Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Gżira Manoel bl Ingliż Manoel Island li qabel kienet magħrufa bħala Gżira tal Isqof bl Ingliż Bishop s Island bit Tal

Gżira Manoel

  • Paġna Ewlenija
  • Gżira Manoel
Gżira Manoel
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Gżira Manoel (bl-Ingliż: Manoel Island), li qabel kienet magħrufa bħala Gżira tal-Isqof (bl-Ingliż: Bishop's Island; bit-Taljan: Isola del Vescovo) jew Isolotto, hija gżira żgħira li tifforma parti mill-muniċipalità tal-Gżira fil-Port ta’ Marsamxett, Malta. Hija msemmija għall-Gran Mastru Portugiż António Manoel de Vilhena, li bena fil-gżira fis-snin 20 tas-seklu 18.

Ġeografija

Il-Gżira Manoel hija gżira ċatta ffurmata bejn wieħed u ieħor bħal werqa. Hija tinsab fin-nofs tal-Port ta' Marsamxett, bil-qala ta' Lazzarett fin-Nofsinhar tagħha u x-xatt ta' Tas-Sliema fit-Tramuntana tagħha. Il-gżira hija magħquda mal-gżira prinċipali ta' Malta permezz ta’ pont.

Il-gżira kollha tidher mis-swar tal-belt kapitali Valletta.

Storja

Fl-1570, il-gżira ġiet akkwistata mill-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina u saret proprjetà tal-Isqof ta’ Malta. Għalhekk kienet tissejjaħ l-Isola tal-Vescovo jew il-Gżira tal-Isqof.

Lazzarett

Fl-1592, sptar tal-kwarantina magħruf bħala nbena meta faqqgħet il-pesta. L-isptar kien magħmul minn barrakki tal-injam, u tneħħa sena wara, wara li l-marda kienet naqset sew. Fl-1643, matul it-tmexxija tal-Gran Mastru Lascaris, l-Ordni ta’ San Ġwann partet il-gżira mal-knisja għal xi art fir-Rabat u bniet Lazzarett permanenti f’tentattiv biex tikkontrolla l-influss perjodiku tal-pesta u l-kolera abbord vapuri li jżuru Malta. Inizjalment il-gżira kienet tintuża bħala ċentru ta’ kwarantina fejn jittieħdu passiġġieri minn vapuri li jitwaqqfu. L-isptar sussegwentement ġie mtejjeb matul ir-renji tal-Gran Mastri Cotoner, Carafa u de Vilhena.

Fil-perjodu taħt il-Brittaniċi, il-Lazzarett kompla jintuża u tkabbar matul il-governanza ta' Sir fl-1837 u fl-1838. Għal żmien qasir intuża biex joqogħdu fih it-truppi iżda ġie kkonvertit lura fi sptar fl-1871. Matul is-seklu 19, xi posta li kienet dieħla Malta ġiet iffumigata u diżinfettata fl-Uffiċċju Profumo tal-isptar biex jiġi evitatat it-tixrid tal-mard.

Forti Manoel

Bejn l-1723 u l-1733, inbena forti ġdida b’għamla ta’ stilla fuq il-gżira mill-Gran Mastru Portugiż António Manoel de Vilhena. Il-forti ngħata l-isem ta’ Forti Manoel għal dan il-Gran Mastru, u l-gżira nbidlet mill-ġdid f'dan il-punt. Il-forti huwa meqjus bħala eżempju tipiku ta’ inġinerija militari tas-seklu 18, u l-pjanta oriġinali tiegħu huma attribwiti lil , u jingħad li ġew modifikati mill-ħabib u kollega tiegħu , li jinsab midfun f’kripta taħt il-Forti Manoel. Il-forti għandu kwadranglu, grawnd għall-parati, u sistema ta' arkati, u għal xi żmien kien fih ukoll kappella Barokka ddedikata lil Sant’Antnin ta’ Padova, taħt il-kmand dirett tal-Ordni.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, meta Malta kienet taħt assedju, il-Gżira Manoel u l-forti tagħha ntużaw bħala bażi navali mill-10 Flotta tas-Sottomarini tar-Royal Navy, u dak iż-żmien kienet imsejħa "HMS Talbot" jew "HMS Phœnicia". Il-Kappella ta’ Sant’Antnin inqerdet meta ntlaqtet direttament mill-bombi tal-Luftwaffe f’Marzu tal-1942.

Wara żmien l-Ingliżi, il-gżira u l-forti ġew abbandunati għal ħafna snin u l-Forti Manoel u l-Lazzarett t-tnejn li huma ġew vandalizzati.

Illum

Marina u Impjant tal-Bini u t-Tiswija tal-Jottijiet

Il-Gżira Manoel fiha marina u impjant tal-bini u t-tiswija tal-jottijiet. Il-marina ilha taħt amministrazzjoni ġdida mill-2011 u tilqa’ bastimenti b’tul sa 80 metru. Għandha total ta' 350 irmiġġ.

L-impjant tal-bini u t-tiswija tal-jottijiet jista' jakkomoda jottijiet u katamarani b’tul sa 50 metru u b’tunnellaġġ ta’ spostament ta' 500 tunnellata. L-impjant tal-bini u t-tiswija tal-jottijiet joffri ħażna ta' dgħajjes, irmiġġ fuq wiċċ l-ilma, tiswijiet u armar komplut.

Villaġġ tal-Papri

Għal bosta snin, il-Gżira Manoel ospitat santwarju pittoresk u informali għall- u oħra ħdejn il-pont li jgħaqqad il-gżira mal-gżira ewlenija ta’ Malta. Ġie maħluq u miżmum minn voluntier lokali, u ffinanzjat kollu kemm hu minn donazzjonijiet privati.

Referenzi

  1. ^ Muscat, Ben. "Brief history of the lazaretto (1)". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-26.
  2. ^ Said, Frans H. "Brief history of the lazaretto (2)". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-26.
  3. ^ "Manoel Island Yacht Marina" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-26.
  4. ^ "Manoel Island Yacht Yard - Overview". web.archive.org. 2018-04-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-04-18. Miġbur 2021-06-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "How to Get By in Malta: Duck Village". web.archive.org. 2012-11-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-11-25. Miġbur 2021-06-26.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 09 Ġun, 2025 / 01:15

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Gżira Manoel, X'inhi Gżira Manoel? Xi tfisser Gżira Manoel?

Il Gzira Manoel bl Ingliz Manoel Island li qabel kienet magħrufa bħala Gzira tal Isqof bl Ingliz Bishop s Island bit Taljan Isola del Vescovo jew Isolotto hija gzira zgħira li tifforma parti mill muniċipalita tal Gzira fil Port ta Marsamxett Malta Hija msemmija għall Gran Mastru Portugiz Antonio Manoel de Vilhena li bena fil gzira fis snin 20 tas seklu 18 ĠeografijaPittura tal Ġzira Manoel fis seklu 19 Il Gzira Manoel hija gzira ċatta ffurmata bejn wieħed u ieħor bħal werqa Hija tinsab fin nofs tal Port ta Marsamxett bil qala ta Lazzarett fin Nofsinhar tagħha u x xatt ta Tas Sliema fit Tramuntana tagħha Il gzira hija magħquda mal gzira prinċipali ta Malta permezz ta pont Il gzira kollha tidher mis swar tal belt kapitali Valletta StorjaFl 1570 il gzira ġiet akkwistata mill Kapitlu tal Katidral tal Imdina u saret proprjeta tal Isqof ta Malta Għalhekk kienet tissejjaħ l Isola tal Vescovo jew il Gzira tal Isqof Lazzarett Lazzarett Fl 1592 sptar tal kwarantina magħruf bħala nbena meta faqqgħet il pesta L isptar kien magħmul minn barrakki tal injam u tneħħa sena wara wara li l marda kienet naqset sew Fl 1643 matul it tmexxija tal Gran Mastru Lascaris l Ordni ta San Ġwann partet il gzira mal knisja għal xi art fir Rabat u bniet Lazzarett permanenti f tentattiv biex tikkontrolla l influss perjodiku tal pesta u l kolera abbord vapuri li jzuru Malta Inizjalment il gzira kienet tintuza bħala ċentru ta kwarantina fejn jittieħdu passiġġieri minn vapuri li jitwaqqfu L isptar sussegwentement ġie mtejjeb matul ir renji tal Gran Mastri Cotoner Carafa u de Vilhena Fil perjodu taħt il Brittaniċi il Lazzarett kompla jintuza u tkabbar matul il governanza ta Sir fl 1837 u fl 1838 Għal zmien qasir intuza biex joqogħdu fih it truppi izda ġie kkonvertit lura fi sptar fl 1871 Matul is seklu 19 xi posta li kienet dieħla Malta ġiet iffumigata u dizinfettata fl Uffiċċju Profumo tal isptar biex jiġi evitatat it tixrid tal mard Forti Manoel Forti Manoel Bejn l 1723 u l 1733 inbena forti ġdida b għamla ta stilla fuq il gzira mill Gran Mastru Portugiz Antonio Manoel de Vilhena Il forti ngħata l isem ta Forti Manoel għal dan il Gran Mastru u l gzira nbidlet mill ġdid f dan il punt Il forti huwa meqjus bħala ezempju tipiku ta inġinerija militari tas seklu 18 u l pjanta oriġinali tiegħu huma attribwiti lil u jingħad li ġew modifikati mill ħabib u kollega tiegħu li jinsab midfun f kripta taħt il Forti Manoel Il forti għandu kwadranglu grawnd għall parati u sistema ta arkati u għal xi zmien kien fih ukoll kappella Barokka ddedikata lil Sant Antnin ta Padova taħt il kmand dirett tal Ordni Matul it Tieni Gwerra Dinjija meta Malta kienet taħt assedju il Gzira Manoel u l forti tagħha ntuzaw bħala bazi navali mill 10 Flotta tas Sottomarini tar Royal Navy u dak iz zmien kienet imsejħa HMS Talbot jew HMS Phœnicia Il Kappella ta Sant Antnin inqerdet meta ntlaqtet direttament mill bombi tal Luftwaffe f Marzu tal 1942 Wara zmien l Inglizi il gzira u l forti ġew abbandunati għal ħafna snin u l Forti Manoel u l Lazzarett t tnejn li huma ġew vandalizzati IllumMarina u Impjant tal Bini u t Tiswija tal Jottijiet Impjant tal Bini u t Tiswija tal Jottijiet tal Gzira Manoel Il Gzira Manoel fiha marina u impjant tal bini u t tiswija tal jottijiet Il marina ilha taħt amministrazzjoni ġdida mill 2011 u tilqa bastimenti b tul sa 80 metru Għandha total ta 350 irmiġġ L impjant tal bini u t tiswija tal jottijiet jista jakkomoda jottijiet u katamarani b tul sa 50 metru u b tunnellaġġ ta spostament ta 500 tunnellata L impjant tal bini u t tiswija tal jottijiet joffri ħazna ta dgħajjes irmiġġ fuq wiċċ l ilma tiswijiet u armar komplut Villaġġ tal Papri Villaġġ tal Papri Għal bosta snin il Gzira Manoel ospitat santwarju pittoresk u informali għall u oħra ħdejn il pont li jgħaqqad il gzira mal gzira ewlenija ta Malta Ġie maħluq u mizmum minn voluntier lokali u ffinanzjat kollu kemm hu minn donazzjonijiet privati Referenzi Muscat Ben Brief history of the lazaretto 1 Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 06 26 Said Frans H Brief history of the lazaretto 2 Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 06 26 Manoel Island Yacht Marina bl Ingliz Miġbur 2021 06 26 Manoel Island Yacht Yard Overview web archive org 2018 04 18 Arkivjat mill oriġinal fl 2018 04 18 Miġbur 2021 06 26 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link How to Get By in Malta Duck Village web archive org 2012 11 25 Arkivjat minn l oriġinal fl 2012 11 25 Miġbur 2021 06 26

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Tessaloniki

  • Ġunju 08, 2025

    Terminoloġija

  • Ġunju 08, 2025

    Tel Aviv Light Rail

  • Ġunju 06, 2025

    Tel Aviv-Jaffa

  • Ġunju 07, 2025

    Taġikistan

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq