Il Grotta ta Chauvet magħrufa wkoll bħala l Grotta Chauvet Pont d Arc jew il Grotta ta Pont d Arc bil Franċiż Grotte Cha
Grotta ta' Chauvet

Il-Grotta ta' Chauvet, magħrufa wkoll bħala l-Grotta Chauvet-Pont-d'Arc jew il-Grotta ta' Pont d'Arc, (bil-Franċiż: Grotte Chauvet-Pont d'Arc, pronunzjata bil-Franċiż: [ɡʁɔt ʃovɛ pɔ̃ daʁk]) fid-dipartiment ta' fix-Xlokk ta' Franza hija grotta li fiha wħud mill-iktar pitturi ppreservati ta' ġol-għerien fid-dinja, kif ukoll evidenza oħra dwar il-ħajja fl-Aħħar tal-Era Paleolitika. Il-grotta tinsab qrib il-komun ta' Vallon-Pont-d'Arc fuq irdum tal-ġebla tal-ġir 'il fuq mill-baċir preċedenti tax-xmara Ardèche, fil-widien dojoq ta' Ardèche.
Il-grotta ġie skoperta fit-18 ta' Diċembru 1994, u hija meqjusa bħala wieħed mill-iktar siti sinifikanti tal-arti preistorika, tant li tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-22 ta' Ġunju 2014, inqas minn għaxar snin wara li ġiet skoperta. Il-grotta ġiet esplorata għall-ewwel darba minn grupp ta' tliet speleologi: , , u . Il-grotta ssemmiet għal dan tal-aħħar sitt xhur wara li fetħa magħrufa bħala "Le Trou de Baba" ("It-Toqba ta' Baba") ġiet skoperta minn (Baba). Iktar 'il quddiem, il-grupp irritorna fil-grotta. Membru ieħor tal-grupp, , flimkien ma' tnejn oħra, daħlu iktar fil-fond tal-grotta u skoprew il-Gallerija tal-Iljuni, l-Aħħar Kompartiment tal-grotta. Chauvet fassal rendikont dettaljat tiegħu stess tal-iskoperta. Minbarra l-pitturi u evidenza umana oħra, huma skoprew ukoll fdalijiet fossilizzati, impronti, u marki minn varjetà ta' annimali, li wħud minnhom issa huma estinti.
Studju ulterjuri mill-arkeologu Franċiż żvela ħafna iktar dwar is-sit. Id-datar kien kwistjoni ta' diżgwid iżda studju li ġie ppubblikat fl-2012 appoġġa d-datar tal-arti fil-perjodu ta' Aurignac, bejn wieħed u ieħor 30,000–32,000 sena ilu. Studju li ġie ppubblikat fl-2016 uża 88 datar addizzjonali permezz tar-radjokarbonju, u wera li kien hemm żewġ perjodi ta' abitazzjoni fil-grotta, waħda bejn 33,500 sa 37,000 sena ilu u oħra bejn 28,000 sa 31,000 sena ilu, u l-biċċa l-kbira tat-tpinġijiet suwed ġew datati li saru fl-iktar perjodu bikri.
Karatteristiċi
Il-grotta tinsab 'il fuq mill-baċir preċedenti tax-xmara Ardèche qabel iffurmat il-ħnejja naturali ta' . Fil-widien dojoq tar-reġjun ta' Ardèche hemm bosta għerien, u diversi minnhom għandhom xi importanza ġeoloġika jew arkeoloġika.
Abbażi tad-datar bir-radjokarbonju, il-grotta jidher li ntużat mill-bnedmin matul żewġ perjodi distinti: l-Era ta' Aurignac u l-Era Gravettjana. Il-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet tal-arti saru fl-Era ta' Aurignac (30,000 sa 32,000 sena ilu). L-abitazzjoni fl-Era Gravettjana, li seħħet xi 25,000 sa 27,000 sena ilu, ħalliet biss l-impronti tas-saqajn ta' tifel jew tifla, il-fdalijiet maħruqin ta' ħuġġiġiet antiki, u tebgħat tal-karbonju min-nugrufun ta' torċi li kien jinxtegħlu fil-grotta. L-impronti tas-saqajn jaf huma l-eqdem impronti tas-saqajn umani li jistgħu jiġu datati b'mod akkurat. Wara ż-żjara tat-tifel jew tat-tifla fil-grotta, l-evidenza tissuġġerixxi li minħabba ċediment tal-art li għatta d-daħla storika, il-grotta baqgħet mhux mimsusa sa ma ġiet skoperta fl-1994.
Fuq l-art ratba u qisha taflija tal-grotta nstabu impronti tas-saqajn tal-orsijiet, flimkien ma' marki kbar ġejjin għat-tond li jingħad li x'aktarx ġew magħmula mill-orsijiet biex jorqdu fihom. L-għadam fossilizzat huwa abbundanti u jinkludi l-kranji ta' orsijiet tal-għerien u l-kranju bil-qrun ta' mogħża tal-barr. L-impronti tas-saqajn ta' tifel jew tifla ta' età żgħira u dawk ta' lupu jew kelb mexjin maġenb xulxin instabu fil-grotta. Din l-informazzjoni tissuġġerixxi li l-oriġini tal-kelb domestiku tmur lura għal qabel l-aħħar era glaċjali.
Pitturi
Mijiet ta' pittturi ta' annimali ġew katalogizzati, u juru mill-inqas 13-il speċi differenti, inkluż uħud li qajla jew qatt ma nstabu f'pitturi oħra tal-era glaċjali. Minflok jintwerew l-erbivori familjari biss li kienu predominanti fl-arti Paleolitika fl-għerien, jiġifieri żwiemel, gniedes estinti, mammutijiet, eċċ., il-ħitan tal-Grotta ta' Chauvet fiha bosta annimali predaturi, eż., iljuni tal-għerien, leopardi, orsijiet, u jeni tal-għerien. Hemm ukoll pitturi ta' rinoċerontijiet.
Xi ħaġa tipika tal-biċċa l-kbira tal-arti fl-għerien hi li ma hemm l-ebda pittura ta' figuri umani sħaħ, għalkemm hemm figura parzjali waħda ta' "Venere" komposta minn qisha vulva mehmuża ma' par mhux komplut ta' riġlejn. 'Il fuq mill-Venere, u f'kuntatt magħha, hemm ras ta' biżont, li wassal biex uħud jiddeskrivu t-tpinġija kompożita bħala Minotawru. Hemm ftit pannelli ta' impronti u marki tal-idejn bl-okra ħamra magħmula bl-infiħ tal-pigment fuq l-idejn magħfusin mas-superfiċe tal-grotta. Fil-grotta kollha hemm ukoll bosta marki astratti — linji u tikek. Barra minn hekk, hemm żewġ immaġnijiet mhux identifikabbli li għandhom għamla vaga ta' farfett jew tajra. Dan il-kombinament ta' suġġetti wassal biex xi studenti tal-arti u tal-kultura preistorika jemmnu li kien hemm aspett ritwalistiku, xamaniku jew maġiku mehmuż ma' dawn il-pitturi.
Tpinġija partikolari, li iktar 'il quddiem ġiet sovraimposta bi skizz ta' ċerva, qisha vulkan li ħierġa l-lava minnu, simili għall-vulkani reġjonali li kienu attivi dak iż-żmien. Jekk dan huwa l-każ, din tkun tirrappreżenta l-iktar tpinġija bikrija magħrufa ta' żbroffar vulkaniku.
L-artisti li pproduċew dawn it-tpinġijiet użaw tekniki li qajla ntużaw fl-arti ta' għerien oħra. Bosta mill-pitturi jidher li saru biss wara li l-ħitan ġew imnaddfa mit-trab u xi depożiti, biex b'hekk iż-żona fejn kienu se jsiru l-pitturi mill-artisti kienet tkun iktar lixxa u ferm inqas skura. Bl-istess mod, kwalità tridimensjonali u suġġeriment ta' ċaqliq inkisbu permezz ta' inċiżjoni jew grif madwar il-kontorn ta' ċertu figuri. L-arti hija wkoll eċċezzjonali għal dak iż-żmien peress li tinkludi "xeni", eż. annimali jinteraġixxu ma' xulxin; par rinoċerontijiet sufija, pereżempju, jidhru jiġġieldu ma' xulxin bil-qarn tagħhom f'qisha battalja għat-territorju jew għad-drittijiet tat-tgħammir.
Datar
Il-grotta fiha wħud mill-eqdem pitturi magħrufa fl-għerien, abbażi tad-datar bir-radjokarbonju tal-"iswed mit-tpinġijiet, mill-marki tan-nugrufun mit-torċi u mill-art", skont . Clottes jikkonkludi li d-"dati jinqasmu f'żewġ gruppi, waħda għall-ħabta tal-27,000–26,000 BP u l-oħra għall-ħabta tal-32,000–30,000 BP". Mill-1999, id-dati ta' 31 kampjun mill-grotta ġew irrapportati. L-iktar waħda bikrija, tal-kampjun Gifa 99776 miż-"żona 10", tmur lura għat-32,900 ± 490 BP.
Xi arkeologi ddubitaw dawn id-dati. , li serraħ fuq tqabbil stilistiku ma' pitturi simili f'siti oħra datati sew, esprima l-opinjoni li l-pitturi bl-aħmar saru fil-perjodu Gravettjan (għall-ħabta tat-28,000–23,000 BP) u l-pitturi bl-iswed saru fil-perjodu Magdalenjan Bikri (fil-bidu tal-18,000–10,000 BP). Pettitt u Bahn ikkontestaw ukoll li d-datar ma kienx konsistenti mas-sekwenza stilistika tradizzjonali u li hemm inċertezza dwar is-sors tal-karbonju li ntuża fit-tpinġijiet u l-livell ta' kontaminazzjoni tas-superfiċe fuq iż-żoni esposti tal-blat. Studji stilistiċi wrew li wħud mill-inċiżjonijiet Gravettjani huma sovraimposti fuq pitturi bl-iswed u dan juri li l-pitturi saru qabel.
Sal-2011, inkisbu iktar minn 80 data bir-radjokarbonju, permezz ta' kampjuni minn marki tan-nugrufun bit-torċi u mill-pitturi stess, kif ukoll minn għadam tal-annimali u karbonju li nstab mal-art fil-grotta. Id-dati bir-radjokarbonju minn dawn il-kampjuni jissuġġerixxu li kien hemm żewġ perjodi fejn ġiet prodotta l-arti fil-Grotta ta' Chauvet: 35,000 sena ilu u 30,000 sena ilu. B'hekk l-okkupazzjoni u t-tpittir tal-grotta jiġu kkollokati fl-Era ta' Aurignac.
Artiklu ta' riċerka ppubblikat fil-Proceedings of the National Academy of Sciences f'Mejju 2012 minn xjenzati mill-Università ta' Savoy, mill-Università ta' Aix-Marseille u miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Preistorja, ikkonferma li l-pitturi nħolqu min-nies fl-Era ta' Aurignac, bejn 30,000 u 32,000 sena ilu. Is-sejbiet tar-riċerkaturi huma bbażati fuq l-analiżi bl-użu tad-datar ġeomorfoloġiku u tas-36Cl tas-superfiċi taċ-ċediment tal-art madwar dik li titqies bħala l-unika daħla tal-grotta. L-analiżi li għamlu wriet li d-daħla ġiet issiġillata biċ-ċediment ta' rdum xi 29,000 sena ilu. Is-sejbiet tagħhom wasslu għad-datar tal-preżenza umana fil-grotta u tal-pitturi, li qabel ma' dak li kien ġie dedott mid-datar bir-radjokarbonju, jiġifieri bejn 32,000–30,000 BP.
Studju tal-2016 fl-istess ġurnal li eżamina 259 data tar-radjokarbonju, uħud li qatt ma kienu ġew ippubblikati qabel, ikkonkluda li kien hemm żewġ fażijiet ta' okkupazzjoni umana, waħda bejn 33,500 sa 37,000 sena ilu u t-tieni minn 28,000 sa 31,000 sena ilu. Id-dati kollha ħlief tnejn għat-tpinġijiet bl-iswed kienu minn fażi iktar bikrija. L-awturi jemmnu li l-ewwel fażi ntemmet minħabba ċediment tal-blat ta' rdum li ssiġilla l-grotta, u mbagħad seħħew żewġ ċedimenti oħra lejn l-aħħar tat-tieni fażi ta' okkupazzjoni u warajha l-ebda bniedem jew annimal kbir ma daħal fil-grotta sa meta ġiet skoperta mill-ġdid. F'email lil-Los Angeles Times, tnejn mill-awturi spjegaw:
Grupp ta' bnedmin (klikka jew tribù) żaru l-Grotta ta' Chauvet matul l-ewwel perjodu madwar 36,000 sena ilu għal skopijiet kulturali. Huma pproduċew tpinġijiet bl-iswed ta' mammiferi enormi. Imbagħad, diversi eluf ta' snin wara, grupp ieħor minn post ieħor b'kultura oħra żaru l-grotta.
Fl-2020, ir-riċerkaturi użaw il-kurva l-ġdida tal-kalibrazzjoni tar-radjokarbonju IntCal20 u waslu għal stima li l-eqdem pittura fil-grotta ġiet maħluqa 36,500 sena ilu.
B'mod parallel mad-datar li twettaq fil-Grotta ta' Chauvet stess, mill-2008 'il quddiem, diversi membri tat-tim xjentifiku inkarigati biex jistudjaw il-grotta wettqu riċerka kronoloġika f'bosta siti tal-arti fuq il-blat tul il-widien dojoq tax-xmara Ardèche taħt it-tmexxija ta' . Seħħet fil-Grotta ta' Points (Aiguèze; Gard; Franza), li fiha jispikkaw similaritajiet ikonografiċi ċari mal-Grotta ta' Chauvet, iżda anke fil-Grotta ta' Deux-Ouvertures. Din ir-riċerka, bit-titlu ta' Proġett "Datation Grottes Ornées" (jew DGO), kienet maħsuba biex tiddetermina l-kuntest li fih ġew viżitati l-grotti bl-arti fuq il-blat tar-reġjun. Il-Proġett DGO jipproponi li tiġi diskussa l-eċċezzjonalità kronoloġika u ikonografika apparenti tal-Grotta ta' Chauvet "minn barra" billi tiġi kollokata fi ħdan grupp ta' grotti reġjonali. Ir-riċerka pproduċiet bosta riżultati li indirettament jikkonċernaw il-kronoloġija tal-Grotta ta' Chauvet.
Preservazzjoni
Il-grotta ġiet issiġillata għall-pubbliku mill-1994. L-aċċess huwa ristrett b'rigorożità kbira minħabba l-esperjenza ta' x'ġara f'għerien iddekorati oħra bħal dawk ta' Altamira u Lascaux li nstabu fis-sekli 19 u 20, fejn l-aċċess lill-viżitaturi fuq skala kbira wassal għat-tkabbir ta' moffa fuq il-ħitan li xi kultant saħansitra għamlet ħsara lill-arti. Fis-sena 2000, l-arkeologa u esperta tal-pitturi fl-għerien inħatret biex tissorvelja l-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-grotta. Warajha nħatret fl-2014.
Replika tal-Grotta ta' Chauvet, imsejħa "Caverne du Pont-d'Arc", ibbażata fuq il-mudell tar-replika ta' Lascaux, infetħet għall-pubbliku ġenerali nhar il-25 ta' April 2015. Hija l-ikbar replika ta' grotta li qatt inbniet fid-dinja, saħansitra għaxar darbiet akbar mir-replika ta' Lascaux. L-arti hija riprodotta bid-daqs tal-arti oriġinali f'replika kkondensata tal-ambjent ta' taħt l-art, f'binja ċirkolari 'l fuq mill-art, ftit kilometri mill-grotta oriġinali. Is-sensi tal-viżitaturi huma stimolati mill-istess sensazzjonijiet ta' silenzju, dlam, temperatura, umdità u akustika, li ġew riprodotti bir-reqqa kollha. Żjara virtwali tal-grotta, magħmula b'sistema ta' immaġnijiet tridimensjonali, hija disponibbli wkoll għall-pubbliku.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Grotta ta' Chauvet ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-2014.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".
Kultura popolari
Fit-18 ta' Diċembru 2020, il-mutur tat-tfittxija fuq l-internet ċċelebra s-26 anniversarju tal-iskoperta tal-Grotta ta' Chauvet b'Google Doodle.
L-awtur immaġina l-ħajjiet ta' dawk li pittru l-Grotta ta' Chauvet fir-rumanz tiegħu tal-2013 Shaman.
Referenzi
- ^ Clottes (2003b), p. 214.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Decorated Cave of Pont d'Arc, known as Grotte Chauvet-Pont d'Arc, Ardèche". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-14.
- ^ "UNESCO grants heritage status to prehistoric French cave - France 24". web.archive.org. 2018-01-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-01-07. Miġbur 2021-09-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Hammer, Joshua. "Finally, the Beauty of France's Chauvet Cave Makes its Grand Public Debut". Smithsonian Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-14.
- ^ Chauvet, Jean-Marie; Deschamps, Eliette Brunel; Hillaire, Christian; Clottes, Jean; Bahn, Paul (1996). Dawn of art : the Chauvet Cave : the oldest known paintings in the world. New York: H.N. Abrams. ISBN 0-8109-3232-6.
- ^ Ferrier, Catherine; Debard, Évelyne; Kervazo, Bertrand; Brodard, Aurélie; Guibert, Pierre; Baffier, Dominique; Feruglio, Valérie; Gély, Bernard; Geneste, Jean-Michel; Maksud, Frédéric (2014-12-28). "Heated walls of the cave Chauvet-Pont d'Arc (Ardèche, France): characterization and chronology". PALEO. Revue d'archéologie préhistorique (25): 59–78.
- ^ Curtis, Gregory (2006). The Cave Painters: Probing the Mysteries of the World's First Artists. New York: Knopf, pp. 215–216.
- ^ Curry, Andrew. "Fate of the Cave Bear". Smithsonian Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-14.
- ^ Hobgood-Oster, Laura (2014). A Dog's History of the World. Baylor University Press. pp. 6–7.
- ^ Adams, Laurie (2011). Art Across Time (4th ed.). Mc-Graw Hill. p. 34.
- ^ Nast, Condé (2008-06-16). "What Does the World's Oldest Art Say About Us?". The New Yorker (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-15.
- ^ Lewis-Williams, David (2002). The Mind in the Cave. London: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-28465-0.
- ^ Callaway, Ewen (2016-01-15). "'Cave of forgotten dreams' may hold earliest painting of volcanic eruption". Nature (bl-Ingliż).
- ^ Fritz, Carole; Tosello, Gilles (2007-02-21). "The Hidden Meaning of Forms: Methods of Recording Paleolithic Parietal Art". Journal of Archaeological Method and Theory. Springer Science and Business Media LLC. 14 (1): 48–80.
- ^ Clottes (2003b), p. 33. See also Chauvet (1996), p. 131
- ^ Züchner, Christian (September 1998). "Grotte Chauvet Archaeologically Dated". Communication at the International Rock Art Congress IRAC ´98. Clottes (2003b), pp. 213–14.
- ^ Pettitt, Paul; Paul Bahn (March 2003). "Current problems in dating Palaeolithic cave art: Candamo and Chauvet". Antiquity. 77 (295): 134–41.
- ^ "Pettitt, P. (2008). "Art and the Middle-to-Upper Paleolithic transition in Europe: Comments on the archaeological arguments for an early Upper Paleolithic antiquity of the Grotte Chauvet art". Journal of Human Evolution". PubMed (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-15.
- ^ Bahn, P., P. Pettitt and C. Züchner, "The Chauvet Conundrum: Are claims for the 'birthplace of art' premature?" in An Enquiring Mind: Studies in Honor of Alexander Marshack (ed. P. Bahn), Oxford 2009, pp. 253–78.
- ^ "Paleoesthetique.com » The Grotte Chauvet : a completely homogeneous art ?". web.archive.org. 2014-07-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-07-30. Miġbur 2021-09-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Archaeology Magazine - March/April 2011 - 39". www.nxtbook.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-15.
- ^ "Latest Breaking News, Headlines & Updates | National Post". nationalpost (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-15.
- ^ Sadier, Benjamin; Delannoy, Jean-Jacques; Benedetti, Lucilla; Bourles, Didier; Jaillet, Stephane; Geneste, Jean-Michel; Lebatard, Anne-Elisabeth; Arnold, Maurice (2012). "Further constraints on the Chauvet cave artwork elaboration". Proceedings of the National Academy of Sciences. 109 (21): 8002–6.
- ^ Anita Quiles, Hélène Valladas, Hervé Bocherens, Emmanuelle Delqué-Kolic, Evelyne Kaltnecker, Johannes van der Plicht, Jean-Jacques Delannoy, Valérie Feruglio, Carole Fritz, Julien Monney, Michel Philippe, Gilles Tosello, Jean Clottes, and Jean-Michel Geneste "A high-precision chronological model for the decorated Upper Paleolithic cave of Chauvet-Pont d’Arc, Ardèche, France" PNAS 2016 113 (17) 4670–75
- ^ Facebook; Twitter; options, Show more sharing; Facebook; Twitter; LinkedIn (2016-04-12). "Chauvet cave: The most accurate timeline yet of who used the cave and when". Los Angeles Times (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-15.
- ^ "From cave art to climate chaos: How a new carbon dating timeline is changing our view of history". phys.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-15.
- ^ Monney, Julien (2018). "La grotte aux Points d'Aiguèze, petite soeur de la grotte Chauvet et les recherches menées dans le cadre du projet "Datation Grottes Ornées"". Karstologia. 72: 1–12. ISSN 0751-7688.
- ^ Monney, Julien (2018). "L'art pariétal paléolithique de la grotte aux Points d'Aiguèze : définition d'un dispositif pariétal singulier et discussion de ses implications". Karstologia. 72: 45–60. ISSN 0751-7688.
- ^ Monney, Julien (2010). "La grotte des Deux-Ouvertures : Le regard et la mémoire". Ardèche Archéologie. 27: 3–12.
- ^ Monney, Julien (2014). "Nouveaux éléments de discussion chronologique dans le paysage des grottes ornées de l'Ardèche: Oulen, Chabot et Tête-du-Lion". Paléo: 271–283. ISSN 1145-3370.
- ^ Monney, Julien (2014). "La grotte des Deux-Ouvertures à Saint-Martin-d'Ardèche: approches chronométriques croisées de la mise en place du massif stalagmitique (U/Th et 14C AMS): implications quant aux fréquentations humaines de la cavité et à la présence ursine dans la région". Paléo: 41–50. ISSN 1145-3370.
- ^ Condemi, Silvana; Voisin, Jean-Luc; Puymérail, Laurent; Monney, Julien; Philippe, Michel (2017-06-01). "Les restes humains de la grotte ornée paléolithique des Deux-Ouvertures (Ardèche, France)". Comptes Rendus Palevol. 16 (4): 452–461.
- ^ Rauchhaupt, Ulf von. "Steinzeitkunst: Frühe Meister ohne Lehrzeit" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-09-15.
- ^ "Chauvet-Pont d'Arc cave, grand opening!". TRACCE (bl-Ingliż). 2015-02-07. Miġbur 2021-09-15.
- ^ "Conservation of prehistoric caves and stability of their inner climate: lessons from Chauvet and other French caves". Bourges F., Genthon P., Genty D., Lorblanchet M., Mauduit E., D’Hulst D. Science of the Total Environment. Vol. 493, 15 Sept. 2014, pp. 79–91.
- ^ "Explore the cave". La Grotte Chauvet-Pont d'Arc. Miġbur 2021-09-15.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Grotta ta' Chauvet, X'inhi Grotta ta' Chauvet? Xi tfisser Grotta ta' Chauvet?
Il Grotta ta Chauvet magħrufa wkoll bħala l Grotta Chauvet Pont d Arc jew il Grotta ta Pont d Arc bil Franċiz Grotte Chauvet Pont d Arc pronunzjata bil Franċiz ɡʁɔt ʃovɛ pɔ daʁk fid dipartiment ta fix Xlokk ta Franza hija grotta li fiha wħud mill iktar pitturi ppreservati ta ġol għerien fid dinja kif ukoll evidenza oħra dwar il ħajja fl Aħħar tal Era Paleolitika Il grotta tinsab qrib il komun ta Vallon Pont d Arc fuq irdum tal ġebla tal ġir il fuq mill baċir preċedenti tax xmara Ardeche fil widien dojoq ta Ardeche L iljuni mpittra fil Grotta ta Chauvet Il grotta ġie skoperta fit 18 ta Diċembru 1994 u hija meqjusa bħala wieħed mill iktar siti sinifikanti tal arti preistorika tant li tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fit 22 ta Ġunju 2014 inqas minn għaxar snin wara li ġiet skoperta Il grotta ġiet esplorata għall ewwel darba minn grupp ta tliet speleologi u Il grotta ssemmiet għal dan tal aħħar sitt xhur wara li fetħa magħrufa bħala Le Trou de Baba It Toqba ta Baba ġiet skoperta minn Baba Iktar il quddiem il grupp irritorna fil grotta Membru ieħor tal grupp flimkien ma tnejn oħra daħlu iktar fil fond tal grotta u skoprew il Gallerija tal Iljuni l Aħħar Kompartiment tal grotta Chauvet fassal rendikont dettaljat tiegħu stess tal iskoperta Minbarra l pitturi u evidenza umana oħra huma skoprew ukoll fdalijiet fossilizzati impronti u marki minn varjeta ta annimali li wħud minnhom issa huma estinti Studju ulterjuri mill arkeologu Franċiz zvela ħafna iktar dwar is sit Id datar kien kwistjoni ta dizgwid izda studju li ġie ppubblikat fl 2012 appoġġa d datar tal arti fil perjodu ta Aurignac bejn wieħed u ieħor 30 000 32 000 sena ilu Studju li ġie ppubblikat fl 2016 uza 88 datar addizzjonali permezz tar radjokarbonju u wera li kien hemm zewġ perjodi ta abitazzjoni fil grotta waħda bejn 33 500 sa 37 000 sena ilu u oħra bejn 28 000 sa 31 000 sena ilu u l biċċa l kbira tat tpinġijiet suwed ġew datati li saru fl iktar perjodu bikri KaratteristiċiImpronti ta orsijiet fil Grotta ta Chauvet u x aktarx il postijiet ittundjati fl art fejn kienu jorqdu Il grotta tinsab il fuq mill baċir preċedenti tax xmara Ardeche qabel iffurmat il ħnejja naturali ta Fil widien dojoq tar reġjun ta Ardeche hemm bosta għerien u diversi minnhom għandhom xi importanza ġeoloġika jew arkeoloġika Abbazi tad datar bir radjokarbonju il grotta jidher li ntuzat mill bnedmin matul zewġ perjodi distinti l Era ta Aurignac u l Era Gravettjana Il biċċa l kbira tax xogħlijiet tal arti saru fl Era ta Aurignac 30 000 sa 32 000 sena ilu L abitazzjoni fl Era Gravettjana li seħħet xi 25 000 sa 27 000 sena ilu ħalliet biss l impronti tas saqajn ta tifel jew tifla il fdalijiet maħruqin ta ħuġġiġiet antiki u tebgħat tal karbonju min nugrufun ta torċi li kien jinxtegħlu fil grotta L impronti tas saqajn jaf huma l eqdem impronti tas saqajn umani li jistgħu jiġu datati b mod akkurat Wara z zjara tat tifel jew tat tifla fil grotta l evidenza tissuġġerixxi li minħabba ċediment tal art li għatta d daħla storika il grotta baqgħet mhux mimsusa sa ma ġiet skoperta fl 1994 Fuq l art ratba u qisha taflija tal grotta nstabu impronti tas saqajn tal orsijiet flimkien ma marki kbar ġejjin għat tond li jingħad li x aktarx ġew magħmula mill orsijiet biex jorqdu fihom L għadam fossilizzat huwa abbundanti u jinkludi l kranji ta orsijiet tal għerien u l kranju bil qrun ta mogħza tal barr L impronti tas saqajn ta tifel jew tifla ta eta zgħira u dawk ta lupu jew kelb mexjin maġenb xulxin instabu fil grotta Din l informazzjoni tissuġġerixxi li l oriġini tal kelb domestiku tmur lura għal qabel l aħħar era glaċjali PitturiPitturi ta diversi annimali fil Grotta ta Chauvet Mijiet ta pittturi ta annimali ġew katalogizzati u juru mill inqas 13 il speċi differenti inkluz uħud li qajla jew qatt ma nstabu f pitturi oħra tal era glaċjali Minflok jintwerew l erbivori familjari biss li kienu predominanti fl arti Paleolitika fl għerien jiġifieri zwiemel gniedes estinti mammutijiet eċċ il ħitan tal Grotta ta Chauvet fiha bosta annimali predaturi ez iljuni tal għerien leopardi orsijiet u jeni tal għerien Hemm ukoll pitturi ta rinoċerontijiet Xi ħaġa tipika tal biċċa l kbira tal arti fl għerien hi li ma hemm l ebda pittura ta figuri umani sħaħ għalkemm hemm figura parzjali waħda ta Venere komposta minn qisha vulva mehmuza ma par mhux komplut ta riġlejn Il fuq mill Venere u f kuntatt magħha hemm ras ta bizont li wassal biex uħud jiddeskrivu t tpinġija kompozita bħala Minotawru Hemm ftit pannelli ta impronti u marki tal idejn bl okra ħamra magħmula bl infiħ tal pigment fuq l idejn magħfusin mas superfiċe tal grotta Fil grotta kollha hemm ukoll bosta marki astratti linji u tikek Barra minn hekk hemm zewġ immaġnijiet mhux identifikabbli li għandhom għamla vaga ta farfett jew tajra Dan il kombinament ta suġġetti wassal biex xi studenti tal arti u tal kultura preistorika jemmnu li kien hemm aspett ritwalistiku xamaniku jew maġiku mehmuz ma dawn il pitturi Pittura ta speċi ta bizont tal isteppa Bison priscus fil Grotta ta Chauvet fuq bolla tar Rumanija tal 2001 Tpinġija partikolari li iktar il quddiem ġiet sovraimposta bi skizz ta ċerva qisha vulkan li ħierġa l lava minnu simili għall vulkani reġjonali li kienu attivi dak iz zmien Jekk dan huwa l kaz din tkun tirrapprezenta l iktar tpinġija bikrija magħrufa ta zbroffar vulkaniku L artisti li pproduċew dawn it tpinġijiet uzaw tekniki li qajla ntuzaw fl arti ta għerien oħra Bosta mill pitturi jidher li saru biss wara li l ħitan ġew imnaddfa mit trab u xi depoziti biex b hekk iz zona fejn kienu se jsiru l pitturi mill artisti kienet tkun iktar lixxa u ferm inqas skura Bl istess mod kwalita tridimensjonali u suġġeriment ta ċaqliq inkisbu permezz ta inċizjoni jew grif madwar il kontorn ta ċertu figuri L arti hija wkoll eċċezzjonali għal dak iz zmien peress li tinkludi xeni ez annimali jinteraġixxu ma xulxin par rinoċerontijiet sufija perezempju jidhru jiġġieldu ma xulxin bil qarn tagħhom f qisha battalja għat territorju jew għad drittijiet tat tgħammir DatarPitturi ta rinoċeronti fil Grotta ta Chauvet Il grotta fiha wħud mill eqdem pitturi magħrufa fl għerien abbazi tad datar bir radjokarbonju tal iswed mit tpinġijiet mill marki tan nugrufun mit torċi u mill art skont Clottes jikkonkludi li d dati jinqasmu f zewġ gruppi waħda għall ħabta tal 27 000 26 000 BP u l oħra għall ħabta tal 32 000 30 000 BP Mill 1999 id dati ta 31 kampjun mill grotta ġew irrapportati L iktar waħda bikrija tal kampjun Gifa 99776 miz zona 10 tmur lura għat 32 900 490 BP Xi arkeologi ddubitaw dawn id dati li serraħ fuq tqabbil stilistiku ma pitturi simili f siti oħra datati sew esprima l opinjoni li l pitturi bl aħmar saru fil perjodu Gravettjan għall ħabta tat 28 000 23 000 BP u l pitturi bl iswed saru fil perjodu Magdalenjan Bikri fil bidu tal 18 000 10 000 BP Pettitt u Bahn ikkontestaw ukoll li d datar ma kienx konsistenti mas sekwenza stilistika tradizzjonali u li hemm inċertezza dwar is sors tal karbonju li ntuza fit tpinġijiet u l livell ta kontaminazzjoni tas superfiċe fuq iz zoni esposti tal blat Studji stilistiċi wrew li wħud mill inċizjonijiet Gravettjani huma sovraimposti fuq pitturi bl iswed u dan juri li l pitturi saru qabel Sal 2011 inkisbu iktar minn 80 data bir radjokarbonju permezz ta kampjuni minn marki tan nugrufun bit torċi u mill pitturi stess kif ukoll minn għadam tal annimali u karbonju li nstab mal art fil grotta Id dati bir radjokarbonju minn dawn il kampjuni jissuġġerixxu li kien hemm zewġ perjodi fejn ġiet prodotta l arti fil Grotta ta Chauvet 35 000 sena ilu u 30 000 sena ilu B hekk l okkupazzjoni u t tpittir tal grotta jiġu kkollokati fl Era ta Aurignac Pittura ta diversi annimali fosthom rinoċeront impinġi b mod ripetut qisu qed jiċċaqlaq jew jaħrab mill attakk tal iljun fil qrib Artiklu ta riċerka ppubblikat fil Proceedings of the National Academy of Sciences f Mejju 2012 minn xjenzati mill Universita ta Savoy mill Universita ta Aix Marseille u miċ Ċentru Nazzjonali tal Preistorja ikkonferma li l pitturi nħolqu min nies fl Era ta Aurignac bejn 30 000 u 32 000 sena ilu Is sejbiet tar riċerkaturi huma bbazati fuq l analizi bl uzu tad datar ġeomorfoloġiku u tas 36Cl tas superfiċi taċ ċediment tal art madwar dik li titqies bħala l unika daħla tal grotta L analizi li għamlu wriet li d daħla ġiet issiġillata biċ ċediment ta rdum xi 29 000 sena ilu Is sejbiet tagħhom wasslu għad datar tal prezenza umana fil grotta u tal pitturi li qabel ma dak li kien ġie dedott mid datar bir radjokarbonju jiġifieri bejn 32 000 30 000 BP Studju tal 2016 fl istess ġurnal li ezamina 259 data tar radjokarbonju uħud li qatt ma kienu ġew ippubblikati qabel ikkonkluda li kien hemm zewġ fazijiet ta okkupazzjoni umana waħda bejn 33 500 sa 37 000 sena ilu u t tieni minn 28 000 sa 31 000 sena ilu Id dati kollha ħlief tnejn għat tpinġijiet bl iswed kienu minn fazi iktar bikrija L awturi jemmnu li l ewwel fazi ntemmet minħabba ċediment tal blat ta rdum li ssiġilla l grotta u mbagħad seħħew zewġ ċedimenti oħra lejn l aħħar tat tieni fazi ta okkupazzjoni u warajha l ebda bniedem jew annimal kbir ma daħal fil grotta sa meta ġiet skoperta mill ġdid F email lil Los Angeles Times tnejn mill awturi spjegaw Grupp ta bnedmin klikka jew tribu zaru l Grotta ta Chauvet matul l ewwel perjodu madwar 36 000 sena ilu għal skopijiet kulturali Huma pproduċew tpinġijiet bl iswed ta mammiferi enormi Imbagħad diversi eluf ta snin wara grupp ieħor minn post ieħor b kultura oħra zaru l grotta Il post fejn instabet il Grotta oriġinal ta Chauvet immarkat bl aħmar Fl 2020 ir riċerkaturi uzaw il kurva l ġdida tal kalibrazzjoni tar radjokarbonju IntCal20 u waslu għal stima li l eqdem pittura fil grotta ġiet maħluqa 36 500 sena ilu B mod parallel mad datar li twettaq fil Grotta ta Chauvet stess mill 2008 il quddiem diversi membri tat tim xjentifiku inkarigati biex jistudjaw il grotta wettqu riċerka kronoloġika f bosta siti tal arti fuq il blat tul il widien dojoq tax xmara Ardeche taħt it tmexxija ta Seħħet fil Grotta ta Points Aigueze Gard Franza li fiha jispikkaw similaritajiet ikonografiċi ċari mal Grotta ta Chauvet izda anke fil Grotta ta Deux Ouvertures Din ir riċerka bit titlu ta Proġett Datation Grottes Ornees jew DGO kienet maħsuba biex tiddetermina l kuntest li fih ġew vizitati l grotti bl arti fuq il blat tar reġjun Il Proġett DGO jipproponi li tiġi diskussa l eċċezzjonalita kronoloġika u ikonografika apparenti tal Grotta ta Chauvet minn barra billi tiġi kollokata fi ħdan grupp ta grotti reġjonali Ir riċerka pproduċiet bosta rizultati li indirettament jikkonċernaw il kronoloġija tal Grotta ta Chauvet PreservazzjoniPittura ta jena tal għerien li ġiet datata li saret madwar 20 000 sena ilu Il grotta ġiet issiġillata għall pubbliku mill 1994 L aċċess huwa ristrett b rigorozita kbira minħabba l esperjenza ta x ġara f għerien iddekorati oħra bħal dawk ta Altamira u Lascaux li nstabu fis sekli 19 u 20 fejn l aċċess lill vizitaturi fuq skala kbira wassal għat tkabbir ta moffa fuq il ħitan li xi kultant saħansitra għamlet ħsara lill arti Fis sena 2000 l arkeologa u esperta tal pitturi fl għerien inħatret biex tissorvelja l konservazzjoni u l ġestjoni tal grotta Warajha nħatret fl 2014 Replika tal Grotta ta Chauvet imsejħa Caverne du Pont d Arc ibbazata fuq il mudell tar replika ta Lascaux infetħet għall pubbliku ġenerali nhar il 25 ta April 2015 Hija l ikbar replika ta grotta li qatt inbniet fid dinja saħansitra għaxar darbiet akbar mir replika ta Lascaux L arti hija riprodotta bid daqs tal arti oriġinali f replika kkondensata tal ambjent ta taħt l art f binja ċirkolari l fuq mill art ftit kilometri mill grotta oriġinali Is sensi tal vizitaturi huma stimolati mill istess sensazzjonijiet ta silenzju dlam temperatura umdita u akustika li ġew riprodotti bir reqqa kollha Zjara virtwali tal grotta magħmula b sistema ta immaġnijiet tridimensjonali hija disponibbli wkoll għall pubbliku Inċizjoni ta kokka magħmula bis swaba fil Grotta ta ChauvetSit ta Wirt DinjiIl Grotta ta Chauvet ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji fl 2014 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem u l kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet Kultura popolariFit 18 ta Diċembru 2020 il mutur tat tfittxija fuq l internet ċċelebra s 26 anniversarju tal iskoperta tal Grotta ta Chauvet b Google Doodle L awtur immaġina l ħajjiet ta dawk li pittru l Grotta ta Chauvet fir rumanz tiegħu tal 2013 Shaman Referenzi Clottes 2003b p 214 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Decorated Cave of Pont d Arc known as Grotte Chauvet Pont d Arc Ardeche UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 09 14 UNESCO grants heritage status to prehistoric French cave France 24 web archive org 2018 01 07 Arkivjat mill oriġinal fl 2018 01 07 Miġbur 2021 09 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Hammer Joshua Finally the Beauty of France s Chauvet Cave Makes its Grand Public Debut Smithsonian Magazine bl Ingliz Miġbur 2021 09 14 Chauvet Jean Marie Deschamps Eliette Brunel Hillaire Christian Clottes Jean Bahn Paul 1996 Dawn of art the Chauvet Cave the oldest known paintings in the world New York H N Abrams ISBN 0 8109 3232 6 Ferrier Catherine Debard Evelyne Kervazo Bertrand Brodard Aurelie Guibert Pierre Baffier Dominique Feruglio Valerie Gely Bernard Geneste Jean Michel Maksud Frederic 2014 12 28 Heated walls of the cave Chauvet Pont d Arc Ardeche France characterization and chronology PALEO Revue d archeologie prehistorique 25 59 78 Curtis Gregory 2006 The Cave Painters Probing the Mysteries of the World s First Artists New York Knopf pp 215 216 Curry Andrew Fate of the Cave Bear Smithsonian Magazine bl Ingliz Miġbur 2021 09 14 Hobgood Oster Laura 2014 A Dog s History of the World Baylor University Press pp 6 7 Adams Laurie 2011 Art Across Time 4th ed Mc Graw Hill p 34 Nast Conde 2008 06 16 What Does the World s Oldest Art Say About Us The New Yorker bl Ingliz Miġbur 2021 09 15 Lewis Williams David 2002 The Mind in the Cave London Thames amp Hudson ISBN 978 0 500 28465 0 Callaway Ewen 2016 01 15 Cave of forgotten dreams may hold earliest painting of volcanic eruption Nature bl Ingliz Fritz Carole Tosello Gilles 2007 02 21 The Hidden Meaning of Forms Methods of Recording Paleolithic Parietal Art Journal of Archaeological Method and Theory Springer Science and Business Media LLC 14 1 48 80 Clottes 2003b p 33 See also Chauvet 1996 p 131 Zuchner Christian September 1998 Grotte Chauvet Archaeologically Dated Communication at the International Rock Art Congress IRAC 98 Clottes 2003b pp 213 14 Pettitt Paul Paul Bahn March 2003 Current problems in dating Palaeolithic cave art Candamo and Chauvet Antiquity 77 295 134 41 Pettitt P 2008 Art and the Middle to Upper Paleolithic transition in Europe Comments on the archaeological arguments for an early Upper Paleolithic antiquity of the Grotte Chauvet art Journal of Human Evolution PubMed bl Ingliz Miġbur 2021 09 15 Bahn P P Pettitt and C Zuchner The Chauvet Conundrum Are claims for the birthplace of art premature in An Enquiring Mind Studies in Honor of Alexander Marshack ed P Bahn Oxford 2009 pp 253 78 Paleoesthetique com The Grotte Chauvet a completely homogeneous art web archive org 2014 07 30 Arkivjat mill oriġinal fl 2014 07 30 Miġbur 2021 09 15 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Archaeology Magazine March April 2011 39 www nxtbook com bl Ingliz Miġbur 2021 09 15 Latest Breaking News Headlines amp Updates National Post nationalpost bl Ingliz Miġbur 2021 09 15 Sadier Benjamin Delannoy Jean Jacques Benedetti Lucilla Bourles Didier Jaillet Stephane Geneste Jean Michel Lebatard Anne Elisabeth Arnold Maurice 2012 Further constraints on the Chauvet cave artwork elaboration Proceedings of the National Academy of Sciences 109 21 8002 6 Anita Quiles Helene Valladas Herve Bocherens Emmanuelle Delque Kolic Evelyne Kaltnecker Johannes van der Plicht Jean Jacques Delannoy Valerie Feruglio Carole Fritz Julien Monney Michel Philippe Gilles Tosello Jean Clottes and Jean Michel Geneste A high precision chronological model for the decorated Upper Paleolithic cave of Chauvet Pont d Arc Ardeche France PNAS 2016 113 17 4670 75 Facebook Twitter options Show more sharing Facebook Twitter LinkedIn 2016 04 12 Chauvet cave The most accurate timeline yet of who used the cave and when Los Angeles Times bl Ingliz Miġbur 2021 09 15 From cave art to climate chaos How a new carbon dating timeline is changing our view of history phys org bl Ingliz Miġbur 2021 09 15 Monney Julien 2018 La grotte aux Points d Aigueze petite soeur de la grotte Chauvet et les recherches menees dans le cadre du projet Datation Grottes Ornees Karstologia 72 1 12 ISSN 0751 7688 Monney Julien 2018 L art parietal paleolithique de la grotte aux Points d Aigueze definition d un dispositif parietal singulier et discussion de ses implications Karstologia 72 45 60 ISSN 0751 7688 Monney Julien 2010 La grotte des Deux Ouvertures Le regard et la memoire Ardeche Archeologie 27 3 12 Monney Julien 2014 Nouveaux elements de discussion chronologique dans le paysage des grottes ornees de l Ardeche Oulen Chabot et Tete du Lion Paleo 271 283 ISSN 1145 3370 Monney Julien 2014 La grotte des Deux Ouvertures a Saint Martin d Ardeche approches chronometriques croisees de la mise en place du massif stalagmitique U Th et 14C AMS implications quant aux frequentations humaines de la cavite et a la presence ursine dans la region Paleo 41 50 ISSN 1145 3370 Condemi Silvana Voisin Jean Luc Puymerail Laurent Monney Julien Philippe Michel 2017 06 01 Les restes humains de la grotte ornee paleolithique des Deux Ouvertures Ardeche France Comptes Rendus Palevol 16 4 452 461 Rauchhaupt Ulf von Steinzeitkunst Fruhe Meister ohne Lehrzeit bil Ġermaniz Miġbur 2021 09 15 Chauvet Pont d Arc cave grand opening TRACCE bl Ingliz 2015 02 07 Miġbur 2021 09 15 Conservation of prehistoric caves and stability of their inner climate lessons from Chauvet and other French caves Bourges F Genthon P Genty D Lorblanchet M Mauduit E D Hulst D Science of the Total Environment Vol 493 15 Sept 2014 pp 79 91 Explore the cave La Grotte Chauvet Pont d Arc Miġbur 2021 09 15