Fotografu mill Grieg φῶς phos li tfisser dawl u γραφή graphê li tfisser tpinġija kitba li flimkien ifissru it tpinġija b
Fotografu

Fotografu (mill-Grieg φῶς (phos), li tfisser "dawl", u γραφή (graphê), li tfisser "tpinġija, kitba"; li flimkien ifissru "it-tpinġija bid-dawl") huwa persuna li tieħu r-ritratti.
Dmirijiet u tipi ta’ fotografi
Bħal fil-kumplament tal-arti, id-definizzjonijiet ta’ dilettant u professjonista mhumiex kategoriċi għalkollox.
Fotografu dilettant jieħu r-ritratti għall-gost jew bħala delizzju biex jibqa’ jiftakar xi avvenimenti, postijiet jew ħbieb, bl-ebda intenzjoni li jbigħhom lil xi ħaddieħor.
Min-naħa l-oħra, fotografu professjonista x’aktarx li jieħu r-ritratti għal sessjoni bi ħlas jew jimponi xi miżata, jew inkella jdaħħal salarju jew xi introjtu permezz tal-wiri, il-bejgħ mill-ġdid jew l-użu ta’ dawk ir-ritratti.
Fotografu professjonista jista’ jkun impjegat, pereżempju ta’ xi gazzetta, jew jitqabbad b’kuntratt biex ikopri avveniment ippjanat partikolari bħal tieġ jew ċerimonja tal-iggradwar, jew għar-reklamar. Oħrajn, bħall-fotografi tal-belle arti, jaħdmu freelance jew għal rashom. Dawn l-ewwel jieħdu ritratt u mbagħad joħorġulu liċenzja jew jagħmlu kopji stampati tiegħu għall-bejgħ jew għall-wiri. Xi ħaddiema, bħall-fotografi tax-xena tad-delitti, aġenti tal-proprjetà, ġurnalisti u jieħdu r-ritratti bħala parti minn xogħolhom. Il-fotografi li jipproduċu immaġnijiet jiċċaqilqu minflok immaġnijiet wefin spiss jissejħu ċinematografi, vidjografi jew operaturi tal-kameras, skont xi jkun il-kuntest kummerċjali.
It-terminu professjonista jista’ jimplika wkoll tħejjija, pereżempju, permezz ta’ studju akkademiku jew apprendistat minn fotografu li jrid jikseb ħiliet fotografiċi. Professjonista spiss jinvesti fit-tkomplija tal-edukazzjoni permezz ta’ assoċjazzjonijiet. Filwaqt li ma hemm l-ebda rekwiżit obbligatorju ta’ reġistrazzjoni biex wieħed jikseb status ta’ fotografu professjonista, biex wieħed jopera negozju jeħtieġ liċenzja tan-negozju fil-biċċa l-kbira tal-bliet u tal-pajjiżi. B’mod simili, l-assigurazzjoni kummerċjali hija meħtieġa wkoll mill-biċċa l-kbira tal-postijiet jekk wieħed ikun irid ikopri xi avveniment pubbliku jew tieġ. Il-fotografi li joperaw negozju leġittimu jistgħu jipprovdu dawn l-affarijiet.
Il-fotografi jistgħu jiġu kkategorizzati abbażi tas-suġġetti tar-ritratti tagħhom.
Xi fotografi jesploraw suġġetti li jkunu tipiċi anke għall-pittura bħall-pajsaġġ, il-ħajja wieqfa u r-ritratti tal-bnedmin. Fotografi oħra jispeċjalizzaw f’suġġetti li jkunu uniċi għall-fotografija, bħall-fotografija tal-isport, tal-ġrajjiet kurrenti fit-toroq, tad-dokumentarji, tal-moda, tat-tiġijiet, tal-avjazzjoni, kummerċjali u tal-gwerra, kif ukoll il-ġurnaliżmu fotografiku. It-tip ta’ xogħol li jiġi kkummissjonat ikollu prezzijiet assoċjati mal-użu tal-immaġnijiet.
Bejgħ tar-ritratti
Id-dritt esklużiv tal-fotografi għall-ikkupjar u għall-użu tal-prodotti tagħhom huwa protett bid-drittijiet tal-awtur. Bosta industriji jixtru r-ritratti biex jużawhom fil-pubblikazzjonijiet u fuq il-prodotti. Ir-ritratti li naraw fuq il-faċċati tar-rivisti, fir-reklamar fuq it-televiżjoni, fuq xi kartolini jew fuq il-kalendarji, fuq is-siti web, jew fuq il-prodotti u l-imballaġġi tagħhom, ġeneralment ikunu nxtraw għal dak l-użu, jew direttament mingħand il-fotografu jew inkella permezz ta’ aġenzija li tirrappreżenta lill-fotografu. Fotografu juża kuntratt biex ibigħ il-“liċenzja” jew biex dak li jkun ikun jista’ juża r-ritratti b’kontrolli eżatti rigward kemm-il darba jistgħu jintużaw ir-ritratti, f’liema territorju se jintużaw (pereżempju fl-Istati Uniti jew fir-Renju Unit), u eżattament għal liema prodotti. Is-soltu din tissejjaħ miżata jew tariffa tal-użu u tintuża biex ikun hemm distinzjoni mal-miżata jew mat-tariffa tal-produzzjoni (il-ħlas għall-ħolqien jew għall-produzzjoni effettiva ta’ ritratt jew ta’ għadd ta’ ritratti). Kuntratt addizzjonali u royalty japplikaw għal kull użu addizzjonali tar-ritratt jew tar-ritratti.
Il-kuntratt jista’ jkun għal sena waħda biss jew għal tul ta’ żmien ieħor. Il-fotografu s-soltu jimponi royalty kif ukoll miżata jew tariffa ta’ darba, skont xi jkunu t-termini tal-kuntratt. Il-kuntratt jista’ jkun għall-użu mhux esklużiv tar-ritratti (li jfisser li l-fotografu jista’ jbigħ l-istess ritratt għal iktar minn użu wieħed matul l-istess sena) jew għall-użu esklużiv tar-rittratti (li jfisser li dak l-individwu jew dik il-kumpanija biss jistgħu jużaw ir-ritratti f’dak il-perjodu stipulat fil-kuntratt). Il-kuntratt jista’ jistipula wkoll li l-fotografu jkun intitolat jawditja lill-individwu jew lill-kumpanija biex jiġu ddeterminati l-ħlasijiet tar-royalties. Ir-royalties jistgħu jvarjaw skont it-tip ta’ industrija li tixtri r-ritratti u l-użu kkonċernat. Pereżempju, ir-royalties għal ritratt li jintuża fuq poster jew fir-reklamar fuq it-televiżjoni jistgħu jkunu ogħla minn dawk għall-użu fuq għadd limitat ta’ fuljetti. Spiss royalty tkun ibbażat ukoll fuq id-daqs u l-kwantità tal-użu tar-ritratt f’rivista jew fi ktieb, u r-ritratti tal-faċċata jew tal-qoxra s-soltu jkollhom royalties ferm ogħla mir-ritratti l-oħra fl-istess rivista jew ktieb.
Ir-ritratti meħuda minn fotografu meta jkun imqabbad jew assenjat fuq xogħol partikolari spiss ikunu jappartjenu lill-kumpanija jew lill-pubblikazzjoni kkonċernati, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-kuntratt. Il-fotografi professjonisti tat-tiġijiet pereżempju spiss jistipulaw fil-kuntratt li jibqa’ jkollhom id-drittijiet tal-awtur fuq ir-ritratti li jieħdu, biex b’hekk ikunu jistgħu jbigħu iktar ritratti stampati lill-klijent, u mhux il-klijent jirriproduċi r-ritratti b’xi mezz ieħor hu stess. Jekk il-klijent ikun irid jagħmel hekk, is-soltu dan jiġi diskuss biex jitfassal kuntratt alternattiv mal-fotografu bil-quddiem, qabel jittieħdu r-ritratti, u ġeneralment il-fotografu jitlob miżata jew tariffa ogħla bil-quddiem biex iċedi d-drittijiet tal-awtur lill-klijent.
Hemm kumpaniji kbar li jżommu katalgi ta’ ħażniet ta’ ritratti u ta’ immaġnijiet għal deċennji sħaħ, fosthom Getty Images u oħrajn. Mill-bidu tas-seklu 21, bosta katalgi ta’ ħażniet online ta’ ritratti u ta’ immaġnijiet feġġew li jistiednu lill-fotografi jbigħu r-ritratti tagħhom online faċilment u malajr, iżda spiss għal ftit flus, mingħajr royalty, u mingħajr kontroll fuq l-użu tar-ritratti, is-suq li fih se jintużaw, il-prodotti li se jintużaw fuqhom, it-tul ta’ żmien għal kemm se jintużaw, eċċ.
Il-fotografi kummerċjali jistgħu jippromwovu wkoll ix-xogħol tagħhom għar-reklamar jew lix-xerrejja tal-arti editorjali permezz tal-istampar jew permezz ta’ mezzi online tal-kummerċjalizzazzjoni.
Kondiviżjoni tar-ritratti
Bosta nies itellgħu r-ritratti tagħhom fuq siti web tan-networking soċjali u fuq siti web oħra, sabiex jikkondividuhom ma’ grupp partikolari jew mal-pubbliku ġenerali. Dawk li jkunu interessati fil-preċiżjoni legali jistgħu jirrilaxxawhom espliċitament fid-dominju pubbliku jew taħt liċenzja ta’ kontenut b’xejn. Xi siti, inkluż Wikimedia Commons, jimxu bil-pinna u bil-klamar fir-rigward tal-liċenzji u jaċċettaw biss stampi jew ritratti b’informazzjoni ċara dwar l-użu permess.
Referenzi
- ^ "photography | Search Online Etymology Dictionary". www.etymonline.com. Miġbur 2021-07-15.
- ^ Scott, Grant (22 May 2015). The Essential Student Guide to Professional Photography. CRC Press. p. 37. ISBN 9781317618140.
- ^ Mooney, Carla (12 June 2009). Online Social Networking. Greenhaven Publishing LLC. p. 21. ISBN 9781420501933.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Fotografu, X'inhi Fotografu? Xi tfisser Fotografu?
Fotografu mill Grieg fῶs phos li tfisser dawl u grafh graphe li tfisser tpinġija kitba li flimkien ifissru it tpinġija bid dawl huwa persuna li tieħu r ritratti Fotografi moderni f avveniment sportivDmirijiet u tipi ta fotografiBħal fil kumplament tal arti id definizzjonijiet ta dilettant u professjonista mhumiex kategoriċi għalkollox Fotografu dilettant jieħu r ritratti għall gost jew bħala delizzju biex jibqa jiftakar xi avvenimenti postijiet jew ħbieb bl ebda intenzjoni li jbigħhom lil xi ħaddieħor Min naħa l oħra fotografu professjonista x aktarx li jieħu r ritratti għal sessjoni bi ħlas jew jimponi xi mizata jew inkella jdaħħal salarju jew xi introjtu permezz tal wiri il bejgħ mill ġdid jew l uzu ta dawk ir ritratti Fotografu professjonista jista jkun impjegat perezempju ta xi gazzetta jew jitqabbad b kuntratt biex ikopri avveniment ippjanat partikolari bħal tieġ jew ċerimonja tal iggradwar jew għar reklamar Oħrajn bħall fotografi tal belle arti jaħdmu freelance jew għal rashom Dawn l ewwel jieħdu ritratt u mbagħad joħorġulu liċenzja jew jagħmlu kopji stampati tiegħu għall bejgħ jew għall wiri Xi ħaddiema bħall fotografi tax xena tad delitti aġenti tal proprjeta ġurnalisti u jieħdu r ritratti bħala parti minn xogħolhom Il fotografi li jipproduċu immaġnijiet jiċċaqilqu minflok immaġnijiet wefin spiss jissejħu ċinematografi vidjografi jew operaturi tal kameras skont xi jkun il kuntest kummerċjali Fotografu fis snin 50 tas seklu 19 It terminu professjonista jista jimplika wkoll tħejjija perezempju permezz ta studju akkademiku jew apprendistat minn fotografu li jrid jikseb ħiliet fotografiċi Professjonista spiss jinvesti fit tkomplija tal edukazzjoni permezz ta assoċjazzjonijiet Filwaqt li ma hemm l ebda rekwizit obbligatorju ta reġistrazzjoni biex wieħed jikseb status ta fotografu professjonista biex wieħed jopera negozju jeħtieġ liċenzja tan negozju fil biċċa l kbira tal bliet u tal pajjizi B mod simili l assigurazzjoni kummerċjali hija meħtieġa wkoll mill biċċa l kbira tal postijiet jekk wieħed ikun irid ikopri xi avveniment pubbliku jew tieġ Il fotografi li joperaw negozju leġittimu jistgħu jipprovdu dawn l affarijiet Il fotografi jistgħu jiġu kkategorizzati abbazi tas suġġetti tar ritratti tagħhom Xi fotografi jesploraw suġġetti li jkunu tipiċi anke għall pittura bħall pajsaġġ il ħajja wieqfa u r ritratti tal bnedmin Fotografi oħra jispeċjalizzaw f suġġetti li jkunu uniċi għall fotografija bħall fotografija tal isport tal ġrajjiet kurrenti fit toroq tad dokumentarji tal moda tat tiġijiet tal avjazzjoni kummerċjali u tal gwerra kif ukoll il ġurnalizmu fotografiku It tip ta xogħol li jiġi kkummissjonat ikollu prezzijiet assoċjati mal uzu tal immaġnijiet Bejgħ tar ritrattiId dritt eskluziv tal fotografi għall ikkupjar u għall uzu tal prodotti tagħhom huwa protett bid drittijiet tal awtur Bosta industriji jixtru r ritratti biex juzawhom fil pubblikazzjonijiet u fuq il prodotti Ir ritratti li naraw fuq il faċċati tar rivisti fir reklamar fuq it televizjoni fuq xi kartolini jew fuq il kalendarji fuq is siti web jew fuq il prodotti u l imballaġġi tagħhom ġeneralment ikunu nxtraw għal dak l uzu jew direttament mingħand il fotografu jew inkella permezz ta aġenzija li tirrapprezenta lill fotografu Fotografu juza kuntratt biex ibigħ il liċenzja jew biex dak li jkun ikun jista juza r ritratti b kontrolli ezatti rigward kemm il darba jistgħu jintuzaw ir ritratti f liema territorju se jintuzaw perezempju fl Istati Uniti jew fir Renju Unit u ezattament għal liema prodotti Is soltu din tissejjaħ mizata jew tariffa tal uzu u tintuza biex ikun hemm distinzjoni mal mizata jew mat tariffa tal produzzjoni il ħlas għall ħolqien jew għall produzzjoni effettiva ta ritratt jew ta għadd ta ritratti Kuntratt addizzjonali u royalty japplikaw għal kull uzu addizzjonali tar ritratt jew tar ritratti Fotografu dilettant bil kamera personali fuq trepied Il kuntratt jista jkun għal sena waħda biss jew għal tul ta zmien ieħor Il fotografu s soltu jimponi royalty kif ukoll mizata jew tariffa ta darba skont xi jkunu t termini tal kuntratt Il kuntratt jista jkun għall uzu mhux eskluziv tar ritratti li jfisser li l fotografu jista jbigħ l istess ritratt għal iktar minn uzu wieħed matul l istess sena jew għall uzu eskluziv tar rittratti li jfisser li dak l individwu jew dik il kumpanija biss jistgħu juzaw ir ritratti f dak il perjodu stipulat fil kuntratt Il kuntratt jista jistipula wkoll li l fotografu jkun intitolat jawditja lill individwu jew lill kumpanija biex jiġu ddeterminati l ħlasijiet tar royalties Ir royalties jistgħu jvarjaw skont it tip ta industrija li tixtri r ritratti u l uzu kkonċernat Perezempju ir royalties għal ritratt li jintuza fuq poster jew fir reklamar fuq it televizjoni jistgħu jkunu ogħla minn dawk għall uzu fuq għadd limitat ta fuljetti Spiss royalty tkun ibbazat ukoll fuq id daqs u l kwantita tal uzu tar ritratt f rivista jew fi ktieb u r ritratti tal faċċata jew tal qoxra s soltu jkollhom royalties ferm ogħla mir ritratti l oħra fl istess rivista jew ktieb Ir ritratti meħuda minn fotografu meta jkun imqabbad jew assenjat fuq xogħol partikolari spiss ikunu jappartjenu lill kumpanija jew lill pubblikazzjoni kkonċernati sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil kuntratt Il fotografi professjonisti tat tiġijiet perezempju spiss jistipulaw fil kuntratt li jibqa jkollhom id drittijiet tal awtur fuq ir ritratti li jieħdu biex b hekk ikunu jistgħu jbigħu iktar ritratti stampati lill klijent u mhux il klijent jirriproduċi r ritratti b xi mezz ieħor hu stess Jekk il klijent ikun irid jagħmel hekk is soltu dan jiġi diskuss biex jitfassal kuntratt alternattiv mal fotografu bil quddiem qabel jittieħdu r ritratti u ġeneralment il fotografu jitlob mizata jew tariffa ogħla bil quddiem biex iċedi d drittijiet tal awtur lill klijent Hemm kumpaniji kbar li jzommu katalgi ta ħazniet ta ritratti u ta immaġnijiet għal deċennji sħaħ fosthom Getty Images u oħrajn Mill bidu tas seklu 21 bosta katalgi ta ħazniet online ta ritratti u ta immaġnijiet feġġew li jistiednu lill fotografi jbigħu r ritratti tagħhom online faċilment u malajr izda spiss għal ftit flus mingħajr royalty u mingħajr kontroll fuq l uzu tar ritratti is suq li fih se jintuzaw il prodotti li se jintuzaw fuqhom it tul ta zmien għal kemm se jintuzaw eċċ Il fotografi kummerċjali jistgħu jippromwovu wkoll ix xogħol tagħhom għar reklamar jew lix xerrejja tal arti editorjali permezz tal istampar jew permezz ta mezzi online tal kummerċjalizzazzjoni Kondivizjoni tar ritrattiBosta nies itellgħu r ritratti tagħhom fuq siti web tan networking soċjali u fuq siti web oħra sabiex jikkondividuhom ma grupp partikolari jew mal pubbliku ġenerali Dawk li jkunu interessati fil preċizjoni legali jistgħu jirrilaxxawhom espliċitament fid dominju pubbliku jew taħt liċenzja ta kontenut b xejn Xi siti inkluz Wikimedia Commons jimxu bil pinna u bil klamar fir rigward tal liċenzji u jaċċettaw biss stampi jew ritratti b informazzjoni ċara dwar l uzu permess Referenzi photography Search Online Etymology Dictionary www etymonline com Miġbur 2021 07 15 Scott Grant 22 May 2015 The Essential Student Guide to Professional Photography CRC Press p 37 ISBN 9781317618140 Mooney Carla 12 June 2009 Online Social Networking Greenhaven Publishing LLC p 21 ISBN 9781420501933