Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Herbert Ganado Furjana avukat president tal Azzjoni Kattolika editur politiku u kittieb Herbert GanadoĦajjaTwelid Furjan

Herbert Ganado

  • Paġna Ewlenija
  • Herbert Ganado
Herbert Ganado
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Herbert Ganado (Furjana, - ) avukat, president tal-Azzjoni Kattolika, editur, politiku u kittieb.

Herbert Ganado
Ħajja
Twelid Furjana, 7 April 1906
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt Malta, 8 April 1979
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
kittieb
ġurnalist

Hu twieled fis- tal-Furjana fis-7 ta' April, tal-1906. Isem Ganado jintrabat ma' ħafna ħidma sfuża favur Malta u l-Maltin. Hemm diversi sferi pubbliċi fejn Ganado nħass fis-seklu għoxrin; aktarx li l-iktar tnejn huma l- u l-politika. It-tnejn li huma kienu jistrieħu fuq dak li hu essenzjali biex jiftiehem il-karattru ta' Herbert u biex fuq kollox tkun apprezzata l-ħidma tiegħu: il-konvinzjonijiet reliġjużi tiegħu li hu ma kien jibdilhom ma' xejn. Jekk tneżża' lil Ganado mit-twemmin tkun tlift kollox u l-kwadru jittappan. Ħajtu hija katina sħiħa ta' episodji fejn hu niżel jikkumbatti bl-enerġija tiegħu lil min deher li ried jeqred ir-reliġjon li ġab fis-sena sittin wara Kristu. Dawn il-konvinzjonijiet ġabuh biex jaħdem id f'id mal-Arċisqof Mikiel Gonzi. Ganado kien sar l-alleat tiegħu f'kull sens. Kellu qima lejh u ħadem għalih kemm fl-istampa kif ukoll fil-politika. Il-ġurnaliżmu u l-politika tawh l-ispazju perfett fejn jikkumbatti għall-prinċipji tiegħu.

Ganado studja l-Liċeo u l-Università ta' Malta. Illawrja bħala avukat fl-1931. Bħala student kien President tal-Kunsill Studenti Universitarji. Bejn l- u l- kien President ta' l-. Din l-għaqda offrietlu spazju fejn jimmilita għall-Kristjaneżmu. Sforz il-biża' li kellu li r-reliġjon għad tispiċċa minn Malta mbarka ruħu fl-istampa billi beda jeditja u wara l-eżilju krudil fl-Uganda daħal fil-politika. Fil-Leħen is-Sewwa, fi żmien il-, Ganado kiteb artikli favur id-dittatur . L-iktar artiklu kontroversjali tiegħu fuq il-waqgħa ta' Madrid bit-titlu Dħalna Madrid, kif ukoll is-simpatija tiegħu lejn l-Italja , wasslu sabiex fl-1940 jiġi internat u fl-1942, eżiljat lejn l-Uganda. L-artiklu għen immens biex il-miżien jimxi favur l-internament. Hu nnifsu kien stqarr li kien privileġġ għalih li jbati għal-Leħen. Il-fażi tiegħu bħala editur kien żmien eċitanti. Ganado l-editur ma dabbar l-ebda libel u fuq kollox kellu viżjoni miftuħa. Kien jinteressah x'inhu jiġri lilhinn mis-swar.

L-istorja ta' l-Internament hija waħda mill-ikreh faċċati tas-seklu għoxrin fejn grupp ta' Maltin inkluż Dr. Ganado ġew ittrattati mill-Ingliżi daqs li kieku kienu kriminali. Dawn ġew internati mill-Ingliżi mingħajr ġuri jew sentenza tal-qrati, azzjoni li ħafna jarawha bħala ironika meta wieħed jikkunsidra li l-Ingilterra kienet meqjusa bħala l-omm tal-parlamenti. Dawn is-suppost kriminali Maltin ma kienu xejn għajr nies entużjasti, wħud minnhom anki ffissati fil-kultura Taljana.

Ganado kiteb li fl-Uganda kienu sabu ruħhom “f'wieħed minn dawk il-kampijiet tal-priġunieri li naraw fil-films.” Ganado ħa miegħu l-Uganda numru ta' kotba fosthom l-Oxford Book of English Verse u d-Divina Commedia ta' Dante Alighieri. Ganado irnexxielu jirbaħ it-trawma tal-kamp u kif jgħid hu stess hu flimkien ma' oħrajn kienu ddeċidew li “ma nintelqux u nsibu rkaptu tal-post.”

Fl- ġie lura mill-Uganda u ntefa' b'ruħu u ġismu fil-Partit Nazzjonalista. Id-deċiżjoni li jipparteċipa fil-politika b'mod attiv u fl-ewwel persuna trid tkun studjata fid-dawl tal-fatt li l-Knisja fis-snin ħamsin kienet qed tibża' mill-effetti li seta' jkollha l-Integration fuq ir-reliġjon u ftit wara minħabba l-paniku li laqat il-gżira li Dom Mintoff kien ser idaħħal il-.

Tant hu hekk li Ganado jagħmilha ċara li fl-1958 telaq lill-partit ta' Nerik Mizzi u li dil-ħabta kien immexxi minn fuq żewġ punti ewlenin: il-P.N. ma kienx qed jiġġieled biżżejjed lil Mintoff u għax il-P.N. kien imexxi minn dittatur. Nies midħla tal-P.N. jsostnu wkoll li Ganado kellu ambizzjonijiet li jsir il-mexxej hu tal-P.N. flok Borg Olivier. Ganado kien ukoll kontra l- u l-indipendenza. Ganado kien avangardist fi ħsiebu. Kien jitkellem dwar l-Ewropa u lil Malta riedha hemm.

F'April ta' l-, Ganado kellu laqgħa ma' Patri Feliċjan Bilocca, patri li kien awtortita' fis-Soċjoloġija, li fiha Bilocca kien insista kemm felaħ li Malta teħtieġ it-tielet partit li jkun kapaċi jostakola lill-Mintuffjani. U Bilocca kien wegħdu li lest li jgħinu f'każ li jkun bi ħsiebu jagħmel il-pass. Fit-twaqqif tal-partit tiegħu, Ganado kellu taħdidiet ukoll ma' li hu magħruf mal-poplu Malti l-iżjed għat-twaqqif tad-. Konnessjoni bejn it-tnejn tista' tkun spjegata anki mill-fatt li t-tnejn li huma kienu attivi fl-Azzjoni Kattolika. Hekk twieled il-, li ma kien xejn għajr satellita tal-Kurja. Il-partit twaqqaf fl- - is-sena li fiha l-Gvern Ingliż reġa' ta l-jedd lill-Maltin li jieħdu sehem f' elezzjonijiet politiċi wara sospensjonijiet ta' erba' snin. Li hu interessanti li dawn id-dettalji huma nieqsa għal kollox mill-kitbiet ta' Ganado imma huma rreġistrati fid-djarji ta' Bilocca.

Ganado kkontesta żewġ elezzjonijiet; dik ta' l- u ta' l-. L-ewwel waħda saret meta l-ġlieda politiko reliġjuża tas-snin sittin kienet għadha fl-aqwa tagħha. U f'dik l-ewforija l-partiti ż-żgħar kollha marru mhux ħażin u l-mexxeja tagħhom kollha telgħu inkluż l-Avukat Ganado. Il-ħarsien tar-reliġjon kienet fuq l-aġenda tagħhom lkoll. Element li seta' għen lil Ganado kien il-fatt li hu kellu appoġġ mhux ħażin ta' diversi qassisin, patrijiet u sorijiet. Diversi qassisin kienu wkoll imsieħba fil-partit.

Ganado fl-1962 kiseb erba' siġġijiet. Hu nnifsu tela' minn żewġ distretti. Imma ma għaddiex mill-eżami elettorali ta' l-1966. Li hu ironiku hu li f'dik il-kampanja elettorali kien sostna li l-P.N. ma kienx ser ikun f'kundizzjoni li jmexxi gvern waħdu. Il-profezija altru li ma seħħitx għax Ganado nnifsu baqa' l-art u dan kien ifisser li l-partit tiegħu sfuma.

Kulma kiseb il-Partit Demokratiku Nazzjonalista fl-1966 kien 1.2% ta' l-elettorat waqt li erba' snin qabel kien ħa warajh 9.3% ta' l-elettorat. Il-P.N. fl-1966 kien kiseb sitt siġġijiet iktar mill-Partit Laburista u dan jerġa' jikkonferma kemm Ganado kien żbaljat fil-previżjonijiet tiegħu.

Darba li Ganado kisirha mal-P.N. kien sar ħabib kbir ta' Mabel Strickland li wkoll kienet tara lil Dom Mintoff bħala l-għerq tal-problemi ta' Malta. Milli jidher tant kienet tirrispettah lil Ganado, li Victor Griffiths, Professur tal-Mediċina, jsostni li f'okkażjoni minnhom jiftakar lil Mabel “introduċiet lil Herbert Ganado ma' politiċi għolja sew Ingliżi u Ammiralli ... dan il-bniedem ħa jkun il-Prim Ministru ta' Malta li jmiss.” Il-profezija tagħha imma baqgħet ma seħħitx.

L-ikbar rigal ta' Ganado lil Maltin ħutu hu l-awtobiografija tiegħu Rajt Malta Tinbidel - magħmula minn erba' volumi - li fiha tkellem dwar il-familja tiegħu, dwar artu u dwaru nnifsu. Tkellem b'mod dettaljat dwar sehmu fil-politika. Fid-daħla tat-tielet volum kiteb li “nistħajjel li jiena kont l-ewwel wieħed li kelli l-kuraġġ jew il-wiċċ tost, kif tgħidli marti, li nikteb ħajti kollha bl-istorja intima tagħha.” Din l-awtobijografija hija wkoll fonti importanti ta' l-i Maltija mill-1900 sa l-1969. Wara mewtu ġew ippubblikati Jien Inħobb Nitkellem Magħkom (ġabra ta' artikli li huwa kiteb matul is-snin fil-Leħen is-Sewwa). Herbert Ganado huwa wkoll iz-ziju ta' l-awtriċi kontemporanea Maria Grech Ganado.

Referenzi

  • Carmel Farrugia, Polluted Politics 1933-1942, Background to the Deportations of Maltese Nationals in 1942 (Midsea Books Ltd: 1995).
  • Henry Frendo, Maltese Journalism 1838-1992: An Historical Overview, (Malta Press Cllub: 1992).
  • Herbert Ganado, Rajt Malta Tinbidel, 4 Volumi(1977).
  • Sergio Grech, Patri Feliċjan Bilocca, (Outlook Coop, 2004).
  • Remiġ Sacco, L-Elezzjonijiet f'Malta (KKM: 1981).
  • Nota: Il-Professur Griffiths ta dak il-kumment lill-Sergio Grech, li kien kiteb artiklu dwar Herbert Ganado.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Herbert Ganado (Herbert Ganado)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 09 Ġun, 2025 / 23:33

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Herbert Ganado, X'inhi Herbert Ganado? Xi tfisser Herbert Ganado?

Herbert Ganado Furjana avukat president tal Azzjoni Kattolika editur politiku u kittieb Herbert GanadoĦajjaTwelid Furjana 7 April 1906Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt Malta 8 April 1979Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniAlma mater Universita ta MaltaOkkupazzjoniOkkupazzjoni politiku kittieb ġurnalist Hu twieled fis tal Furjana fis 7 ta April tal 1906 Isem Ganado jintrabat ma ħafna ħidma sfuza favur Malta u l Maltin Hemm diversi sferi pubbliċi fejn Ganado nħass fis seklu għoxrin aktarx li l iktar tnejn huma l u l politika It tnejn li huma kienu jistrieħu fuq dak li hu essenzjali biex jiftiehem il karattru ta Herbert u biex fuq kollox tkun apprezzata l ħidma tiegħu il konvinzjonijiet reliġjuzi tiegħu li hu ma kien jibdilhom ma xejn Jekk tnezza lil Ganado mit twemmin tkun tlift kollox u l kwadru jittappan Ħajtu hija katina sħiħa ta episodji fejn hu nizel jikkumbatti bl enerġija tiegħu lil min deher li ried jeqred ir reliġjon li ġab fis sena sittin wara Kristu Dawn il konvinzjonijiet ġabuh biex jaħdem id f id mal Arċisqof Mikiel Gonzi Ganado kien sar l alleat tiegħu f kull sens Kellu qima lejh u ħadem għalih kemm fl istampa kif ukoll fil politika Il ġurnalizmu u l politika tawh l ispazju perfett fejn jikkumbatti għall prinċipji tiegħu Ganado studja l Liċeo u l Universita ta Malta Illawrja bħala avukat fl 1931 Bħala student kien President tal Kunsill Studenti Universitarji Bejn l u l kien President ta l Din l għaqda offrietlu spazju fejn jimmilita għall Kristjanezmu Sforz il biza li kellu li r reliġjon għad tispiċċa minn Malta mbarka ruħu fl istampa billi beda jeditja u wara l ezilju krudil fl Uganda daħal fil politika Fil Leħen is Sewwa fi zmien il Ganado kiteb artikli favur id dittatur L iktar artiklu kontroversjali tiegħu fuq il waqgħa ta Madrid bit titlu Dħalna Madrid kif ukoll is simpatija tiegħu lejn l Italja wasslu sabiex fl 1940 jiġi internat u fl 1942 eziljat lejn l Uganda L artiklu għen immens biex il mizien jimxi favur l internament Hu nnifsu kien stqarr li kien privileġġ għalih li jbati għal Leħen Il fazi tiegħu bħala editur kien zmien eċitanti Ganado l editur ma dabbar l ebda libel u fuq kollox kellu vizjoni miftuħa Kien jinteressah x inhu jiġri lilhinn mis swar L istorja ta l Internament hija waħda mill ikreh faċċati tas seklu għoxrin fejn grupp ta Maltin inkluz Dr Ganado ġew ittrattati mill Inglizi daqs li kieku kienu kriminali Dawn ġew internati mill Inglizi mingħajr ġuri jew sentenza tal qrati azzjoni li ħafna jarawha bħala ironika meta wieħed jikkunsidra li l Ingilterra kienet meqjusa bħala l omm tal parlamenti Dawn is suppost kriminali Maltin ma kienu xejn għajr nies entuzjasti wħud minnhom anki ffissati fil kultura Taljana Ganado kiteb li fl Uganda kienu sabu ruħhom f wieħed minn dawk il kampijiet tal priġunieri li naraw fil films Ganado ħa miegħu l Uganda numru ta kotba fosthom l Oxford Book of English Verse u d Divina Commedia ta Dante Alighieri Ganado irnexxielu jirbaħ it trawma tal kamp u kif jgħid hu stess hu flimkien ma oħrajn kienu ddeċidew li ma nintelqux u nsibu rkaptu tal post Fl ġie lura mill Uganda u ntefa b ruħu u ġismu fil Partit Nazzjonalista Id deċizjoni li jipparteċipa fil politika b mod attiv u fl ewwel persuna trid tkun studjata fid dawl tal fatt li l Knisja fis snin ħamsin kienet qed tibza mill effetti li seta jkollha l Integration fuq ir reliġjon u ftit wara minħabba l paniku li laqat il gzira li Dom Mintoff kien ser idaħħal il Tant hu hekk li Ganado jagħmilha ċara li fl 1958 telaq lill partit ta Nerik Mizzi u li dil ħabta kien immexxi minn fuq zewġ punti ewlenin il P N ma kienx qed jiġġieled bizzejjed lil Mintoff u għax il P N kien imexxi minn dittatur Nies midħla tal P N jsostnu wkoll li Ganado kellu ambizzjonijiet li jsir il mexxej hu tal P N flok Borg Olivier Ganado kien ukoll kontra l u l indipendenza Ganado kien avangardist fi ħsiebu Kien jitkellem dwar l Ewropa u lil Malta riedha hemm F April ta l Ganado kellu laqgħa ma Patri Feliċjan Bilocca patri li kien awtortita fis Soċjoloġija li fiha Bilocca kien insista kemm felaħ li Malta teħtieġ it tielet partit li jkun kapaċi jostakola lill Mintuffjani U Bilocca kien wegħdu li lest li jgħinu f kaz li jkun bi ħsiebu jagħmel il pass Fit twaqqif tal partit tiegħu Ganado kellu taħdidiet ukoll ma li hu magħruf mal poplu Malti l izjed għat twaqqif tad Konnessjoni bejn it tnejn tista tkun spjegata anki mill fatt li t tnejn li huma kienu attivi fl Azzjoni Kattolika Hekk twieled il li ma kien xejn għajr satellita tal Kurja Il partit twaqqaf fl is sena li fiha l Gvern Ingliz reġa ta l jedd lill Maltin li jieħdu sehem f elezzjonijiet politiċi wara sospensjonijiet ta erba snin Li hu interessanti li dawn id dettalji huma nieqsa għal kollox mill kitbiet ta Ganado imma huma rreġistrati fid djarji ta Bilocca Ganado kkontesta zewġ elezzjonijiet dik ta l u ta l L ewwel waħda saret meta l ġlieda politiko reliġjuza tas snin sittin kienet għadha fl aqwa tagħha U f dik l ewforija l partiti z zgħar kollha marru mhux ħazin u l mexxeja tagħhom kollha telgħu inkluz l Avukat Ganado Il ħarsien tar reliġjon kienet fuq l aġenda tagħhom lkoll Element li seta għen lil Ganado kien il fatt li hu kellu appoġġ mhux ħazin ta diversi qassisin patrijiet u sorijiet Diversi qassisin kienu wkoll imsieħba fil partit Ganado fl 1962 kiseb erba siġġijiet Hu nnifsu tela minn zewġ distretti Imma ma għaddiex mill ezami elettorali ta l 1966 Li hu ironiku hu li f dik il kampanja elettorali kien sostna li l P N ma kienx ser ikun f kundizzjoni li jmexxi gvern waħdu Il profezija altru li ma seħħitx għax Ganado nnifsu baqa l art u dan kien ifisser li l partit tiegħu sfuma Kulma kiseb il Partit Demokratiku Nazzjonalista fl 1966 kien 1 2 ta l elettorat waqt li erba snin qabel kien ħa warajh 9 3 ta l elettorat Il P N fl 1966 kien kiseb sitt siġġijiet iktar mill Partit Laburista u dan jerġa jikkonferma kemm Ganado kien zbaljat fil previzjonijiet tiegħu Darba li Ganado kisirha mal P N kien sar ħabib kbir ta Mabel Strickland li wkoll kienet tara lil Dom Mintoff bħala l għerq tal problemi ta Malta Milli jidher tant kienet tirrispettah lil Ganado li Victor Griffiths Professur tal Mediċina jsostni li f okkazjoni minnhom jiftakar lil Mabel introduċiet lil Herbert Ganado ma politiċi għolja sew Inglizi u Ammiralli dan il bniedem ħa jkun il Prim Ministru ta Malta li jmiss Il profezija tagħha imma baqgħet ma seħħitx L ikbar rigal ta Ganado lil Maltin ħutu hu l awtobiografija tiegħu Rajt Malta Tinbidel magħmula minn erba volumi li fiha tkellem dwar il familja tiegħu dwar artu u dwaru nnifsu Tkellem b mod dettaljat dwar sehmu fil politika Fid daħla tat tielet volum kiteb li nistħajjel li jiena kont l ewwel wieħed li kelli l kuraġġ jew il wiċċ tost kif tgħidli marti li nikteb ħajti kollha bl istorja intima tagħha Din l awtobijografija hija wkoll fonti importanti ta l i Maltija mill 1900 sa l 1969 Wara mewtu ġew ippubblikati Jien Inħobb Nitkellem Magħkom ġabra ta artikli li huwa kiteb matul is snin fil Leħen is Sewwa Herbert Ganado huwa wkoll iz ziju ta l awtriċi kontemporanea Maria Grech Ganado ReferenziCarmel Farrugia Polluted Politics 1933 1942 Background to the Deportations of Maltese Nationals in 1942 Midsea Books Ltd 1995 Henry Frendo Maltese Journalism 1838 1992 An Historical Overview Malta Press Cllub 1992 Herbert Ganado Rajt Malta Tinbidel 4 Volumi 1977 Sergio Grech Patri Feliċjan Bilocca Outlook Coop 2004 Remiġ Sacco L Elezzjonijiet f Malta KKM 1981 Nota Il Professur Griffiths ta dak il kumment lill Sergio Grech li kien kiteb artiklu dwar Herbert Ganado Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Herbert Ganado Herbert Ganado

L-aħħar artikli
  • Ġunju 10, 2025

    Qawwiet tal-Assi tat-Tieni Gwerra Dinjija

  • Ġunju 08, 2025

    Puebla (belt)

  • Ġunju 08, 2025

    Psikoloġija

  • Ġunju 08, 2025

    Protestantiżmu

  • Ġunju 11, 2025

    Protestanti

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq