Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Antonio Sciortino twieled fil 25 ta Jannar 1879 miet fl 10 ta Awwissu 1947 huwa skultur Malti li xogħlu jirrefletti ħafn

Antonio Sciortino

  • Paġna Ewlenija
  • Antonio Sciortino
Antonio Sciortino
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Antonio Sciortino (twieled fil-25 ta' Jannar 1879 – miet fl-10 ta' Awwissu 1947) huwa skultur Malti li xogħlu jirrefletti ħafna movimenti artistiċi fosthom ir-realiżmu, l-influwenza ta' Auguste Rodin u l-. Studja u ħadem Ruma, l-aktar fl-akkademja Brittanika. L-iskultur żviluppa stil originali li attira l-ammirazzjoni ta' ħafna u li wassallu bosta ordnijiet ta' xogħol mir-Russja, mill-Brażil u mill-Istati Uniti. Sciortino kien direttur tal- tal-Arti f'Ruma (1911-1936), u mill-1937 sa mewtu kien kuratur fil-Mużew tal-Arti ta' Malta.

Antonio Sciortino
Ħajja
Twelid Ħaż-Żebbuġ, 25 Jannar 1879
Nazzjonalità Malta
Mewt Valletta, 10 Awwissu 1947
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni

Bijografija, xogħlijiet u stil

Sa minn meta kien għadu tifel tal-iskola, Sciortino wera ġibda lejn l-iskultura. Il-ħabib tiegħu jiftakru jnaqqax bil-mus fuq xi biċċa ġebla figuri ta' nies u ta' annimali. It-talent tiegħu ġie mħeġġeġ kmieni minn zitu, , u minn Lazzaro Pisani, li kien pittur ta' fama stabbilita f'Malta. Kien propju bl-inkuraġġiment ta' Pisani li wassal biex Sciortino ddeċieda li jidħol fl-iskola tal-arti fil-Belt Valletta fejn, għal sentejn, ħa t-taħriġ meħtieġ. Il-familja Strickland għenet lil Sciortino jikseb borża ta' studju mingħand il-Gvern għal kors f'Ruma, fejn ta' tnejn u għoxrin sena mar jissokta l-istudji tiegħu.

F'Ruma huwa studja fl-Istituto Reale di Belle Arti u għal sentejn tħarreġ fl-inġinerija u fl-arkitettura monumentali. Wara li kiseb diploma bl-ogħla unuri, fetaħ studju tal-arti f'via Margutta 33, fil-qalb tat-tradizzjoni artistika Rumana. Kien proprju hawn li ironikament Sciortino ddeċieda li jinqata' mit-tradizzjoni imitattiva u jaqbad stil artistiku personali. Il filosfo (1902) huwa xogħol ta' studju fl-iskultura li bih stabbilixxa ruħu bħala artista oriġinali kif ukoll ġibed l-attenzjoni tal-kritiċi tal-arti. Din l-iskultura flimkien ma' studju ieħor magħruf bħala Testa di Vecchio ġew esibiti f'wirja msejħa Promotrice di Roma.

Fl-iskultura Studio di Donna (1904), Sciortino tbiegħed mid-drawwa prevalenti tar-rappreżentazzjoni femminili kif kienet trattata mill-iskulturi Franċiżi u ppropona adattament ispirat mill-istil Grieg. Fl-istess sena Sciortino ħadem Les Gavroches, xogħol ta' skultura li saħħaħ il-fama tiegħu. Dan il-kumpless tal-bronż juri tlett itfal, f'xogħol li ġie mnebbah minn novella famuża ta' , Les Miserables, fejn jiddeskrivi l-ħajja ta' tlett itfal foqra jiġġerrew fit-toroq ta' Pariġi fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża tal-1848. Din l-iskultura nġiebet Malta fl-1907 u għadha sal-lum meqjusa bħala l-ewwel xogħol artistiku kbir ta' Sciortino. Il-forma inizjali tal-istatwa llum il-ġurnata tinsab ġewwa wara li ngħatat bħala rigal f'isem il-poplu Malti mill-gvern lill-Prinċipessa Eliżabetta waqt li din kienet fuq żjara f'Malta fl-1951.

Il-fama ta' Sciortino ħarġet mill-belt kapitali Taljana u nfirxet f'ċentri artistiċi oħra fl-Ewropa. Antonio Sciortino rebaħ diversi kompetizzjonijiet internazzjonali li għamlu ismu magħruf fl-Amerka, fir-Russja, fil-Ġappun u fl-Afrika t'Isfel fejn jinsabu wħud mill-aqwa xogħlijiet tiegħu. Is-sehem tiegħu fil-wirjiet internazzjonali qajjem interess f'Ruma u fir-Royal Academy f'Londra, ir-Renju Unit. Dan is-suċċess wassal għan-nomina tiegħu bħala direttur tal-Akkademja Brittanika tal-Arti f'Ruma (1911), kariga li żamm għal ħamsa u għoxrin sena.

Fl-1905 Sciortino rebaħ il-kompetizzjoni għall-monument lil Sir , li nkixef f'April 1907 fil-preżenza tar-Re u r-Reġina Alexandra fil-Ġnien tal-Mall. Ftit taż-żmien wara ngħatatlu kummissjoni għal skultura li tirrappreżenta il lavoratore (il-ħaddiem) għall-Casa del Popolo f'Ruma.

Fl-1909 Sciortino ħadem l-irredentismo li ġiet esibita ġewwa Venezja. Sal-1910 ħadem żewġ xogħlijiet oħra, Germinando un Idea u Remorse. It-tnejn jirriflettu l-influwenza ta' Auguste Rodin. Waqt żjara f'Pariġi, Sciortino ħadem bust ta' , kompożitur u pjanist Amerikan. Dan ix-xogħol impressjona lil Rodin, li talbu jaħdimlu forma u li jiltaqa' miegħu personalment. Din il-laqgħa tat bidu għall-ħbiberija dewwiema ta' bejniethom.

Fl-1911, Antonio Sciortino pparteċipa f'kompetizzjoni internazzjonali għall-monument b'tifkira tal-imperatur Russu (1818-1881). Id-disinni u l-mudelli tiegħu rebħu l-ewwel premju iżda l-premju ma ngħatax għal raġuni formali. Madanakollu, il-Ksar , affaxxinat bil-proġett, xtara d-disinni minn jeddu.

Fl-1913, Sciortino daħal għal kompetizzjoni għall-bini ta' monument lill-poeta Ukren . Id-disinni gew aċċettati u l-iskultur rebaħ l-ewwel post. Dan il-monument, maħdum mill-granit u l-bronż, hu għoli 7.5 metri u jirrappreżenta lill-poeta f'att ta' meditazzjoni bilqiegħda fuq zokk ta' siġra liebes l-ilbies nazzjonali Ukren. Fuq il-pedestall hemm grupp ta' figuri li jirrappreżentaw il-poplu tal-Ukrajna.

Fl-1914, Sciortino xtaq jidħol mar-Royal Engineers, iżda fuq parir tal-eks Gvernatur ta' Malta, , baqa' għaddej b'ħidmietu ġewwa Ruma biex jagħti bidu għal xogħol fuq mafkar għall-Ewwel Gwerra Dinjija. Għal tliet snin sħaħ Sciortino kien mehdi bil-ħsieb, tħażżiż u l-immudellar ta' dan il-monument vast u imponenti li kellu jkun magħruf bħala t-"Tempju tal-Imperu Brittaniku għall-Eroj mhux Magħruf". Sciortino rrealizza dan ix-xogħol f'mudell tat-tafal fuq skala ta' 1:200. Jingħad li l-idea ta' mafkar f'ġieħ is-"Suldat mhux magħruf", hi ħolqien tal-artist Malti.

Bħala tifkira tal-erbgħa u għoxrin Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f'Malta fl-1913, Sciortino ġie mqabbad ilesti monument. Dan ix-xogħol imsemmi Kristu Re ġie mikxuf fil-Furjana fit 30 ta' Diċembru 1917 f'ċeremonja reliġjuza li għaliha nġabru madwar 40,000 Malti. L-istatwa ta' Kristu Redentur hija figura tal-bronż għolja 3.5 metri li tiddomina fuq pedestall tal-granit u tesprimi maestà u kobor ta' sultan. Malta hija rappreżentata bħala figura femminili għarkupptejha taħt il-pedestall f'att ta' sottomissjoni waqt talba għall-barka. Il-figura tfakkar ukoll ir-rebħiet imgħoddija fuq "l-għedewwa ta' Kristu". Oriġinarjament, Sciortino ppjana il-monument b'figura ta' Kristu biss għaliex l-għan ewlieni kien rappreżentazzjoni tat- transubstanzjazzjoni, il-kunċett tal-preżenza reali ta' Kristu fl-hekk imsejħa "Ewkaristija Mqaddsa". Għalhekk il-figura ta' Malta ma tħarisx lejn il-wiċċ ta' Kristu iżda tbaxxi rasha f'att ta' reverenza u ġġib quddiem għajnejha x-xbieha tal-ġisem u tad-demm ta' Kristu.

Fuq kummisjoni tal-poplu tal-Krimea, Sciortino kellu jlesti mafkar, għall-kittieb Russu biex jitwaqqaf f' tul ix-xmara . Il-forma tal-ġibs tlestiet fl-1923 iżda il-monument tal-bronz ma twettaqx minħabba t-taqbid fir-Russja wara l-mewt ta' Lenin fl-1924. Illum il-forma inizjali tal-ġibs tinsab fil-bitħa tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Belt Valletta.

Bejn l-1924 u l-1927 Sciortino temm Rhythmii Vitae, xogħol meqjus bħala wieħed mill-aqwa tiegħu fil-bronż u li ġie esibit fir-Royal Academy ta' Londra. Ħadem bust ta' Carmen Sylva fuq stedina tal-familja rjali tar-Rumanija u ħoloq monument imponenti b'tifkira tal-proklamazzjoni tal-Brażil bħala repubblika. F'dan iz-zmien ħadem ukoll il-bust tal-Markiża .

Fit-8 ta' Mejju 1927 ġie mikxuf monument kbir ieħor ta' Sciortino f'Malta, il-Monument tal-Assedju l-Kbir, li jinsab quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (qabel ma twaqqgħet fit-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm il-bini tal-Berġa tal-). Dan il-monument ifakkar il-qlubija u l-eroiżmu tal-Maltin fl-Assedju tal-1565. Il-monument huwa kompost minn tliet figuri li jirrappreżentaw il-kuraġġ, il-fidi u iċ-ċiviltà.

Fl-1929 forma inizjali ta' Sciortino għal monument ekwestri tal-Ġeneral ħadet it-tieni post.

Bejn l-1931 u l-1936, bħala preparazzjoni għal wirja mill-Kummisjoni Amerikana għall-Arti, Sciortino lesta numru ta' xogħlijiet ta' forom artistiċi u suġġetti differenti; b'kollox wieħed u għoxrin biċċa skultura tal-ġibs, tal-bronż u tal-irħam. Fost dawn insibu Lindbergh on Eagle, Courage of Future Generation, Arab Horses, In the Jungle, Detachment of the Soul from Humanity, Speed, Madonna protecting Navigators, Dangerous Sport, Consolation, Late, First Kiss, Laughing, Surprised, Smiling u oħrajn. Dawn huma kollha xogħlijiet li jesprimu vitalità u entużjażmu. Minħabba il-mewt ta' , il-President tal-kummissjoni, ir-reċessjoni ekonomika li kienet għaddejja minnha l-Amerka u l-ġrajjiet politiċi internazzjonali, il-wirja ma setgħetx issir.

Fil-1936 l-Akkademja Brittanika tal-Arti ġewwa Ruma kellha tagħlaq minħabba kunflitti politiċi mal-Italja dwar il-gwerra tal-Abbissinja (illum l-Etjopja). Dan wassal biex Sciortino jirriżenja mill-kariga li kellu fi ħdan l-Akkademja u b'hekk irritorna Malta fejn, fit-3 ta' Mejju 1937, inħatar kuratur fil-Mużew tal-Arti. L-aħħar xogħol ta' Sciortino kien il-monument ta' Lord Gerald Strickland imwaqqaf fl-1945 fil-ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, il-Belt Valletta.

Rwol

  • Rwol Malta
  • Barra min Malta: Jingħad li l-idea ta' mafkar f'ġieħ 'Is-Suldat Mhux Magħruf' ġiet l-ewwel darba minn Antonio Sciortino.

Diskussjoni

L-istil ta' Sciortino jgħaqqad elementi tar-realiżmu u tal-futuriżmu. Huwa ta' nteress x'wassal u x'kiteb l-iskultur fuq din is-sintesi. Sciortino ħassu miġbud ħafna lejn l-iżvilupp tekniku u l-inġinerija. Ftit hu magħruf dwar kif l-artist kien jinterpreta l-iżvilupp tat-teknoloġija bħala Arti - dan hu suġġett li l-arti tittratta ħafna aktar tard. Aspett ieħor huwa r-rwol tar-reliġjożità u l-ispirtu li fiħ ħadem l-istatwa ta' Kristu Re.

Barra mir-rwol artistiku ta' Sciortino, bħala Malti kożmopolitan ta' ċittadinanza Brittannika li fil-bidu tas-seklu għoxrin għex għal kważi tletin sena fil-belt kapitali tal-Italja, huwa ta' interess kbir għall-istorja soċjali Maltija x'ħaseb fuq l-identità, il-personalità u l-lingwa Maltija - dan speċjalment minn bniedem f'pożizzjoni ta' perspettiva iktar wiesgħa u konsegwentament b'oġġettività akbar.

Huwa żamm kuntatt ma' pajjiżu, għalkemm ir-raġunijiet eżatti m'humiex magħrufa. Ġietlu offruta ċ-ċittadinanza Taljana iżda għażel li jżomm dik Ingliża. Kif kien jaħsibha Sciortino fuq il-faxxiżmu Taljan -- hu li għex it-twelid ta' dan il-moviment, u kif kien jassoċjah u jaħsibha fuq il-moviment nazzjonali malti. Ta' nteress hija il-lealtà lejn l-Ingilterra; dan meta tqabblu ma' ħafna studenti tal-arti Maltin, li fl-aħħar snin li Sciortino kien Ruma kienu qed imorru jistudjaw hemm fuq boroż ta' studju mogħtija mill-gvern Taljan - ħafna minnhom fil-fatt ħassew ġibda kbira lejn il-faxxiżmu u lejn l'Italja. Hu ta' nteress jekk Sciortino kellux kuntatt ma dawn l-istudenti li kienu jiltaqgħu fl-għaqda tar-Regia Deputazione per la Storia di Malta (cf. Herbert Ganado - Rajt Malta Tinbidel, Ktieb III, Kap XXXI).

Apparentement teżisti intervista ma' Sciortino. Hemm xi dokumenti miktubin minn Sciortino nnifsu, ittri jew FIXME (speeches lectures talks) tħaddit?

Kronologija, Lista tax-xogħlijiet, Mużewijiet

Sena Xogħol Post
1902 Il Filosofo
1903 Testa di Vecchio
1904 Studio di Donna
1904 Les Gavroches , Valletta, Malta
Monument lil Sir Adrian Dingli Il-Mall, Furjana, Malta
Lavoratore Casa del Popolo Ruma
1909 Irredentismo
Germinando un Idea Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, Valletta, Malta
Remorse Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, Valletta, Malta
Leo Tecktonius
1911 disinn u mudell Alessandru II
1913 Kompetizzjoni Statwa ta' Shevchenko
1913 Kristu Re Il-Mall, Furjana, Malta
1914 bidu ta' xogħol fuq monument tal-ewwel gwerra
1923 Monument għal-Pavlovic Cechov Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, Valletta, Malta
1923/24 Rhythmii Vitae (Check Date) Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, Valletta, Malta
1924? Bust Ta' Carmen Sylva Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, Valletta, Malta
1926 Monument ghar-Rebubblika tal Brażil (Check exact name)
1927 Bust tal-Markisa Godi de Godio Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, Valletta, Malta
1927 Monument tal-Assedju l-Kbir Valletta, Malta
1928 Anita (Anita Garibaldi), Forma inizjali Forma inizjali mitlufa. Ritratti tal-forma inizjali jinsabu fl-Archivio Storico della Federazione Nazionale Volontari Garibaldini, Ruma, l-Italja .
1929 Forma inizjali ta' Ġeneral Bolivar
1937 Speed Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, Valletta, Malta
1945 Monument ta' Lord Gerald Strickland Il-Mall, Furjana, Malta



  • XXXX Twaqqif tas-sussidju mill-Gvern ta' Malta
  • XXXX Jingħata kummissjonijiet barra minn Ruma
  • XXXX Sciortino jiltaqa' ma' Auguste Rodin
  • 1929 Sciortino jieħu sehem f'kompetizzjoni internazzjonali f'Pariġi
  • 1931 Talba ta' tħejjija ta' għoxrin skultura tal-arti mill-Kummissjoni Ammerikana tal-Arti
  • 1936 L-Akkademja Brittanika tal-Arti ġewwa Ruma tagħlaq
  • 1947 Jirregala x-xogħlijiet tiegħu lill-poplu Malti

Referenzi u noti

  1. ^ Dan l-artiklu jibbaża f'parti kbira fuq Claude Busuttil 1997 - partijiet qosra huma meħudin verbatim, pero ħafna fatti ġew mqabbla u mqassra, u żidt ukoll ħafna informazzjoni oħra.
  2. ^ Ġużè Cardona ltaqà ma Pawlu Grech meta dan kellu ħamsa u tmenin sena. Cf. Cardona, J. The Maltese Sculptor with a world reputation, f'The Sunday Times of Malta, Awissu 17, 1958, p.14.
  3. ^ Fost xogħlijiet oħra, għamel il-pittura tas-saqaf fil-knisja ta' San Pawl Nawfraġju tal-Belt.
  4. ^ I'd be particularly interested in finding out what was the idea behind Sciortino's irredentismo. There is a paper on that, which I cannot get: E. Cozzani, 'I piu Giovani', in 'vita d'arte', II, vol.III, fs. 17, 1909 p. 257.
  5. ^ a b (Cox-McCormack, Vol. 2, Memoirs – 1922-1924), (Parkes, 1921, pp 191-192)
  6. ^ Herbert Ganado jiddeskrivi il-Conspiracy Trials, proċessi li nfetħu fl-1946, li fihom sbatax-il Malti ġew akkużati bi tradiment kontra Malta waqt il-gwerra. Ħdax minnhom kienu akkużati fuq piena ta' mewt, fosthom studenti li kienu jinsabu l-Italja fil-bidu tal-gwerra: U hawn biex nifhmu l-ambjent li sabu ruħhom fih dawn is-sbatax-il Malti jinħtiġilna ngaħtu ħarsa lura. L-Italja ta' Mussolini kienet deċiża li tagħmel Malta tagħha għax kienet tqis lil Malta art Taljana. Kienet tinkoraġġixxi bil-'borse di studio' ħafna żgħażagħ Maltin imorru jistudjaw fl-Italja biex tikber is-simpatija tagħhom lejha. U kienu bosta li marru. L-għaqda tar-'Regia Deputazione per la storia di Malta' kellha ħafna Maltin imseħbin fiha. Meta kienet ser tibda l-gwerra, twaqqaf il-'Comitato d'azzione Maltese' li tista' tgħid, ħareġ mir-'Regia Deputazione per la storia di Malta'. Iż-żewġ promotturi prinċipali tiegħu kienu l-professur Carlo Mallia, li kien il-president u snin qabel professur fl-università ta' Malta qabel ma mar jgħix l-Italja, u l-Professur Umberto Biscottini, li kien midħla tal-Maltin li kienu jistudjaw f'Ruma u li kienu membri tar-Reġia Deputazione. Il-professur Biscottini kien jirrapreżenta il-ministru ta' l-esteri Taljan fuq dan il-kumitat. Kien hemm ukoll fih Dottor Annibale Scicluna Sorge, 'Capo di Divisione' tal-ministeru Taljan tal-propoganda, li kien Sudditu Taljan, għad li kellu missieru Malti. Dan il-kumitat kellu mseħbin fih bosta Maltin u Taljani u kellu friegħi f'Milan, f'Firenze, fi Sqallija u f'Genova. Dan il-'Comitato d'Azzione' kellu l-iskop dikjarat illi jistudja u jisuġġerixxi soluzzjonijiet għall-problemi ta' Malta waqt il-gwerra, li ġiet minnu msejħa gwerra ta' liberazjoni .... fost l-attivitajiet tiegħu, dan il-kumitat beda jippubblika il-'Malta', li ma kinetx baqgħat toħroġ f'pajjiżna, wara li internaw 'l-editur tagħha Dottor Enrico Mizzi (Herbert Ganado - Rajt Malta Tinbidel, Ktieb III, Kap XXXI). Din il-kwotazzjoni hi twila wisq. Il-quddiem tista tiġi imressqa f'artiklu fuq l'istorja socjali Maltija jew fuq in-Nazzjonalismu Malti għall fejn tista tiġi referuta minn dan l-artiklu b' link interwiki.
  7. ^ cf. Fogu 1996, pp 317-328 u Noti 21,22.


Biblijografija

  • Busuttil, Claude. (1997). Antonio Sciortino, 1879 - 1947, Europrint, 1997.
  • Buhagiar, Helene, Antonio Sciortino, Catalogue of an exhibition of Sciortino's works presented to the people of Malta, Valletta 1947.
  • Cardona, J. The Maltese Sculptor with a world reputation, f'The Sunday Times of Malta, Awissu 17, 1958.
  • Cox-McCormack, Nancy, Papers 1911-1965, Vol. 2, Memoirs – 1922-1924, location: I-C-5, Microfilm Accession Number: 1235, State of Tennessee Department of State Tennessee State Library and Archives, Nashville, Tennessee 37243-0312. Indiċi tal-kontenut.
  • Cremona, G., Artisti Maltesi a Roma, f' Malta, 25 ta' Settembru, 1936.
  • Fogu, Claudio, "Fascism and Historic Representation: The 1932 Garibaldian Celebrations", Journal of Contemporary History, Vol. 31, No. 2, Special Issue: The Aesthetics of Fascism (Apr., 1996), pp. 317-345, Sage Publications, Ltd., London. [1]
  • Parkes, Kineton, "Sculpture of today", Vol. II. - Continent of Europe, 1921, Chapman and Hall, London. PP 191-192. Indiċi elettroniku n241-n243. Il-ktieb sħiħ bħala fajl PDF.
  • Emporium, rivista mensile illustrata d'arte, letteratura, scienze é varieta, Gennaio 1914, direzzione-amministrazione Istituto Italiano d'arti grafiche, Bergamo. [2]

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Antonio Sciortino (Antonio Sciortino)
  • Tlett Ritratti (kwalità dgħajfa ħafna) ta' xogħol ta' Sciortino.
  • Akkademja Brittanika tal-Arti (British School at Rome) http://www.bsr.ac.uk/

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 11 Ġun, 2025 / 17:44

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Antonio Sciortino, X'inhi Antonio Sciortino? Xi tfisser Antonio Sciortino?

Antonio Sciortino twieled fil 25 ta Jannar 1879 miet fl 10 ta Awwissu 1947 huwa skultur Malti li xogħlu jirrefletti ħafna movimenti artistiċi fosthom ir realizmu l influwenza ta Auguste Rodin u l Studja u ħadem Ruma l aktar fl akkademja Brittanika L iskultur zviluppa stil originali li attira l ammirazzjoni ta ħafna u li wassallu bosta ordnijiet ta xogħol mir Russja mill Brazil u mill Istati Uniti Sciortino kien direttur tal tal Arti f Ruma 1911 1936 u mill 1937 sa mewtu kien kuratur fil Muzew tal Arti ta Malta Antonio SciortinoĦajjaTwelid Ħaz Zebbuġ 25 Jannar 1879Nazzjonalita MaltaMewt Valletta 10 Awwissu 1947EdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoniBijografija xogħlijiet u stilLes Gavroches Sa minn meta kien għadu tifel tal iskola Sciortino wera ġibda lejn l iskultura Il ħabib tiegħu jiftakru jnaqqax bil mus fuq xi biċċa ġebla figuri ta nies u ta annimali It talent tiegħu ġie mħeġġeġ kmieni minn zitu u minn Lazzaro Pisani li kien pittur ta fama stabbilita f Malta Kien propju bl inkuraġġiment ta Pisani li wassal biex Sciortino ddeċieda li jidħol fl iskola tal arti fil Belt Valletta fejn għal sentejn ħa t taħriġ meħtieġ Il familja Strickland għenet lil Sciortino jikseb borza ta studju mingħand il Gvern għal kors f Ruma fejn ta tnejn u għoxrin sena mar jissokta l istudji tiegħu F Ruma huwa studja fl Istituto Reale di Belle Arti u għal sentejn tħarreġ fl inġinerija u fl arkitettura monumentali Wara li kiseb diploma bl ogħla unuri fetaħ studju tal arti f via Margutta 33 fil qalb tat tradizzjoni artistika Rumana Kien proprju hawn li ironikament Sciortino ddeċieda li jinqata mit tradizzjoni imitattiva u jaqbad stil artistiku personali Il filosfo 1902 huwa xogħol ta studju fl iskultura li bih stabbilixxa ruħu bħala artista oriġinali kif ukoll ġibed l attenzjoni tal kritiċi tal arti Din l iskultura flimkien ma studju ieħor magħruf bħala Testa di Vecchio ġew esibiti f wirja msejħa Promotrice di Roma Fl iskultura Studio di Donna 1904 Sciortino tbiegħed mid drawwa prevalenti tar rapprezentazzjoni femminili kif kienet trattata mill iskulturi Franċizi u ppropona adattament ispirat mill istil Grieg Fl istess sena Sciortino ħadem Les Gavroches xogħol ta skultura li saħħaħ il fama tiegħu Dan il kumpless tal bronz juri tlett itfal f xogħol li ġie mnebbah minn novella famuza ta Les Miserables fejn jiddeskrivi l ħajja ta tlett itfal foqra jiġġerrew fit toroq ta Pariġi fi zmien ir Rivoluzzjoni Franċiza tal 1848 Din l iskultura nġiebet Malta fl 1907 u għadha sal lum meqjusa bħala l ewwel xogħol artistiku kbir ta Sciortino Il forma inizjali tal istatwa llum il ġurnata tinsab ġewwa wara li ngħatat bħala rigal f isem il poplu Malti mill gvern lill Prinċipessa Elizabetta waqt li din kienet fuq zjara f Malta fl 1951 Il fama ta Sciortino ħarġet mill belt kapitali Taljana u nfirxet f ċentri artistiċi oħra fl Ewropa Antonio Sciortino rebaħ diversi kompetizzjonijiet internazzjonali li għamlu ismu magħruf fl Amerka fir Russja fil Ġappun u fl Afrika t Isfel fejn jinsabu wħud mill aqwa xogħlijiet tiegħu Is sehem tiegħu fil wirjiet internazzjonali qajjem interess f Ruma u fir Royal Academy f Londra ir Renju Unit Dan is suċċess wassal għan nomina tiegħu bħala direttur tal Akkademja Brittanika tal Arti f Ruma 1911 kariga li zamm għal ħamsa u għoxrin sena Fl 1905 Sciortino rebaħ il kompetizzjoni għall monument lil Sir li nkixef f April 1907 fil prezenza tar Re u r Reġina Alexandra fil Ġnien tal Mall Ftit taz zmien wara ngħatatlu kummissjoni għal skultura li tirrapprezenta il lavoratore il ħaddiem għall Casa del Popolo f Ruma Fl 1909 Sciortino ħadem l irredentismo li ġiet esibita ġewwa Venezja Sal 1910 ħadem zewġ xogħlijiet oħra Germinando un Idea u Remorse It tnejn jirriflettu l influwenza ta Auguste Rodin Waqt zjara f Pariġi Sciortino ħadem bust ta kompozitur u pjanist Amerikan Dan ix xogħol impressjona lil Rodin li talbu jaħdimlu forma u li jiltaqa miegħu personalment Din il laqgħa tat bidu għall ħbiberija dewwiema ta bejniethom 1911 Bust tal pjanista Amerikan Leo Tecktonius Xogħol maħdum f għoxrin minuta waqt zjara Parigi u li laqqgħu ma Auguste Rodin Fl 1911 Antonio Sciortino pparteċipa f kompetizzjoni internazzjonali għall monument b tifkira tal imperatur Russu 1818 1881 Id disinni u l mudelli tiegħu rebħu l ewwel premju izda l premju ma ngħatax għal raġuni formali Madanakollu il Ksar affaxxinat bil proġett xtara d disinni minn jeddu Fl 1913 Sciortino daħal għal kompetizzjoni għall bini ta monument lill poeta Ukren Id disinni gew aċċettati u l iskultur rebaħ l ewwel post Dan il monument maħdum mill granit u l bronz hu għoli 7 5 metri u jirrapprezenta lill poeta f att ta meditazzjoni bilqiegħda fuq zokk ta siġra liebes l ilbies nazzjonali Ukren Fuq il pedestall hemm grupp ta figuri li jirrapprezentaw il poplu tal Ukrajna Fl 1914 Sciortino xtaq jidħol mar Royal Engineers izda fuq parir tal eks Gvernatur ta Malta baqa għaddej b ħidmietu ġewwa Ruma biex jagħti bidu għal xogħol fuq mafkar għall Ewwel Gwerra Dinjija Għal tliet snin sħaħ Sciortino kien mehdi bil ħsieb tħazziz u l immudellar ta dan il monument vast u imponenti li kellu jkun magħruf bħala t Tempju tal Imperu Brittaniku għall Eroj mhux Magħruf Sciortino rrealizza dan ix xogħol f mudell tat tafal fuq skala ta 1 200 Jingħad li l idea ta mafkar f ġieħ is Suldat mhux magħruf hi ħolqien tal artist Malti Bħala tifkira tal erbgħa u għoxrin Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f Malta fl 1913 Sciortino ġie mqabbad ilesti monument Dan ix xogħol imsemmi Kristu Re ġie mikxuf fil Furjana fit 30 ta Diċembru 1917 f ċeremonja reliġjuza li għaliha nġabru madwar 40 000 Malti L istatwa ta Kristu Redentur hija figura tal bronz għolja 3 5 metri li tiddomina fuq pedestall tal granit u tesprimi maesta u kobor ta sultan Malta hija rapprezentata bħala figura femminili għarkupptejha taħt il pedestall f att ta sottomissjoni waqt talba għall barka Il figura tfakkar ukoll ir rebħiet imgħoddija fuq l għedewwa ta Kristu Oriġinarjament Sciortino ppjana il monument b figura ta Kristu biss għaliex l għan ewlieni kien rapprezentazzjoni tat transubstanzjazzjoni il kunċett tal prezenza reali ta Kristu fl hekk imsejħa Ewkaristija Mqaddsa Għalhekk il figura ta Malta ma tħarisx lejn il wiċċ ta Kristu izda tbaxxi rasha f att ta reverenza u ġġib quddiem għajnejha x xbieha tal ġisem u tad demm ta Kristu Monument tal Assedju l Kbir Fuq kummisjoni tal poplu tal Krimea Sciortino kellu jlesti mafkar għall kittieb Russu biex jitwaqqaf f tul ix xmara Il forma tal ġibs tlestiet fl 1923 izda il monument tal bronz ma twettaqx minħabba t taqbid fir Russja wara l mewt ta Lenin fl 1924 Illum il forma inizjali tal ġibs tinsab fil bitħa tal Muzew Nazzjonali tal Arti fil Belt Valletta Bejn l 1924 u l 1927 Sciortino temm Rhythmii Vitae xogħol meqjus bħala wieħed mill aqwa tiegħu fil bronz u li ġie esibit fir Royal Academy ta Londra Ħadem bust ta Carmen Sylva fuq stedina tal familja rjali tar Rumanija u ħoloq monument imponenti b tifkira tal proklamazzjoni tal Brazil bħala repubblika F dan iz zmien ħadem ukoll il bust tal Markiza Fit 8 ta Mejju 1927 ġie mikxuf monument kbir ieħor ta Sciortino f Malta il Monument tal Assedju l Kbir li jinsab quddiem il Qorti tal Ġustizzja qabel ma twaqqgħet fit Tieni Gwerra Dinjija kien hemm il bini tal Berġa tal Dan il monument ifakkar il qlubija u l eroizmu tal Maltin fl Assedju tal 1565 Il monument huwa kompost minn tliet figuri li jirrapprezentaw il kuraġġ il fidi u iċ ċivilta Fl 1929 forma inizjali ta Sciortino għal monument ekwestri tal Ġeneral ħadet it tieni post Bejn l 1931 u l 1936 bħala preparazzjoni għal wirja mill Kummisjoni Amerikana għall Arti Sciortino lesta numru ta xogħlijiet ta forom artistiċi u suġġetti differenti b kollox wieħed u għoxrin biċċa skultura tal ġibs tal bronz u tal irħam Fost dawn insibu Lindbergh on Eagle Courage of Future Generation Arab Horses In the Jungle Detachment of the Soul from Humanity Speed Madonna protecting Navigators Dangerous Sport Consolation Late First Kiss Laughing Surprised Smiling u oħrajn Dawn huma kollha xogħlijiet li jesprimu vitalita u entuzjazmu Minħabba il mewt ta il President tal kummissjoni ir reċessjoni ekonomika li kienet għaddejja minnha l Amerka u l ġrajjiet politiċi internazzjonali il wirja ma setgħetx issir Fil 1936 l Akkademja Brittanika tal Arti ġewwa Ruma kellha tagħlaq minħabba kunflitti politiċi mal Italja dwar il gwerra tal Abbissinja illum l Etjopja Dan wassal biex Sciortino jirrizenja mill kariga li kellu fi ħdan l Akkademja u b hekk irritorna Malta fejn fit 3 ta Mejju 1937 inħatar kuratur fil Muzew tal Arti L aħħar xogħol ta Sciortino kien il monument ta Lord Gerald Strickland imwaqqaf fl 1945 fil ġnien tal Barrakka ta Fuq il Belt Valletta RwolRwol Malta Barra min Malta Jingħad li l idea ta mafkar f ġieħ Is Suldat Mhux Magħruf ġiet l ewwel darba minn Antonio Sciortino DiskussjoniL istil ta Sciortino jgħaqqad elementi tar realizmu u tal futurizmu Huwa ta nteress x wassal u x kiteb l iskultur fuq din is sintesi Sciortino ħassu miġbud ħafna lejn l izvilupp tekniku u l inġinerija Ftit hu magħruf dwar kif l artist kien jinterpreta l izvilupp tat teknoloġija bħala Arti dan hu suġġett li l arti tittratta ħafna aktar tard Aspett ieħor huwa r rwol tar reliġjozita u l ispirtu li fiħ ħadem l istatwa ta Kristu Re Barra mir rwol artistiku ta Sciortino bħala Malti kozmopolitan ta ċittadinanza Brittannika li fil bidu tas seklu għoxrin għex għal kwazi tletin sena fil belt kapitali tal Italja huwa ta interess kbir għall istorja soċjali Maltija x ħaseb fuq l identita il personalita u l lingwa Maltija dan speċjalment minn bniedem f pozizzjoni ta perspettiva iktar wiesgħa u konsegwentament b oġġettivita akbar Huwa zamm kuntatt ma pajjizu għalkemm ir raġunijiet ezatti m humiex magħrufa Ġietlu offruta ċ ċittadinanza Taljana izda għazel li jzomm dik Ingliza Kif kien jaħsibha Sciortino fuq il faxxizmu Taljan hu li għex it twelid ta dan il moviment u kif kien jassoċjah u jaħsibha fuq il moviment nazzjonali malti Ta nteress hija il lealta lejn l Ingilterra dan meta tqabblu ma ħafna studenti tal arti Maltin li fl aħħar snin li Sciortino kien Ruma kienu qed imorru jistudjaw hemm fuq boroz ta studju mogħtija mill gvern Taljan ħafna minnhom fil fatt ħassew ġibda kbira lejn il faxxizmu u lejn l Italja Hu ta nteress jekk Sciortino kellux kuntatt ma dawn l istudenti li kienu jiltaqgħu fl għaqda tar Regia Deputazione per la Storia di Malta cf Herbert Ganado Rajt Malta Tinbidel Ktieb III Kap XXXI Apparentement tezisti intervista ma Sciortino Hemm xi dokumenti miktubin minn Sciortino nnifsu ittri jew FIXME speeches lectures talks tħaddit Kronologija Lista tax xogħlijiet MuzewijietSena Xogħol Post 1902 Il Filosofo 1903 Testa di Vecchio 1904 Studio di Donna 1904 Les Gavroches Valletta Malta Monument lil Sir Adrian Dingli Il Mall Furjana Malta Lavoratore Casa del Popolo Ruma 1909 Irredentismo Germinando un Idea Il Muzew Nazzjonali tal Arti Valletta Malta Remorse Il Muzew Nazzjonali tal Arti Valletta Malta Leo Tecktonius 1911 disinn u mudell Alessandru II 1913 Kompetizzjoni Statwa ta Shevchenko 1913 Kristu Re Il Mall Furjana Malta 1914 bidu ta xogħol fuq monument tal ewwel gwerra 1923 Monument għal Pavlovic Cechov Il Muzew Nazzjonali tal Arti Valletta Malta 1923 24 Rhythmii Vitae Check Date Il Muzew Nazzjonali tal Arti Valletta Malta 1924 Bust Ta Carmen Sylva Il Muzew Nazzjonali tal Arti Valletta Malta 1926 Monument ghar Rebubblika tal Brazil Check exact name 1927 Bust tal Markisa Godi de Godio Il Muzew Nazzjonali tal Arti Valletta Malta 1927 Monument tal Assedju l Kbir Valletta Malta 1928 Anita Anita Garibaldi Forma inizjali Forma inizjali mitlufa Ritratti tal forma inizjali jinsabu fl Archivio Storico della Federazione Nazionale Volontari Garibaldini Ruma l Italja 1929 Forma inizjali ta Ġeneral Bolivar 1937 Speed Il Muzew Nazzjonali tal Arti Valletta Malta 1945 Monument ta Lord Gerald Strickland Il Mall Furjana Malta XXXX Twaqqif tas sussidju mill Gvern ta Malta XXXX Jingħata kummissjonijiet barra minn Ruma XXXX Sciortino jiltaqa ma Auguste Rodin 1929 Sciortino jieħu sehem f kompetizzjoni internazzjonali f Pariġi 1931 Talba ta tħejjija ta għoxrin skultura tal arti mill Kummissjoni Ammerikana tal Arti 1936 L Akkademja Brittanika tal Arti ġewwa Ruma tagħlaq 1947 Jirregala x xogħlijiet tiegħu lill poplu MaltiReferenzi u noti Dan l artiklu jibbaza f parti kbira fuq Claude Busuttil 1997 partijiet qosra huma meħudin verbatim pero ħafna fatti ġew mqabbla u mqassra u zidt ukoll ħafna informazzjoni oħra Ġuze Cardona ltaqa ma Pawlu Grech meta dan kellu ħamsa u tmenin sena Cf Cardona J The Maltese Sculptor with a world reputation f The Sunday Times of Malta Awissu 17 1958 p 14 Fost xogħlijiet oħra għamel il pittura tas saqaf fil knisja ta San Pawl Nawfraġju tal Belt I d be particularly interested in finding out what was the idea behind Sciortino s irredentismo There is a paper on that which I cannot get E Cozzani I piu Giovani in vita d arte II vol III fs 17 1909 p 257 a b Cox McCormack Vol 2 Memoirs 1922 1924 Parkes 1921 pp 191 192 Herbert Ganado jiddeskrivi il Conspiracy Trials proċessi li nfetħu fl 1946 li fihom sbatax il Malti ġew akkuzati bi tradiment kontra Malta waqt il gwerra Ħdax minnhom kienu akkuzati fuq piena ta mewt fosthom studenti li kienu jinsabu l Italja fil bidu tal gwerra U hawn biex nifhmu l ambjent li sabu ruħhom fih dawn is sbatax il Malti jinħtiġilna ngaħtu ħarsa lura L Italja ta Mussolini kienet deċiza li tagħmel Malta tagħha għax kienet tqis lil Malta art Taljana Kienet tinkoraġġixxi bil borse di studio ħafna zgħazagħ Maltin imorru jistudjaw fl Italja biex tikber is simpatija tagħhom lejha U kienu bosta li marru L għaqda tar Regia Deputazione per la storia di Malta kellha ħafna Maltin imseħbin fiha Meta kienet ser tibda l gwerra twaqqaf il Comitato d azzione Maltese li tista tgħid ħareġ mir Regia Deputazione per la storia di Malta Iz zewġ promotturi prinċipali tiegħu kienu l professur Carlo Mallia li kien il president u snin qabel professur fl universita ta Malta qabel ma mar jgħix l Italja u l Professur Umberto Biscottini li kien midħla tal Maltin li kienu jistudjaw f Ruma u li kienu membri tar Reġia Deputazione Il professur Biscottini kien jirraprezenta il ministru ta l esteri Taljan fuq dan il kumitat Kien hemm ukoll fih Dottor Annibale Scicluna Sorge Capo di Divisione tal ministeru Taljan tal propoganda li kien Sudditu Taljan għad li kellu missieru Malti Dan il kumitat kellu mseħbin fih bosta Maltin u Taljani u kellu friegħi f Milan f Firenze fi Sqallija u f Genova Dan il Comitato d Azzione kellu l iskop dikjarat illi jistudja u jisuġġerixxi soluzzjonijiet għall problemi ta Malta waqt il gwerra li ġiet minnu msejħa gwerra ta liberazjoni fost l attivitajiet tiegħu dan il kumitat beda jippubblika il Malta li ma kinetx baqgħat toħroġ f pajjizna wara li internaw l editur tagħha Dottor Enrico Mizzi Herbert Ganado Rajt Malta Tinbidel Ktieb III Kap XXXI Din il kwotazzjoni hi twila wisq Il quddiem tista tiġi imressqa f artiklu fuq l istorja socjali Maltija jew fuq in Nazzjonalismu Malti għall fejn tista tiġi referuta minn dan l artiklu b link interwiki cf Fogu 1996 pp 317 328 u Noti 21 22 BiblijografijaBusuttil Claude 1997 Antonio Sciortino 1879 1947 Europrint 1997 Buhagiar Helene Antonio Sciortino Catalogue of an exhibition of Sciortino s works presented to the people of Malta Valletta 1947 Cardona J The Maltese Sculptor with a world reputation f The Sunday Times of Malta Awissu 17 1958 Cox McCormack Nancy Papers 1911 1965 Vol 2 Memoirs 1922 1924 location I C 5 Microfilm Accession Number 1235 State of Tennessee Department of State Tennessee State Library and Archives Nashville Tennessee 37243 0312 Indiċi tal kontenut Cremona G Artisti Maltesi a Roma f Malta 25 ta Settembru 1936 Fogu Claudio Fascism and Historic Representation The 1932 Garibaldian Celebrations Journal of Contemporary History Vol 31 No 2 Special Issue The Aesthetics of Fascism Apr 1996 pp 317 345 Sage Publications Ltd London 1 Parkes Kineton Sculpture of today Vol II Continent of Europe 1921 Chapman and Hall London PP 191 192 Indiċi elettroniku n241 n243 Il ktieb sħiħ bħala fajl PDF Emporium rivista mensile illustrata d arte letteratura scienze e varieta Gennaio 1914 direzzione amministrazione Istituto Italiano d arti grafiche Bergamo 2 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Antonio Sciortino Antonio Sciortino Tlett Ritratti kwalita dgħajfa ħafna ta xogħol ta Sciortino Akkademja Brittanika tal Arti British School at Rome http www bsr ac uk

L-aħħar artikli
  • Ġunju 11, 2025

    Għaqda tal-Malti (Università)

  • Ġunju 13, 2025

    Għalliem

  • Ġunju 11, 2025

    Għajnsielem FC

  • Ġunju 11, 2025

    Għajnsielem

  • Ġunju 09, 2025

    Għajn Tuffieħa

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq