Il Gżira Inaċċessibbli bl Ingliż Inaccessible Island hija gżira vulkanika li tinsab fin Nofsinhar tal Oċean Atlantiku 31
Gżira Inaċċessibbli

Il-Gżira Inaċċessibbli (bl-Ingliż: Inaccessible Island) hija gżira vulkanika li tinsab fin-Nofsinhar tal-Oċean Atlantiku, 31 kilometru (19-il mil) fil-Lbiċ ta' Tristan da Cunha. L-ogħla punt tal-gżira, il-Muntanja ta' Swale (bl-Ingliż: Swale's Fell), huwa 581 metru (1,906 piedi) 'il fuq mil-livell tal-baħar, u l-gżira għandha erja ta' 12.65 km2 (4.88 mili kwadri). Il-vulkan kien attiv l-aħħar darba sitt miljun sena ilu u attwalment huwa estint.
Il-Gżira Inaċċessibbli hija parti mill-arċipelagu ta' , li huwa parti mit-territorju ekstra-Ewropew tar-Renju Unit magħruf bħala Saint Helena, Ascension u Tristan da Cunha. L-arċipelagu ta' Tristan da Cunha huwa aċċessibbli bil-baħar biss permezz ta' vjaġġ ta' sebat ijiem minn , l-Afrika t'Isfel, għall-gżira ta' Tristan da Cunha, u l-port tal-Gżira Inaċċessibbli huwa aċċessibbli għal ftit jiem fis-sena biss. L-aċċess għall-gżira jrid jingħata mill-uffiċċju tal-gvern lokali.
Il-Gżira Inaċċessibbli flimkien mal- saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.
Ġeografija
Il-gżira tinsab bejn wieħed u ieħor 40 kilometru (22 mil nawtiku; 25 mil) fil-Lbiċ tal-gżira prinċipali tal-arċipelagu ta' Tristan da Cunha. Il-gżira fil-biċċa l-kbira hija inospitabbli, bi ftit bajjiet żgħar bil-blat. Ġenerazzjonijiet ta' baħħara kienu konxji li l-iżbark fuq il-gżira kien diffiċli ħafna u l-art kienet inospitabbli ferm. Il-Gżira Inaċċessibbli ilha mingħajr abitanti permanenti mill-1873.
Flimkien mal-Gżira ta' Gough Island, il-Gżira Inaċċessibbli hija riżerva protetta tal-organiżmi selvaġġi. Il-Gżira Inaċċessibbli tospita l-gallozza tal-Gżira Inaċċessibbli, l-iżgħar għasfur li ma jtirx fid-dinja.
Storja
Il-Gżira Inaċċessibbli ġiet skoperta f'Jannar 1656 matul vjaġġ ta' ’t Nachtglas (litteralment, "il-ħġieġ ta' billejl"), vapur Olandiż taħt il-kmand ta' , 146 sena wara li l-gżira ta' Tristan da Cunha kienet intlemħet minn baħħara Portugiżi. Jacobszoon oriġinarjament semmiha l-Gżira ta' "Nachtglas".
Hemm żewġ spjegazzjonijiet għall-isem tal-Gżira "Inaċċessibbli". Waħda hi li fuq il-mapep, il-gżira li kienet għadha kemm instabet kienet tissejjaħ "inaċċessibbli" minħabba li l-ekwipaġġ Olandiż li żbarka fuq il-gżira ma rnexxilux jidħol fuq in-naħa ta' ġewwa tal-gżira. L-oħra hi li l-kaptan Franċiż d'Etcheverry taha dak l-isem fl-1778 wara li ma rnexxilux jiżbarka.
Fl-1803, baħħara mill-Istati Uniti mmexxija minn żbarkaw fuq il-gżira.
L-aħwa mwielda Moska Gustav u Frederick Stoltenhoff waslu fuq il-Gżira Inaċċessibbli mill-Ġermanja fl-1871 u għexu hemmhekk għal sentejn bil-ħsieb li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-kaċċa tal-foki u mill-bejgħ tal-pelliċċi tagħhom lill-kummerċjanti fi tranżitu, għalkemm dan il-kummerċ kien minimu. Minħabba l-iskarsezza ta' ikel, huma kienu "ferħanin se jtiru" li ġew salvati fl-1873 matul iż-żjara tal-HMS Challenger sabiex jiġu eżaminati l-flora u l-fawna ta' hemmhekk. L-awtur tal-Afrika t'Isfel irrakkonta l-avventura tal-aħwa Stoltenhoff fl-1952. Il-Gżira ta' Stoltenhoff fil-qrib issemmiet għall-aħwa.
Fl-1922, il-bastiment tal-Ispedizzjoni Shackleton-Rowett, Quest, waqaf għal żmien qasir fuq il-Gżira Inaċċessibbli, u n-naturalista abbord, , skopra għasfur li iktar 'il quddiem semmieh l-isponsun ta' Wilkins (Nesospiza wilkinsi). Fl-1938, l-Ispedizzjoni Xjentifika Norveġiża qattgħet tliet ġimgħat fuq il-gżira, u matul dan iż-żmien l-ekwipaġġ irnexxielu jikseb aċċess għall-promontorju u wettaq il-katalogizzazzjoni estensiva tal-pjanti, tal-għasafar u tal-blat. Tentattiv ieħor ta' mmappjar tal-gżira sar matul l-ispedizzjoni tal-1962 tas-Soċjetà Rjali lejn Tristan da Cunha, li ħadet ix-xjenzati fuq il-Gżira Inaċċessibbli. Bħal bosta esploraturi qabilhom, ix-xjenzati ma rnexxilhomx imorru fuq in-naħa ta' ġewwa tal-gżira.
Il-Gżira Inaċċessibbli ġiet iddikjarata riżerva naturali skont l-Ordinanza tal-Konservazzjoni ta' Tristan da Cunha tal-1976. Madankollu, iċ-ċittadini ta' Tristan xorta waħda tħallew joqtlu l-għasafar tal-baħar mill-gżira. Fi spedizzjoni tal-1982 (mis-16 ta' Ottubru 1982 sal-10 ta' Frar 1983), studenti u l-fakultà tal-Kulleġġ ta' Denstone fl-Ingilterra ħejjew mapep dettaljati tal-gżira, studjaw il-flora, il-fawna u l-ġeoloġija tagħha, u wettqu programm ta' bird ringing fuq iktar minn 3,000 għasfur.
Fl-1997, il-ibħra territorjali tal-Gżira Inaċċessibbli sa 22 kilometru (14-il mil) 'il barra ġew iddikjarati riżerva naturali skont l-Ordinanza tal-Konservazzjoni ta' Tristan da Cunha tal-1976. Attwalment, il-bastimenti turistiċi jistgħu jżuru l-Gżira Inaċċessibbli flimkien ma' gwidi minn Tristan biss; il-biċċa l-kbira tal-mawriet lejn il-gżira issa jsiru fuq talba mill-barranin. Fl-2004 il-Gżira Inaċċessibbli żdiedet mal-Gżira ta' Gough bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed tal-UNESCO.
Nawfraġji
Mill-inqas tliet nawfraġji kkonfermati seħħew lil hinn mill-kosta tal-Gżira Inaċċessibbli. L-ewwel nawfraġju kien ta' Blenden Hall, bastiment Brittaniku li baħħar fl-1821 b'54 passiġġier u l-ekwipaġġ abbord, u d-destinazzjoni tiegħu kienet Bombay (illum Mumbai). Il-Kaptan Alexander Grieg kien beħsiebu jbaħħar lil hinn minn Saint Helena, iżda l-bastiment inġarr mill-kurrent lejn Tristan da Cunha. Il-bastiment inkalja fl-alka u fit-22 ta' Lulju tela' l-art fil-Gżira Inaċċessibbli. Dawk kollha li kienu abbord għajr tnejn baqgħu ħajjin. Huma qattgħu l-erba' xhur ta' wara n-nawfraġju jgħixu fuq il-karfus selvaġġ, il-foki, il-pingwini u l-albatross. Huma rnexxielhom jibnu dgħajsa xi xhur wara. L-ewwel tentattiv li jbaħħru lejn Tristan falla, u tilfu ħajjithom sitt persuni; iżda t-tieni tentattiv allerta ċ-ċittadini ta' Tristan biex jgħinuhom. Il-kumplament imbagħad ittieħdu lejn Tristan, fejn il-bastiment Nerina wasal xi xahrejn wara u ħa l-biċċa l-kbira minnhom lejn , l-Afrika t'Isfel.
In-nawfraġji l-oħra huma n-nawfraġju ta' Shakespeare fil-Bajja tal-Ħnieżer fl-1883, u n-nawfraġju ta' Helenslea fil-Punt tat-Tramuntana fl-1897.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Gżira ta' Gough u l-Gżira Inaċċessibbli ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995 b'modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ fl-2004.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".
Flora u fawna
Meta l-Kapural u l-familja tiegħu saru l-ewwel insedjaturi f'Tristan da Cunha fl-1816, ittieħdu l-mogħoż u l-ħnieżer fuq il-Gżira Inaċċessibbli biex jintużaw bħala sors ta' ikel. Ġew introdotti wkoll bhejjem tal-ifrat, nagħaġ, u klieb f'diversi punt fl-istorja tal-gżira. Xi annimali domestiċi għenu biex l-aħwa Stoltenhoff baqgħu ħajjin waqt l-ispedizzjoni tagħhom, iżda l-annimali domestiċi l-oħra kollha tneħħew mill-gżira fis-snin 50 tas-seklu 20.
Ma nstab l-ebda mammiferu tal-art, rettilu, anfibju, farfett jew bebbux fuq il-Gżira Inaċċessibbli. Il-gżira fiha 64 speċi nattiva ta' pjanti, inkluż 20 tip ta' pjanti li jarmu l-fjuri u 17-il speċi ta' felċi. Barra minn hekk, fil-gżira jeżistu 48 speċi ta' invertebrati, u 10 minnhom ġew introdotti. Fuq il-gżira ntlemħu bosta foki sub-Antartiċi u foki ljunfant tan-Nofsinhar, u fl-ilmijiet tal-madwar jgħixu wkoll xi ċetaċji: l-iktar notevoli fosthom, il-balieni tan-Nofsinhar u popolazzjoni residenti ta' dniefel skuri (Lagenorhynchus obscurus).
Għasafar
Il-Gżira Inaċċessibbli x'aktarx li hija magħrufa l-iktar għall-Gallozza tal-Gżira Inaċċessibbli, l-iżgħar għasfur li ma jtirx fid-dinja. Il-gżira ġiet identifikata bħala Żona Importanti tal-Għasafar (IBA) mill-BirdLife International bħala sit tat-tnissil għall-għasafar tal-baħar u għall-għasafar tal-art endemiċi tagħha. L-għasafar li għalihom l-IBA hija sinifikanti jinkludu l-pingwini tan-Nofsinhar (sa 27,000 par li jitnisslu), l-albatross ta' Tristan (żewġ jew tliet pari), l-albatross skur (200 par), l-albatross tal-Atlantiku tal-faxx isfar (1,100 par), il-prijun tal-munqar wiesa' (sa 500,000 par), il-kangu tar-rix artab (sa 50,000 par), il-kangu taċ-ċrieki, iċ-ċief kbir (sa 2 miljun par), iċ-ċief żgħir (sa 50,000 par), il-kangu ta' wiċċu abjad (sa 50,000 par), il-kangu ta' sidru abjad (sa 50,000 par), iċ-ċirlewwa tal-Antartika, il-gallozza tal-Gżira Inaċċessibbli (sa 5,000 par), il-malvizz ta' Tristan u d-durrajsa tal-Gżira Inaċċessibbli.
Ekonomija
Il-Gżira Inaċċessibbli ntużat miċ-ċittadini ta' Tristan da Cunha għal diversi skopijiet ekonomiċi. Il-gżira għandha depożiti ta' guano (ħmieġ tal-għasafar) u bajd, iżda minħabba d-diffikultà tal-ivvjaġġar fi ħdan il-gżira, iċ-ċittadini ġeneralment għażlu li jmorru lejn il-Gżira ta' Nightingale minflok.
Fil-kultura popolari
- F'The Narrative of Arthur Gordon Pym of Nantucket, alluda għall-Gżira ta' Nightingale, għall-Gżira Inaċċessibbli u għal Tristan da Cunha.
- F'The Thirteen Gun Salute (1989), pp. 120-129, ta' , il-bastiment tal-Kaptan Aubrey, Diane, f'baħar żejt, inġarr mill-kurrent tal-kosta lejn il-Gżira Inaċċessibbli. Baħħar jirrakkonta n-nawfraġju ta' bastiment tal-kaċċa tal-balieni. Il-bastiment tal-Kaptan Aubrey ħelisha bis-saħħa ta' żiffa ħafifa. Dan l-episodju jitfakkar fl-istampa tal-qoxra tal-ktieb fejn jidhru l-irdumijiet għoljin tal-gżira li jibqgħu neżlin sal-baħar.
- "Sea Lion", il-psewdonimu ta' "uffiċjal navali operattiv" (), kiteb The Phantom Fleet (1946), imsejjes fuq is-suppożizzjoni li l-Gżira Inaċċessibbli kien fiha port naturali, u d-daħla għalih kienet moħbija mill-baħar. L-antagonisti kienu qed jiffurmaw flotta ta' bastimenti tal-gwerra obsoleti f'dan il-port, bl-intenzjoni li jwettqu kolp li kellu jwassal għad-dominju dinji, iżda dan qatt ma twettaq permezz tal-aġir ta' uffiċjal navali u l-armi tan-nar abbord il-Flotta Navali Rjali.
- għadda qrib il-Gżira Inaċċessibbli u seta' jaraha fil-vjaġġ tiegħu tal-1938-1939 mill-Irlanda għall-Awstralja abbord Moshulu, kif jirrakkonta fil-kotba tiegħu The Last Grain Race u Learning the Ropes. Il-Gżira Inaċċessibbli kienet l-unika art li ra l-ekwipaġġ matul il-vjaġġ qabel ma żbarkaw fl-Awstralja, u għaldaqstant dan qajjem ċertu eċitament.
- Ir-rumanz tal-2014 ta' , Influx, jirreferi għal din il-gżira bħala l-post fejn hemm il-ħabs ta' taħt l-art imsejjaħ "Hibernity".
Referenzi
- ^ "Inaccessible Island | Ramsar Sites Information Service". rsis.ramsar.org. Miġbur 2023-08-19.
- ^ "The Questionable Rewards of a Visit to Inaccessible Island". Atlas Obscura (bl-Ingliż). 2018-11-01. Miġbur 2023-08-19.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Gough and Inaccessible Islands". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-19.
- ^ R. K. Headland (1989). Chronological List of Antarctic Expeditions and Related Historical Events. Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-30903-5.
- ^ Grundy, Richard. "Inaccessible Island". www.tristandc.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-19.
- ^ Édouard Ducéré, Histoire maritime de Bayonne: Les corsaires sous la̓ncien régime (Bayonne, 1895:307-24).
- ^ A Naturalist on the "Challenger", H. N. Moseley. p. 116. Macmillan and Co., 1879.
- ^ Rosenthal, Eric (1952) Shelter from the Spray, Cape Town, South Africa: Howard Timmins.
- ^ Denstone Expedition to Inaccessible Island: Denstonian Supplement (Ħarifa 1983), p. 2.
- ^ Lloyd's List. Westmead, Gt. Brit.: Gregg International. 1822. p. 78.
- ^ Stervander, Martin; Ryan, Peter G.; Melo, Martim; Hansson, Bengt (2019). "The origin of the world's smallest flightless bird, the Inaccessible Island Rail Atlantisia rogersi (Aves: Rallidae)". Molecular Phylogenetics and Evolution. 130: 92–98.
- ^ "Inaccessible Island - Birds Ringed". web.archive.org. 2007-09-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-09-26. Miġbur 2023-08-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "How Did the World's Smallest Flightless Bird Get to Inaccessible Island?". Pocket (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-19.
- ^ "BirdLife International". BirdLife International (bl-Ingliż). 2023-08-09. Miġbur 2023-08-19.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Gżira Inaċċessibbli, X'inhi Gżira Inaċċessibbli? Xi tfisser Gżira Inaċċessibbli?
Il Gzira Inaċċessibbli bl Ingliz Inaccessible Island hija gzira vulkanika li tinsab fin Nofsinhar tal Oċean Atlantiku 31 kilometru 19 il mil fil Lbiċ ta Tristan da Cunha L ogħla punt tal gzira il Muntanja ta Swale bl Ingliz Swale s Fell huwa 581 metru 1 906 piedi il fuq mil livell tal baħar u l gzira għandha erja ta 12 65 km2 4 88 mili kwadri Il vulkan kien attiv l aħħar darba sitt miljun sena ilu u attwalment huwa estint Mappa tal arċipelagu ta Tristan da Cunha inkluz il Gzira Inaċċessibbli Il Gzira Inaċċessibbli hija parti mill arċipelagu ta li huwa parti mit territorju ekstra Ewropew tar Renju Unit magħruf bħala Saint Helena Ascension u Tristan da Cunha L arċipelagu ta Tristan da Cunha huwa aċċessibbli bil baħar biss permezz ta vjaġġ ta sebat ijiem minn l Afrika t Isfel għall gzira ta Tristan da Cunha u l port tal Gzira Inaċċessibbli huwa aċċessibbli għal ftit jiem fis sena biss L aċċess għall gzira jrid jingħata mill uffiċċju tal gvern lokali Il Gzira Inaċċessibbli flimkien mal saru Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1995 ĠeografijaImmaġni satellitari tan NASA tal Gzira Inaċċessibbli Il gzira tinsab bejn wieħed u ieħor 40 kilometru 22 mil nawtiku 25 mil fil Lbiċ tal gzira prinċipali tal arċipelagu ta Tristan da Cunha Il gzira fil biċċa l kbira hija inospitabbli bi ftit bajjiet zgħar bil blat Ġenerazzjonijiet ta baħħara kienu konxji li l izbark fuq il gzira kien diffiċli ħafna u l art kienet inospitabbli ferm Il Gzira Inaċċessibbli ilha mingħajr abitanti permanenti mill 1873 Flimkien mal Gzira ta Gough Island il Gzira Inaċċessibbli hija rizerva protetta tal organizmi selvaġġi Il Gzira Inaċċessibbli tospita l gallozza tal Gzira Inaċċessibbli l izgħar għasfur li ma jtirx fid dinja StorjaPingwini tat Tramuntana minn inċizjoni wara ritratt ippubblikata fi ktieb minn naturalista abbord l HMS Challenger Il Gzira Inaċċessibbli ġiet skoperta f Jannar 1656 matul vjaġġ ta t Nachtglas litteralment il ħġieġ ta billejl vapur Olandiz taħt il kmand ta 146 sena wara li l gzira ta Tristan da Cunha kienet intlemħet minn baħħara Portugizi Jacobszoon oriġinarjament semmiha l Gzira ta Nachtglas Hemm zewġ spjegazzjonijiet għall isem tal Gzira Inaċċessibbli Waħda hi li fuq il mapep il gzira li kienet għadha kemm instabet kienet tissejjaħ inaċċessibbli minħabba li l ekwipaġġ Olandiz li zbarka fuq il gzira ma rnexxilux jidħol fuq in naħa ta ġewwa tal gzira L oħra hi li l kaptan Franċiz d Etcheverry taha dak l isem fl 1778 wara li ma rnexxilux jizbarka Fl 1803 baħħara mill Istati Uniti mmexxija minn zbarkaw fuq il gzira L aħwa mwielda Moska Gustav u Frederick Stoltenhoff waslu fuq il Gzira Inaċċessibbli mill Ġermanja fl 1871 u għexu hemmhekk għal sentejn bil ħsieb li jaqilgħu l għajxien tagħhom mill kaċċa tal foki u mill bejgħ tal pelliċċi tagħhom lill kummerċjanti fi tranzitu għalkemm dan il kummerċ kien minimu Minħabba l iskarsezza ta ikel huma kienu ferħanin se jtiru li ġew salvati fl 1873 matul iz zjara tal HMS Challenger sabiex jiġu ezaminati l flora u l fawna ta hemmhekk L awtur tal Afrika t Isfel irrakkonta l avventura tal aħwa Stoltenhoff fl 1952 Il Gzira ta Stoltenhoff fil qrib issemmiet għall aħwa Fl 1922 il bastiment tal Ispedizzjoni Shackleton Rowett Quest waqaf għal zmien qasir fuq il Gzira Inaċċessibbli u n naturalista abbord skopra għasfur li iktar il quddiem semmieh l isponsun ta Wilkins Nesospiza wilkinsi Fl 1938 l Ispedizzjoni Xjentifika Norveġiza qattgħet tliet ġimgħat fuq il gzira u matul dan iz zmien l ekwipaġġ irnexxielu jikseb aċċess għall promontorju u wettaq il katalogizzazzjoni estensiva tal pjanti tal għasafar u tal blat Tentattiv ieħor ta mmappjar tal gzira sar matul l ispedizzjoni tal 1962 tas Soċjeta Rjali lejn Tristan da Cunha li ħadet ix xjenzati fuq il Gzira Inaċċessibbli Bħal bosta esploraturi qabilhom ix xjenzati ma rnexxilhomx imorru fuq in naħa ta ġewwa tal gzira Il Gzira Inaċċessibbli ġiet iddikjarata rizerva naturali skont l Ordinanza tal Konservazzjoni ta Tristan da Cunha tal 1976 Madankollu iċ ċittadini ta Tristan xorta waħda tħallew joqtlu l għasafar tal baħar mill gzira Fi spedizzjoni tal 1982 mis 16 ta Ottubru 1982 sal 10 ta Frar 1983 studenti u l fakulta tal Kulleġġ ta Denstone fl Ingilterra ħejjew mapep dettaljati tal gzira studjaw il flora il fawna u l ġeoloġija tagħha u wettqu programm ta bird ringing fuq iktar minn 3 000 għasfur Fl 1997 il ibħra territorjali tal Gzira Inaċċessibbli sa 22 kilometru 14 il mil il barra ġew iddikjarati rizerva naturali skont l Ordinanza tal Konservazzjoni ta Tristan da Cunha tal 1976 Attwalment il bastimenti turistiċi jistgħu jzuru l Gzira Inaċċessibbli flimkien ma gwidi minn Tristan biss il biċċa l kbira tal mawriet lejn il gzira issa jsiru fuq talba mill barranin Fl 2004 il Gzira Inaċċessibbli zdiedet mal Gzira ta Gough bħala Sit ta Wirt Dinji wieħed tal UNESCO Nawfraġji Mill inqas tliet nawfraġji kkonfermati seħħew lil hinn mill kosta tal Gzira Inaċċessibbli L ewwel nawfraġju kien ta Blenden Hall bastiment Brittaniku li baħħar fl 1821 b 54 passiġġier u l ekwipaġġ abbord u d destinazzjoni tiegħu kienet Bombay illum Mumbai Il Kaptan Alexander Grieg kien beħsiebu jbaħħar lil hinn minn Saint Helena izda l bastiment inġarr mill kurrent lejn Tristan da Cunha Il bastiment inkalja fl alka u fit 22 ta Lulju tela l art fil Gzira Inaċċessibbli Dawk kollha li kienu abbord għajr tnejn baqgħu ħajjin Huma qattgħu l erba xhur ta wara n nawfraġju jgħixu fuq il karfus selvaġġ il foki il pingwini u l albatross Huma rnexxielhom jibnu dgħajsa xi xhur wara L ewwel tentattiv li jbaħħru lejn Tristan falla u tilfu ħajjithom sitt persuni izda t tieni tentattiv allerta ċ ċittadini ta Tristan biex jgħinuhom Il kumplament imbagħad ittieħdu lejn Tristan fejn il bastiment Nerina wasal xi xahrejn wara u ħa l biċċa l kbira minnhom lejn l Afrika t Isfel In nawfraġji l oħra huma n nawfraġju ta Shakespeare fil Bajja tal Ħniezer fl 1883 u n nawfraġju ta Helenslea fil Punt tat Tramuntana fl 1897 Sit ta Wirt DinjiPingwin tat Tramuntana fil Gzira Inaċċessibbli Il Gzira ta Gough u l Gzira Inaċċessibbli ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1995 b modifika minuri fiz zona ta lqugħ fl 2004 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju vii Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal għaġeb jew fejn hemm zoni ta ġmiel naturali u ta importanza estetika eċċezzjonali u l kriterju x Post fejn hemm l iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall konservazzjoni fil post tad diversita bijoloġika inkluz fejn hemm speċijiet mhedda ta valur universali straordinarju mill perspettiva tax xjenza jew tal konservazzjoni Flora u fawnaGallozza tal Gzira Inaċċessibbli Meta l Kapural u l familja tiegħu saru l ewwel insedjaturi f Tristan da Cunha fl 1816 ittieħdu l mogħoz u l ħniezer fuq il Gzira Inaċċessibbli biex jintuzaw bħala sors ta ikel Ġew introdotti wkoll bhejjem tal ifrat nagħaġ u klieb f diversi punt fl istorja tal gzira Xi annimali domestiċi għenu biex l aħwa Stoltenhoff baqgħu ħajjin waqt l ispedizzjoni tagħhom izda l annimali domestiċi l oħra kollha tneħħew mill gzira fis snin 50 tas seklu 20 Ma nstab l ebda mammiferu tal art rettilu anfibju farfett jew bebbux fuq il Gzira Inaċċessibbli Il gzira fiha 64 speċi nattiva ta pjanti inkluz 20 tip ta pjanti li jarmu l fjuri u 17 il speċi ta felċi Barra minn hekk fil gzira jezistu 48 speċi ta invertebrati u 10 minnhom ġew introdotti Fuq il gzira ntlemħu bosta foki sub Antartiċi u foki ljunfant tan Nofsinhar u fl ilmijiet tal madwar jgħixu wkoll xi ċetaċji l iktar notevoli fosthom il balieni tan Nofsinhar u popolazzjoni residenti ta dniefel skuri Lagenorhynchus obscurus Għasafar Il Gzira Inaċċessibbli x aktarx li hija magħrufa l iktar għall Gallozza tal Gzira Inaċċessibbli l izgħar għasfur li ma jtirx fid dinja Il gzira ġiet identifikata bħala Zona Importanti tal Għasafar IBA mill BirdLife International bħala sit tat tnissil għall għasafar tal baħar u għall għasafar tal art endemiċi tagħha L għasafar li għalihom l IBA hija sinifikanti jinkludu l pingwini tan Nofsinhar sa 27 000 par li jitnisslu l albatross ta Tristan zewġ jew tliet pari l albatross skur 200 par l albatross tal Atlantiku tal faxx isfar 1 100 par il prijun tal munqar wiesa sa 500 000 par il kangu tar rix artab sa 50 000 par il kangu taċ ċrieki iċ ċief kbir sa 2 miljun par iċ ċief zgħir sa 50 000 par il kangu ta wiċċu abjad sa 50 000 par il kangu ta sidru abjad sa 50 000 par iċ ċirlewwa tal Antartika il gallozza tal Gzira Inaċċessibbli sa 5 000 par il malvizz ta Tristan u d durrajsa tal Gzira Inaċċessibbli EkonomijaIl Gzira Inaċċessibbli ntuzat miċ ċittadini ta Tristan da Cunha għal diversi skopijiet ekonomiċi Il gzira għandha depoziti ta guano ħmieġ tal għasafar u bajd izda minħabba d diffikulta tal ivvjaġġar fi ħdan il gzira iċ ċittadini ġeneralment għazlu li jmorru lejn il Gzira ta Nightingale minflok Fil kultura popolariF The Narrative of Arthur Gordon Pym of Nantucket alluda għall Gzira ta Nightingale għall Gzira Inaċċessibbli u għal Tristan da Cunha F The Thirteen Gun Salute 1989 pp 120 129 ta il bastiment tal Kaptan Aubrey Diane f baħar zejt inġarr mill kurrent tal kosta lejn il Gzira Inaċċessibbli Baħħar jirrakkonta n nawfraġju ta bastiment tal kaċċa tal balieni Il bastiment tal Kaptan Aubrey ħelisha bis saħħa ta ziffa ħafifa Dan l episodju jitfakkar fl istampa tal qoxra tal ktieb fejn jidhru l irdumijiet għoljin tal gzira li jibqgħu nezlin sal baħar Sea Lion il psewdonimu ta uffiċjal navali operattiv kiteb The Phantom Fleet 1946 imsejjes fuq is suppozizzjoni li l Gzira Inaċċessibbli kien fiha port naturali u d daħla għalih kienet moħbija mill baħar L antagonisti kienu qed jiffurmaw flotta ta bastimenti tal gwerra obsoleti f dan il port bl intenzjoni li jwettqu kolp li kellu jwassal għad dominju dinji izda dan qatt ma twettaq permezz tal aġir ta uffiċjal navali u l armi tan nar abbord il Flotta Navali Rjali għadda qrib il Gzira Inaċċessibbli u seta jaraha fil vjaġġ tiegħu tal 1938 1939 mill Irlanda għall Awstralja abbord Moshulu kif jirrakkonta fil kotba tiegħu The Last Grain Race u Learning the Ropes Il Gzira Inaċċessibbli kienet l unika art li ra l ekwipaġġ matul il vjaġġ qabel ma zbarkaw fl Awstralja u għaldaqstant dan qajjem ċertu eċitament Ir rumanz tal 2014 ta Influx jirreferi għal din il gzira bħala l post fejn hemm il ħabs ta taħt l art imsejjaħ Hibernity Referenzi Inaccessible Island Ramsar Sites Information Service rsis ramsar org Miġbur 2023 08 19 The Questionable Rewards of a Visit to Inaccessible Island Atlas Obscura bl Ingliz 2018 11 01 Miġbur 2023 08 19 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Gough and Inaccessible Islands UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 08 19 R K Headland 1989 Chronological List of Antarctic Expeditions and Related Historical Events Cambridge University Press ISBN 978 0 521 30903 5 Grundy Richard Inaccessible Island www tristandc com bl Ingliz Miġbur 2023 08 19 Edouard Ducere Histoire maritime de Bayonne Les corsaires sous la ncien regime Bayonne 1895 307 24 A Naturalist on the Challenger H N Moseley p 116 Macmillan and Co 1879 Rosenthal Eric 1952 Shelter from the Spray Cape Town South Africa Howard Timmins Denstone Expedition to Inaccessible Island Denstonian Supplement Ħarifa 1983 p 2 Lloyd s List Westmead Gt Brit Gregg International 1822 p 78 Stervander Martin Ryan Peter G Melo Martim Hansson Bengt 2019 The origin of the world s smallest flightless bird the Inaccessible Island Rail Atlantisia rogersi Aves Rallidae Molecular Phylogenetics and Evolution 130 92 98 Inaccessible Island Birds Ringed web archive org 2007 09 26 Arkivjat mill oriġinal fl 2007 09 26 Miġbur 2023 08 19 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link How Did the World s Smallest Flightless Bird Get to Inaccessible Island Pocket bl Ingliz Miġbur 2023 08 19 BirdLife International BirdLife International bl Ingliz 2023 08 09 Miġbur 2023 08 19