Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L Ipoġew ta Ħal Saflieni huwa struttura Neoltika taħt l art li tmur lura għal żmien magħruf bħala l fażi ta Ħal Saflieni

Ipoġew ta' Ħal Saflieni

  • Paġna Ewlenija
  • Ipoġew ta' Ħal Saflieni
Ipoġew ta' Ħal Saflieni
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni huwa struttura Neoltika taħt l-art li tmur lura għal żmien magħruf bħala l-fażi ta' Ħal Saflieni, jiġifieri 3300 – 3000 Q.K., fil-preistorja Maltija, u jinsab proprju f'Ħal Saflieni, qrib Raħal Ġdid. Sikwit huwa magħruf sempliċement bħala l-Ipoġew (jew Hypogeum bl-Ingliż), li litteralment huwa terminu li ġej mill-Grieg li jfisser ‘taħt l-art'. Jingħad li l-Ipoġew kien jintuża bħala santwarju u bħala nekropoli. L-arkeologi ddokumentaw il-fdalijiet ta' xi 7,000 persuni. L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni jitqies bħala fost l-aqwa eżempji ppreservati tal-kultura tal-bini tat-tempji fil-Gżejjer Maltin li pproduċiet ukoll it-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex u ċ-.

Ipoġew ta' Ħal Saflieni
Ismijiet alternattivi Ipoġew Preistoriku ta' Ħal Saflieni (isem uffiċjali) jew Ipoġew
Post Ħal Saflieni, Malta (qrib Raħal Ġdid)
Koordinati 35°52′10.5″N 14°30′24.5″E
Erja 500m2
Storja
Materjal
Stabbilit xi 4000 Q.K. (l-iktar fdalijiet bikrin)
Abbandunat xi 2500 Q.K.
Perjodu Preistoriku il-fażi ta' Ħal Saflieni
Noti dwar is-sit
Dati tal-iskavi 1903-1908, 1990-1993
Arkeologi Manuel MagriTemi Zammit
Kundizzjoni Preservat u rrestawrat l-aħħar fl-2017
Sjieda Gvern ta' Malta
Ġestjoni Heritage Malta
Aċċess pubbliku Iva (limitat)
Sit Web Heritage Malta
Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO
Isem uffiċjali “Ħal Saflieni Hypogeum” (Ipoġew ta' Ħal Saflieni)
Tip Kulturali
Kriterju iii
Deżinjazzjoni 1980 (ir-raba' sessjoni)
Nru ta' Referenza 130
Reġjun L-Ewropa u l-Amerka ta' Fuq

Storja

L-Ipoġew ġie skopert b'kumbinazzjoni fl-1902 waqt li xi ħaddiema li kienu qed iwettqu xi xogħlijiet biex jgħaddu l-ilma għal proġett ta' żvilupp residenzjali ġdid, laqtu s-saqaf tas-sit. Għall-ewwel, il-ħaddiema ppruvaw jaħbu t-tempju, iżda eventwalment instab. L-istudju tal-istruttura twettaq l-ewwel minn Manuel Magri, li minn Novembru 1903 iddirieġa l-iskavi f'isem il-Kumitat tal-Mużewijiet. Matul l-iskavi, parti mill-kontenuti tal-Ipoġew, inkluż fdalijiet tad-dfin u fdalijiet umani, ġew żvujtati u skartati mingħajr ma ġew katalogati kif suppost. Biex tkompli tgħaxxaq, Magri miet fl-1907 waqt li kien qed jagħmel xogħol tal-missjoni fit-Tuneżija u r-rapport tiegħu dwar l-Ipoġew intilef.

L-iskavi tkomplew taħt ir-responsabbiltà ta' Sir Temi Zammit, li pprova jagħmel ħiltu biex ikompli fejn ħalla l-predeċessur tiegħu. Zammit beda jippubblika sensiela ta' rapporti fl-1910 u kompli jiskava sal-1911. Id-differenza ewlenija fl-iskavi tiegħu kienet li minflok jiskarta l-materjal, iddepożita l-materjal u s-sejbiet tiegħu fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, fil-Belt Valletta. L-Ipoġew infetaħ għall-pubbliku għall-ewwel darba fl-1908, waqt li l-iskavi kienu għadhom għaddejjin.

L-erbat idjar li kienu nbnew fuq is-sit tal-Ipoġew ġew demoliti u minflok inbena mużew. L-ewwel tentattivi reali ta' preservazzjoni tas-sit bdew fl-1991 meta s-sit ingħalaq għal għaxar snin. Fl-2011, ġie mniedi programm iktar intensiv ta' monitoraġġ tad-deterjorament tas-sit. Bejn Awwissu 2015 u Mejju 2017, is-sit reġa' ngħalaq biex jitwettaq proġett ta' konservazzjoni u biex jinbena perkors għall-viżitaturi b'sistema ta' ġestjoni ambjentali.

Deskrizzjoni

Xi skavi arkeoloġiċi li saru iktar 'il quddiem jindikaw li xi darba l-Ipoġew kellu xi għamla ta' santwarju jew niċċa oħra fil-wiċċ (fejn issa hemm il-mużew) li kienet taqdi l-funzjoni ta' daħla għall-Ipoġew. Għalkemm ma fadal kważi xejn minn din l-istruttura tal-wiċċ, x'aktarx li bis-saħħa tal-qerda tagħha stess, l-istruttura ta' taħt l-art intesiet u baqgħet moħbija għal eluf ta' snin. L-istruttura ta' taħt l-art jaf oriġinat minn għar naturali, li tkabbar maż-żmien permezz tat-tħaffir direttament fil-blat b'għodod primittivi, bħal qrejjen tal-annimali, , chert (blata sedimentarja magħmula kważi għalkollox mis-siliċe) u . Il-kompartimenti jew kmamar mortwarji fil-livell ta' fuq tal-Ipoġew imorru lura għall-fażijiet bikrin tal-Perjodu tat-Tempji Megalitiċi Maltin, filwaqt li l-kompartimenti mortwarji ta' taħt tħaffru wara. Is-sit jaf diġà kien jintuża fis-sena 4000 Q.K., u x'aktarx baqa' jintuża sa madwar is-sena 2500 Q.K., abbażi tal-analiżi tal-kampjuni tal-fdalijiet tal-fuħħar u abbażi tal-eżaminar tal-fdalijiet umani.

L-Ipoġew donnu wkoll struttura ta' tempju li tuża bir-reqqa d-direzzjoni tad-dawl mill-wiċċ biex jiddawlu l-kompartimenti ta' taħt. Fih disinni mpinġija bl-okra ħamra b'ħila u b'sengħa liema bħalha fuq partijiet mis-saqaf, flimkien mat-tinqix ta' tikek, spirali u għamliet qishom ta' xehda. Milli jidher, wieħed mill-kompartimenti ewlenin, meqjus bħala l-iktar post sagru (imsejjaħ Sanctum Sanctorum bil-Latin jew Holy of Holies bl-Ingliż), huwa orjentat b'tali mod li d-dawl mis-solstizju tax- jdawwal il-faċċata tiegħu mid-daħla oriġinali tal-wiċċ.

Niċċa ta' riżonanza mħaffra fil-kompartiment tan-nofs, imsejħa l-Kamra tal-Oraklu, x'aktarx kienet iddisinjata biex tipproġetta l-kant jew il-ħoss tat-tnabar fil-bqija tal-Ipoġew.

Firxa wiesgħa ta' oġġetti nstabu mis-sit, inkluż kontenituri tal-fuħħar b'dekorazzjoni kkumplikata, żibeġ tal-ġebel u tat-tafal, buttuni tal-qxur tal-frott tal-baħar, amuleti, fdalijiet ta' mnanar, u figurini mnaqqxin b'għamla ta' bnedmin u ta' annimali. L-iktar skoperta notevoli kienet dik tal-Mara r-Rieqda, figurina tat-tafal li jingħad li tirrappreżenta alla materna jew tal-fertilità u li issa tinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Il-figurini għandhom stil li jvarja mill-astratt għar-realistiku, b'diversi temi li jingħad li huma marbuta mal-venerazzjoni tal-mejtin u mat-trasformazzjoni spiritwali. Hemm ukoll diversi tekniki artistiċi kumplessi li huma rrappreżentati, bħal fil-każ ta' skutella unika kbira tal-fuħħar li fiha temi naturalistiċi kif ukoll stilizzati. Fuq naħa tagħha hemm aspett realistiku b'annimali bovini, ħnieżer u mogħoż, u fuq in-naħa l-oħra hemm tjur moħbija f'aspett iktar astratt b'disinni ġeometriċi kumplessi.

Fl-Ipoġew instabu l-fdalijiet ta' xi 7,000 individwu, u għalkemm ħafna mill-għadam kienu ntilfu fl-ewwel skavi, il-biċċa l-kbira tal-kranji ġew depożitati fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Persentaġġ żgħir mill-kranji għandhom elongazzjoni kranika abnormali, li tixbah dik tal-kranji tal-qassisin tal-Eġittu Antik, u dan qanqal spekulazzjoni dwar in-nies li bnew l-Ipoġew, il-prattiki tagħhom u t-twemmin tagħhom.

Bejn l-1990 u l-1993 saru skavi ulterjuri minn Anthony Pace, Nathaniel Cutajar u Reuben Grima. Imbagħad, l-Ipoġew ingħalaq għall-pubbliku bejn l-1991 u s-sena 2000 sabiex jitwettqu x-xogħlijiet tar-restawr. Minn mindu s-sit reġa' nfetaħ s'issa, Heritage Malta (il-korp governattiv li jieħu ħsieb is-siti storiċi fil-Gżejjer Maltin) tippermetti li jidħlu mhux iktar minn 80 persuna kuljum, filwaqt li l-mikroklima tas-sit saret tiġi rregolata b'mod rigoruż ħafna. Ir-riċerka xjentifika fl-Ipoġew hija kontinwa, u fl-2014, tim internazzjonali ta' xjentisti żar is-sit biex jistudja l-akustika tiegħu.

Struttura

L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni nbena kważi kollu taħt l-art u fih tliet livelli superimposti mħaffrin fil-franka ratba, b'kurituri u b'kompartimenti interkonnessi permezz ta' labirint ta' taraġ, għatbiet, niċeċ u bibien. Il-livell ta' fuq x'aktarx li nbena u ntuża l-ewwel, u mbagħad il-livelli tan-nofs u ta' taħt ġew imħaffra wara. Uħud mill-kompartimenti tan-nofs għandhom karatteristiċi stilistiċi simili għal dawk tat-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex.

Il-livell ta' fuq

L-ewwel livell tal-Ipoġew jinsab biss għaxar metri taħt l-art, u jixbah ħafna l-oqbra li nstabu fix-Xemxija, ħdejn il-Bajja ta' San Pawl. Xi kompartimenti jew kmamar huma għerien naturali li mbagħad ġew estiżi artifiċjalment mill-bniedem. Dan il-livell jikkonsisti minn ħafna kompartimenti u uħud minnhom kienu jintużaw għal skopijiet mortwarji.

Il-livell tan-nofs

It-tieni livell tħaffer wara, x'aktarx billi il-blat li ġie mħaffer ġie olzat lejn il-wiċċ b'teknika magħrufa bħala Ċiklopika jew poligonali. F'dan il-livell hemm ħafna kompartimenti jew kmamar:

  • Il-Kompartiment/Kamra Prinċipali: dan il-kompartiment huwa pjuttost ċirkolari u mnaqqax fil-blat. Hemm għadd ta' daħliet trilitiċi rappreżentati, uħud ma jwasslu għal imkien, u oħrajn jagħtu għal xi kompartiment ieħor. Il-biċċa l-kbira tas-superfiċe tal-ħitan ingħatat passata bl-okra ħamra. Il-figurina tat-tafal tal-Mara r-Rieqda kienet instabet hawnhekk.
  • Il-Kamra tal-Oraklu: din il-kamra hija pjuttost rettangolari u hija wieħed mill-iżgħar kompartimenti tal-ġenb tal-Ipoġew. Pekuljarità partikolari ta' din il-kamra hija li tipproduċi riżonanza akustika qawwija minn kwalunkwe ħoss bil-vuċi li jsir minn ġo fiha. Din il-kamra fiha saqaf miżbugħ b'mod elaborat, bi spirali bl-okra ħamra kif ukoll tikek ċirkolari u spirali.
  • Il-Kamra Ddekorata: ħdejn il-Kamra tal-Oraklu hemm kuritur spazjuż ieħor, b'ħitan lixxi li jxaqilbu 'l ġewwa, b'dekorazzjoni rikka b'disinni ġeometriċi magħmula minn spirali. Fuq il-ħajt tal-lemin tad-daħla hemm petrosomatoglifika ta' id ta' bniedem imnaqqxa fil-blat.
  • Is-Sanctum Sanctorum: din x'aktarx hija l-istruttura ċentral u l-iktar post sagru tal-Ipoġew. Milli jidher din il-kamra hija orjentata lejn is-solstizju tax-xitwa, li kien idawwal il-faċċata tagħha mid-daħla oriġinali fis-superfiċe. Waqt l-iskavi, f'din il-kamra ma nstabet l-ebda għadma. Il-punt fokali huwa bokka fi ħdan daħla trilitika, jew struttura magħmula minn żewġ ġebliet vertikali kbar u waħda orizzontali, ġo struttura trilitika, li tinsab ġo struttura trilitika oħra. Is-saqaf imtarraġ tqies bħal ħjiel li t-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex, li nstabu bla saqaf, setgħu kienu msaqqfa b'mod simili.

Il-livell ta' taħt

Fil-livell ta' taħt ma nstabet l-ebda għadma jew tip ieħor ta' offerta, imma ilma biss. X'aktarx dan il-livell kien jintuża għall-ħżin taċ-ċereali.

Sit ta' Wirt Dinji

L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-1980 abbażi tal-kriterju (iii), “Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet”, tal-kriterji tal-għażla tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Il-Ipoġew ta' Ħal Saflieni huwa monument uniku ta' valur universali straordinarju. Huwa l-uniku eżempju Ewropew magħruf ta' ‘labirint' taħt l-art mis-sena 4000 Q.K. sas-sena 2500 Q.K. Minħabba l-kwalità tal-arkitettura tiegħu u l-istat eċċellenti ta' preservazzjoni, l-Ipoġew huwa monument preistoriku essenzjali.

Mużew

L-Ipoġew u l-mużew tiegħu huma attrazzjoni popolari f'Malta. Il-mużew jiftaħ kuljum mid-09:00 sal-17:00, iżda spiss in-nies jibdew jistennew fi kju biex jixtru l-biljetti li jkun fadal lejn it-08:00. Il-maġġoranza tal-biljetti jinbigħu online mis-sit web tal-Heritage Malta minn diversi xhur qabel. Xi biljetti jinbigħu kuljum għal dakinhar stess mal-ftuħ tal-mużew, u xi 20 biljett għall-għada jinbigħu kuljum mill-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, li jinsab fil-Belt Valletta. Dan l-aħħar il-mużew ġie mmodernizzat b'ċentru li jilqa' l-viżitaturi. Wieħed jista' jżur l-Ipoġew virtwalment mis-sit web tal-Heritage Malta.

Referenzi

  1. ^ "Heritage Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  2. ^ a b Sagona, Claudia (2015). The Archaeology of Malta: From the Neolithic through the Roman Period. Cambridge University Press. ISBN 978-1107006690.
  3. ^ a b ċ d McDonald, Neil (2016). Malta & Gozo A Megalithic Journey. lulu.com. ISBN 978-1326598358.
  4. ^ "Vella, Fiona. "Hypogeum skulls to be studied". Times of Malta. p. 13". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  5. ^ ""Il-Għerien ta' Ħal Saflieni"" (PDF). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  6. ^ a b ""The Death Cults of Prehistoric Malta". Scientific American". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  7. ^ a b Haughton, Brian (2008). Haunted Spaces, Sacred Places. New Page Books. p. 232. ISBN 978-1601630001.
  8. ^ a b ""Ħal Saflieni Hypogeum". Heritage Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  9. ^ ""REPORTS on the working of GOVERNMENT DEPARTMENTS for The Year 1991", p. 81" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2021-01-23. Miġbur 2021-01-31. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  10. ^ "Stacey McKenna, Malta's Hypogeum, One of the World's Best Preserved Prehistoric Sites, Reopens to the Public, Smithsonianmag.com". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  11. ^ ""World Heritage prehistoric cemetery to close temporarily: Heritage Malta" - Xinhua Global Times". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  12. ^ a b ċ d e ""Ħal Saflieni Hypogeum". UNESCO". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  13. ^ a b Magli, Giulio (2009). Mysteries and Discoveries of Archaeoastronomy: From Giza to Easter Island. Copernicus. ISBN 978-0387765648.
  14. ^ Kelly, Lynne (2017). The Memory Code: The Secrets of Stonehenge, Easter Island and Other Ancient Monuments. Pegasus Books. ISBN 978-1681773254.
  15. ^ "Mysterious Ancient Temples Resonate at the 'Holy Frequency', Interestingengineering.com". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  16. ^ ""The Mysterious Disappearance of the Maltese Skulls". Hera Magazine, Italy. 1999". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  17. ^ ""Hypogeum skulls on display at the National Museum of Archaeology". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  18. ^ ""The Hal Saflieni Hypogeum". maltassist.com". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  19. ^ Pace, Anthony (2004). The Ħal Saflieni Hypogeum Paola. Santa Venera: Midsea Books Ltd. ISBN 9993239933.
  20. ^ ""International team of scientists to study hypogeum acoustics". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  21. ^ ""VIRTUAL REALITY experience" - Heritage Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 12 Ġun, 2025 / 08:00

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ipoġew ta' Ħal Saflieni, X'inhi Ipoġew ta' Ħal Saflieni? Xi tfisser Ipoġew ta' Ħal Saflieni?

L Ipoġew ta Ħal Saflieni huwa struttura Neoltika taħt l art li tmur lura għal zmien magħruf bħala l fazi ta Ħal Saflieni jiġifieri 3300 3000 Q K fil preistorja Maltija u jinsab proprju f Ħal Saflieni qrib Raħal Ġdid Sikwit huwa magħruf sempliċement bħala l Ipoġew jew Hypogeum bl Ingliz li litteralment huwa terminu li ġej mill Grieg li jfisser taħt l art Jingħad li l Ipoġew kien jintuza bħala santwarju u bħala nekropoli L arkeologi ddokumentaw il fdalijiet ta xi 7 000 persuni L Ipoġew ta Ħal Saflieni jitqies bħala fost l aqwa ezempji ppreservati tal kultura tal bini tat tempji fil Gzejjer Maltin li pproduċiet ukoll it Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex u ċ Ipoġew ta Ħal Saflieni Ritratt tal Ipoġew li ttieħed minn Richard Ellis Ismijiet alternattivi Ipoġew Preistoriku ta Ħal Saflieni isem uffiċjali jew Ipoġew Post Ħal Saflieni Malta qrib Raħal Ġdid Koordinati 35 52 10 5 N 14 30 24 5 E Erja 500m2 Storja Materjal Stabbilit xi 4000 Q K l iktar fdalijiet bikrin Abbandunat xi 2500 Q K Perjodu Preistoriku il fazi ta Ħal Saflieni Noti dwar is sit Dati tal iskavi 1903 1908 1990 1993 Arkeologi Manuel MagriTemi Zammit Kundizzjoni Preservat u rrestawrat l aħħar fl 2017 Sjieda Gvern ta Malta Ġestjoni Heritage Malta Aċċess pubbliku Iva limitat Sit Web Heritage Malta Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Isem uffiċjali Ħal Saflieni Hypogeum Ipoġew ta Ħal Saflieni Tip Kulturali Kriterju iii Dezinjazzjoni 1980 ir raba sessjoni Nru ta Referenza 130 Reġjun L Ewropa u l Amerka ta FuqStorjaL Ipoġew ġie skopert b kumbinazzjoni fl 1902 waqt li xi ħaddiema li kienu qed iwettqu xi xogħlijiet biex jgħaddu l ilma għal proġett ta zvilupp residenzjali ġdid laqtu s saqaf tas sit Għall ewwel il ħaddiema ppruvaw jaħbu t tempju izda eventwalment instab L istudju tal istruttura twettaq l ewwel minn Manuel Magri li minn Novembru 1903 iddirieġa l iskavi f isem il Kumitat tal Muzewijiet Matul l iskavi parti mill kontenuti tal Ipoġew inkluz fdalijiet tad dfin u fdalijiet umani ġew zvujtati u skartati mingħajr ma ġew katalogati kif suppost Biex tkompli tgħaxxaq Magri miet fl 1907 waqt li kien qed jagħmel xogħol tal missjoni fit Tunezija u r rapport tiegħu dwar l Ipoġew intilef L iskavi tkomplew taħt ir responsabbilta ta Sir Temi Zammit li pprova jagħmel ħiltu biex ikompli fejn ħalla l predeċessur tiegħu Zammit beda jippubblika sensiela ta rapporti fl 1910 u kompli jiskava sal 1911 Id differenza ewlenija fl iskavi tiegħu kienet li minflok jiskarta l materjal iddepozita l materjal u s sejbiet tiegħu fil Muzew Nazzjonali tal Arkeoloġija fil Belt Valletta L Ipoġew infetaħ għall pubbliku għall ewwel darba fl 1908 waqt li l iskavi kienu għadhom għaddejjin L erbat idjar li kienu nbnew fuq is sit tal Ipoġew ġew demoliti u minflok inbena muzew L ewwel tentattivi reali ta preservazzjoni tas sit bdew fl 1991 meta s sit ingħalaq għal għaxar snin Fl 2011 ġie mniedi programm iktar intensiv ta monitoraġġ tad deterjorament tas sit Bejn Awwissu 2015 u Mejju 2017 is sit reġa ngħalaq biex jitwettaq proġett ta konservazzjoni u biex jinbena perkors għall vizitaturi b sistema ta ġestjoni ambjentali DeskrizzjoniMappa tas sit tal Ipoġew li saret f Ottubru 1907 Xi skavi arkeoloġiċi li saru iktar il quddiem jindikaw li xi darba l Ipoġew kellu xi għamla ta santwarju jew niċċa oħra fil wiċċ fejn issa hemm il muzew li kienet taqdi l funzjoni ta daħla għall Ipoġew Għalkemm ma fadal kwazi xejn minn din l istruttura tal wiċċ x aktarx li bis saħħa tal qerda tagħha stess l istruttura ta taħt l art intesiet u baqgħet moħbija għal eluf ta snin L istruttura ta taħt l art jaf oriġinat minn għar naturali li tkabbar maz zmien permezz tat tħaffir direttament fil blat b għodod primittivi bħal qrejjen tal annimali chert blata sedimentarja magħmula kwazi għalkollox mis siliċe u Il kompartimenti jew kmamar mortwarji fil livell ta fuq tal Ipoġew imorru lura għall fazijiet bikrin tal Perjodu tat Tempji Megalitiċi Maltin filwaqt li l kompartimenti mortwarji ta taħt tħaffru wara Is sit jaf diġa kien jintuza fis sena 4000 Q K u x aktarx baqa jintuza sa madwar is sena 2500 Q K abbazi tal analizi tal kampjuni tal fdalijiet tal fuħħar u abbazi tal ezaminar tal fdalijiet umani Il Mara r Rieqda figurina tat tafal mill Ipoġew li issa tinsab fil Muzew Nazzjonali tal Arkeoloġija il Belt Valletta L Ipoġew donnu wkoll struttura ta tempju li tuza bir reqqa d direzzjoni tad dawl mill wiċċ biex jiddawlu l kompartimenti ta taħt Fih disinni mpinġija bl okra ħamra b ħila u b sengħa liema bħalha fuq partijiet mis saqaf flimkien mat tinqix ta tikek spirali u għamliet qishom ta xehda Milli jidher wieħed mill kompartimenti ewlenin meqjus bħala l iktar post sagru imsejjaħ Sanctum Sanctorum bil Latin jew Holy of Holies bl Ingliz huwa orjentat b tali mod li d dawl mis solstizju tax jdawwal il faċċata tiegħu mid daħla oriġinali tal wiċċ Niċċa ta rizonanza mħaffra fil kompartiment tan nofs imsejħa l Kamra tal Oraklu x aktarx kienet iddisinjata biex tipproġetta l kant jew il ħoss tat tnabar fil bqija tal Ipoġew Firxa wiesgħa ta oġġetti nstabu mis sit inkluz kontenituri tal fuħħar b dekorazzjoni kkumplikata zibeġ tal ġebel u tat tafal buttuni tal qxur tal frott tal baħar amuleti fdalijiet ta mnanar u figurini mnaqqxin b għamla ta bnedmin u ta annimali L iktar skoperta notevoli kienet dik tal Mara r Rieqda figurina tat tafal li jingħad li tirrapprezenta alla materna jew tal fertilita u li issa tinsab fil Muzew Nazzjonali tal Arkeoloġija Il figurini għandhom stil li jvarja mill astratt għar realistiku b diversi temi li jingħad li huma marbuta mal venerazzjoni tal mejtin u mat trasformazzjoni spiritwali Hemm ukoll diversi tekniki artistiċi kumplessi li huma rrapprezentati bħal fil kaz ta skutella unika kbira tal fuħħar li fiha temi naturalistiċi kif ukoll stilizzati Fuq naħa tagħha hemm aspett realistiku b annimali bovini ħniezer u mogħoz u fuq in naħa l oħra hemm tjur moħbija f aspett iktar astratt b disinni ġeometriċi kumplessi Wieħed mill kompartimenti tal Ipoġew imħaffer fil franka Fl Ipoġew instabu l fdalijiet ta xi 7 000 individwu u għalkemm ħafna mill għadam kienu ntilfu fl ewwel skavi il biċċa l kbira tal kranji ġew depozitati fil Muzew Nazzjonali tal Arkeoloġija Persentaġġ zgħir mill kranji għandhom elongazzjoni kranika abnormali li tixbah dik tal kranji tal qassisin tal Eġittu Antik u dan qanqal spekulazzjoni dwar in nies li bnew l Ipoġew il prattiki tagħhom u t twemmin tagħhom Bejn l 1990 u l 1993 saru skavi ulterjuri minn Anthony Pace Nathaniel Cutajar u Reuben Grima Imbagħad l Ipoġew ingħalaq għall pubbliku bejn l 1991 u s sena 2000 sabiex jitwettqu x xogħlijiet tar restawr Minn mindu s sit reġa nfetaħ s issa Heritage Malta il korp governattiv li jieħu ħsieb is siti storiċi fil Gzejjer Maltin tippermetti li jidħlu mhux iktar minn 80 persuna kuljum filwaqt li l mikroklima tas sit saret tiġi rregolata b mod rigoruz ħafna Ir riċerka xjentifika fl Ipoġew hija kontinwa u fl 2014 tim internazzjonali ta xjentisti zar is sit biex jistudja l akustika tiegħu StrutturaL Ipoġew ta Ħal Saflieni nbena kwazi kollu taħt l art u fih tliet livelli superimposti mħaffrin fil franka ratba b kurituri u b kompartimenti interkonnessi permezz ta labirint ta taraġ għatbiet niċeċ u bibien Il livell ta fuq x aktarx li nbena u ntuza l ewwel u mbagħad il livelli tan nofs u ta taħt ġew imħaffra wara Uħud mill kompartimenti tan nofs għandhom karatteristiċi stilistiċi simili għal dawk tat Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex Il livell ta fuq L ewwel livell tal Ipoġew jinsab biss għaxar metri taħt l art u jixbah ħafna l oqbra li nstabu fix Xemxija ħdejn il Bajja ta San Pawl Xi kompartimenti jew kmamar huma għerien naturali li mbagħad ġew estizi artifiċjalment mill bniedem Dan il livell jikkonsisti minn ħafna kompartimenti u uħud minnhom kienu jintuzaw għal skopijiet mortwarji Il livell tan nofs Is Sanctum Sanctorum l iktar post ċentrali u sagru tal Ipoġew It tieni livell tħaffer wara x aktarx billi il blat li ġie mħaffer ġie olzat lejn il wiċċ b teknika magħrufa bħala Ċiklopika jew poligonali F dan il livell hemm ħafna kompartimenti jew kmamar Il Kompartiment Kamra Prinċipali dan il kompartiment huwa pjuttost ċirkolari u mnaqqax fil blat Hemm għadd ta daħliet trilitiċi rapprezentati uħud ma jwasslu għal imkien u oħrajn jagħtu għal xi kompartiment ieħor Il biċċa l kbira tas superfiċe tal ħitan ingħatat passata bl okra ħamra Il figurina tat tafal tal Mara r Rieqda kienet instabet hawnhekk Il Kamra tal Oraklu din il kamra hija pjuttost rettangolari u hija wieħed mill izgħar kompartimenti tal ġenb tal Ipoġew Pekuljarita partikolari ta din il kamra hija li tipproduċi rizonanza akustika qawwija minn kwalunkwe ħoss bil vuċi li jsir minn ġo fiha Din il kamra fiha saqaf mizbugħ b mod elaborat bi spirali bl okra ħamra kif ukoll tikek ċirkolari u spirali Il Kamra Ddekorata ħdejn il Kamra tal Oraklu hemm kuritur spazjuz ieħor b ħitan lixxi li jxaqilbu l ġewwa b dekorazzjoni rikka b disinni ġeometriċi magħmula minn spirali Fuq il ħajt tal lemin tad daħla hemm petrosomatoglifika ta id ta bniedem imnaqqxa fil blat Is Sanctum Sanctorum din x aktarx hija l istruttura ċentral u l iktar post sagru tal Ipoġew Milli jidher din il kamra hija orjentata lejn is solstizju tax xitwa li kien idawwal il faċċata tagħha mid daħla oriġinali fis superfiċe Waqt l iskavi f din il kamra ma nstabet l ebda għadma Il punt fokali huwa bokka fi ħdan daħla trilitika jew struttura magħmula minn zewġ ġebliet vertikali kbar u waħda orizzontali ġo struttura trilitika li tinsab ġo struttura trilitika oħra Is saqaf imtarraġ tqies bħal ħjiel li t Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex li nstabu bla saqaf setgħu kienu msaqqfa b mod simili Il livell ta taħt Fil livell ta taħt ma nstabet l ebda għadma jew tip ieħor ta offerta imma ilma biss X aktarx dan il livell kien jintuza għall ħzin taċ ċereali Sit ta Wirt DinjiL Ipoġew ta Ħal Saflieni ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji fl 1980 abbazi tal kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet tal kriterji tal għazla tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Il Ipoġew ta Ħal Saflieni huwa monument uniku ta valur universali straordinarju Huwa l uniku ezempju Ewropew magħruf ta labirint taħt l art mis sena 4000 Q K sas sena 2500 Q K Minħabba l kwalita tal arkitettura tiegħu u l istat eċċellenti ta preservazzjoni l Ipoġew huwa monument preistoriku essenzjali MuzewIl faċċata tal Muzew wara r restawr tal 2017 L Ipoġew u l muzew tiegħu huma attrazzjoni popolari f Malta Il muzew jiftaħ kuljum mid 09 00 sal 17 00 izda spiss in nies jibdew jistennew fi kju biex jixtru l biljetti li jkun fadal lejn it 08 00 Il maġġoranza tal biljetti jinbigħu online mis sit web tal Heritage Malta minn diversi xhur qabel Xi biljetti jinbigħu kuljum għal dakinhar stess mal ftuħ tal muzew u xi 20 biljett għall għada jinbigħu kuljum mill Muzew Nazzjonali tal Gwerra li jinsab fil Belt Valletta Dan l aħħar il muzew ġie mmodernizzat b ċentru li jilqa l vizitaturi Wieħed jista jzur l Ipoġew virtwalment mis sit web tal Heritage Malta Referenzi Heritage Malta Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna a b Sagona Claudia 2015 The Archaeology of Malta From the Neolithic through the Roman Period Cambridge University Press ISBN 978 1107006690 a b ċ d McDonald Neil 2016 Malta amp Gozo A Megalithic Journey lulu com ISBN 978 1326598358 Vella Fiona Hypogeum skulls to be studied Times of Malta p 13 Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Il Għerien ta Ħal Saflieni PDF Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna a b The Death Cults of Prehistoric Malta Scientific American Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna a b Haughton Brian 2008 Haunted Spaces Sacred Places New Page Books p 232 ISBN 978 1601630001 a b Ħal Saflieni Hypogeum Heritage Malta Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna REPORTS on the working of GOVERNMENT DEPARTMENTS for The Year 1991 p 81 PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2021 01 23 Miġbur 2021 01 31 Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Stacey McKenna Malta s Hypogeum One of the World s Best Preserved Prehistoric Sites Reopens to the Public Smithsonianmag com Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna World Heritage prehistoric cemetery to close temporarily Heritage Malta Xinhua Global Times Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna a b ċ d e Ħal Saflieni Hypogeum UNESCO Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna a b Magli Giulio 2009 Mysteries and Discoveries of Archaeoastronomy From Giza to Easter Island Copernicus ISBN 978 0387765648 Kelly Lynne 2017 The Memory Code The Secrets of Stonehenge Easter Island and Other Ancient Monuments Pegasus Books ISBN 978 1681773254 Mysterious Ancient Temples Resonate at the Holy Frequency Interestingengineering com Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna The Mysterious Disappearance of the Maltese Skulls Hera Magazine Italy 1999 Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Hypogeum skulls on display at the National Museum of Archaeology Times of Malta Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna The Hal Saflieni Hypogeum maltassist com Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Pace Anthony 2004 The Ħal Saflieni Hypogeum Paola Santa Venera Midsea Books Ltd ISBN 9993239933 International team of scientists to study hypogeum acoustics Times of Malta Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna VIRTUAL REALITY experience Heritage Malta Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Antonio Vivaldi

  • Ġunju 11, 2025

    Antonio Salieri

  • Ġunju 11, 2025

    Antonio Sciortino

  • Ġunju 12, 2025

    Anton Teuma

  • Ġunju 13, 2025

    Anton Tabone

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq