Albi albi bl Oċċitan Albi ˈalβi hija belt u muniċipalità fin Nofsinhar ta Franza Hija l prefettura tad dipartiment ta Ta
Albi

Albi ([albi]; bl-Oċċitan: Albi [ˈalβi]) hija belt u muniċipalità fin-Nofsinhar ta' Franza. Hija l-prefettura tad-dipartiment ta' Tarn, fuq ix-xmara Tarn, 85 kilometru fil-Grigal ta' Toulouse. L-abitanti tagħha jissejħu Albiġensjani (bil-Franċiż: Albigeois, Albigeoise(s), bl-Oċċitan: albigés -esa(s)). Hija s-sede tal-Arċisqof ta' Albi. Il-belt episkopali, madwar il-Katidral ta' Santa Ċeċilja, tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.
Albi | ||
---|---|---|
Franza | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Franza | |
Administrative territorial entity of France | Franza Metropolitana | |
Region of France | Occitanie | |
Dipartimenti ta' Franza | Tarn (en) | |
Arrondissement of France | arrondissement of Albi (en) | |
Kap tal-Gvern | (en) | |
Isem uffiċjali | Albi | |
Ismijiet oriġinali | Albi | |
Kodiċi postali | 81000 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 43°55′41″N 2°08′45″E / 43.9281°N 2.1458°EKoordinati: 43°55′41″N 2°08′45″E / 43.9281°N 2.1458°E | |
Albi Albi (France) | ||
Superfiċjenti | 44.26 kilometru kwadru | |
Għoli | 169 m, 130 m, 308 mu 178 m | |
Fruntieri ma' | (mul) , (mul) , (mul) , (mul) , (mul) , (mul) , (mul) , (mul) , (mul) , (mul) , (mul) , (mul) , , (mul) u (mul) | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 50,605 abitanti (1 Jannar 2022) | |
Informazzjoni oħra | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | |
bliet ġemellati | Girona, (mul) , (en) , (en) u (mul) | |
mairie-albi.fr |
Amministrazzjoni
Albi hija s-sede ta' erba' cantons, li jkopru 16-il komun, b'popolazzjoni totali ta' 71,281 ruħ.
Storja
L-ewwel insedjament uman f'Albi kien fi Żmien il-Bronż (3000-600 Q.K.). Wara l-ħakma ta' mir-Rumani fil-51 Q.K., il-belt saret Civitas Albigensium, it-territorju tal-Albigeois, Albiga. L-iskavi arkeoloġiċi ma żvelawx traċċi ta' binjiet Rumani, u dan donnu jindika li Albi kienet insedjament Ruman mudest.
Fl-1040, Albi tkabbret permezz tal-kostruzzjoni tal-Pont Vieux (il-Pont Antik). Inbnew kwartieri ġodda, u dawn kienu jindikaw li kien hemm tkabbir urban konsiderevoli dak iż-żmien. Il-belt saret sinjura bis-saħħa tal-kummerċ u tal-iskambji kummerċjali, kif ukoll bis-saħħa tan-nollijiet imposti lill-vjaġġaturi talli kienu jużaw il-Pont Vieux.
Fl-1208, il-Papa u r-re Franċiż għaqdu l-forzi tagħhom sabiex jiġġieldu kontra l-Katari, li kienu żviluppaw il-verżjoni tagħhom ta' dualiżmu Kristjan axxetiku, u b'hekk dan tqies bħala ereżija perikoluża mill-Knisja Kattolika dominanti. Ir-repressjoni kienet severa, u bosta Katari ġew maħruqa ħajjin fir-reġjun kollu. Iż-żona tal-madwar, li sa dak iż-żmien kienet prattikament indipendenti, spiċċat f'kundizzjoni tant imwiegħra li sussegwentement ġiet annessa mill-Kuruna Franċiża.
Wara t-taqbida tal-Kruċjata ta' Albi kontra l-Katari, l-isqof , fl-aħħar tas-seklu 13, temm ix-xogħlijiet fuq il-Palais de la Berbie, li kien Palazz tal-Isqfijiet bid-dehra ta' fortizza. Huwa ordna l-kostruzzjoni tal-Katidral ta' Santa Ċeċilja fl-1282. Il-belt gawda perjodu ta' prosperità kummerċjali, l-iktar minħabba l-kultivazzjoni tal-Isatis Tinctoria, pjanta kruċifera li tagħti żebgħa blu. Id-djar lussużi li nbnew matul ir-Rinaxximent jixhdu r-rikkezzi kbar li kienu qalgħu l-merkanti taż-żebgħa partikolari.
Albi kellha komunità Lhudija żgħira matul il-Medju Evu, sakemm ma nqerditx għalkollox fis-snin 20 tas-seklu 14 matul il-Kruċjata tar-Rgħajja. Wara dan l-avveniment, il-Lhud kienu jitħallew jittranżitaw mill-belt bi ħlas biss, u mingħajr ma jgħixu fiha. Fl-1967, xi 70 Lhudi jew Lhudija kienu jgħixu f'Albi, u l-biċċa l-kbira minnhom oriġinaw mit-Tramuntana tal-Afrika.
Albi kkonservat il-wirt arkitettoniku rikk tagħha li jinkorpora d-diversi perjodi brillanti tal-istorja tagħha. Sar xogħol ta' titjib u restawr konsiderevoli, biex il-kwartieri antiki jingħataw dehra isbaħ u ġdida bl-użu tal-brikks.
Attrazzjonijiet ewlenin
Albi nbniet madwar il-katidral oriġinali u l-grupp episkopali ta' binjiet. Din iż-żona storika tkopri 63 ettaru. Il-karatteristika ewlenija tal-biċċa l-kbira tal-binjiet huwa l-użu tal-brikks ħomor u tal-madum aħmar. Flimkien ma' Toulouse u , Albi hija waħda mill-bliet prinċipali li nbnew bl-istil ta' Languedoc, jiġifieri bil-brikks ħomor.
Fost il-binjiet tal-belt hemm il-Katidral ta' Santa Ċeċilja, kapulavur tal-istil Gotiku tan-Nofsinhar, li nbena bejn is-sekli 13 u 15. Huwa kkaratterizzat minn kuntrast qawwi bejn il-parti esterna difensiva u awstera tiegħu, u t-tiżjin mill-isbaħ fuq ġewwa. Il-katidral inbena bħala turija tal-fidi Kristjana wara t-taqbid tal-ereżija tal-Katari. Din l-istruttura tal-brikks ġganteska ġiet imżejna iktar tul is-sekli, pereżempju d-Daħla ta' Dominique de Florence, it-torri tal-kampnar għoli 78 metru, il-Baldakkin fuq id-daħla (1515-1540). Il-ħajt diviżorju mżejjen tal-Kurċifiss huwa xogħol tal-filugranu bil-ġebel bl-istil Gotiku. Huwa ddekorat b'grupp mill-isbaħ ta' statwi polikromatiċi mnaqqxin minn artisti mill-istudjos ta' , f'Bourgogne, u jinkludu iżjed minn 200 statwa li żammew il-kuluri oriġinali tagħhom.
Il-Palais de la Berbie, li qabel kien il-Palazz tal-Isqfijiet ta' Albi u issa jospita l-Mużew ta' Toulouse-Lautrec, huwa eqdem mill-Palais des Papes fil-Papat ta' Avignon, u huwa wieħed mill-eqdem u l-aqwa kastelli ppreservati fi Franza. Din il-fortizza imponenti tlestiet fl-aħħar tas-seklu 13. Isem il-palazz ġej mill-kelma bl-Oċċitan Bisbia, li tfisser Palazz tal-Isqfijiet.
Il-Pont Antik (Pont Vieux) għadu jintuża wara kważi millenju. Oriġinarjament inbena bil-ġebel (fl-1035), imbagħad miksi bil-brikks, u jserraħ fuq tmien ħnejjiet b'tul ta' 151 metru. Fis-seklu 14, il-pont ġie ffortifikat u rinfurzat b'pont li jittella' u jitniżżel, u nbnew id-djar mal-mollijiet.
Albi hija belt magħrufa għal-Lycée Lapérouse tagħha, skola sekondarja ta' 500 student li tinsab fi ħdan monasteru antik. Toffri diversi klassijiet avvanzati tal-letteratura. Barra minn hekk, hija waħda mill-ftit skejjel li għandha sezzjoni mużikali fuq skala kbira b'kmamar speċjali b'teknoloġija għolja apposta. L-esploratur tal-Paċifiku , il-Konti ta' Lapérouse, huwa kkommemorat f'mużew.
Fi ħdan mitħna antika f'41 rue Porta, iċ-Ċentru tal-Arti Le LAIT huwa laboratorju tar-riċerka ddedikat lill-arti kontemporanja.
Toulouse-Lautrec
Il-Mużew ta' Toulouse-Lautrec jospita iktar minn 1,000 opra tal-arti, inkluż 31 poster famuż. Dawn l-opri tal-arti jiffurmaw l-ikbar kollezzjoni pubblika fid-dinja ddedikata lil , li twieled f'Albi fl-1864.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Belt Episkopali ta' Albi ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".
Trasport
Albi hija moqdija minn żewġ stazzjonijiet ferrovjarji fuq il-linja ferrovjarja minn Toulouse sa :
- Gare d'Albi-Ville
- Gare d'Albi-Madeleine
L-awtostrada A68 tikkollega l-belt ta' Albi ma' Toulouse (u Lyon permezz tal-awtostrada N 88 futura).
Sport
- SC Albi – it-tim tal-unjoni tar-rugby tal-belt li jikkompeti fit-tieni diviżjoni tar-Rugby Pro D2.
- RC Albi – tim tal-league tar-rugby li jikkompeti fil-Kampjonat Elite Wieħed.
- Albi kienet tospita l-Istadju 13 tat-Tour de France tal-2007 taċ-ċikliżmu. L-istadju kien jikkonsisti minn perkors individwali bil-ħin ta' 55 kilometru li kien jibda u jispiċċa fil-belt.
- Albi kienet tospita t-tmiem tal-Istadju 10 tat-Tour de France tat-Tnejn 15 ta' Lulju 2019. Kien hemm jum ta' mistrieħ f'Albi fl-Istadju 16 u Albi kienet il-bidu tal-Istadju 11 sa Toulouse tal-Erbgħa 18 ta' Lulju 2019.
- Iċ-Ċirkwit ta' Albi huwa ċirkwit jew trakka qrib l-ajruport ta' Albi fejn itellqu l-karozzi u l-muturi, u jintuża għat-tlielaq nazzjonali.
Edukazzjoni
- École des mines d'Albi-Carmaux
- Ċentru Universitarju Jean-François Champollion għat-Tagħlim u r-Riċerka
Klima
Albi tesperjenza klima subtropikali umduża (klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: Cfa), kważi klima oċeanika (Cfb). Bħall-biċċa l-kbira tal-Lbiċ ta' Franza, is-sjuf għandhom it-tendenza jkunu iktar sħan u x-xtiewi inqas kesħin mill-maġġoranza taż-żoni bi klassifikazzjoni klimatika simili. Ix-xita sostanzjali li tinżel fis-sajf tipprevjeni li l-klima tagħha tiġi kklassifikata bħala Mediterranja.
Data klimatika għal Albi (medji tal-1981-2010) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. mass. rekord °C (°F) | 19.5 (67.1) | 24.7 (76.5) | 28.3 (82.9) | 29.9 (85.8) | 33.5 (92.3) | 40.5 (104.9) | 40.8 (105.4) | 41.4 (106.5) | 36.4 (97.5) | 31.4 (88.5) | 25.3 (77.5) | 21.0 (69.8) | 41.4 (106.5) |
Temp. mass. medja °C (°F) | 9.4 (48.9) | 11.2 (52.2) | 14.7 (58.5) | 17.4 (63.3) | 21.6 (70.9) | 25.5 (77.9) | 28.7 (83.7) | 28.4 (83.1) | 24.7 (76.5) | 19.7 (67.5) | 13.2 (55.8) | 9.8 (49.6) | 18.7 (65.7) |
Temp. baxxa medja °C (°F) | 1.4 (34.5) | 1.7 (35.1) | 3.8 (38.8) | 6.2 (43.2) | 10.2 (50.4) | 13.6 (56.5) | 15.8 (60.4) | 15.6 (60.1) | 12.3 (54.1) | 9.5 (49.1) | 4.9 (40.8) | 2.1 (35.8) | 8.1 (46.6) |
Temp. baxxa rekord °C (°F) | −18.6 (−1.5) | −12.0 (10.4) | −9.8 (14.4) | −2.9 (26.8) | −0.2 (31.6) | 4.3 (39.7) | 6.5 (43.7) | 4.9 (40.8) | 1.0 (33.8) | −2.7 (27.1) | −9.4 (15.1) | −10.5 (13.1) | −18.6 (−1.5) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 55.9 (2.20) | 53.1 (2.09) | 51.5 (2.03) | 82.0 (3.23) | 79.9 (3.15) | 64.4 (2.54) | 40.6 (1.60) | 55.9 (2.20) | 57.1 (2.25) | 65.4 (2.57) | 60.0 (2.36) | 65.1 (2.56) | 730.9 (28.78) |
Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni | 10.2 | 8.4 | 8.8 | 10.2 | 9.6 | 7.3 | 5.1 | 6.5 | 6.7 | 9.1 | 9.7 | 10.0 | 101.7 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 96.6 | 118.6 | 177.0 | 183.6 | 219.3 | 244.9 | 270.6 | 255.7 | 213.5 | 154.1 | 92.7 | 86.8 | 2,113.2 |
Sors: Météo France |
Demografija
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: EHESS u INSEE (1968-2017) |
Ġemellaġġ
Albi hija ġemellata ma':
- Girona, Spanja
- , l-Istati Uniti
- , l-Awstralja
Nies notevoli
- (1639-1730), kittieba u femminista
- Jean-François de Galaup, Konti ta' Lapérouse (1741 – għall-ħabta tal-1788), esploratur tal-Paċifiku
- Henri de Toulouse-Lautrec (1864-1901), pittur, karikaturista u illustratur
Referenzi
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "World Heritage Committee inscribes five new cultural sites on World Heritage List and approves two extensions to existing properties". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-23.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Episcopal City of Albi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-23.
- ^ "Popolazzjoni" (PDF).
- ^ "ALBY (ALBI) - JewishEncyclopedia.com". jewishencyclopedia.com. Miġbur 2021-09-23.
- ^ "Albi". www.jewishvirtuallibrary.org. Miġbur 2021-09-23.
- ^ "centre d'art Le Lait". www.centredartlelait.com. Miġbur 2021-09-23.
- ^ "PREVISIONS METEO FRANCE - Site Officiel de Météo-France - Prévisions gratuites à 15 jours sur la France et sur le monde". meteofrance.com. Miġbur 2021-09-23.
- ^ "Albi - Notice Communale". cassini.ehess.fr. Miġbur 2021-09-23.
- ^ "Évolution et structure de la population en 2017 − Commune d'Albi (81004) | Insee". www.insee.fr. Miġbur 2021-09-23.
- ^ albi.fr. ""Albi: Une destination unique"" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2020-08-03. Miġbur 2021-09-23.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Albi, X'inhi Albi? Xi tfisser Albi?
Albi albi bl Oċċitan Albi ˈalbi hija belt u muniċipalita fin Nofsinhar ta Franza Hija l prefettura tad dipartiment ta Tarn fuq ix xmara Tarn 85 kilometru fil Grigal ta Toulouse L abitanti tagħha jissejħu Albiġensjani bil Franċiz Albigeois Albigeoise s bl Oċċitan albiges esa s Hija s sede tal Arċisqof ta Albi Il belt episkopali madwar il Katidral ta Santa Ċeċilja tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2010 Albi FranzaAmministrazzjoniStat sovranFranzaAdministrative territorial entity of FranceFranza MetropolitanaRegion of FranceOccitanieDipartimenti ta FranzaTarn en Arrondissement of Francearrondissement of Albi en Kap tal Gvern en Isem uffiċjali AlbiIsmijiet oriġinali AlbiKodiċi postali 81000ĠeografijaKoordinati 43 55 41 N 2 08 45 E 43 9281 N 2 1458 E 43 9281 2 1458 Koordinati 43 55 41 N 2 08 45 E 43 9281 N 2 1458 E 43 9281 2 1458AlbiAlbi France Superfiċjenti 44 26 kilometru kwadruGħoli 169 m 130 m 308 mu 178 mFruntieri ma mul mul mul mul mul mul mul mul mul mul mul mul mul u mul DemografijaPopolazzjoni 50 605 abitanti 1 Jannar 2022 Informazzjoni oħraZona tal Ħin UTC 1u UTC 2bliet ġemellati Girona mul en en u mul mairie albi frAmministrazzjoniAlbi hija s sede ta erba cantons li jkopru 16 il komun b popolazzjoni totali ta 71 281 ruħ StorjaVeduta ta Albi u x xmara Tarn min naħa tal Katidral L ewwel insedjament uman f Albi kien fi Zmien il Bronz 3000 600 Q K Wara l ħakma ta mir Rumani fil 51 Q K il belt saret Civitas Albigensium it territorju tal Albigeois Albiga L iskavi arkeoloġiċi ma zvelawx traċċi ta binjiet Rumani u dan donnu jindika li Albi kienet insedjament Ruman mudest Fl 1040 Albi tkabbret permezz tal kostruzzjoni tal Pont Vieux il Pont Antik Inbnew kwartieri ġodda u dawn kienu jindikaw li kien hemm tkabbir urban konsiderevoli dak iz zmien Il belt saret sinjura bis saħħa tal kummerċ u tal iskambji kummerċjali kif ukoll bis saħħa tan nollijiet imposti lill vjaġġaturi talli kienu juzaw il Pont Vieux Fl 1208 il Papa u r re Franċiz għaqdu l forzi tagħhom sabiex jiġġieldu kontra l Katari li kienu zviluppaw il verzjoni tagħhom ta dualizmu Kristjan axxetiku u b hekk dan tqies bħala erezija perikoluza mill Knisja Kattolika dominanti Ir repressjoni kienet severa u bosta Katari ġew maħruqa ħajjin fir reġjun kollu Iz zona tal madwar li sa dak iz zmien kienet prattikament indipendenti spiċċat f kundizzjoni tant imwiegħra li sussegwentement ġiet annessa mill Kuruna Franċiza Wara t taqbida tal Kruċjata ta Albi kontra l Katari l isqof fl aħħar tas seklu 13 temm ix xogħlijiet fuq il Palais de la Berbie li kien Palazz tal Isqfijiet bid dehra ta fortizza Huwa ordna l kostruzzjoni tal Katidral ta Santa Ċeċilja fl 1282 Il belt gawda perjodu ta prosperita kummerċjali l iktar minħabba l kultivazzjoni tal Isatis Tinctoria pjanta kruċifera li tagħti zebgħa blu Id djar lussuzi li nbnew matul ir Rinaxximent jixhdu r rikkezzi kbar li kienu qalgħu l merkanti taz zebgħa partikolari Albi kellha komunita Lhudija zgħira matul il Medju Evu sakemm ma nqerditx għalkollox fis snin 20 tas seklu 14 matul il Kruċjata tar Rgħajja Wara dan l avveniment il Lhud kienu jitħallew jittranzitaw mill belt bi ħlas biss u mingħajr ma jgħixu fiha Fl 1967 xi 70 Lhudi jew Lhudija kienu jgħixu f Albi u l biċċa l kbira minnhom oriġinaw mit Tramuntana tal Afrika Albi kkonservat il wirt arkitettoniku rikk tagħha li jinkorpora d diversi perjodi brillanti tal istorja tagħha Sar xogħol ta titjib u restawr konsiderevoli biex il kwartieri antiki jingħataw dehra isbaħ u ġdida bl uzu tal brikks Attrazzjonijiet ewleninIl Katidral ta Santa Ċeċilja minn ġewwa Albi nbniet madwar il katidral oriġinali u l grupp episkopali ta binjiet Din iz zona storika tkopri 63 ettaru Il karatteristika ewlenija tal biċċa l kbira tal binjiet huwa l uzu tal brikks ħomor u tal madum aħmar Flimkien ma Toulouse u Albi hija waħda mill bliet prinċipali li nbnew bl istil ta Languedoc jiġifieri bil brikks ħomor Fost il binjiet tal belt hemm il Katidral ta Santa Ċeċilja kapulavur tal istil Gotiku tan Nofsinhar li nbena bejn is sekli 13 u 15 Huwa kkaratterizzat minn kuntrast qawwi bejn il parti esterna difensiva u awstera tiegħu u t tizjin mill isbaħ fuq ġewwa Il katidral inbena bħala turija tal fidi Kristjana wara t taqbid tal erezija tal Katari Din l istruttura tal brikks ġganteska ġiet imzejna iktar tul is sekli perezempju d Daħla ta Dominique de Florence it torri tal kampnar għoli 78 metru il Baldakkin fuq id daħla 1515 1540 Il ħajt divizorju mzejjen tal Kurċifiss huwa xogħol tal filugranu bil ġebel bl istil Gotiku Huwa ddekorat b grupp mill isbaħ ta statwi polikromatiċi mnaqqxin minn artisti mill istudjos ta f Bourgogne u jinkludu izjed minn 200 statwa li zammew il kuluri oriġinali tagħhom Veduta mill ġnien tal Palais de la Berbie Il Palais de la Berbie li qabel kien il Palazz tal Isqfijiet ta Albi u issa jospita l Muzew ta Toulouse Lautrec huwa eqdem mill Palais des Papes fil Papat ta Avignon u huwa wieħed mill eqdem u l aqwa kastelli ppreservati fi Franza Din il fortizza imponenti tlestiet fl aħħar tas seklu 13 Isem il palazz ġej mill kelma bl Oċċitan Bisbia li tfisser Palazz tal Isqfijiet Il Pont Antik Pont Vieux għadu jintuza wara kwazi millenju Oriġinarjament inbena bil ġebel fl 1035 imbagħad miksi bil brikks u jserraħ fuq tmien ħnejjiet b tul ta 151 metru Fis seklu 14 il pont ġie ffortifikat u rinfurzat b pont li jittella u jitnizzel u nbnew id djar mal mollijiet Albi hija belt magħrufa għal Lycee Laperouse tagħha skola sekondarja ta 500 student li tinsab fi ħdan monasteru antik Toffri diversi klassijiet avvanzati tal letteratura Barra minn hekk hija waħda mill ftit skejjel li għandha sezzjoni muzikali fuq skala kbira b kmamar speċjali b teknoloġija għolja apposta L esploratur tal Paċifiku il Konti ta Laperouse huwa kkommemorat f muzew Fi ħdan mitħna antika f 41 rue Porta iċ Ċentru tal Arti Le LAIT huwa laboratorju tar riċerka ddedikat lill arti kontemporanja Il Wasla ta La Goulue fil Moulin Rouge ta Toulouse Lautrec 1892 Toulouse Lautrec Il Muzew ta Toulouse Lautrec jospita iktar minn 1 000 opra tal arti inkluz 31 poster famuz Dawn l opri tal arti jiffurmaw l ikbar kollezzjoni pubblika fid dinja ddedikata lil li twieled f Albi fl 1864 Sit ta Wirt DinjiIl Belt Episkopali ta Albi ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2010 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli TrasportAlbi hija moqdija minn zewġ stazzjonijiet ferrovjarji fuq il linja ferrovjarja minn Toulouse sa Gare d Albi Ville Gare d Albi Madeleine L awtostrada A68 tikkollega l belt ta Albi ma Toulouse u Lyon permezz tal awtostrada N 88 futura SportSC Albi it tim tal unjoni tar rugby tal belt li jikkompeti fit tieni divizjoni tar Rugby Pro D2 RC Albi tim tal league tar rugby li jikkompeti fil Kampjonat Elite Wieħed Albi kienet tospita l Istadju 13 tat Tour de France tal 2007 taċ ċiklizmu L istadju kien jikkonsisti minn perkors individwali bil ħin ta 55 kilometru li kien jibda u jispiċċa fil belt Albi kienet tospita t tmiem tal Istadju 10 tat Tour de France tat Tnejn 15 ta Lulju 2019 Kien hemm jum ta mistrieħ f Albi fl Istadju 16 u Albi kienet il bidu tal Istadju 11 sa Toulouse tal Erbgħa 18 ta Lulju 2019 Iċ Ċirkwit ta Albi huwa ċirkwit jew trakka qrib l ajruport ta Albi fejn itellqu l karozzi u l muturi u jintuza għat tlielaq nazzjonali EdukazzjoniEcole des mines d Albi Carmaux Ċentru Universitarju Jean Francois Champollion għat Tagħlim u r RiċerkaKlimaAlbi tesperjenza klima subtropikali umduza klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Cfa kwazi klima oċeanika Cfb Bħall biċċa l kbira tal Lbiċ ta Franza is sjuf għandhom it tendenza jkunu iktar sħan u x xtiewi inqas kesħin mill maġġoranza taz zoni bi klassifikazzjoni klimatika simili Ix xita sostanzjali li tinzel fis sajf tipprevjeni li l klima tagħha tiġi kklassifikata bħala Mediterranja Data klimatika għal Albi medji tal 1981 2010 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp mass rekord C F 19 5 67 1 24 7 76 5 28 3 82 9 29 9 85 8 33 5 92 3 40 5 104 9 40 8 105 4 41 4 106 5 36 4 97 5 31 4 88 5 25 3 77 5 21 0 69 8 41 4 106 5 Temp mass medja C F 9 4 48 9 11 2 52 2 14 7 58 5 17 4 63 3 21 6 70 9 25 5 77 9 28 7 83 7 28 4 83 1 24 7 76 5 19 7 67 5 13 2 55 8 9 8 49 6 18 7 65 7 Temp baxxa medja C F 1 4 34 5 1 7 35 1 3 8 38 8 6 2 43 2 10 2 50 4 13 6 56 5 15 8 60 4 15 6 60 1 12 3 54 1 9 5 49 1 4 9 40 8 2 1 35 8 8 1 46 6 Temp baxxa rekord C F 18 6 1 5 12 0 10 4 9 8 14 4 2 9 26 8 0 2 31 6 4 3 39 7 6 5 43 7 4 9 40 8 1 0 33 8 2 7 27 1 9 4 15 1 10 5 13 1 18 6 1 5 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 55 9 2 20 53 1 2 09 51 5 2 03 82 0 3 23 79 9 3 15 64 4 2 54 40 6 1 60 55 9 2 20 57 1 2 25 65 4 2 57 60 0 2 36 65 1 2 56 730 9 28 78 Medja ta jiem ta preċipitazzjoni 10 2 8 4 8 8 10 2 9 6 7 3 5 1 6 5 6 7 9 1 9 7 10 0 101 7 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 96 6 118 6 177 0 183 6 219 3 244 9 270 6 255 7 213 5 154 1 92 7 86 8 2 113 2 Sors Meteo FranceDemografijaPopolazzjoni storika Sena Pop p a 1793 11 176 1800 9 649 2 08 1806 10 061 0 70 1821 10 644 0 38 1831 11 665 0 92 1836 11 801 0 23 1841 12 408 1 01 1846 14 211 2 75 1851 13 788 0 60 1856 14 636 1 20 1861 15 493 1 14 1866 16 596 1 38 1872 17 469 0 86 1876 19 169 2 35 1881 20 379 1 23 1886 21 224 0 82 1891 20 903 0 30 1896 21 948 0 98 Sena Pop p a 1901 22 571 0 56 1906 23 303 0 64 1911 25 100 1 50 1921 26 628 0 59 1926 29 015 1 73 1931 29 351 0 23 1936 30 293 0 63 1946 34 342 1 26 1954 34 693 0 13 1962 38 709 1 38 1968 42 930 1 74 1975 46 162 1 04 1982 45 947 0 07 1990 46 579 0 17 1999 46 274 0 07 2007 48 889 0 69 2012 49 231 0 14 2017 48 970 0 11 Sors EHESS u INSEE 1968 2017 ĠemellaġġAlbi hija ġemellata ma Girona Spanja l Istati Uniti l AwstraljaNies notevoli 1639 1730 kittieba u femminista Jean Francois de Galaup Konti ta Laperouse 1741 għall ħabta tal 1788 esploratur tal Paċifiku Henri de Toulouse Lautrec 1864 1901 pittur karikaturista u illustraturReferenzi Centre UNESCO World Heritage World Heritage Committee inscribes five new cultural sites on World Heritage List and approves two extensions to existing properties UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 09 23 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Episcopal City of Albi UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 09 23 Popolazzjoni PDF ALBY ALBI JewishEncyclopedia com jewishencyclopedia com Miġbur 2021 09 23 Albi www jewishvirtuallibrary org Miġbur 2021 09 23 centre d art Le Lait www centredartlelait com Miġbur 2021 09 23 PREVISIONS METEO FRANCE Site Officiel de Meteo France Previsions gratuites a 15 jours sur la France et sur le monde meteofrance com Miġbur 2021 09 23 Albi Notice Communale cassini ehess fr Miġbur 2021 09 23 Evolution et structure de la population en 2017 Commune d Albi 81004 Insee www insee fr Miġbur 2021 09 23 albi fr Albi Une destination unique PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2020 08 03 Miġbur 2021 09 23