Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Foresti Sagri ta Kaya tal Mijikenda huma sit sagru tal popli Mijikenda fl eks Provinċja tal Kosta tal Kenja Kaya bil

Foresti Sagri ta' Kaya tal Mijikenda

  • Paġna Ewlenija
  • Foresti Sagri ta' Kaya tal Mijikenda
Foresti Sagri ta' Kaya tal Mijikenda
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Foresti Sagri ta' Kaya tal-Mijikenda huma sit sagru tal-popli Mijikenda fl-eks Provinċja tal-Kosta tal-Kenja. Kaya (bil-plural: makaya jew kayas) jitqies li huwa sors intrinsiku ta' setgħa ritwali u l-oriġini ta' identità kulturali fi ħdan il-foresti sagri; huwa wkoll post tat-talb għall-membri tal-grupp etniku tal-Mijikenda. L-insedjament, iċ-ċentru ritwali, u ħitan iffortifikati assoċjati mal-foresti huma wkoll parti mill-kaya. Attwalment, il-kaya jitqies ukoll bħala unità organizzattiva tradizzjonali tal-popli Mijikenda. Ħdax mill-madwar 60 kaya separat ġew raggruppati flimkien u tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala sit wieħed.

Ġeografija

Iktar minn 50 kaya ġew identifikati fi ħdan il-kontej ta' Kwale, Mombasa u Kilifi. Fil-fatt, il-Mużewijiet Nazzjonali tal-Kenja identifikaw 60 kaya uniku mill-bidu tas-snin 90 tas-seklu 20 b'erja ta' bejn 30 u 300 ettaru kull wieħed. Dawn huma sparpaljati qalb il-fdalijiet tal-ekoreġjun tal-foresti tal-Muntanji tal-Mużajk tal-Ark tal-Lvant, mifruxa fuq 900 kilometru mill-Mozambique sas-Somalja. Minkejja dan, għadhom ikkonċentrati fi ħdan medda periferika ta' 200 kilometru (120 mil) fiż-żona tal-pjanuri kostali tan-Nofsinhar tal-Kenja, bejn il-bliet ta' Mombasa u Kilifi. Filwaqt li l-viżitaturi ma jistgħux jidħlu fil-biċċa l-kbira tal-makaya, il-Kaya ta' Kinondo, foresta ta' 30 ettaru tul il-Bajja ta' Diani, jippermetti l-aċċess lill-viżitaturi u huwa parti mill-qafas tal-Proġett tal-Ekoturiżmu tal-Kaya ta' Kinondo. Hemm regoli speċifiċi li l-viżitaturi jridu jħarsu meta jżuru dan is-sit, inkluż kodiċi tal-ilbies, l-ebda tfixkil tal-flora naturali, l-ebda ritratti, l-ebda għajjat, u l-ebda bews fil-pubbliku.

Mijikenda hija kelma li tirreferi b'mod speċifiku għad-disa' gruppi subetniċi oriġinali u l-insedjamenti tal-makaya korrispondenti, fosthom l-A'Giriama, l-A'Kauma, l-A'Chonyi, l-A'Kambe, l-A'Dzihana, l-A'Rihe, l-A'Rahai, l-A'Duruma, u l-A'Digo. Studjużi oħra jiddistingwu bejn dawn id-disa' gruppi sempliċement bħala l-Giriama, ir-Rabai, iċ-Chonyi, il-Kauma, il-Kambe, il-Jibana, ir-Ribe, id-Duruma, u d-Digo. Barra minn hekk, Miji- tfisser litteralment villaġġi u -Kenda tfisser disa' bil-lingwi Bantu. Il-makaya tad-Duruma u tad-Digo huma insedjamenti distinti tan-Nofsinhar tal-popli Mijikenda, u huma sseparati mis-seba' makaya l-oħra.

Ir-riċerka tappoġġa l-ipoteżi li l-insedjament kaya inizjali kellhom it-tendenza li jkunu kemxejn ikkonċentrati fl-ambjenti forestali tal-irdumijiet tal-Lvant tal-kosta minħabba l-preżenza ta' żewġ sistemi tax-xmajjar, ix-xmajjar Rare u Galana, kif ukoll minħabba r-raba' għammiel għar-ragħa u għall-agrikoltura. Iżda l-għaxar makaya inizjali jaf kienu kkonċentrati f'dawn iż-żoni l-iktar minħabba s-sigurtà offruta mill-insedjamenti barranin tal-madwar tas-Swahili, tal-Waata, tal-Kwavi, u tal-Wasegeju. Inizjalment, il-popli Mijikenda wettqu migrazzjoni lejn dan ir-reġjun kostali tal-Kenja fl-aħħar tas-seklu 16 mill-art li qabel kienet ta' Shungwaya fit-Tramuntana. Finalment, fl-aħħar tas-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20, dawn l-għaxar insedjamenti inizjali kienu ġew abbandunati mill-popli Mijikenda peress li wettqu migrazzjoni lejn reġjuni differenti u stabbilew makaya oħra.

Storja

Bosta makaya oriġinarjament kienu villaġġi ffortifikati ta' gruppi etniċi differenti, inkluż il-popli Digo, Chonyi, Kambe, Duruma, Kauma, Ribe, Rabai, Jibana u Giriama. Il-villaġġi għandhom żoni ta' foresti tropikali fl-artijiet baxxi madwarhom u wieħed kien jasal għalihom permezz ta' mogħdijiet minn ġol-foresti. Il-flora tal-foresti kienet tintuża unikament għall-ġbir tal-ħxejjex mediċinali. Il-prattiki tal-qtugħ tas-siġar, tar-ragħa tal-bhejjem, u tal-ikklerjar tar-raba' agrikolu ma kinux permessi fi ħdan kaya.

Huwa maħsub li l-insedjamenti kaya tal-popli Mijikenda tul il-kosta tal-Kenja ġew stabbiliti fl-istess żmien bħall-insedjamenti Swahili, iżda ġie ppubblikat ferm iktar materjali dwar il-popli Swahili milli dwar il-popli Mijikenda. Barra minn hekk, xi arkeologi jemmnu li l-makaya ġew stabbiliti f'din iż-żona fil-bidu tas-seklu 9 W.K., u b'hekk possibbilment huma saħansitra eqdem mill-insedjamenti kostali tas-Swahili.

Attwalment, minħabba deforestazzjoni intendiva għall-użu agrikolu u l-qtugħ tas-siġar, kien meħtieġ li 38 kaya u żoni forestali jiġu ddikjarati bħala monumenti nazzjonali. Il-komunitajiet lokali jieħdu ħsieb il-ġestjoni ta' dawn iż-żoni.

Sit ta' Wirt Dinji

Ħdax-il kaya ġew raggruppati flimkien bħala l-Foresti Sagri ta' Kaya tal-Mijikenda u ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO wieħed fl-2008.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Organiżmi selvaġġi u konservazzjoni

L-organiżmi selvaġġi fiż-żona tal-Kaya ta' Kinodao ġew identifikati u ż-żona hija aċċessibbli għall-viżitaturi bħala parti minn proġett tal-ekoturiżmu. B'kollox ġew identifikati 187 speċi ta' pjanti, 48 speċi ta' għasafar, u 45 speċi ta' friefet. Ix-xadini colobus u l-bugeddum b'imnieħer ta' iljunfant ġew irrapportati li jgħixu hemm ukoll.

L-aċċess fil-foresta huwa rregolat mir-regoli tradizzjonali stabbiliti minn korp ta' governanza msejjaħ ngambi magħmul minn membri anzjani tal-komunità. Dan il-korp jieħu ħsieb primarjament il-ġestjoni, il-konservazzjoni u l-użu tar-riżorsi bijoloġiċi skont it-twemmin tradizzjonali dwar is-sagralità tal-foresta. Madankollu, il-ħolqien ta' korp ċentrali ta' governanza affettwa r-rwol tal-membri anzjani lokali.

Fl-2001 ġie varat proġett tal-ekoturiżmu permezz tal-fondi pprovduti fil-Fondazzjoni Ford bl-objettiv li jiġi ġġenerat l-introjtu għall-popolazzjoni lokali u jitħeġġeġ l-ekoturiżmu, filwaqt li tiġi ppreservata s-sagralità tal-foresti.

Il-konservazzjoni tal-makaya hija biċċa xogħol iebsa għall-komunità moderna tal-Mijikenda u għal popli lokali oħra, minħabba t-theddidiet ambjentali u n-nuqqas ta' politiki adegwati dwar il-preservazzjoni. Eżempju ta' dan hu l-Kaya ta' Mrima f'Kwale, li ġie mhedded minn azjenda tal-estrazzjoni Kanadiża li bla dubju kienet se tikkawża ħsara irreparabbli lis-sit. Barra minn hekk, waħda mill-politiki mhux adegwati tal-konservazzjoni li nħolqot ġiet imsejħa l-Att dwar l-Antikitajiet u l-Monumenti tal-1983, li kellha l-għan li tipproteġi l-wirt tal-Kenja iżda hija miftuħa wisq għall-interpretazzjoni. Minkejja dan, organizzazzjonijiet bħall-Unità tal-Konservazzjoni tal-Foresti Kostali, stabbiliti mill-Mużewijiet Nazzjonali tal-Kenja, jaħdmu qatigħ sabiex jikkonservaw il-makaya u jrawmu sensibilizzazzjoni fost il-komunità lokali.

Il-Mużew ta' Mafkar ta' Krapf f'Rabai ħoloq replika ta' kaya sabiex il-viżitaturi mhux mill-popli Mijikenda, li ma setgħux jidħlu fiżikament fil-makaya, setgħu japprezzaw is-sit storiku mill-bogħod. Madankollu, ir-replika damet biss mill-2001 sal-2003 peress li tqieset bħala mhux awtentika.

Arkeoloġija

Studji arkeoloġiċi bħal dawk ta' , li ġie ppubblikat fl-1987, twettqu fi ħdan il-makaya. Mutoro wettaq stħarriġ u skavi fi tmien makaya differenti, inkluż dawk ta' Singwaya, Bate, Kambe, Mudzi Mwiru, Mudzi Mpya, Bomu, Fungo u Dagamra. Għal kull wieħed minn dawn il-kaya, Mutoro u t-tim tiegħu waslu billi użaw metodu bir-reqqa sabiex jimmappjaw il-konfini tas-siti u użaw diversi għodod bħal lasti, boxxla, 30 metru ta' tejp, alidad, medja tal-pjan, eċċ. Mutoro rnexxielu jipproduċi mapep tal-kontorni tas-sit, mapep tal-insedjamenti individwali, u mapep li juru d-distribuzzjoni tal-makaya fir-reġjun kollu.

L-iskavi kien biċċa għadma iebsa għal Mutoro u t-tim tiegħu peress li kien hemm fdalijiet mirduma taħt l-art u beża' li jolqot xi fdalijiet bi żball. Pereżempju, fis-sit ta' Singwaya ġie ppjanat li jiġi skavat il-munzell għadam, magħruf ukoll bħala d-dzala, iżda ġew evitati l-vikango, jew is-siti funebri tal-kaya, u dan sar billi ż-żona ġiet maqsuma f'irqajja' kwadri żgħar ta' 1 x 1 metru.

Kultura

Fil-kaya hemm Fingo (taliżmani protettivi) midfuna u dawn jieħdu ħsiebhom il-membri anzjani tal-kaya li jipproteġu t-tradizzjonijiet tal-popli Mijikenda. Il-popli Mijikenda jemmnu li l-fingo oriġinaw mill-art mitika ta' Shungwaya tal-antenati tagħhom. Attwalment, bosta fingo ntilfu jew insterqu, peress li jitqiesu bħala opri tal-arti.

Kaya jkollha konfigurazzjoni speċifika u pjuttost ġenerika skont l-istudjużi li jistudjawhom. Normalment ikunu mdawra b'foresta densa u jkollhom żewġ mogħdijiet fuq kull naħa li jagħtu għal diversi daħliet tal-injam iffortifikati bil-ġebel. L-għadd ta' daħliet tul dawn il-mogħdijiet ivarja minn kaya għall-oħra. Il-fingo jintwera fl-ewwel daħla ta' kull mogħdija, fuq in-naħa tal-lemin. L-iżjed makaya importanti u spiss l-eqdem fosthom kien ikollhom simboli ritwali ikbar imsejħa mafingo, b'għoli sa 2 metri. Fl-aħħar tal-mogħdijiet, ikun hemm fetħa kbira b'moroni, jiġifieri dar kbira qisha koppla, li tinsab fin-nofs bejn siġra tat-tin u siġra tal-baobab, rispettivament imsejħa mugandi u muyu.

Hemm bosta ħrejjef u twemmin differenti rrakkontati min-nisa lokali taż-żona marbuta mas-sagralità ta' dawn il-foresti. It-twemmin ġenerali hu li fil-foresti jgħixu l-ispirti. Il-makaya jitqiesu bħala l-post tal-mistrieħ tal-fundaturi tal-popli Mijikenda, imsejħa korma jew spirti. Uħud minnhom jemmnu li jekk wieħed jaqta' siġra b'machete din jaf ma tinfidx sew fis-siġra u minflok tikkawża xi feriti li jfiqu biss jekk dak li jkun joffri biċċa drapp lill-membri anzjani tal-villaġġ f'ċerimonja apposta. Jemmnu wkoll li l-ikel imsajjar permezz tal-injam minn dawn il-foresti sagri jista' jikkawża l-mard, u li abitazzjoni li tinbena bl-injam minn dawn il-foresti tispiċċa ċċedi. Il-konservazzjoni tas-sagralità tal-foresti kellha l-għan li tippreserva l-livell tad-dlam fi ħdanhom. Barra minn hekk, it-talb għax-xita, it-talb għall-paċi, it-talb għall-istabbiltà politika, u t-talb għall-istabbilità ekonomika huma kollha eżempji ta' prattiki ritwali tal-popli Mijikenda li jsiru fil-makaya, anke fil-preżent.

Referenzi

  1. ^ Parkin, David (2006). The Sacred Void: Spatial Images of Work and Ritual Among the Giriama of Kenya. Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-02498-3. p. 37.
  2. ^ Wynne-Jones, Stephanie; Laviolette, Adria, eds. (2017). The Swahili World. doi:10.4324/9781315691459. ISBN 978-1-315-69145-9.
  3. ^ "Sacred Groves Threatened by Development: The Kaya Forests of Kenya | Cultural Survival". www.culturalsurvival.org (bl-Ingliż). 2010-03-25. Miġbur 2024-01-18.
  4. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Sacred Mijikenda Kaya Forests". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-18.
  5. ^ Tinga, Kaingu Kalume (September 2004). "The Presentation and Interpretation of Ritual Sites: the Mijikenda Kaya case". Museum International. 56 (3): 8–14.
  6. ^ "Sacred Mijikenda Kaya Forests (Kenya) | African World Heritage Sites". www.africanworldheritagesites.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-10-28. Miġbur 2024-01-18.
  7. ^ "Eco Tourism Kenya :- Kaya Kinondo Ecotourism Project". web.archive.org. 2013-12-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-18. Miġbur 2024-01-18.
  8. ^ Mutoro, Henry Wangutusi (1985). "The Spatial Distribution of the Mijikenda Kaya Settelements on the Hinterland Kenya Coast". Transafrican Journal of History. 14: 78–100.
  9. ^ Gearhart, Rebecca; Giles, Linda L. (2014). Contesting Identities: The Mijikenda and Their Neighbors in Kenyan Coastal Society. Africa World Press. ISBN 978-1-59221-897-4.
  10. ^ Zeppel, Heather (2006). Indigenous Ecotourism: Sustainable Development and Management. CABI. ISBN 978-1-84593-125-4. p. 136.
  11. ^ Trosper, Ronald L. (14 October 2011). Traditional Forest-Related Knowledge: Sustaining Communities, Ecosystems and Biocultural Diversity. Springer. ISBN 978-94-007-2144-9. p. 58.
  12. ^ Mutoro, H. W. (1987). An Archaeological Study of the Mijikenda Kaya Settlements on Hinterland Kenya Coast (Thesis) (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-18.
  13. ^ Njogu, Kimani; Middleton, John (2009). Media and Identity in Africa. Indiana University Press. ISBN 978-0-253-22201-5. pp. 296-297.
  14. ^ Trillo, Richard (2013). The Rough Guide to Kenya. Rough Guides. ISBN 978-1-4093-3018-9. p. 551.
  15. ^ Eaton; Lorentzen (8 September 2004). Ecofeminism and Globalization: Exploring Culture, Context, and Religion. Rowman & Littlefield Publishers. ISBN 978-0-585-48276-7. p. 48.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 08 Lul, 2025 / 16:09

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Foresti Sagri ta' Kaya tal Mijikenda, X'inhi Foresti Sagri ta' Kaya tal Mijikenda? Xi tfisser Foresti Sagri ta' Kaya tal Mijikenda?

Il Foresti Sagri ta Kaya tal Mijikenda huma sit sagru tal popli Mijikenda fl eks Provinċja tal Kosta tal Kenja Kaya bil plural makaya jew kayas jitqies li huwa sors intrinsiku ta setgħa ritwali u l oriġini ta identita kulturali fi ħdan il foresti sagri huwa wkoll post tat talb għall membri tal grupp etniku tal Mijikenda L insedjament iċ ċentru ritwali u ħitan iffortifikati assoċjati mal foresti huma wkoll parti mill kaya Attwalment il kaya jitqies ukoll bħala unita organizzattiva tradizzjonali tal popli Mijikenda Ħdax mill madwar 60 kaya separat ġew raggruppati flimkien u tnizzlu fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO bħala sit wieħed Il Foresti Sagri ta Kaya tal Mijikenda ĠeografijaIktar minn 50 kaya ġew identifikati fi ħdan il kontej ta Kwale Mombasa u Kilifi Fil fatt il Muzewijiet Nazzjonali tal Kenja identifikaw 60 kaya uniku mill bidu tas snin 90 tas seklu 20 b erja ta bejn 30 u 300 ettaru kull wieħed Dawn huma sparpaljati qalb il fdalijiet tal ekoreġjun tal foresti tal Muntanji tal Muzajk tal Ark tal Lvant mifruxa fuq 900 kilometru mill Mozambique sas Somalja Minkejja dan għadhom ikkonċentrati fi ħdan medda periferika ta 200 kilometru 120 mil fiz zona tal pjanuri kostali tan Nofsinhar tal Kenja bejn il bliet ta Mombasa u Kilifi Filwaqt li l vizitaturi ma jistgħux jidħlu fil biċċa l kbira tal makaya il Kaya ta Kinondo foresta ta 30 ettaru tul il Bajja ta Diani jippermetti l aċċess lill vizitaturi u huwa parti mill qafas tal Proġett tal Ekoturizmu tal Kaya ta Kinondo Hemm regoli speċifiċi li l vizitaturi jridu jħarsu meta jzuru dan is sit inkluz kodiċi tal ilbies l ebda tfixkil tal flora naturali l ebda ritratti l ebda għajjat u l ebda bews fil pubbliku Mijikenda hija kelma li tirreferi b mod speċifiku għad disa gruppi subetniċi oriġinali u l insedjamenti tal makaya korrispondenti fosthom l A Giriama l A Kauma l A Chonyi l A Kambe l A Dzihana l A Rihe l A Rahai l A Duruma u l A Digo Studjuzi oħra jiddistingwu bejn dawn id disa gruppi sempliċement bħala l Giriama ir Rabai iċ Chonyi il Kauma il Kambe il Jibana ir Ribe id Duruma u d Digo Barra minn hekk Miji tfisser litteralment villaġġi u Kenda tfisser disa bil lingwi Bantu Il makaya tad Duruma u tad Digo huma insedjamenti distinti tan Nofsinhar tal popli Mijikenda u huma sseparati mis seba makaya l oħra Ir riċerka tappoġġa l ipotezi li l insedjament kaya inizjali kellhom it tendenza li jkunu kemxejn ikkonċentrati fl ambjenti forestali tal irdumijiet tal Lvant tal kosta minħabba l prezenza ta zewġ sistemi tax xmajjar ix xmajjar Rare u Galana kif ukoll minħabba r raba għammiel għar ragħa u għall agrikoltura Izda l għaxar makaya inizjali jaf kienu kkonċentrati f dawn iz zoni l iktar minħabba s sigurta offruta mill insedjamenti barranin tal madwar tas Swahili tal Waata tal Kwavi u tal Wasegeju Inizjalment il popli Mijikenda wettqu migrazzjoni lejn dan ir reġjun kostali tal Kenja fl aħħar tas seklu 16 mill art li qabel kienet ta Shungwaya fit Tramuntana Finalment fl aħħar tas seklu 19 u fil bidu tas seklu 20 dawn l għaxar insedjamenti inizjali kienu ġew abbandunati mill popli Mijikenda peress li wettqu migrazzjoni lejn reġjuni differenti u stabbilew makaya oħra StorjaBosta makaya oriġinarjament kienu villaġġi ffortifikati ta gruppi etniċi differenti inkluz il popli Digo Chonyi Kambe Duruma Kauma Ribe Rabai Jibana u Giriama Il villaġġi għandhom zoni ta foresti tropikali fl artijiet baxxi madwarhom u wieħed kien jasal għalihom permezz ta mogħdijiet minn ġol foresti Il flora tal foresti kienet tintuza unikament għall ġbir tal ħxejjex mediċinali Il prattiki tal qtugħ tas siġar tar ragħa tal bhejjem u tal ikklerjar tar raba agrikolu ma kinux permessi fi ħdan kaya Huwa maħsub li l insedjamenti kaya tal popli Mijikenda tul il kosta tal Kenja ġew stabbiliti fl istess zmien bħall insedjamenti Swahili izda ġie ppubblikat ferm iktar materjali dwar il popli Swahili milli dwar il popli Mijikenda Barra minn hekk xi arkeologi jemmnu li l makaya ġew stabbiliti f din iz zona fil bidu tas seklu 9 W K u b hekk possibbilment huma saħansitra eqdem mill insedjamenti kostali tas Swahili Attwalment minħabba deforestazzjoni intendiva għall uzu agrikolu u l qtugħ tas siġar kien meħtieġ li 38 kaya u zoni forestali jiġu ddikjarati bħala monumenti nazzjonali Il komunitajiet lokali jieħdu ħsieb il ġestjoni ta dawn iz zoni Sit ta Wirt DinjiĦdax il kaya ġew raggruppati flimkien bħala l Foresti Sagri ta Kaya tal Mijikenda u ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO wieħed fl 2008 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Organizmi selvaġġi u konservazzjoniL organizmi selvaġġi fiz zona tal Kaya ta Kinodao ġew identifikati u z zona hija aċċessibbli għall vizitaturi bħala parti minn proġett tal ekoturizmu B kollox ġew identifikati 187 speċi ta pjanti 48 speċi ta għasafar u 45 speċi ta friefet Ix xadini colobus u l bugeddum b imnieħer ta iljunfant ġew irrapportati li jgħixu hemm ukoll L aċċess fil foresta huwa rregolat mir regoli tradizzjonali stabbiliti minn korp ta governanza msejjaħ ngambi magħmul minn membri anzjani tal komunita Dan il korp jieħu ħsieb primarjament il ġestjoni il konservazzjoni u l uzu tar rizorsi bijoloġiċi skont it twemmin tradizzjonali dwar is sagralita tal foresta Madankollu il ħolqien ta korp ċentrali ta governanza affettwa r rwol tal membri anzjani lokali Fl 2001 ġie varat proġett tal ekoturizmu permezz tal fondi pprovduti fil Fondazzjoni Ford bl objettiv li jiġi ġġenerat l introjtu għall popolazzjoni lokali u jitħeġġeġ l ekoturizmu filwaqt li tiġi ppreservata s sagralita tal foresti Il konservazzjoni tal makaya hija biċċa xogħol iebsa għall komunita moderna tal Mijikenda u għal popli lokali oħra minħabba t theddidiet ambjentali u n nuqqas ta politiki adegwati dwar il preservazzjoni Ezempju ta dan hu l Kaya ta Mrima f Kwale li ġie mhedded minn azjenda tal estrazzjoni Kanadiza li bla dubju kienet se tikkawza ħsara irreparabbli lis sit Barra minn hekk waħda mill politiki mhux adegwati tal konservazzjoni li nħolqot ġiet imsejħa l Att dwar l Antikitajiet u l Monumenti tal 1983 li kellha l għan li tipproteġi l wirt tal Kenja izda hija miftuħa wisq għall interpretazzjoni Minkejja dan organizzazzjonijiet bħall Unita tal Konservazzjoni tal Foresti Kostali stabbiliti mill Muzewijiet Nazzjonali tal Kenja jaħdmu qatigħ sabiex jikkonservaw il makaya u jrawmu sensibilizzazzjoni fost il komunita lokali Il Muzew ta Mafkar ta Krapf f Rabai ħoloq replika ta kaya sabiex il vizitaturi mhux mill popli Mijikenda li ma setgħux jidħlu fizikament fil makaya setgħu japprezzaw is sit storiku mill bogħod Madankollu ir replika damet biss mill 2001 sal 2003 peress li tqieset bħala mhux awtentika ArkeoloġijaStudji arkeoloġiċi bħal dawk ta li ġie ppubblikat fl 1987 twettqu fi ħdan il makaya Mutoro wettaq stħarriġ u skavi fi tmien makaya differenti inkluz dawk ta Singwaya Bate Kambe Mudzi Mwiru Mudzi Mpya Bomu Fungo u Dagamra Għal kull wieħed minn dawn il kaya Mutoro u t tim tiegħu waslu billi uzaw metodu bir reqqa sabiex jimmappjaw il konfini tas siti u uzaw diversi għodod bħal lasti boxxla 30 metru ta tejp alidad medja tal pjan eċċ Mutoro rnexxielu jipproduċi mapep tal kontorni tas sit mapep tal insedjamenti individwali u mapep li juru d distribuzzjoni tal makaya fir reġjun kollu L iskavi kien biċċa għadma iebsa għal Mutoro u t tim tiegħu peress li kien hemm fdalijiet mirduma taħt l art u beza li jolqot xi fdalijiet bi zball Perezempju fis sit ta Singwaya ġie ppjanat li jiġi skavat il munzell għadam magħruf ukoll bħala d dzala izda ġew evitati l vikango jew is siti funebri tal kaya u dan sar billi z zona ġiet maqsuma f irqajja kwadri zgħar ta 1 x 1 metru KulturaFil kaya hemm Fingo talizmani protettivi midfuna u dawn jieħdu ħsiebhom il membri anzjani tal kaya li jipproteġu t tradizzjonijiet tal popli Mijikenda Il popli Mijikenda jemmnu li l fingo oriġinaw mill art mitika ta Shungwaya tal antenati tagħhom Attwalment bosta fingo ntilfu jew insterqu peress li jitqiesu bħala opri tal arti Kaya jkollha konfigurazzjoni speċifika u pjuttost ġenerika skont l istudjuzi li jistudjawhom Normalment ikunu mdawra b foresta densa u jkollhom zewġ mogħdijiet fuq kull naħa li jagħtu għal diversi daħliet tal injam iffortifikati bil ġebel L għadd ta daħliet tul dawn il mogħdijiet ivarja minn kaya għall oħra Il fingo jintwera fl ewwel daħla ta kull mogħdija fuq in naħa tal lemin L izjed makaya importanti u spiss l eqdem fosthom kien ikollhom simboli ritwali ikbar imsejħa mafingo b għoli sa 2 metri Fl aħħar tal mogħdijiet ikun hemm fetħa kbira b moroni jiġifieri dar kbira qisha koppla li tinsab fin nofs bejn siġra tat tin u siġra tal baobab rispettivament imsejħa mugandi u muyu Hemm bosta ħrejjef u twemmin differenti rrakkontati min nisa lokali taz zona marbuta mas sagralita ta dawn il foresti It twemmin ġenerali hu li fil foresti jgħixu l ispirti Il makaya jitqiesu bħala l post tal mistrieħ tal fundaturi tal popli Mijikenda imsejħa korma jew spirti Uħud minnhom jemmnu li jekk wieħed jaqta siġra b machete din jaf ma tinfidx sew fis siġra u minflok tikkawza xi feriti li jfiqu biss jekk dak li jkun joffri biċċa drapp lill membri anzjani tal villaġġ f ċerimonja apposta Jemmnu wkoll li l ikel imsajjar permezz tal injam minn dawn il foresti sagri jista jikkawza l mard u li abitazzjoni li tinbena bl injam minn dawn il foresti tispiċċa ċċedi Il konservazzjoni tas sagralita tal foresti kellha l għan li tippreserva l livell tad dlam fi ħdanhom Barra minn hekk it talb għax xita it talb għall paċi it talb għall istabbilta politika u t talb għall istabbilita ekonomika huma kollha ezempji ta prattiki ritwali tal popli Mijikenda li jsiru fil makaya anke fil prezent Referenzi Parkin David 2006 The Sacred Void Spatial Images of Work and Ritual Among the Giriama of Kenya Cambridge University Press ISBN 978 0 521 02498 3 p 37 Wynne Jones Stephanie Laviolette Adria eds 2017 The Swahili World doi 10 4324 9781315691459 ISBN 978 1 315 69145 9 Sacred Groves Threatened by Development The Kaya Forests of Kenya Cultural Survival www culturalsurvival org bl Ingliz 2010 03 25 Miġbur 2024 01 18 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Sacred Mijikenda Kaya Forests UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 18 Tinga Kaingu Kalume September 2004 The Presentation and Interpretation of Ritual Sites the Mijikenda Kaya case Museum International 56 3 8 14 Sacred Mijikenda Kaya Forests Kenya African World Heritage Sites www africanworldheritagesites org Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 10 28 Miġbur 2024 01 18 Eco Tourism Kenya Kaya Kinondo Ecotourism Project web archive org 2013 12 18 Arkivjat minn l oriġinal fl 2013 12 18 Miġbur 2024 01 18 Mutoro Henry Wangutusi 1985 The Spatial Distribution of the Mijikenda Kaya Settelements on the Hinterland Kenya Coast Transafrican Journal of History 14 78 100 Gearhart Rebecca Giles Linda L 2014 Contesting Identities The Mijikenda and Their Neighbors in Kenyan Coastal Society Africa World Press ISBN 978 1 59221 897 4 Zeppel Heather 2006 Indigenous Ecotourism Sustainable Development and Management CABI ISBN 978 1 84593 125 4 p 136 Trosper Ronald L 14 October 2011 Traditional Forest Related Knowledge Sustaining Communities Ecosystems and Biocultural Diversity Springer ISBN 978 94 007 2144 9 p 58 Mutoro H W 1987 An Archaeological Study of the Mijikenda Kaya Settlements on Hinterland Kenya Coast Thesis bl Ingliz Miġbur 2024 01 18 Njogu Kimani Middleton John 2009 Media and Identity in Africa Indiana University Press ISBN 978 0 253 22201 5 pp 296 297 Trillo Richard 2013 The Rough Guide to Kenya Rough Guides ISBN 978 1 4093 3018 9 p 551 Eaton Lorentzen 8 September 2004 Ecofeminism and Globalization Exploring Culture Context and Religion Rowman amp Littlefield Publishers ISBN 978 0 585 48276 7 p 48

L-aħħar artikli
  • Lulju 08, 2025

    Ochotona thomasi

  • Lulju 08, 2025

    Harar

  • Lulju 08, 2025

    Fredrik Stenman

  • Lulju 08, 2025

    Fenek ħmar iswed

  • Lulju 08, 2025

    Foresti Sagri ta' Kaya tal-Mijikenda

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq