijiet ta Mendelssohn kienet ipprojbita għal kollox fit Tielet Reich Il kompozituri Ġermaniz intalbu li jiktbu muzikz alternattiva għall Ħolma ta lejl sajfi Xogħlijiet EwleninSinfoniji Tnax il Sinfonija għal orkestra tal kordi 1821 1825 Sinfonija nru 1 fid Do minuri op 11 1824 Sinfonija nru 2 fis Si bemoll maġġuri Innu ta tifħir op 52 1840 Sinfonija nru 3 fil La minuri Skoċċiza op 56 1842 Sinfonija nru 4 fil La maġġuri Taljana op 90 1833 Sinfonija nru 5 fir Re maġġuri Ir riforma op 107 1832 Kunċerti Kunċert għal pjanu u kordi fil La minuri 1822 Kunċert għal vjolin u kordi fir Re minuri 1822 Kunċert għal zewġ pjani fil Mi maġġuri 1823 Kunċert għal pjanu vjolin u kordi fir Re minuri 1823 Kunċert għal zewġ pjani fil La bemoll maġġuri 1824 Kunċert għal pjanu nru 1 op 25 1831 Kunċert għal pjanu nru 2 op 40 1837 Kunċert għal vjolin u orkestra fil Mi minuri op 64 1844 Xogħol sinfoniku ieħor Ħolma ta lejl sajfi ouverture op 21 1826 u musica di scena op 61 1843 Ouverture L Ebridi op 26 1830 1832 Ouverture Baħar kalm u vjaġg hieni op 27 1828 Ouverture Is sabiħa Melusina op 32 1834 Ouverture Ruy Blas op 95 1839 Oratorji Paulus op 36 1834 1836 Elias op 70 1845 1847 Muzika Reliġjuza Salm 42 op 42 Wie der Hirsch schreit Lass o Herr op 98 Ave Maria op 23 2 għal kor imħallat bi 8 vuċijiet u soloisti SSAATTBB Lauda Sion op 73 1837 Sekwenza tal festa ta Corpus fuq test ta Verleih und Frieden gnadiglich fuq test ta Luteru Musica da Camera Ottett għall kordi fil Mi bemoll maġġuri op 20 1825 Kwintett għall kordi nru 1 fil La maġġuri op 18 Kwintett għall kordi nru 2 fis Si maġġuri op 67 Kwintett a kordi 1827 1847 Kwartett fil La minuri op 13 Kwartett fil Mi bemoll maġġuri op 12 Kwartett fir Re maġġuri op 44 nru 1 Kwartett fil Mi minuri op 44 nru 2 Kwartett fil Mi bemoll maġġuri op 44 nru 3 Kwartett fil Fa minuri op 80 Triju għal pjanu nru 1 fir Re minuri op 49 Triju għal pjanu nru 2 fid Do minuri op 66 Sonata għal vjolinċell u pjanu nru 1 fis Si b maġġuri op 45 Sonata għal vjolinċell u pjanu nru 2 fir Re maġġuri op 58 Sonata għal vjolin u pjanu fil Fa minuri u l Fa maġġuri op 4 Pjanu Sonati 1821 1826 1827 Rumanzi bla kliem għal pjanu 1829 1845 fosthom L għanja tar rebbiegħa Fruhlingslied op 62 6 1842 Andante u Rondo capriccioso op 14 1830 Varjazzjonijiet serji op 54 1841 Orgni Preludju u fuga fid Do minuri op 37 1 Preludju u fuga fir Re minuri op 37 3 Preludju u fuga fuq Sol maġġuri op 37 2 Biċċiet zgħar 6 għall orgni op S52 Fantasija fis Sol minuri op S53 Wie gross ist des Allmacht gen Gute Korali Preludju u 3 varjazzjonijiet op S54 Biċċiet zgħar 2 għall orgni op S55 Fuga fil Mi minuri op S56 Fuga fil Fa minuri op S57 Preludju fid Do minuri op S58 Biċċiet zgħar 4 għall orgni op S59 Biċċiet 2 għall orgni op S60 Korali fil La bemoll maġġuri op S61 Allegro fis Si maġġuri op S62 Andante alla marcia fis Si maġġuri op S63 Andante sostenuto fir Re maġġuri op S64 Sonata nru 1 fil Fa minuri fa maġġuri op 65 1 Sonata nru 2 fid Do minuri do maġġuri op 65 2 Sonata nru 3 fil La maġġuri op 65 3 Sonata nru 4 fis Si bemoll maġġuri op 65 4 Sonata nru 5 fir Re maġġuri op 65 5 Sonata nru 6 fir Re minuri re maġġuri op 65 6 Fuga fis Si maġġuri op S65 Korali fir Re maġġuri op S66Noti u referenzi F ittra lill Ignaz Moscheles 7 Frar 1834 Felix Moscheles ed Ittri ta Felix Mendelssohn Bartholdy lil Ignaz u Charlotte MoschelesSandig Nendeln 1976 ISBN 3 500 30220 3 lt Repr Leipzig 1888 gt Otto Biba Mendelssohn u Haydn fi Musikblatter der Wiener Philharmoniker 2009 Ħarġa 9 paġna 351 1 2 Leipziger Mendelssohn PreisĦoloq esterniFil Wikikwota hemm kollezzjoni ta kwotazzjonijiet li għandhom x jaqsmu ma Felix Mendelssohn Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Felix Mendelssohn EN The Lied and Art Song Texts Testi oriġinali tal Lied ta Mendelssohn tradotti f bosta lingwi Paġna editjata u mizmuma minn Emily Ezust DE Edizzjoni kompluta L edizzjoni Leipzig tax xogħlijiet ta Felix Mendelssohn Bartholdy DE Edizzjoni kompluta L edizzjoni Leipzig tal ittri ta Felix Mendelssohn Bartholdy EN DE Il Fondazzjoni u d Dar Felix Mendelssohn Leipzig EN Worldcat EN Il Proġett Mendelssohn proġett bl għan li jiġu rrekordjati x xogħlijiet kollha ippublikati u m humiex ta Felix u Fanny Mendelssohn