Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Louis Hector Berlioz 11 ta Diċembru 1803 8 ta Marzu 1869 kien kompożitur Romantiku Franċiż magħruf l iżjed għaż żewġ kom

Hector Berlioz

  • Paġna Ewlenija
  • Hector Berlioz
Hector Berlioz
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Louis Hector Berlioz (11 ta' Diċembru, 1803 – 8 ta' Marzu, 1869) kien kompożitur Romantiku Franċiż, magħruf l-iżjed għaż-żewġ kompożizzjonijiet, Symphonie Fantastique (li ndaqqet għall-ewwel darba fl-1830) u l-Grande Messe des Morts (Requiem). Ta kontribut mill-ikbar fl-iżvilupp tal-orkestra moderna bix-xogħol tiegħu Trattat fuq l-Istrumentazzjoni u bl-użu ta' orkestri enormi, li xi minn daqqiet kien ikun fihom aktar minn 1000 mużiċista. Mill-banda l-oħra, ikkompona xi 50 kanzunetta għall-vuċi u l-pjanu.

Hector Berlioz
Ħajja
Isem propju Louis-Hector Berlioz
Twelid , 11 Diċembru 1803, 1803
Nazzjonalità Franza
Mewt Pariġi, 8 Marzu 1869
Post tad-dfin
Familja
Missier
Konjuga/i
Ulied
uri
  • (en)
Edukazzjoni
Alma mater Conservatoire de Paris
Lingwi Franċiż
Għalliema
Studenti
uri
  • (mul)
    (mul)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurnalist

kittieb





kompożitur
Xogħlijiet importanti





Premjijiet
List

  •  (12 Awwissu 1864)
     (10 Mejju 1839)
Sħubija
(en)
(en)
Moviment romantiċiżmu
Moviment artistiku


Strument/i tal-mużika


Bijografija

Berlioz twieled Franza, La Côte-Saint-André fid-"département" ta' Isère, bejn Lyon u Grenoble. Berlioz ma bediex jistudja l-mużika sa meta kellu tnax-il sena, meta beda jikteb kompożizjonijiet u arranġamenti żgħar. B'kuntrast mal-kompożituri l-oħra ta' żmienu, ma kienx xi tifel prodiġju u qatt ma kien tgħallem idoqq il-pjanu, għalkemm bħala tifel kien idoqq il-flawt u l-kitarra. Missieru kien tabib u studjuż. Meta kellu tmintax, bagħtuh Pariġi biex jistudja l-mediċina imma ma kellu l-ebda interess fiha. Minkejja d-diżapprovazzjoni ta' missieru, telaq l-istudji mediċi biex isegwi karriera fil-mużika. Fl-1826 beda jattendi il-Conservatoire de Paris biex jistudja l-kompożizzjoni taħt Jean-François Lesueur. Wara erba' snin biss, fl-1830, Berlioz rebaħ il-"Prix de Rome".

Berlioz jgħidu li kien romantiku minn natura u li kien iħoss emozzjoniet qawwija tant li kien jinfaqa' jibki meta jisma' ċerti passaġġi minn Virġilju, , u Beethoven. Din il-karatteristika tidher ukoll fir-rumanzi li kellu u l-iżjed l-imħabba għall-attriċi Shakespearjana Irlandiża Harriet Constance Smithson. Din l-attriċi kienet l-ispirazzjoni għas-Symphonie fantastique (Sinfonija fantastika) li kkompona fl-1830, tliet snin biss wara l-mewt ta' Beethoven. Din is-sinfonija mill-ewwel kienet meqjusa mill-udjenzi Pariġini bħala oriġinali mill-iżjed, sorprendenti ħafna u mimlija ħajja waqt li n-natura awtobijografika tagħha dak iż-żmien kienet ikkunsidrata sensazzjonali. Smithson dehrilha li l-ittri ta' Berlioz biex jintroduċi ruħu kienu appassjonati wisq u fil-bidu minħabba fihom irrefjutat l-imħabba tiegħu. Fl-aħħar, meta mar lura Pariġi wara sentejn studju Ruma, iltaqa' ma' Smithson wara li attendit kunċert tas-Symphonie Fantastique. Minn-noti tal-kompożitur hi ndunat li s-sinfonija kienet deskrizzjoni tal-iżvilupp ta' mħabbtu lejha u wara, fl-1833, iżżewġitu. Fit-tieġ kien xhud u kien wieħed mill-mistednin. Kellhom tifel wieħed jismu Louis Berlioz, li twieled fl-1834. Berlioz u martu nfirdu fl-1844 imma Berlioz baqa' jtiha l-manteniment u jżurha sa mewtha fl-1854. Wara l-mewt ta' martu Berlioz iżżewweġ 'l Marie Recio, kantanta li kienet ivvjaġġjat u għexet miegħu għal tlettax-il sena qabel. Hu kien jammetti li żżewwiġha iżjed bħala dmir milli għall-imħabba.

F'ħajtu, barra li kien famuż bħala kompożitur, Berlioz kien magħruf ukoll bħala surmast tal-orkestra. Għamel vjaġġi lejn il-Ġermanja, l-Ingilterra u r-Russja, fejn mexxa opri u mużika sinfonika, tiegħu u ta' haddieħor. , il-'virtuoso' tal-vjolin u kompożitur, ta kommisjoni 'l Berlioz biex jikkomponi kunċert għall-vjola, li hu xtaq li jkun l-ewwel wieħed li jdoqqu bħala soloista. Ir-riżultat kien is-sinfonija għall-vjola u orkestra, Harold en Italie.

Meta Paganini ra l-ewwel abbozzi ta' dan ix-xogħol, biddel il-ħsieb u qal li xtaq idoqq il-ħin kollu matul is-sinfonija. Għalkemm Paganini ma ħax parti fil-premiere ta' dan ix-xogħol, fil-memoirs ta' Berlioz insibu li meta Paganini sema' s-sinfonija, intefa' għar-rkubtejh quddiem Berlioz, quddiem l-orkestra kollha u ddikjarah ġenju. L-għada tah rigal ta' 20,000 frank. B'din is-somma flus Berlioz seta' jħallas id-dejn ta' Harriet u tiegħu u jieqaf mix-xogħol ta' kritika biex jikkonċentra fuq il-kompożizzjoni tas-sinfonija drammatika, Roméo et Juliette għall-vuċijiet, kor u orkestra. Iżjed tard f'ħajtu Berlioz kien jgħid li fost il-kompożizzjoniet tiegħu Roméo et Juliette kienet waħda mill-favoriti. Imma kien jikkonsidra r-Requiem bħala l-aħjar opra tiegħu. Din kienet suċċess kbir Franza u barra, mhux bħax-xogħol importanti vokali tiegħu ta' iżjed tard pereżempju La Damnation de Faust u Les Troyens, li kienu fjaski kommerċjali.

Berlioz immantena ż-żewġ familji li kellu bil-kitba ta' kritika mużikali f'publikazzjonijiet Pariġini, l-iżjed f'Le Journal des Debats, għal fuq minn tletin sena. Ħareġ erba' kotba f'ħajtu u l-"Memoirs" tiegħu dehru wara mewtu.

Berlioz kien parti importanti mill-moviment Romantiku Franċiż. Fost ħbiebu kien hemm kittieba bħal , , u . Wara, kiteb, "Jidhirli li Hector Berlioz ma' Hugo u , jifforma it-Trinità tal-Arti Romantika."

Hector Berlioz hu midfun fis-Cimetiere de Montmartre maż-żewġ nisa tiegħu, Harriet (mietet 1854) u Marie (mietet 1862).

Il-Legat

Għalkemm Franza il-mużika ta' Berlioz ma kinetx stmata matul parti kbira tas-seklu dsatax, hi meqjusa bħala influwenzja qawwija fl-iżvilupp tal-forma sinfonika, strumentazzjoni u d-deskrizzjoni bil-mużika ta' ideat programmatiċi, il-karatteristiċi ċentrali tar-romantiċiżmu mużikali. Fi żmienu kien meqjus modern ħafna u huwa, Wagner u Liszt huma meqjusa bħala t-trinità prinċipali tar-romantiċiżmu progressiv tas-seklu dsatax. Richard Pohl, il-kritiku Germaniż fin-Neue Zeitschrift für Musik sejjaħ 'l Berlioz "pijunir tassew", Liszt kien jappoġġjah u jdoqq il-mużika tiegħu b'ħafna entużjażmu, u Wagner stess, wara li għall-ewwel kien esprima riżervazzjonijiet serji fuq Berlioz, kiteb 'l Liszt jgħidlu: "aħna, Liszt, Berlioz u Wagner, aħna tlieta ndaqs, imma rridu noqogħdu attenti li ma ngħidulux hekk." Kif jindika Wagner, Berlioz stess ma kinetx tinteressah l-idea ta' dik li kienu jsejħulha "La Musique du Passé", u jidher ċar li kien influwenza lil Liszt u 'l Wagner (u 'l-kompożituri li kienu jħarsu 'l quddiem) għalkemm qatt wera' ammirazzjoni għax-xogħol tagħhom. Ir-rimarka ta' Wagner tissuġġerixxi wkoll li kien hemm nazzjonaliżmu qawwi fost il-Kompożituri Ewropej ta' dak iż-żmien fuq iż-żewġ naħat tax-xmara Renu.

Influenzi

Berlioz kellu mħabba kbira għall-letteratura, u ħafna mill-aħjar kompożizzjonijiet tiegħu kienu ispirati minn xogħolijiet letterarji. Fis-Symphonie Fantastique, Berlioz kien parzjalment ispirat mill-“Confessions of an English Opium-Eater” ta' Thomas de Quincey. Għal La damnation de Faust, Berlioz ħa idejat mill-Faust ta' Goethe; għal Harold in Italy, ħa idejat minn Childe Harold ta' Byron; għal Benvenuto Cellini, uża l-awtobijografija ta' Cellini stess. Għal Roméo et Juliette, Berlioz naturalment uża Romeo u Ġuljetta ta' . Il-"magnum opus" tiegħu, l-opra monumentali Les Troyens, Berlioz ibbażha fuq il-poema epiku ta' Virġilju, (Aeneis). Fl-aħħar opra, l-opra buffa Béatrice et Bénédict, Berlioz kiteb librett ibbażat ftit jew wisq fuq Much Ado About Nothing ta' . Fil-kompożizzjoni Tristia għall-orkestra u l-kor, ħa l-inspirazzjoni minn Hamlet ta' .

Fil-mużika l-ikbar influwenza fuq Berlioz kien Beethoven li dak iż-żmien ma kienx magħruf ħafna Franza u r-rappreżentazzjoni tas-sinfonija Eroica Pariġi tidher li kienet punt kritiku fil-kompożizzjoni tiegħu. Wara Beethoven, Berlioz kellu rispett profond għax-xogħol ta' Gluck, Mozart, Étienne Méhul, Carl Maria von Weber u Gaspare Spontini, kif ukoll għal dak ta' Rossini, Meyerbeer u Verdi. Jidher stramb li l-avventuri tal-kontemporanji prominenti Frederic Chopin u Richard Wagner fil-kromatiżmu kellhom ftit effett fuq l-istil ta' Berlioz.

Xogħlijiet mużikali u letterarji

Xogħlijiet mużikali

Is-Symphonie Fantastique famuża għall-innovazzjoni tas-'sinfonija deskrittiva' hi meqjusa bħala l-kapolavur tiegħu. Din tikkonsisti f'ħames movimenti u bejn wieħed u ieħor tiddeskrivi l-istorja ta' Berlioz stess: "Mużiċista żagħżugħ malinkoniku u b'immaġinazzjoni qawwija, iddisprat bl-imħabba jieħu l-loppju biex jivvelena ruħu. Id-droga ma taħdimx imma titfgħu f'raqqda fil-fond fejn ikollu viżjonijiet strambi. Il-maħbuba tinbidel f'melodija rikorrenti jew 'leitmotiv' li tittormentah kull fejn imur".

Barra mis-Symphonie Fantastique insemmu xi xogħolijiet oħra li daż-żmien jifformaw parti regulari mir-repertoire orkestrali: Il-"légende dramatique" La damnation de Faust u s-"symphonie dramatique" Roméo et Juliette (sinfonija) (it-tnejn xogħlijiet fuq skala kbira għall-vuċijiet u l-orkestra mħalltin), iċ-ċiklu ta' kanzunetti Les nuits d'été (oriġinalment għall-vuċi u l-pjanu, u iżjed tard b'akkumpanjament orkestrali), is-sinfonija concertante (għall-vjola u l-orkestra) Harold in Italy, it-Te Deum kważi-liturġiku u l-oratorju L'Enfance du Christ.

L-udjenzi stabiliti tal-opri u l-kunċerti ma kinetx togħġobhom il-mużika nonkonformista ta' Berlioz u għalhekk kellu jtella' l-mużika tiegħu stess u jħallas hu. Dan kien piż tqil għalih finanzjarjament u emozjonalment. Kellu qalba ta' xi 1200 persuna li kienu jattendu l-mużika tiegħu fidilment, imma billi xogħlu xi minn daqqiet kien jinvolvi mijiet ta' mużiċisti, kien diffiċli li qatt jagħmel suċċess finanzjarju. Kellu juża l-abbiltà ġurnalistika tiegħu biex jaqla' x'jiekol. Bħala kritiku spirituż kien jisħaq fuq id-drammatiċità u l-espressjoniżmu fil-mużika.

Xogħlijiet letterarji

Waqt li Berlioz kien magħruf l-iżjed bħala kompożitur, kien ukoll kittieb prolifiku u għex għal ħafna snin bil-kitba tal-kritika mużikali. Kellu stil awdaċi, vigoruż u xi mindaqqiet sarkastiku u awtoritarju. Leljiet ma' l-Orkestra (1852) hija satira severa tal-ħajja mużikali fil-provinċji ta' Franza fis-seklu 19. Fil-Memoirs (1870), Berlioz ipinġi ritratt awtorevoli tal-età Romantika mill-punto di vista ta' wieħed mill-protagonisti prinċipali tagħha.

Ix-xogħol pedagoġiku ta' Berlioz, Grand traité d'instrumentation et d'orchestration moderne, stabbilixxa l-fama tiegħu bħala mgħallem tal-orkestrazzjoni. Gustav Mahler u Richard Strauss studjaw dax-xogħol bir-reqqa u Nikolai Rimski-Korsakov, li meta kien student tal-mużika kien attenda l-kunċerti mmexxijin minn Berlioz f'Moska u f'San Pietruburgu, użah bħala bażi għall-ktieb tiegħu għall-istudenti tal-mużika. Berlioz kien magħruf bħala l-bniedem li kkompona għal elf mużiċista għax kien l-ewwel li uża orkestri ta' forza ġganteska, għalkemm qatt ma pprova juża din il-qawwa għal effetti frivoli jew volum u kien l-ewwel li beda jittratta l-orkestra idjomatikament u sistematikament, għalkemm hu stess ma kien jaf idoqq l-ebda strument sewwa biżżejjed. Fil-ktieb The Great Conductors (1967) Harold Schonberg jgħid: "L-ebda kompożitur qabel (Berlioz), u x'aktarx ħadd wara, lanqas Mahler stess, ma kellu daqshekk viżjoni tal-ħoss pur u kif joħorġu mill-orkestra. Kien jitpaxxa bil-kombinazzjonijiet tonali ġodda, bil-potenzjalità ta' kull strument, b'tip ta' super-mużika mdaqqa minn super-orkestra."

Ix-xogħol tiegħu bħala surmast kien ta' influwenza qawwija u bla dubju, iċ-ċarezza u l-preċiżjoni tiegħu għadhom s'issa jinfluwenzaw l-iSkola Franċiża għat-tmexxija tal-orkestra.

Kompożizzjonijiet

Mużika sinfonika

  • Waverley op. 1 (1826)
  • Francs-Juges op. 3 (1826)
  • Symphonie fantastique op. 14 (1830)
  • Le Roi Lear (1831)
  • Rob Roy (1832)
  • Harold en Italie op. 16 (1834)
  • Réverie et caprice op. 8 (1839)
  • Roméo et Juliette (1839)
  • Grande symphonie funèbre et triomphale op. 15 (1840)
  • Carnaval romain op. 9 (1843)
  • Le Corsaire op. 21 (1845)

Opri teatrali

  • Les francs-juges (komposta bejn l-1826 u l-1833, mhux kompluta)
  • Lélio, ou le retour à la vie, melologu (1832)
  • Benvenuto Cellini (1838 – l-aħħar verżjoni 1856)
  • Les Troyens (1858) maqsuma f'żewġ partijiet li jkomplu:
    • La prise de Troye
    • Les Troyens à Carthage
  • Béatrice et Bénédict (1862 - ibbażata fuq Ħafna Storbju għal Xejn ta' Shakespeare)

Mużika vokali sagra

  • Grande messe des morts (requiem)
  • L'enfance du Christ
  • Resurrexit
  • Tantum ergo
  • Te Deum
  • Veni Creator

Mużika vokali profana

  • Scène Héroique sur la révolution Grecque
  • La mort d'Orphée
  • Huit scènes de Faust
  • Meditation religieuse
  • Le cinq mai
  • Sara la baigneuse
  • Hymne à la France
  • Chants des chemins de Fer
  • L'impériale (Le dix décembre)
  • Herminie
  • La mort de Cléopatre
  • Le ballet des Ombres
  • Chant guerrier
  • Chanson à boire
  • Le chant des Bretons
  • la menace des Francs
  • Prière du matin
  • Hymne pour la consecration su noveau tavernacle
  • Le temple universel
  • Le dépit de la bergère
  • Le maure jaloux
  • Pleure pauvre Colette
  • Toi qui l'aimas verse des pleurs
  • Amitié, reprends ton empìre
  • Le montagnard exilé
  • Canon libre à la quinte, à deux voix
  • Hélène
  • Chant sacrée
  • La belle voyageuse
  • Le coucher du Soleil
  • L'origine de la Harpe
  • Adieu Bessy
  • Elégie en prose
  • La captive
  • Je crois en vous
  • Les champs
  • Nuits d'été
  • Premiers transports
  • La belle Isabeau
  • Zaide
  • Le chasseur danois
  • La mort d'Ophélie
  • Petit oiseau
  • Le trébuchet

Oħrajn

  • Irlanda (ġabra ta' melodiji għal vuċi waħda u żewġ vuċijiet)
  • Fleurs des Landes
  • Tristia
  • Trois morceaux pour l'orgue
  • Feulliets d'album
  • Vox Populi
  • La fuite en Égypte
  • L'invitation à la valse ta' Weber strumentata minn Berlioz
  • La marseillaise ta' Rouget de l'isle strumentata minn Berlioz
  • La marche marocaine ta' Leopold de Mayer strumentata minn Berlioz

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 10 Ġun, 2025 / 08:07

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Hector Berlioz, X'inhi Hector Berlioz? Xi tfisser Hector Berlioz?

Louis Hector Berlioz 11 ta Diċembru 1803 8 ta Marzu 1869 kien kompozitur Romantiku Franċiz magħruf l izjed għaz zewġ kompozizzjonijiet Symphonie Fantastique li ndaqqet għall ewwel darba fl 1830 u l Grande Messe des Morts Requiem Ta kontribut mill ikbar fl izvilupp tal orkestra moderna bix xogħol tiegħu Trattat fuq l Istrumentazzjoni u bl uzu ta orkestri enormi li xi minn daqqiet kien ikun fihom aktar minn 1000 muziċista Mill banda l oħra ikkompona xi 50 kanzunetta għall vuċi u l pjanu Hector BerliozĦajjaIsem propju Louis Hector BerliozTwelid 11 Diċembru 1803 1803Nazzjonalita FranzaMewt Pariġi 8 Marzu 1869Post tad dfinFamiljaMissierKonjuga iUlied uri en EdukazzjoniAlma mater Conservatoire de ParisLingwi FranċizGħalliemaStudenti uri mul mul OkkupazzjoniOkkupazzjoni ġurnalist kittieb kompoziturXogħlijiet importantiPremjijiet List 12 Awwissu 1864 10 Mejju 1839 Sħubija en en Moviment romantiċizmuMoviment artistikuStrument i tal muzikaBijografijaRitratt pittura ta Honore Daumier Berlioz twieled Franza La Cote Saint Andre fid departement ta Isere bejn Lyon u Grenoble Berlioz ma bediex jistudja l muzika sa meta kellu tnax il sena meta beda jikteb kompozizjonijiet u arranġamenti zgħar B kuntrast mal kompozituri l oħra ta zmienu ma kienx xi tifel prodiġju u qatt ma kien tgħallem idoqq il pjanu għalkemm bħala tifel kien idoqq il flawt u l kitarra Missieru kien tabib u studjuz Meta kellu tmintax bagħtuh Pariġi biex jistudja l mediċina imma ma kellu l ebda interess fiha Minkejja d dizapprovazzjoni ta missieru telaq l istudji mediċi biex isegwi karriera fil muzika Fl 1826 beda jattendi il Conservatoire de Paris biex jistudja l kompozizzjoni taħt Jean Francois Lesueur Wara erba snin biss fl 1830 Berlioz rebaħ il Prix de Rome Id dar fejn twieled Berlioz Berlioz jgħidu li kien romantiku minn natura u li kien iħoss emozzjoniet qawwija tant li kien jinfaqa jibki meta jisma ċerti passaġġi minn Virġilju u Beethoven Din il karatteristika tidher ukoll fir rumanzi li kellu u l izjed l imħabba għall attriċi Shakespearjana Irlandiza Harriet Constance Smithson Din l attriċi kienet l ispirazzjoni għas Symphonie fantastique Sinfonija fantastika li kkompona fl 1830 tliet snin biss wara l mewt ta Beethoven Din is sinfonija mill ewwel kienet meqjusa mill udjenzi Pariġini bħala oriġinali mill izjed sorprendenti ħafna u mimlija ħajja waqt li n natura awtobijografika tagħha dak iz zmien kienet ikkunsidrata sensazzjonali Smithson dehrilha li l ittri ta Berlioz biex jintroduċi ruħu kienu appassjonati wisq u fil bidu minħabba fihom irrefjutat l imħabba tiegħu Fl aħħar meta mar lura Pariġi wara sentejn studju Ruma iltaqa ma Smithson wara li attendit kunċert tas Symphonie Fantastique Minn noti tal kompozitur hi ndunat li s sinfonija kienet deskrizzjoni tal izvilupp ta mħabbtu lejha u wara fl 1833 izzewġitu Fit tieġ kien xhud u kien wieħed mill mistednin Kellhom tifel wieħed jismu Louis Berlioz li twieled fl 1834 Berlioz u martu nfirdu fl 1844 imma Berlioz baqa jtiha l manteniment u jzurha sa mewtha fl 1854 Wara l mewt ta martu Berlioz izzewweġ l Marie Recio kantanta li kienet ivvjaġġjat u għexet miegħu għal tlettax il sena qabel Hu kien jammetti li zzewwiġha izjed bħala dmir milli għall imħabba F ħajtu barra li kien famuz bħala kompozitur Berlioz kien magħruf ukoll bħala surmast tal orkestra Għamel vjaġġi lejn il Ġermanja l Ingilterra u r Russja fejn mexxa opri u muzika sinfonika tiegħu u ta haddieħor il virtuoso tal vjolin u kompozitur ta kommisjoni l Berlioz biex jikkomponi kunċert għall vjola li hu xtaq li jkun l ewwel wieħed li jdoqqu bħala soloista Ir rizultat kien is sinfonija għall vjola u orkestra Harold en Italie Il qabar ta Berlioz Meta Paganini ra l ewwel abbozzi ta dan ix xogħol biddel il ħsieb u qal li xtaq idoqq il ħin kollu matul is sinfonija Għalkemm Paganini ma ħax parti fil premiere ta dan ix xogħol fil memoirs ta Berlioz insibu li meta Paganini sema s sinfonija intefa għar rkubtejh quddiem Berlioz quddiem l orkestra kollha u ddikjarah ġenju L għada tah rigal ta 20 000 frank B din is somma flus Berlioz seta jħallas id dejn ta Harriet u tiegħu u jieqaf mix xogħol ta kritika biex jikkonċentra fuq il kompozizzjoni tas sinfonija drammatika Romeo et Juliette għall vuċijiet kor u orkestra Izjed tard f ħajtu Berlioz kien jgħid li fost il kompozizzjoniet tiegħu Romeo et Juliette kienet waħda mill favoriti Imma kien jikkonsidra r Requiem bħala l aħjar opra tiegħu Din kienet suċċess kbir Franza u barra mhux bħax xogħol importanti vokali tiegħu ta izjed tard perezempju La Damnation de Faust u Les Troyens li kienu fjaski kommerċjali Berlioz immantena z zewġ familji li kellu bil kitba ta kritika muzikali f publikazzjonijiet Pariġini l izjed f Le Journal des Debats għal fuq minn tletin sena Ħareġ erba kotba f ħajtu u l Memoirs tiegħu dehru wara mewtu Berlioz kien parti importanti mill moviment Romantiku Franċiz Fost ħbiebu kien hemm kittieba bħal u Wara kiteb Jidhirli li Hector Berlioz ma Hugo u jifforma it Trinita tal Arti Romantika Hector Berlioz hu midfun fis Cimetiere de Montmartre maz zewġ nisa tiegħu Harriet mietet 1854 u Marie mietet 1862 Il LegatRitratt pittura ta Emile Signol 1832 Għalkemm Franza il muzika ta Berlioz ma kinetx stmata matul parti kbira tas seklu dsatax hi meqjusa bħala influwenzja qawwija fl izvilupp tal forma sinfonika strumentazzjoni u d deskrizzjoni bil muzika ta ideat programmatiċi il karatteristiċi ċentrali tar romantiċizmu muzikali Fi zmienu kien meqjus modern ħafna u huwa Wagner u Liszt huma meqjusa bħala t trinita prinċipali tar romantiċizmu progressiv tas seklu dsatax Richard Pohl il kritiku Germaniz fin Neue Zeitschrift fur Musik sejjaħ l Berlioz pijunir tassew Liszt kien jappoġġjah u jdoqq il muzika tiegħu b ħafna entuzjazmu u Wagner stess wara li għall ewwel kien esprima rizervazzjonijiet serji fuq Berlioz kiteb l Liszt jgħidlu aħna Liszt Berlioz u Wagner aħna tlieta ndaqs imma rridu noqogħdu attenti li ma ngħidulux hekk Kif jindika Wagner Berlioz stess ma kinetx tinteressah l idea ta dik li kienu jsejħulha La Musique du Passe u jidher ċar li kien influwenza lil Liszt u l Wagner u l kompozituri li kienu jħarsu l quddiem għalkemm qatt wera ammirazzjoni għax xogħol tagħhom Ir rimarka ta Wagner tissuġġerixxi wkoll li kien hemm nazzjonalizmu qawwi fost il Kompozituri Ewropej ta dak iz zmien fuq iz zewġ naħat tax xmara Renu InfluenziBerlioz kellu mħabba kbira għall letteratura u ħafna mill aħjar kompozizzjonijiet tiegħu kienu ispirati minn xogħolijiet letterarji Fis Symphonie Fantastique Berlioz kien parzjalment ispirat mill Confessions of an English Opium Eater ta Thomas de Quincey Għal La damnation de Faust Berlioz ħa idejat mill Faust ta Goethe għal Harold in Italy ħa idejat minn Childe Harold ta Byron għal Benvenuto Cellini uza l awtobijografija ta Cellini stess Għal Romeo et Juliette Berlioz naturalment uza Romeo u Ġuljetta ta Il magnum opus tiegħu l opra monumentali Les Troyens Berlioz ibbazha fuq il poema epiku ta Virġilju Aeneis Fl aħħar opra l opra buffa Beatrice et Benedict Berlioz kiteb librett ibbazat ftit jew wisq fuq Much Ado About Nothing ta Fil kompozizzjoni Tristia għall orkestra u l kor ħa l inspirazzjoni minn Hamlet ta Fil muzika l ikbar influwenza fuq Berlioz kien Beethoven li dak iz zmien ma kienx magħruf ħafna Franza u r rapprezentazzjoni tas sinfonija Eroica Pariġi tidher li kienet punt kritiku fil kompozizzjoni tiegħu Wara Beethoven Berlioz kellu rispett profond għax xogħol ta Gluck Mozart Etienne Mehul Carl Maria von Weber u Gaspare Spontini kif ukoll għal dak ta Rossini Meyerbeer u Verdi Jidher stramb li l avventuri tal kontemporanji prominenti Frederic Chopin u Richard Wagner fil kromatizmu kellhom ftit effett fuq l istil ta Berlioz Xogħlijiet muzikali u letterarjiXogħlijiet muzikali Is Symphonie Fantastique famuza għall innovazzjoni tas sinfonija deskrittiva hi meqjusa bħala l kapolavur tiegħu Din tikkonsisti f ħames movimenti u bejn wieħed u ieħor tiddeskrivi l istorja ta Berlioz stess Muziċista zagħzugħ malinkoniku u b immaġinazzjoni qawwija iddisprat bl imħabba jieħu l loppju biex jivvelena ruħu Id droga ma taħdimx imma titfgħu f raqqda fil fond fejn ikollu vizjonijiet strambi Il maħbuba tinbidel f melodija rikorrenti jew leitmotiv li tittormentah kull fejn imur Barra mis Symphonie Fantastique insemmu xi xogħolijiet oħra li daz zmien jifformaw parti regulari mir repertoire orkestrali Il legende dramatique La damnation de Faust u s symphonie dramatique Romeo et Juliette sinfonija it tnejn xogħlijiet fuq skala kbira għall vuċijiet u l orkestra mħalltin iċ ċiklu ta kanzunetti Les nuits d ete oriġinalment għall vuċi u l pjanu u izjed tard b akkumpanjament orkestrali is sinfonija concertante għall vjola u l orkestra Harold in Italy it Te Deum kwazi liturġiku u l oratorju L Enfance du Christ L udjenzi stabiliti tal opri u l kunċerti ma kinetx togħġobhom il muzika nonkonformista ta Berlioz u għalhekk kellu jtella l muzika tiegħu stess u jħallas hu Dan kien piz tqil għalih finanzjarjament u emozjonalment Kellu qalba ta xi 1200 persuna li kienu jattendu l muzika tiegħu fidilment imma billi xogħlu xi minn daqqiet kien jinvolvi mijiet ta muziċisti kien diffiċli li qatt jagħmel suċċess finanzjarju Kellu juza l abbilta ġurnalistika tiegħu biex jaqla x jiekol Bħala kritiku spirituz kien jisħaq fuq id drammatiċita u l espressjonizmu fil muzika Xogħlijiet letterarji Il firma ta Berlioz Waqt li Berlioz kien magħruf l izjed bħala kompozitur kien ukoll kittieb prolifiku u għex għal ħafna snin bil kitba tal kritika muzikali Kellu stil awdaċi vigoruz u xi mindaqqiet sarkastiku u awtoritarju Leljiet ma l Orkestra 1852 hija satira severa tal ħajja muzikali fil provinċji ta Franza fis seklu 19 Fil Memoirs 1870 Berlioz ipinġi ritratt awtorevoli tal eta Romantika mill punto di vista ta wieħed mill protagonisti prinċipali tagħha Ix xogħol pedagoġiku ta Berlioz Grand traite d instrumentation et d orchestration moderne stabbilixxa l fama tiegħu bħala mgħallem tal orkestrazzjoni Gustav Mahler u Richard Strauss studjaw dax xogħol bir reqqa u Nikolai Rimski Korsakov li meta kien student tal muzika kien attenda l kunċerti mmexxijin minn Berlioz f Moska u f San Pietruburgu uzah bħala bazi għall ktieb tiegħu għall istudenti tal muzika Berlioz kien magħruf bħala l bniedem li kkompona għal elf muziċista għax kien l ewwel li uza orkestri ta forza ġganteska għalkemm qatt ma pprova juza din il qawwa għal effetti frivoli jew volum u kien l ewwel li beda jittratta l orkestra idjomatikament u sistematikament għalkemm hu stess ma kien jaf idoqq l ebda strument sewwa bizzejjed Fil ktieb The Great Conductors 1967 Harold Schonberg jgħid L ebda kompozitur qabel Berlioz u x aktarx ħadd wara lanqas Mahler stess ma kellu daqshekk vizjoni tal ħoss pur u kif joħorġu mill orkestra Kien jitpaxxa bil kombinazzjonijiet tonali ġodda bil potenzjalita ta kull strument b tip ta super muzika mdaqqa minn super orkestra Ix xogħol tiegħu bħala surmast kien ta influwenza qawwija u bla dubju iċ ċarezza u l preċizjoni tiegħu għadhom s issa jinfluwenzaw l iSkola Franċiza għat tmexxija tal orkestra KompozizzjonijietRitratt disinn ta Alphonse Legros Muzika sinfonika Waverley op 1 1826 Francs Juges op 3 1826 Symphonie fantastique op 14 1830 Le Roi Lear 1831 Rob Roy 1832 Harold en Italie op 16 1834 Reverie et caprice op 8 1839 Romeo et Juliette 1839 Grande symphonie funebre et triomphale op 15 1840 Carnaval romain op 9 1843 Le Corsaire op 21 1845 Opri teatrali Paġna titulari ta edizzjoni antika ta La prise de Troye Les francs juges komposta bejn l 1826 u l 1833 mhux kompluta Lelio ou le retour a la vie melologu 1832 Benvenuto Cellini 1838 l aħħar verzjoni 1856 Les Troyens 1858 maqsuma f zewġ partijiet li jkomplu La prise de Troye Les Troyens a Carthage Beatrice et Benedict 1862 ibbazata fuq Ħafna Storbju għal Xejn ta Shakespeare Muzika vokali sagra Grande messe des morts requiem L enfance du Christ Resurrexit Tantum ergo Te Deum Veni Creator Muzika vokali profana Scene Heroique sur la revolution Grecque La mort d Orphee Huit scenes de Faust Meditation religieuse Le cinq mai Sara la baigneuse Hymne a la France Chants des chemins de Fer L imperiale Le dix decembre Herminie La mort de Cleopatre Le ballet des Ombres Chant guerrier Chanson a boire Le chant des Bretons la menace des Francs Priere du matin Hymne pour la consecration su noveau tavernacle Le temple universel Le depit de la bergere Le maure jaloux Pleure pauvre Colette Toi qui l aimas verse des pleurs Amitie reprends ton empire Le montagnard exile Canon libre a la quinte a deux voix Helene Chant sacree La belle voyageuse Le coucher du Soleil L origine de la Harpe Adieu Bessy Elegie en prose La captive Je crois en vous Les champs Nuits d ete Premiers transports La belle Isabeau Zaide Le chasseur danois La mort d Ophelie Petit oiseau Le trebuchet Oħrajn Irlanda ġabra ta melodiji għal vuċi waħda u zewġ vuċijiet Fleurs des Landes Tristia Trois morceaux pour l orgue Feulliets d album Vox Populi La fuite en Egypte L invitation a la valse ta Weber strumentata minn Berlioz La marseillaise ta Rouget de l isle strumentata minn Berlioz La marche marocaine ta Leopold de Mayer strumentata minn Berlioz

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Wikiversità

  • Ġunju 09, 2025

    Wikisource

  • Ġunju 10, 2025

    Wikipedjani

  • Ġunju 05, 2025

    Wikipedija

  • Ġunju 07, 2025

    Wikijunior

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq