Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Giuseppe Peppino Meazza twieled fit 23 ta Awwissu 1910 miet fil 21 ta Awwissu 1979 kien plejer kowċ u amministratur tal

Giuseppe Meazza

  • Paġna Ewlenija
  • Giuseppe Meazza
Giuseppe Meazza
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Giuseppe "Peppino" Meazza (twieled fit-23 ta' Awwissu 1910 – miet fil-21 ta' Awwissu 1979) kien plejer, kowċ u amministratur tal-futbol Taljan.

Giuseppe Meazza

Meazza mal-Ambrosiana-Inter fl-1935
Informazzjoni personali
Twelid23 ta' Awwissu 1910(1910-08-23)
Milan, Italja
Mewt21 ta' Awwissu 1979 (68 sena)
Tul1.69 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1922–1924Gloria
1924–1927Ambrosiana-Inter
Karriera professjonali
SninKlabb
1927–1940Ambrosiana-Inter
1940–1942Milan
1942–1943Juventus
1944
1945–1946Atalanta
1946–1947Inter
Tim nazzjonali
1930–1939Italja
Timijiet ikkowċjati
1945–1946Atalanta
1946–1948Inter
1948–1949
1949–1951
1952–1953Italja Olimpika
1955–1956Inter
1957Inter

Ikkunsidrat minn ħafna esperti fost l-aqwa prodotti tal-futbol Taljan, jekk mhux l-aħjar, hu qatta' l-maġġoranza tal-karriera tiegħu mal-klabb tal-Inter, fejn lagħab total ta' erbatax-il staġun. Magħhom sar l-aqwa skorer tal-klabb ta' kull żmien u rebaħ tliet titli tal-kampjonat u , minbarra li rebaħ it-titlu tal-aqwa skorer fil-kampjonat għal tliet darbiet. Mat-tim nazzjonali Taljan rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-1934 u l-1938, u hu t-tieni l-aqwa skorer tal-Azzurri wara Gigi Riva.

Fit-2 ta' Marzu 1980, Stadio San Siro ta' Milan ingħata ismu ad unur is-servizz li ta lill-klabb u 'l-futbol tal-pajjiż.

Karriera mal-klabbs

L-ewwel snin

Imwieled fid-distrett popolari ta' Porta Vittoria, Meazza beda jilgħab il-futbol ta' sitt snin fil-grawnds ta' Greco Milanese u Porta Romana flimkien ma' tfal oħra li kienu jilgħabu b'ballun taċ-ċarruta. Bil-permess t'ommu (missieru kien miet fl-1917 fl-Ewwel Gwerra Dinjija), ta' ħdax-il sena beda jilgħab ma' Gloria FC, fejn kien hawnhekk li rċieva l-ewwel par żarbun minn ammiratur.

Inter

Ta' erbatax-il sena, Meazza kien ipprova mal-klabb tal-Milan, però huma rrifjutawh minħabba l-istatura baxxa tiegħu. B'hekk ingħaqad mar-rivali tagħhom tal-Ambrosiana Inter. Kien li skoprieh u insista mal-kowċ ta' Inter ta' dak iż-żmien, , sabiex jinkludih mal-ewwel tim. Bernardini – illi aktar tard kellu jsir kowċ importanti u li skoprja numru ta' plejers oħra, fosthom li aktar tard sar attakkant tal-Inter – kien ta' spiss fi tmiem it-taħriġ tiegħu jsegwi ż-żgħażagħ tal-mixtla biex jara speċifikament lil dan iż-żgħażugħ li kien jimmeravilja bil-ballun f'saqajh. Bernardini jsostni li tant kien insista fuq Meazza li Weisz iddeċieda li personalment jara b'għajnejh. Weisz mal-ewwel induna li Bernardini ma kienx qed jesaġera u Meazza beda jifforma parti mal-ewwel tim ta' sittax-il sena, bid-debutt tiegħu jasal sena wara.

Kien proprju f'din l-okkażjoni li ngħatalu l-laqam "il Balilla" ("It-Tfajjel iż-Żgħir"). Meta l-kowċ Weisz kien niżżel lil Meazza fost l-ewwel ħdax, , wieħed mill-aktar anzjani fl-iskwadra, tenna b'mod sarkastiku: "Issa se nibdew inħallu jilgħabu anke lit-tfal tal-Balilla!" L-, l-organizzazzjoni taż-żgħażagħ li kienet tlaqqa' tfal ta' bejn it-tmienja u l-erbatax-il sena, kienet imwaqqfa fl-1926, u għalhekk Conti, b'sens umoristiku, ħass li dan il-laqam kien xieraq għat-tfajjel debuttant. Meazza f'dik il-logħba kontra fil-Coppa Volta skorja żewġ gowls fir-rebħa ta' 6–2, biex mhux biss assigura r-rebħa lill-Inter imma wera lil kulħadd it-twelid ta' stilla ġdida. Il-ġurnata ta' wara, il-gazzetta sportiva Taljana faħħret 'il-logħba tiegħu bħala waħda "intelliġenti, friska, veloċi". Id-debutt fil-kampjonat, li dak iż-żmien kien taħt l-isem ta' , ġie fl-ewwel ġurnata, fil-25 ta' Settembru 1927 kontra La Dominante u Meazza ħalla l-marka darbtejn. Hu għalaq l-ewwel staġun professjonali bi tnax-il gowl fi 33 logħba.

Fl-istaġun ta' wara, hu skorja 33 gowl, li kienu jinkludu żewġ okkażjonijiet fejn skorja ħames darbiet f'logħba waħda: l-ewwel fir-rebħa ta' 9–1 fuq tas-6 ta' Jannar 1929 u t-tieni fir-rebħa ta' 10–2 fuq tat-12 ta' Mejju 1929. Fl-ewwel staġun tal-kampjonat il-ġdid tas-Serie A fl-istaġun 1929–30, Peppìn, kif kien magħruf bid-djalett Milaniż, baqa' jimpressjona u għen lill-klabb jirbaħ il-kampjonat, it-tieni wieħed fl-istorja tagħhom. Il-konfront deċiżiv wasal fil-15 ta' Ġunju 1930 kontra , li kienu erba' punti 'l bogħod fit-tieni post. It-tripletta ta' Meazza kienet strumentali biex taqleb telfa għal dro ta' 3–3. Il-31 gowls li Meazza skorja f'dan l-istaġun jibqgħu rekord tal-aktar gowls skorjati fl-ewwel staġun ta' plejer fil-kampjonat Taljan.

Fl-istaġuni 1935–36 kien l-aqwa skorer tal-kampjonat b'25 gowl, u dan it-tragward reġa' laħqu fl-istaġun 1937–38 meta skorja 20 gowl, liema staġun l-Inter ġew inkurunati ċampjins. Is-sena ta' wara, l-Inter rebħu għall-ewwel darba l-.

Is-snin ta' wara

L-istaġun 1938–39 kien il-bidu fit-tnaqqis tar-rendiment ta' Meazza kawża ta' uġigħ f'saqajh ix-xellugija li ħallietu barra mil-logħob għal kważi sena. Fil-ħarifa tal-1940 reġa' lura din id-darba bil-flokk tal-ġirien tal-Milan, però l-problemi fiżiċi komplew jiġru warajh.

Wara sentejn mar-rossoneri, għamel sena mal-Juventus fejn hawnhekk irritorna għal livell sodisfaċenti. Id-debutt seħħ fit-18 ta' Ottubru 1942 fil-partita kontra . Għal dan l-istaġun, flimkien ma' u , ifforma t-triju offensiv l-aktar prolifiku tal-kampjonat, għalkemm il-Juventus temmew fit-tielet post. Meazza għalaq l-istaġun personali b'għaxar gowls f'27 logħba.

Qabel is-sospensjoni tal-kampjonat minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija, hu lagħab l-istaġun ma' . Fi tmiem il-gwerra, fl-istaġun 1945–46, ingħaqad ma' Atalanta fejn hemmhekk kopra anke r-rwol ta' kowċ, qabel ma reġa' lura ma' Inter għall-aħħar staġun tiegħu mal-ewwel klabb tiegħu. Dan kien staġun deludenti għall-Inter hekk kif għamlu sena jiġġieldu mar-relegazzjoni. Wara t-tkeċċija tal-kowċ f'nofs l-istaġun, u Meazza ħadu ħsieb il-gwida tat-tim. L-aħħar logħba ta' Meazza waslet fid-29 ta' Ġunju 1947 fi dro ta' 1–1 kontra l-Bologna.

Karriera internazzjonali

Mat-tim nazzjonali Taljan iddebutta fid-9 ta' Frar 1930 f'Ruma fil-logħba kontra l-Iżvizzera, bl-Italja jirbħu 4–2 u Meazza jiskorja dabtejn. Tliet xhur wara, fil-11 ta' Mejju tal-istess sena, fir-raba' preżenza tiegħu mat-tim nazzjonali, Meazza niżżel ismu fuq livell internazzjonali meta skorja tliet gowls f'rebħa ta' 5–0 kontra l-Ungerija ġewwa Budapest. Din ir-rebħa tat iż-żewġ punti meħtieġa biex jirbħu t-, l-ewwel titlu fl-istorja tan-nazzjonal tal-Italja.

Minkejja li l-ewwel dehriet mat-tim nazzjonali kienu bħala attakkant ċentrali, il-kowċ beda jiskjera lil Meazza bħala attakkant lemini biex jagħmel spazju għal Angelo Schiavio. Din il-versatilità għenet lill-Italja biex jiksbu l-ewwel titlu dinji meta rebħu t-Tazza tad-Dinja fl-1934. Meazza skorja erba' gowls, li kienu jinkludu tnejn kontra l-Greċja fl-ewwel rawnd, wieħed kontra l-Istati Uniti fir-rawnd tal-aħħar sittax u gowl ieħor fil-logħba ripetuta kontra Spanja fil-kwarti tal-finali; din l-aħħar logħba kellha terġa' tintlagħab minħabba li l-logħba li ntlagħbet il-ġurnata ta' qabel spiċċat indaqs wara l-ħin barrani. Fi tmiem il-kampjonat, Meazza ġie magħżul fost l-aqwa plejers.

L-ewwel logħba tat-tim nazzjonali ċampjin tad-dinja kienet l-hekk imsejħa kontra l-Ingilterra, imsejħa hekk minħabba li saret fl-istadju ta' f'Londra u rat episodji vjolenti. L-Italja marret tliet gowls minn taħt wara tnax-il minuta u Luis Monti kellu joħroġ mil-logħba minħabba li kiser saqajh u l-Italja kellha tkompli l-logħba b'raġel inqas minħabba li sostituzzjonijiet ma kinux parti mil-logħba. Minkejja li l-Italja tilfu 3–2, Meazza skorja doppjetta.

Fid-9 ta' Diċembru 1934, f'partita kontra l-Ungerija, skorja l-25 gowl tiegħu (f'29 logħba) biex laħaq lil f'ras il-klassifika tal-aqwa skorers mat-tim nazzjonali Taljan. Fil-logħba ta' wara kontra Franza, fis-17 ta' Frar 1935, skorja żewġ gowls biex poġġewh l-aqwa skorer waħdu.

Fit-Tazza tad-Dinja tal-1938 li saret fi Franza, Meazza libes il-faxxa ta' kaptan u lagħab kull logħba tal-fażi finali, din id-darba iktar f'nofs il-grawnd milli fl-attakk. Fis-semifinali kontra l-Brażil tas-16 ta' Ġunju hu skorja l-gowl tad-dro minn penalty fir-rebħa ta' 2–1. Il-gowl kontra l-Brażil kellu jkun l-aħħar wieħed tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali. Fil-finali kontra l-Ungerija, Meazza kellu id f'żewġ gowls skurjati minn u , hekk kif l-Italja ttrijonfaw 4–2 u kisbu t-tieni titlu tat-Tazza tad-Dinja.

L-aħħar logħba tiegħu waslet fl-20 ta' Lulju 1939 fir-rebħa ta' 3–2 kontra l-Finlandja f'Ħelsinki. B'kollox lagħab 53 darba mat-tim nazzjonali bejn l-1930 u l-1939, fejn tilef sitt darbiet biss, u skorja 33 gowl. Ir-rekord tal-aktar gowls man-nazzjonal ġie miksur minn Gigi Riva fid-29 ta' Settembru 1973 biex jagħmlu lil Meazza t-tieni l-aqwa skorer.

Kowċ

Wara l-esperjenza ta' plejer-kowċ f' u Milan, wara l-gwerra, bħala kowċ iggwida lil , l-Inter f'numru ta' okkażjonijiet u bejn l-1952 u l-1953 ifforma parti mill-kummissjoni teknika tat-tim nazzjonali. Hu kien ukoll l-ewwel Taljan li qatt mexxa tim barrani, it-Torok ta' , fejn serva għal ħames xhur minn Jannar tal-1949. Aktar tard ħa responsabbilità tas-settur taż-żgħażagħ tal-Inter.

Unuri

Inter
  • Serie A: 1929–30, 1937–38, 1939–40
  • : 1938–39
Italja
  • Tazza tad-Dinja: 1934, 1938
  • : 1927–30, 1933–35
Individwali
  • L-aqwa skorer tas-Serie A: 1929–30, 1935–36, 1937–38
  • L-aqwa skorer tat-: 1930, 1933, 1936
  • Hall of Fame tal-futbol Taljan: 2011
  • Walk of Fame tal-isport Taljan: 2015
  • Hall of Fame tal-Inter: 2019

Noti

  1. ^ Fil-perjodu Faxxista, l-Inter kienu sfurzati li jingħaqdu fi klabb wieħed mal-Unione Sportiva Milanese taħt l-isem ta' Società Sportiva Ambrosiana.
  2. ^ a b Il-kampjonat tad-Divisione Nazionale kien maqsum f'żewġ gruppi ta' timijiet bir-rebbieħa tal-gruppi jikkwalifikaw għal finali li kienet tiddetermina r-rebbieħ. Il-format tal-kampjonat tas-Serie A, propost fl-1928 u introdott fl-1929, kien ta' grupp wieħed nazzjonali.

Referenzi

  1. ^ a b ċ d Monti, Fabio (2010-08-27). "Meazza dopo un secolo resta il più bravo di tutti" (bit-Taljan). Corriere della Sera.
  2. ^ a b Marchetti, Simona (2010-03-22). "Mondiali, Times non ha dubbi. Maradona è il più grande" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport.
  3. ^ "Meazza, natività del fuoriclasse" (bit-Taljan). SportMediaset. 2010-08-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-08-25.
  4. ^ Stokkermans, Karel (2000-01-30). "IFFHS' Century Elections" (bl-Ingliż). RSSSF.
  5. ^ Marucci, Lorenzo (2017-03-02). "2 marzo 1980, lo stadio San Siro viene intitolato a Giuseppe Meazza" (bit-Taljan). TuttoMercatoWeb.
  6. ^ a b "Giuseppe Meazza" (bl-Ingliż). giuseppemeazza.it.
  7. ^ "Storia" (bl-Ingliż). FC Internazionale Milano. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-30.
  8. ^ Germano, Bovolenta (2010-08-23). "Il mito di Meazza è nato cent' anni fa" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport.
  9. ^ "Il 23 agosto 1910 nasceva Giuseppe Meazza, il secondo miglior marcatore della storia della Nazionale" (bit-Taljan). VivoAzzurro (FIGC). 2017-08-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-08-23.
  10. ^ Galasso, Vito (2014-08-21). 1001 storie e curiosità sulla grande Inter che dovresti conoscere (bit-Taljan). Newton Compton Editori. ISBN 978-88-541-7023-0.
  11. ^ "Il 19 settembre 1926 l'inaugurazione dello Stadio "Giuseppe Meazza" di Milano" (bit-Taljan). Luino Notizie. 2017-09-19.
  12. ^ "Giuseppe Meazza". magliarossonera.it (bit-Taljan).
  13. ^ a b "Giuseppe Meazza". calciosport.it (bit-Taljan). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-08-03. Miġbur 2022-09-21.
  14. ^ "CAMPIONATO 1927/28 - Girone B - Milano, 25 settembre 1927 - I° giornata". storiainter.com (bit-Taljan).
  15. ^ a b ċ "Club stats" (bl-Ingliż). giuseppemeazza.it.
  16. ^ "Dettaglio Incontri - Meazza Giuseppe". storiainter.com (bit-Taljan).
  17. ^ "CAMPIONATO 1929/30 - Milano, 15 giugno 1930 – XXXII° giornata". storiainter.com (bit-Taljan).
  18. ^ a b Di Maggio, Roberto (2022-05-25). "Italy - Serie A Top Scorers" (bl-Ingliż). RSSSF.
  19. ^ "Stagione 1938/39". storiainter.com (bit-Taljan).
  20. ^ "Meazza si è allenato" (bit-Taljan). La Stampa. 1942-10-15. p. 2.
  21. ^ "Giuseppe Meazza giocatore della Juventus". juworld.net (bit-Taljan).
  22. ^ "Stagione 1946/47". storiainter.com (bit-Taljan).
  23. ^ a b Mamrud, Roberto (2011-04-21). "Giuseppe Meazza - Goals in International Matches" (bl-Ingliż). RSSSF.
  24. ^ Reyes, Macario (2011-04-21). "1st International Cup" (bl-Ingliż). RSSSF.
  25. ^ "The inimitable Giuseppe Meazza" (bl-Ingliż). FIFA. 2011-01-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-10-26.
  26. ^ "From the Vault: England and Italy do battle at Highbury in 1934" (bl-Ingliż). The Guardian. 2008-11-12.
  27. ^ "England Match No. 195 - Italy - 14 November 1934". englandfootballonline.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2005-02-10.
  28. ^ Hackett, Robin (2012-09-21). "Giuseppe Meazza: Champion of the world" (bl-Ingliż). ESPN.
  29. ^ Brewin, John (2014-04-07). "All-time Top 20: No. 19 Giuseppe Meazza" (bl-Ingliż). ESPN.
  30. ^ "Convocazioni e presenze in campo - Meazza Giuseppe" (bit-Taljan). FIGC.
  31. ^ Di Maggio, Roberto; Pierrend, José Luis (2022-06-23). "Italy - Record International Players" (bl-Ingliż). RSSSF.
  32. ^ Maffeis, Bruno (2015). Quelli che hanno fatto grande Milano, l'Italia (bit-Taljan). Milan: Youcanprint. p. 191. ISBN 978-88-911-8666-9.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Giuseppe Meazza (Giuseppe Meazza)
  • Giuseppe Meazza fuq National-Football-Teams.com
  • Giuseppe Meazza – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 21 Ġun, 2025 / 13:46

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Giuseppe Meazza, X'inhi Giuseppe Meazza? Xi tfisser Giuseppe Meazza?

Giuseppe Peppino Meazza twieled fit 23 ta Awwissu 1910 miet fil 21 ta Awwissu 1979 kien plejer kowċ u amministratur tal futbol Taljan Giuseppe MeazzaMeazza mal Ambrosiana Inter fl 1935Informazzjoni personaliTwelid23 ta Awwissu 1910 1910 08 23 Milan ItaljaMewt21 ta Awwissu 1979 68 sena Tul1 69 mRwolAttakkantMixtliet1922 1924Gloria1924 1927Ambrosiana InterKarriera professjonaliSninKlabb1927 1940Ambrosiana Inter1940 1942Milan1942 1943Juventus19441945 1946Atalanta1946 1947InterTim nazzjonali1930 1939ItaljaTimijiet ikkowċjati1945 1946Atalanta1946 1948Inter1948 19491949 19511952 1953Italja Olimpika1955 1956Inter1957Inter Ikkunsidrat minn ħafna esperti fost l aqwa prodotti tal futbol Taljan jekk mhux l aħjar hu qatta l maġġoranza tal karriera tiegħu mal klabb tal Inter fejn lagħab total ta erbatax il staġun Magħhom sar l aqwa skorer tal klabb ta kull zmien u rebaħ tliet titli tal kampjonat u minbarra li rebaħ it titlu tal aqwa skorer fil kampjonat għal tliet darbiet Mat tim nazzjonali Taljan rebaħ it Tazza tad Dinja tal 1934 u l 1938 u hu t tieni l aqwa skorer tal Azzurri wara Gigi Riva Fit 2 ta Marzu 1980 Stadio San Siro ta Milan ingħata ismu ad unur is servizz li ta lill klabb u l futbol tal pajjiz Karriera mal klabbsL ewwel snin Imwieled fid distrett popolari ta Porta Vittoria Meazza beda jilgħab il futbol ta sitt snin fil grawnds ta Greco Milanese u Porta Romana flimkien ma tfal oħra li kienu jilgħabu b ballun taċ ċarruta Bil permess t ommu missieru kien miet fl 1917 fl Ewwel Gwerra Dinjija ta ħdax il sena beda jilgħab ma Gloria FC fejn kien hawnhekk li rċieva l ewwel par zarbun minn ammiratur Inter Meazza ta sbatax il sena bil flokk tal Inter Ta erbatax il sena Meazza kien ipprova mal klabb tal Milan pero huma rrifjutawh minħabba l istatura baxxa tiegħu B hekk ingħaqad mar rivali tagħhom tal Ambrosiana Inter Kien li skoprieh u insista mal kowċ ta Inter ta dak iz zmien sabiex jinkludih mal ewwel tim Bernardini illi aktar tard kellu jsir kowċ importanti u li skoprja numru ta plejers oħra fosthom li aktar tard sar attakkant tal Inter kien ta spiss fi tmiem it taħriġ tiegħu jsegwi z zgħazagħ tal mixtla biex jara speċifikament lil dan iz zgħazugħ li kien jimmeravilja bil ballun f saqajh Bernardini jsostni li tant kien insista fuq Meazza li Weisz iddeċieda li personalment jara b għajnejh Weisz mal ewwel induna li Bernardini ma kienx qed jesaġera u Meazza beda jifforma parti mal ewwel tim ta sittax il sena bid debutt tiegħu jasal sena wara Kien proprju f din l okkazjoni li ngħatalu l laqam il Balilla It Tfajjel iz Zgħir Meta l kowċ Weisz kien nizzel lil Meazza fost l ewwel ħdax wieħed mill aktar anzjani fl iskwadra tenna b mod sarkastiku Issa se nibdew inħallu jilgħabu anke lit tfal tal Balilla L l organizzazzjoni taz zgħazagħ li kienet tlaqqa tfal ta bejn it tmienja u l erbatax il sena kienet imwaqqfa fl 1926 u għalhekk Conti b sens umoristiku ħass li dan il laqam kien xieraq għat tfajjel debuttant Meazza f dik il logħba kontra fil Coppa Volta skorja zewġ gowls fir rebħa ta 6 2 biex mhux biss assigura r rebħa lill Inter imma wera lil kulħadd it twelid ta stilla ġdida Il ġurnata ta wara il gazzetta sportiva Taljana faħħret il logħba tiegħu bħala waħda intelliġenti friska veloċi Id debutt fil kampjonat li dak iz zmien kien taħt l isem ta ġie fl ewwel ġurnata fil 25 ta Settembru 1927 kontra La Dominante u Meazza ħalla l marka darbtejn Hu għalaq l ewwel staġun professjonali bi tnax il gowl fi 33 logħba Fl istaġun ta wara hu skorja 33 gowl li kienu jinkludu zewġ okkazjonijiet fejn skorja ħames darbiet f logħba waħda l ewwel fir rebħa ta 9 1 fuq tas 6 ta Jannar 1929 u t tieni fir rebħa ta 10 2 fuq tat 12 ta Mejju 1929 Fl ewwel staġun tal kampjonat il ġdid tas Serie A fl istaġun 1929 30 Peppin kif kien magħruf bid djalett Milaniz baqa jimpressjona u għen lill klabb jirbaħ il kampjonat it tieni wieħed fl istorja tagħhom Il konfront deċiziv wasal fil 15 ta Ġunju 1930 kontra li kienu erba punti l bogħod fit tieni post It tripletta ta Meazza kienet strumentali biex taqleb telfa għal dro ta 3 3 Il 31 gowls li Meazza skorja f dan l istaġun jibqgħu rekord tal aktar gowls skorjati fl ewwel staġun ta plejer fil kampjonat Taljan Fl istaġuni 1935 36 kien l aqwa skorer tal kampjonat b 25 gowl u dan it tragward reġa laħqu fl istaġun 1937 38 meta skorja 20 gowl liema staġun l Inter ġew inkurunati ċampjins Is sena ta wara l Inter rebħu għall ewwel darba l Is snin ta wara Giuseppe Meazza flimkien ma ta Bologna fl 1946 L istaġun 1938 39 kien il bidu fit tnaqqis tar rendiment ta Meazza kawza ta uġigħ f saqajh ix xellugija li ħallietu barra mil logħob għal kwazi sena Fil ħarifa tal 1940 reġa lura din id darba bil flokk tal ġirien tal Milan pero l problemi fiziċi komplew jiġru warajh Wara sentejn mar rossoneri għamel sena mal Juventus fejn hawnhekk irritorna għal livell sodisfaċenti Id debutt seħħ fit 18 ta Ottubru 1942 fil partita kontra Għal dan l istaġun flimkien ma u ifforma t triju offensiv l aktar prolifiku tal kampjonat għalkemm il Juventus temmew fit tielet post Meazza għalaq l istaġun personali b għaxar gowls f 27 logħba Qabel is sospensjoni tal kampjonat minħabba t Tieni Gwerra Dinjija hu lagħab l istaġun ma Fi tmiem il gwerra fl istaġun 1945 46 ingħaqad ma Atalanta fejn hemmhekk kopra anke r rwol ta kowċ qabel ma reġa lura ma Inter għall aħħar staġun tiegħu mal ewwel klabb tiegħu Dan kien staġun deludenti għall Inter hekk kif għamlu sena jiġġieldu mar relegazzjoni Wara t tkeċċija tal kowċ f nofs l istaġun u Meazza ħadu ħsieb il gwida tat tim L aħħar logħba ta Meazza waslet fid 29 ta Ġunju 1947 fi dro ta 1 1 kontra l Bologna Karriera internazzjonaliMeazza fl ewwel snin mat tim nazzjonali Mat tim nazzjonali Taljan iddebutta fid 9 ta Frar 1930 f Ruma fil logħba kontra l Izvizzera bl Italja jirbħu 4 2 u Meazza jiskorja dabtejn Tliet xhur wara fil 11 ta Mejju tal istess sena fir raba prezenza tiegħu mat tim nazzjonali Meazza nizzel ismu fuq livell internazzjonali meta skorja tliet gowls f rebħa ta 5 0 kontra l Ungerija ġewwa Budapest Din ir rebħa tat iz zewġ punti meħtieġa biex jirbħu t l ewwel titlu fl istorja tan nazzjonal tal Italja Minkejja li l ewwel dehriet mat tim nazzjonali kienu bħala attakkant ċentrali il kowċ beda jiskjera lil Meazza bħala attakkant lemini biex jagħmel spazju għal Angelo Schiavio Din il versatilita għenet lill Italja biex jiksbu l ewwel titlu dinji meta rebħu t Tazza tad Dinja fl 1934 Meazza skorja erba gowls li kienu jinkludu tnejn kontra l Greċja fl ewwel rawnd wieħed kontra l Istati Uniti fir rawnd tal aħħar sittax u gowl ieħor fil logħba ripetuta kontra Spanja fil kwarti tal finali din l aħħar logħba kellha terġa tintlagħab minħabba li l logħba li ntlagħbet il ġurnata ta qabel spiċċat indaqs wara l ħin barrani Fi tmiem il kampjonat Meazza ġie magħzul fost l aqwa plejers L ewwel logħba tat tim nazzjonali ċampjin tad dinja kienet l hekk imsejħa kontra l Ingilterra imsejħa hekk minħabba li saret fl istadju ta f Londra u rat episodji vjolenti L Italja marret tliet gowls minn taħt wara tnax il minuta u Luis Monti kellu joħroġ mil logħba minħabba li kiser saqajh u l Italja kellha tkompli l logħba b raġel inqas minħabba li sostituzzjonijiet ma kinux parti mil logħba Minkejja li l Italja tilfu 3 2 Meazza skorja doppjetta Fid 9 ta Diċembru 1934 f partita kontra l Ungerija skorja l 25 gowl tiegħu f 29 logħba biex laħaq lil f ras il klassifika tal aqwa skorers mat tim nazzjonali Taljan Fil logħba ta wara kontra Franza fis 17 ta Frar 1935 skorja zewġ gowls biex poġġewh l aqwa skorer waħdu Fit Tazza tad Dinja tal 1938 li saret fi Franza Meazza libes il faxxa ta kaptan u lagħab kull logħba tal fazi finali din id darba iktar f nofs il grawnd milli fl attakk Fis semifinali kontra l Brazil tas 16 ta Ġunju hu skorja l gowl tad dro minn penalty fir rebħa ta 2 1 Il gowl kontra l Brazil kellu jkun l aħħar wieħed tiegħu bil flokk tat tim nazzjonali Fil finali kontra l Ungerija Meazza kellu id f zewġ gowls skurjati minn u hekk kif l Italja ttrijonfaw 4 2 u kisbu t tieni titlu tat Tazza tad Dinja L aħħar logħba tiegħu waslet fl 20 ta Lulju 1939 fir rebħa ta 3 2 kontra l Finlandja f Ħelsinki B kollox lagħab 53 darba mat tim nazzjonali bejn l 1930 u l 1939 fejn tilef sitt darbiet biss u skorja 33 gowl Ir rekord tal aktar gowls man nazzjonal ġie miksur minn Gigi Riva fid 29 ta Settembru 1973 biex jagħmlu lil Meazza t tieni l aqwa skorer KowċWara l esperjenza ta plejer kowċ f u Milan wara l gwerra bħala kowċ iggwida lil l Inter f numru ta okkazjonijiet u bejn l 1952 u l 1953 ifforma parti mill kummissjoni teknika tat tim nazzjonali Hu kien ukoll l ewwel Taljan li qatt mexxa tim barrani it Torok ta fejn serva għal ħames xhur minn Jannar tal 1949 Aktar tard ħa responsabbilita tas settur taz zgħazagħ tal Inter UnuriInter Serie A 1929 30 1937 38 1939 40 1938 39 Italja Tazza tad Dinja 1934 1938 1927 30 1933 35 Individwali L aqwa skorer tas Serie A 1929 30 1935 36 1937 38 L aqwa skorer tat 1930 1933 1936 Hall of Fame tal futbol Taljan 2011 Walk of Fame tal isport Taljan 2015 Hall of Fame tal Inter 2019Noti Fil perjodu Faxxista l Inter kienu sfurzati li jingħaqdu fi klabb wieħed mal Unione Sportiva Milanese taħt l isem ta Societa Sportiva Ambrosiana a b Il kampjonat tad Divisione Nazionale kien maqsum f zewġ gruppi ta timijiet bir rebbieħa tal gruppi jikkwalifikaw għal finali li kienet tiddetermina r rebbieħ Il format tal kampjonat tas Serie A propost fl 1928 u introdott fl 1929 kien ta grupp wieħed nazzjonali Referenzi a b ċ d Monti Fabio 2010 08 27 Meazza dopo un secolo resta il piu bravo di tutti bit Taljan Corriere della Sera a b Marchetti Simona 2010 03 22 Mondiali Times non ha dubbi Maradona e il piu grande bit Taljan La Gazzetta dello Sport Meazza nativita del fuoriclasse bit Taljan SportMediaset 2010 08 23 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 08 25 Stokkermans Karel 2000 01 30 IFFHS Century Elections bl Ingliz RSSSF Marucci Lorenzo 2017 03 02 2 marzo 1980 lo stadio San Siro viene intitolato a Giuseppe Meazza bit Taljan TuttoMercatoWeb a b Giuseppe Meazza bl Ingliz giuseppemeazza it Storia bl Ingliz FC Internazionale Milano Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 01 30 Germano Bovolenta 2010 08 23 Il mito di Meazza e nato cent anni fa bit Taljan La Gazzetta dello Sport Il 23 agosto 1910 nasceva Giuseppe Meazza il secondo miglior marcatore della storia della Nazionale bit Taljan VivoAzzurro FIGC 2017 08 23 Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 08 23 Galasso Vito 2014 08 21 1001 storie e curiosita sulla grande Inter che dovresti conoscere bit Taljan Newton Compton Editori ISBN 978 88 541 7023 0 Il 19 settembre 1926 l inaugurazione dello Stadio Giuseppe Meazza di Milano bit Taljan Luino Notizie 2017 09 19 Giuseppe Meazza magliarossonera it bit Taljan a b Giuseppe Meazza calciosport it bit Taljan Arkivjat minn l oriġinal fl 2020 08 03 Miġbur 2022 09 21 CAMPIONATO 1927 28 Girone B Milano 25 settembre 1927 I giornata storiainter com bit Taljan a b ċ Club stats bl Ingliz giuseppemeazza it Dettaglio Incontri Meazza Giuseppe storiainter com bit Taljan CAMPIONATO 1929 30 Milano 15 giugno 1930 XXXII giornata storiainter com bit Taljan a b Di Maggio Roberto 2022 05 25 Italy Serie A Top Scorers bl Ingliz RSSSF Stagione 1938 39 storiainter com bit Taljan Meazza si e allenato bit Taljan La Stampa 1942 10 15 p 2 Giuseppe Meazza giocatore della Juventus juworld net bit Taljan Stagione 1946 47 storiainter com bit Taljan a b Mamrud Roberto 2011 04 21 Giuseppe Meazza Goals in International Matches bl Ingliz RSSSF Reyes Macario 2011 04 21 1st International Cup bl Ingliz RSSSF The inimitable Giuseppe Meazza bl Ingliz FIFA 2011 01 11 Arkivjat minn l oriġinal fl 2019 10 26 From the Vault England and Italy do battle at Highbury in 1934 bl Ingliz The Guardian 2008 11 12 England Match No 195 Italy 14 November 1934 englandfootballonline com bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2005 02 10 Hackett Robin 2012 09 21 Giuseppe Meazza Champion of the world bl Ingliz ESPN Brewin John 2014 04 07 All time Top 20 No 19 Giuseppe Meazza bl Ingliz ESPN Convocazioni e presenze in campo Meazza Giuseppe bit Taljan FIGC Di Maggio Roberto Pierrend Jose Luis 2022 06 23 Italy Record International Players bl Ingliz RSSSF Maffeis Bruno 2015 Quelli che hanno fatto grande Milano l Italia bit Taljan Milan Youcanprint p 191 ISBN 978 88 911 8666 9 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Giuseppe Meazza Giuseppe Meazza Giuseppe Meazza fuq National Football Teams com a span li Giuseppe Meazza rekord kompetittiv tal FIFA arkivjat a span li

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Galileo Galilei

  • Ġunju 18, 2025

    Galatasaray SK

  • Ġunju 13, 2025

    Gaetano Pace Forno

  • Ġunju 11, 2025

    Gaetano Donizetti

  • Ġunju 17, 2025

    Gabon

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq